11.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 234/14


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1395

tal-10 ta' Settembru 2019

li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 dwar l-entrati għall-Bożnija-Ħerzegovina u Iżrael u l-isem tar-Repubblika tal-Maċedonja ta' Fuq fil-lista ta' pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kompartimenti li minnhom jistgħu jiġu importati ċerti prodotti tat-tjur lejn l-Unjoni u jsir tranżitu minnha u li jemenda ċ-ċertifikat veterinarju mudell għall-prodotti tal-bajd

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta' Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (1), u b'mod partikolari l-frażi introduttorja tal-Artikolu 8, l-ewwel subparagrafu tal-punt 1 tal-Artikolu 8, il-punt 4 tal-Artikolu 8, u l-Artikolu 9(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-kundizzjonijiet tas-saħħa ta' bhejjem li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju, u l-importazzjoni ta' tajr u bajd għat-tfaqqis minn pajjiżi terzi (2), u b'mod partikolari l-Artikoli 23(1), 24(2), 25(2) u 26(2) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 (3) jistabbilixxi r-rekwiżiti dwar iċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall-importazzjonijiet fl-Unjoni u t-tranżitu minnha, inkluż il-ħżin waqt it-tranżitu, tat-tjur u tal-prodotti tat-tjur (il-prodotti). Dan jistipula li dawk il-prodotti jistgħu jiġu importati fl-Unjoni u jgħaddu minnha bi tranżitu biss mill-pajjiżi terzi, mit-territorji, miż-żoni jew mill-kompartimenti mniżżla fil-kolonni 1 u 3 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness I tiegħu.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 798/2008 jistabbilixxi wkoll il-kundizzjonijiet biex pajjiż terz, territorju, żona jew kompartiment ikunu jistgħu jitqiesu ħielsa mill-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja (l-HPAI).

(3)

Il-Bożnija-Ħerzegovina hi elenkati fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 bħala pajjiż terz li għandu l-awtorizzazzjoni għat-territorju kollu tiegħu għall-importazzjoni fl-Unjoni u t-tranżitu minnha tal-laħam tat-tjur.

(4)

Il-Bożnija-Ħerzegovina talbet li tkun awtorizzata wkoll għall-importazzjoni fl-Unjoni u t-tranżitu minnha tal-bajd u tal-prodotti tal-bajd. Abbażi tal-informazzjoni miġbura matul l-awditu tal-Kummissjoni fil-Bożnija-Ħerzegovina biex jiġu evalwati l-kontrolli tas-saħħa tal-annimali fis-seħħ għal-laħam tat-tjur maħsuba għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni, u abbażi tal-eżitu favorevoli ta' dak l-awditu, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-Bożnija-Ħerzegovina tissodisfa r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 798/2008 għall-importazzjoni fl-Unjoni u t-tranżitu minnha tal-bajd u tal-prodotti tal-bajd. Għalhekk jixraq li tiġi emendata l-entrata għall-Bożnija-Ħerzegovina fit-tabella fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 biex dak il-pajjiż terz jiġi awtorizzat għall-importazzjoni fl-Unjoni u t-tranżitu minnha tal-bajd u tal-prodotti tal-bajd.

(5)

Barra minn hekk, il-Bożnija-Ħerzegovina ppreżentat il-programm tal-kontroll nazzjonali tagħha lill-Kummissjoni b'rabta mas-Salmonella fit-tiġieġ tal-bajd tat-tip Gallus gallus. Madankollu, dak il-programm ma nstabx li jipprovdi garanziji ekwivalenti għall-garanziji stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) u l-approvazzjoni ta' dak il-programm għadha ma ġietx finalizzata. Għalhekk, l-importazzjonijiet biss tal-bajd tat-tip Gallus gallus indikati taħt “S4” fil-Parti 2 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 huma permessi mill-Bożnija-Ħerzegovina.

(6)

Iżrael hu elenkat fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 bħala pajjiż terz li għandu l-awtorizzazzjoni għal ċerti partijiet tat-territorju tiegħu, għall-importazzjoni fl-Unjoni u t-tranżitu minnha ta' ċerti prodotti tat-tajr, skont l-implimentazzjoni tal-politika ta' qerda għall-marda ta' Newcastle. Din ir-reġjonalizzazzjoni ġiet stabbilita fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008.

(7)

Fl-24 ta' April 2019, Iżrael kkonfermat il-preżenza tal-HPAI tas-sottotip H5N8 f'azjenda agrikola tat-tjur fit-territorju tagħha. Minħabba dik it-tifqigħa kkonfermata tal-HPAI, minn April 2019 it-territorju ta' Iżrael ma jistax jibqa' jitqies ħieles minn dik il-marda u għalhekk l-awtoritajiet veterinarji ta' Iżrael ma jistgħux jibqgħu jiċċertifikaw il-konsenji tal-laħam tat-tjur għall-konsum mill-bniedem maħsuba għall-importazzjoni fl-Unjoni jew għat-tranżitu minnha.

(8)

L-awtoritajiet veterinarji ta' Iżrael bagħtu l-informazzjoni preliminari lill-Kummissjoni dwar it-tifqigħa tal-HPAI u kkonfermaw li mid-data ta' konferma tat-tifqigħa tal-HPAI, huma ssospendew il-ħruġ taċ-ċertifikati veterinarji għall-konsenji tal-laħam tat-tjur għall-konsum mill-bniedem maħsuba għall-importazzjoni fl-Unjoni jew għat-tranżitu minnha.

(9)

Għalhekk minn dik id-data 'l hawn, l-ebda konsenja ta' dawn il-prodotti oriġinarji f'Iżrael ma ġiet introdotta fl-Unjoni. Għal raġunijiet ta' ċarezza u ċertezza legali, jixraq tiġi ddokumentata din is-sitwazzjoni, u fit-tabella fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 tiġi introdotta d-data tal-għeluq rilevanti. Dan jiżgura wkoll li meta Iżrael terġa' tkun ħielsa mill-HPAI u tiġi stabbilita data tal-ftuħ, il-konsenji ta' dawn il-prodotti manifatturati wara d-data tal-għeluq u qabel dik id-data tal-ftuħ ma jkunux eliġibbli għall-introduzzjoni fl-Unjoni.

(10)

Għaldaqstant, jenħtieġ tiġi emendata l-entrata għal Iżrael fit-tabella fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 biex tqis is-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali f'dak il-pajjiż terz.

(11)

Wara l-faċilitazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti (NU), f'Ġunju 2018 Ateni u Skopje laħqu ftehim bilaterali (“Il-Ftehim ta' Prespa”) biex jibdlu r-referenza provviżorja tan-NU għall-Eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja. Dan il-ftehim issa ġie ratifikat miż-żewġ pajjiżi u r-Repubblika tal-Maċedonja ta' Fuq innotifikat formalment lill-UE dwar id-dħul fis-seħħ tiegħu. Għalhekk huwa xieraq li jiġi emendat l-isem ta' dak il-pajjiż terz fit-tabella fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008.

(12)

Fil-Parti 2 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 hemm stabbilit iċ-ċertifikat veterinarju mudell għall-prodotti tal-bajd (EP). F'dak iċ-ċertifikat veterinarju mudell, il-Parti I tan-Noti tirreferi għall-kodiċijiet tas-Sistema Armonizzata (HS) li għandhom jiġu indikati fil-Kaxxa I.19. tal-Parti I ta' dak iċ-ċertifikat.

(13)

L-enżimi li ġejjin mill-bajd, bħal-liżożima, huma kkunsidrati bħala prodotti tal-bajd, u l-kodiċijiet HS rilevanti għal dawk l-enżimi jenħtieġ jiġu miżjuda mal-kodiċijiet HS li jridu jiġu indikati fil-Kaxxa I.19. tal-Parti I taċ-ċertifikat veterinarju mudell għall-prodotti tal-bajd. Għalhekk jixraq li ċ-ċertifikat veterinarju mudell għall-prodotti tal-bajd (EP) jiġi emendat skont dan.

(14)

Għalhekk jenħtieġ jiġi emendat l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008.

(15)

Qabel ma ċ-ċertifikati veterinarji mudell emendati jsiru obbligatorji, jenħtieġ jitħalla jgħaddi perjodu tranżizzjonali raġonevoli ta' xahrejn, u dan biex l-Istati Membri u l-industrija jkunu jistgħu jitħallew jadattaw għar-rekwiżiti l-ġodda stabbiliti fiċ-ċertifikati veterinarji mudell emendati.

(16)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Għal perjodu tranżizzjonali sal-11 ta' Novembru 2019, l-Istati Membri għandhom ikomplu jawtorizzaw l-introduzzjoni fl-Unjoni tal-konsenji tal-prodotti koperti miċ-ċertifikat veterinarju mudell għall-prodotti tal-bajd (EP), kif stabbilit fil-Parti 2 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008, skont il-verżjoni tiegħu qabel l-emenda li saret għal dak il-mudell b'dan ir-Regolament, diment li dan ikun ġie ffirmat qabel il-11 ta' Ottubru 2019.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Settembru 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.

(2)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 74.

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 tat-8 ta' Awwissu 2008 li jistabbilixxi lista ta' pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu impurtati u jsir tranżitu ta' tjur u prodotti tat-tjur fil-Komunità u r-rekwiżiti ta' ċertifikazzjoni veterinarja (ĠU L 226, 23.8.2008, p. 1).

(4)  Ir-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Novembru 2003 fuq il-kontroll tas-Salmonella u aġenti zoonotiċi oħra speċifiċi li jkun hemm ġewwa l-ikel (ĠU L 325, 12.12.2003, p. 1)


ANNESS

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 hu emendat kif ġej:

(1)

Il-Parti 1 hi emendata kif ġej:

(a)

l-entrata għall-Bożnija-Ħerzegovina tinbidel b'dan li ġej:

Kodiċi ISO u isem il-pajjiż terz jew territorju

Kodiċi tal-pajjiż terz, territorju, żona jew kompartiment

Deskrizzjoni tal-pajjiż terz, territorju, żona jew kompartiment

Ċertifikat veterinarju

Kondizzjonijiet speċifiċi

Kondizzjonijiet speċifiċi

Status tas-sorveljanza tal-influwenza tat-tjur

Status tat-tilqim tal-influwenza tat-tjur

Status tal-Kontroll tas-Salmonella (6)

Mudell(i)

Garanziji addizzjonali

Data tal-għeluq (1)

Data tal-ftuħ (2)

1

2

3

4

5

6

6A

6B

7

8

9

“BA — Il-Bożnja-Ħerzegovina

BA-0

Il-pajjiż kollu

E, EP

 

 

 

 

 

 

S4”

POU

 

 

 

 

 

 

 

(b)

l-entrata għal Iżrael tinbidel b'dan li ġej:

Kodiċi ISO u isem il-pajjiż terz jew territorju

Kodiċi tal-pajjiż terz, territorju, żona jew kompartiment

Deskrizzjoni tal-pajjiż terz, territorju, żona jew kompartiment

Ċertifikat veterinarju

Kondizzjonijiet speċifiċi

Kondizzjonijiet speċifiċi

Status tas-sorveljanza tal-influwenza tat-tjur

Status tat-tilqim tal-influwenza tat-tjur

Status tal-Kontroll tas-Salmonella (6)

Mudell(i)

Garanziji addizzjonali

Data tal-għeluq (1)

Data tal-ftuħ (2)

1

2

3

4

5

6

6A

6B

7

8

9

“IL — Iżrael (5)

IL-0

Il-pajjiż kollu

SPF, EP

 

 

 

 

 

 

 

BPP, BPR, DOC, DOR, HEP, HER,

LT20

X

P3

28.1.2017

 

A

 

S5, ST1

SRP

 

P3

18.4.2015

 

 

 

 

RAT

X

P3

28.1.2017

 

 

 

 

WGM

VIII

P3

18.4.2015

 

 

 

 

E

X

P3

28.1.2017

 

 

 

S4”

IL-1

Iż-żona fin-Nofsinhar tar-Rotta Nru 5

POU

X

N, P2

24.4.2019

 

 

 

 

IL-2

Iż-żona fit-Tramuntana tar-Rotta Nru 5

POU

X

P3

28.1.2017

 

 

 

 

(c)

l-entrata għar-Repubblika tal-Maċedonja ta' Fuq tinbidel b'dan li ġej::

Kodiċi ISO u isem il-pajjiż terz jew territorju

Kodiċi tal-pajjiż terz, territorju, żona jew kompartiment

Deskrizzjoni tal-pajjiż terz, territorju, żona jew kompartiment

Ċertifikat veterinarju

Kondizzjonijiet speċifiċi

Kondizzjonijiet speċifiċi

Status tas-sorveljanza tal-influwenza tat-tjur

Status tat-tilqim tal-influwenza tat-tjur

Status tal-Kontroll tas-Salmonella (6)

Mudell(i)

Garanziji addizzjonali

Data tal-għeluq (1)

Data tal-ftuħ (2)

1

2

3

4

5

6

6A

6B

7

8

9

“MK — Ir-Repubblika tal-Maċedonja ta' Fuq

MK-0

Il-pajjiż kollu

E, EP

 

 

 

 

 

 

 

POU

 

 

28.1.2017

1.5.2017”

 

 

 

(d)

titħassar in-nota f'qiegħ il-paġna li ġejja:

“(4)

L-Eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja: in-nomenklatura definittiva għal dan il-pajjiż se tiġi miftiehma wara n-negozjati attwali fil-livell tan-NU.”

(2)

Fil-Parti 2, iċ-ċertifikat veterinarju mudell għall-prodotti tal-bajd (EP) jinbidel b'dan li ġej:

Ċertifikat veterinarju mudell għall-prodotti tal-bajd (EP)

Image 1 Test ta 'immaġni Image 2 Test ta 'immaġni Image 3 Test ta 'immaġni Image 4 Test ta 'immaġni