25.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 169/45


REGOLAMENT (UE) 2019/1021 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-20 ta' Ġunju 2019

dwar il-pollutanti organiċi persistenti

(riformulazzjoni)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 192(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 850/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) ġie emendat bosta drabi b'mod sostanzjali. Peress li għandhom isiru iżjed emendi, jenħtieġ li dak ir-Regolament jiġi riformulat fl-interess taċ-ċarezza.

(2)

L-Unjoni hija serjament imħassba dwar l-emissjonijiet kontinwi tal-pollutanti organiċi persistenti (“POPs”) fl-ambjent. Dawk is-sustanzi kimiċi huma trasportati minn fruntiera internazzjonali għall-oħra, 'il bogħod mill-għejun tagħhom, u jippersistu fl-ambjent, huma soġġetti għall-bijoakkumulazzjoni mill-katina tal-ikel u jippreżentaw riskju għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent. Għalhekk, jenħtieġ li jittieħdu miżuri oħra sabiex is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent jiġu protetti minn dawk il-pollutanti.

(3)

Minħabba r-responsabbiltajiet tagħha għall-protezzjoni tal-ambjent, fid-19 ta' Frar 2004 l-Unjoni approvat il-Protokoll għall-Konvenzjoni tal-1979 dwar it-Tniġġis Transkonfini tal-Arja Fuq Distanza Twila rigward Materjal Organiku Persistenti li Jniġġes (4) (“il-Protokoll”) u fl-14 ta' Ottubru 2004 approvat il-Konvenzjoni ta' Stokkolma dwar Pollutanti Organiċi Persistenti (5) (“il-Konvenzjoni”).

(4)

Sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni koerenti u effettiva tal-obbligi tal-Unjoni skont il-Protokoll u l-Konvenzjoni, huwa meħtieġ li jiġi stabbilit qafas ġuridiku komuni li fih ikunu jistgħu jittieħdu miżuri mfassla, b'mod partikolari, biex jiġu eliminati l-manifattura, it-tqegħid fis-suq u l-użu ta' POPs li ġew immanifatturati b'mod intenzjonat. Minbarra dan, il-karatteristiċi ta' POPs jenħtieġ li jiġu kkunsidrati fil-qafas tal-iskemi rilevanti tal-Unjoni ta' valutazzjoni u awtorizzazzjoni.

(5)

Meta jiġu implimentati d-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni fil-livell tal-Unjoni, huwa neċessarju li jiġu żgurati l-koordinazzjoni u l-koerenza mad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta' Rotterdam dwar il-proċedura ta' kunsens infurmat minn qabel għal ċerti kimiċi u pestiċidi perikolużi fil-kummerċ internazzjonali, li ġiet approvata mill-Unjoni fid-19 ta' Diċembru 2002 (6), u mad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta' Basilea dwar il-kontroll tal-movimenti li jaqsmu l-fruntieri tal-iskart ta' riskju u d-disponiment minnhom, li ġiet approvata mill-Unjoni fl-1 ta' Frar 1993 (7) u tal-Konvenzjoni ta' Minamata dwar il-Merkurju, li ġiet approvata mill-Unjoni fil-11 ta' Mejju 2017 (8). Din il-koordinazzjoni u din il-koerenza jenħtieġ li jinżammu wkoll meta jkun hemm parteċipazzjoni fl-implementazzjoni u l-iżvilupp ulterjuri tal-Approċċ Strateġiku għall-Immaniġġjar Internazzjonali ta' Kimiċi (SAICM), adottat mill-Ewwel Konferenza Internazzjonali dwar il-Ġestjoni tas-Sustanzi Kimiċi f'Dubai fis-6 ta' Frar 2006, u tal-Ġestjoni Korretta tas-Sustanzi Kimiċi u tal-Iskart Wara l-2020 fil-qafas tan-Nazzjonijiet Uniti.

(6)

Barra minn hekk, meta jiġi kkunsidrat li d-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament huma msaħħa mill-prinċipju ta' prekawzjoni kif stabbilit fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), u filwaqt li jiġi kkunsidrat l-approċċ ta' prekawzjoni għall-protezzjoni tal-ambjent kif stabbilit fil-Prinċipju 15 tad-Dikjarazzjoni ta' Rio dwar l-Ambjent u l-Iżvilupp, u fid-dawl tal-objettiv tal-eliminazzjoni, fejn possibbli, tal-emissjoni ta' POPs fl-ambjent, huwa xieraq f'ċerti każijiet li jiġu previsti miżuri ta' kontroll aktar stretti minn dawk fil-Protokoll u l-Konvenzjoni.

(7)

Fl-Unjoni, it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-biċċa l-kbira tal-POPs elenkati fil-Protokoll jew fil-Konvenzjoni diġà tneħħew gradwalment b'riżultat tal-projbizzjonijiet stabbiliti, fost l-oħrajn, fir-Regolamenti (KE) Nru 1907/2006 (9), (KE) Nru 1107/2009 (10) u (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11). Madankollu, sabiex jitwettqu l-obbligi tal-Unjoni skont il-Protokoll u l-Konvenzjoni, u biex titnaqqas kemm jista' jkun l-emissjoni ta' POPs, huwa meħtieġ u xieraq li tiġi pprojbita wkoll il-manifattura ta' dawk is-sustanzi u li l-eżenzjonijiet jiġu ristretti għall-minimu sabiex l-eżenzjonijiet japplikaw biss fejn sustanza twettaq funzjoni essenzjali f'applikazzjoni speċifika.

(8)

Għal raġunijiet ta' ċarezza u konsistenza ma' atti leġislattivi rilevanti oħra tal-Unjoni, jenħtieġ li ċerti definizzjonijiet jiġu ċċarati, u t-terminoloġija jenħtieġ li tiġi allinjata ma' dik użata fir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 u fid-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12).

(9)

L-esportazzjonijiet ta' sustanzi koperti mill-Konvenzjoni huma rregolati bir-Regolament (UE) Nru 649/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13) u għalhekk ma hemmx bżonn li jiġu indirizzati iktar f'dan ir-Regolament.

(10)

Kumuli mwarrba ta' POPs li m'għadhomx jintużaw jew li huma mmaniġġjati bi traskuraġni jistgħu jipperikolaw serjament l-ambjent u s-saħħa tal-bniedem minn, pereżempju, il-kontaminazzjoni tal-ħamrija u tal-ilma taħt l-art. Huwa xieraq, għalhekk, li jkun hemm regoli aktar stretti dwar l-immaniġġjar ta' dawn il-kumuli meta mqabbla ma' dawk stabbiliti fil-Konvenzjoni. Kumuli mwarrba ta' sustanzi projbiti jenħtieġ li jiġu ttrattati bħala skart, waqt li kumuli mwarrba ta' sustanzi li l-manifattura jew l-użu tagħhom għadhom permessi, jenħtieġ li jiġu nnotifikati lill-awtoritajiet u li jiġu ssorveljati sew. B'mod partikolari, kumuli mwarrba eżistenti li jikkonsistu minn, jew li jkun fihom, POPs ipprojbiti jenħtieġ li jiġu mmaniġġjati bħala skart malajr kemm jista' jkun. Jekk sustanzi oħra jiġu pprojbiti fil-futur, il-ħażniet tagħhom jenħtieġ li jinqerdu wkoll mingħajr dewmien, u jenħtieġ li ma jkunx hemm kumuli mwarrba ġodda.

(11)

Bi qbil mal-Protokoll u l-Konvenzjoni, emissjonijiet ta' POPs li huma prodotti sekondarji mhux intenzjonati ta' proċessi industrijali jenħtieġ li jiġu identifikati u mnaqqsa malajr kemm jista' jkun, bil-għan finali tal-eliminazzjoni, meta fattibbli. Pjanijiet ta' azzjoni nazzjonali xierqa, li jkopru l-għejun u l-miżuri kollha, inklużi dawk previsti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni eżistenti, jenħtieġ li jiġu żviluppati, aġġornati u implimentati, kif xieraq, mill-aktar fis possibbli, biex dawn l-emissjonijiet jitnaqqsu kontinwament u b'mod kosteffettiv. Għal dan il-għan, jenħtieġ li jiġu żviluppati għodod xierqa fil-qafas tal-Konvenzjoni.

(12)

Il-Linji Gwida dwar l-Aqwa Tekniki Disponibbli u l-Gwida Proviżorja dwar l-Aqwa Prattiki Ambjentali Rilevanti għall-Artikolu 5 u l-Anness C tal-Konvenzjoni ta' Stokkolma dwar Pollutanti Organiċi Persistenti, li ġew adottati skont il-Konvenzjoni ta' Stokkolma, jenħtieġ li jintużaw meta jitqiesu proposti biex jinbnew faċilitajiet ġodda jew biex il-faċilitajiet eżistenti jiġu modifikati b'mod sinifikanti bl-użu ta' proċessi li jwasslu għall-emissjoni ta' sustanzi kimiċi elenkati fl-Anness III ta' dan ir-Regolament.

(13)

Jenħtieġ li jiġu stabbiliti jew miżmuma, skont il-każ, programmi u mekkaniżmi xierqa biex jipprovdu data ta' monitoraġġ adegwata dwar il-preżenza ta' sustanzi elenkati fil-Parti A tal-Anness III fl-ambjent. Madankollu, huwa meħtieġ li jiġi żgurat li jkunu disponibbli għodod xierqa u li jistgħu jintużaw b'kundizzjonijiet ekonomikament u teknikament vijabbli.

(14)

Skont il-Konvenzjoni, il-kontenut ta' POPs fl-iskart irid jinqered jew jiġi ttrasformat b'mod irreversibbli f'sustanzi li ma jurux karatteristiċi simili, dment li ma jkunux preferibbli operazzjonijiet oħra għal raġunijiet ambjentali. Sabiex l-Unjoni tkun tista' tikkonforma mal-obbligi tagħha skont il-Konvenzjoni, jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli speċifiċi dwar dawk is-sustanzi. Biex jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni, jenħtieġ li jiġu stabbiliti, immonitorjati u infurzati limiti komuni ta' konċentrazzjoni għas-sustanzi fl-iskart.

(15)

Rigward l-eteri tad-difenil polibrominat (PBDEs) elenkati f'dan ir-Regolament, inkluż id-dekaBDE, il-limitu ta' konċentrazzjoni għas-somma ta' dawk is-sustanzi fl-iskart huwa stabbilit għal 1 000 mg/kg. Meta jitqies il-fatt li l-progress xjentifiku u tekniku qed jevolvi rapidament, il-Kummissjoni jenħtieġ li teżamina mill-ġdid dak il-limitu ta' konċentrazzjoni u, meta jkun xieraq, tadotta proposta leġislattiva biex dak il-valur jitbaxxa għal 500 mg/kg. Il-Kummissjoni jenħtieġ li taġixxi malajr kemm jista' jkun u, fi kwalunkwe każ, mhux aktar tard mis-16 ta' Lulju 2021.

(16)

Huwa importanti li jiġi identifikat u sseparat f'ras il-għajn skart li jikkonsisti minn, li fih jew li jkun ikkontaminat b'POPs sabiex it-tixrid ta' dawk is-sustanzi kimiċi fi skart ieħor jitnaqqas kemm jista' jkun. Id-Direttiva 2008/98/KE tistabbilixxi regoli tal-Unjoni dwar l-immaniġġjar ta' skart perikoluż, li jobbligaw lill-Istati Membri jieħdu l-miżuri meħtieġa li jirrikjedu li stabbilimenti u intrapriżi li jiddisponu minn, jirkupraw, jiġbru jew jittrasportaw skart perikoluż, ma jħalltux kategoriji differenti ta' skart perikoluż u ma jħalltux skart perikoluż ma' skart ieħor.

(17)

Sabiex tiġi promossa t-traċċabilità tal-iskart li fih il-POPs u jiġi żgurat il-kontroll, id-dispożizzjonijiet tas-sistema ta' żamma ta' rekords stabbiliti b'konformità mal-Artikolu 17 tad-Direttiva 2008/98/KE jenħtieġ li japplikaw ukoll għal tali skart li fih il-POPs li huwiex iddefinit bħala skart perikoluż skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/955/UE (14).

(18)

Hemm il-ħtieġa li jiġu żgurati l-koordinazzjoni u l-ġestjoni effikaċi tal-aspetti tekniċi u amministrattivi ta' dan ir-Regolament fil-livell tal-Unjoni. L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (“l-Aġenzija”), stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1907/2006, għandha l-kompetenza u l-esperjenza fl-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar is-sustanzi kimiċi u l-ftehimiet internazzjonali dwar is-sustanzi kimiċi. L-Istati Membri u l-Aġenzija għalhekk jenħtieġ li jwettqu kompiti fir-rigward tal-aspetti amministrattivi, tekniċi u xjentifiċi tal-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament u tal-iskambju tal-informazzjoni. Ir-rwol tal-Aġenzija jenħtieġ li jinkludi l-preparazzjoni u l-eżami ta' dossiers tekniċi, inklużi l-konsultazzjonijiet tal-partijiet ikkonċernati, u t-tfassil ta' opinjonijiet li jenħtieġ li jintużaw mill-Kummissjoni meta tikkunsidra jekk tressaqx proposta għall-elenkar ta' sustanza bħala POP fil-Konvenzjoni jew fil-Protokoll. Barra minn hekk, il-Kummissjoni, l-Istati Membri, u l-Aġenzija, jenħtieġ li jikkooperaw sabiex jimplimentaw b'mod effettiv l-obbligi internazzjonali tal-Unjoni skont il-Konvenzjoni.

(19)

Il-Konvenzjoni tiddisponi li kull Parti hija obbligata tfassal, taġġorna u taħdem biex timplimenta, skont il-każ, pjan għall-implimentazzjoni tal-obbligi tagħha skont il-Konvenzjoni. L-Istati Membri jenħtieġ li jipprovdu opportunitajiet għall-parteċipazzjoni tal-pubbliku fit-tfassil, fl-implimentazzjoni u fl-aġġornar tal-pjanijiet għall-implimentazzjoni tagħhom. Peress li l-Unjoni u l-Istati Membri għandhom kompetenzi komuni f'dak ir-rigward, il-pjanijiet għall-implimentazzjoni jenħtieġ li jiġu mfassla u aġġornati kemm f'livell nazzjonali kif ukoll f'dak tal-Unjoni. Il-kooperazzjoni u l-iskambju ta' informazzjoni, inkluż dwar siti kkontaminati b'POPs, bejn il-Kummissjoni, l-Aġenzija u l-awtoritajiet tal-Istati Membri jenħtieġ li jkunu mħeġġa.

(20)

Is-sustanzi elenkati fil-Parti A tal-Anness I jew fil-Parti A tal-Anness II ta' dan ir-Regolament jenħtieġ li jkun permess li jiġu mmanifatturati u użati bħala prodotti intermedji limitati għas-sit ta' produzzjoni f'sistema magħluqa biss jekk annotazzjoni f'dan is-sens tiddaħħal fl-Anness rilevanti u jekk il-manifattur juri lill-Istat Membru kkonċernat li s-sustanza tiġi mmanifatturata u tintuża biss f'kundizzjonijiet ikkontrollati b'mod strett.

(21)

B'konformità mal-Konvenzjoni u l-Protokoll, informazzjoni dwar POPs jenħtieġ li tiġi pprovduta lil Partijiet oħra għal dawk il-Ftehimiet. L-iskambju ta' informazzjoni ma' pajjiżi terzi li mhumiex parti għal dawk il-Ftehimiet jenħtieġ li jitħeġġeġ ukoll.

(22)

Billi ħafna drabi hemm nuqqas ta' sensibilizzazzjoni pubblika dwar il-perikli li l-POPs joħolqu għas-saħħa ta' ġenerazzjonijiet preżenti u futuri, kif ukoll għall-ambjent, b'mod partikolari f'pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw, hija meħtieġa informazzjoni fuq skala wiesgħa biex jiżdied il-livell ta' attenzjoni u ta' fehim pubbliku dwar ir-raġunijiet għar-restrizzjonijiet u l-projbizzjonijiet. B'konformità mal-Konvenzjoni, programmi ta' sensibilizzazzjoni pubblika dwar dawk is-sustanzi, f'dak li jikkonċerna l-effetti tagħhom fuq is-saħħa u l-ambjent, speċjalment għall-aktar gruppi vulnerabbli, kif ukoll it-taħriġ ta' ħaddiema, xjentisti, edukaturi, persunal tekniku/maniġerjali jenħtieġ li jiġu promossi u ffaċilitati, kif xieraq. L-Unjoni jenħtieġ li tiżgura l-aċċess għall-informazzjoni, mingħajr preġudizzju għar-Regolamenti (KE) Nru 1049/2001 (15) u (KE) Nru 1367/2006 (16) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u għad-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17).

(23)

Sabiex jiġi promoss l-iżvilupp ta' bażi ta' għarfien komprensiva dwar l-esponiment għas-sustanzi kimiċi u t-tossiċità tagħhom, bi qbil mal-Programm Ġenerali ta' Azzjoni Ambjentali tal-Unjoni sal-2020 “Ngħixu tajjeb, fil-limiti tal-pjaneta tagħna” (“is-Seba' EAP”) (18), il-Kummissjoni stabbiliet il-Pjattaforma ta' Informazzjoni għall-Monitoraġġ tas-Sustanzi Kimiċi. L-użu ta' dik il-pjattaforma jenħtieġ li jitħeġġeġ bħala mezz kif l-Istati Membri jkunu jistgħu jikkonformaw mal-obbligi tagħhom li jirrappurtaw data dwar l-okkorrenza ta' sustanzi kimiċi u li jissimplifikaw u jnaqqsu l-obbligi ta' rappurtar tagħhom.

(24)

Fuq talba, u skont ir-riżorsi disponibbli, il-Kummissjoni, l-Aġenzija u l-Istati Membri jenħtieġ li jikkooperaw biex jipprovdu assistenza teknika xierqa u f'waqtha ddisinjata b'mod speċjali biex issaħħaħ il-kapaċità ta' pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw u ta' pajjiżi b'ekonomiji fi tranżizzjoni li jimplimentaw il-Konvenzjoni. L-assistenza teknika jenħtieġ li tinkludi l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' prodotti, metodi u strateġiji alternattivi xierqa, skont il-Konvenzjoni, biex ikun żgurat li l-POPs ikomplu jintużaw biss meta alternattivi li huma lokalment aċċertati, effettivi u bi prezzijiet affordabbli ma jkunux disponibbli għall-pajjiż inkwistjoni.

(25)

Jenħtieġ li jkun hemm evalwazzjoni regolari tal-effettività tal-miżuri li jittieħdu sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' POPs. Għal dak il-għan, l-Istati Membri jenħtieġ li jirrappurtaw regolarment, b'mod standardizzat, lill-Aġenzija, b'mod partikolari rigward l-inventarji tal-emissjonijiet, il-kumuli mwarrba notifikati u l-manifattura u t-tqegħid fis-suq ta' sustanzi ristretti.

(26)

Sabiex tiġi indirizzata l-ħtieġa ta' informazzjoni dwar l-implimentazzjoni u l-konformità, jenħtieġ li tiddaħħal sistema alternattiva għall-ġbir tal-informazzjoni u biex l-informazzjoni ssir disponibbli, filwaqt li jiġu kkunsidrati r-riżultati tar-Rapport tal-Kummissjoni dwar Azzjonijiet għas-Simplifikazzjoni tar-Rappurtar Ambjentali u l-Kontroll tal-Idoneità relatat. B'mod partikolari, l-Istati Membri jenħtieġ li jagħmlu d-data rilevanti kollha aċċessibbli. Dak għandu jiżgura li l-piż amministrattiv fuq l-entitajiet kollha jibqa' limitat kemm jista' jkun. Dan jirrikjedi li t-tixrid attiv fil-livell nazzjonali jsir b'konformità mad-Direttivi2003/4/KE u 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (19), biex tkun żgurata l-infrastruttura xierqa għall-aċċess pubbliku, ir-rappurtar u l-iskambju tad-data bejn l-awtoritajiet pubbliċi. F'dak il-kuntest, l-Istati Membri u l-Aġenzija jenħtieġ li jibbażaw l-ispeċifikazzjonijiet għad-data ġeografika fuq l-atti ta' implimentazzjoni adottati skont id-Direttiva 2007/2/KE.

(27)

Il-Konvenzjoni u l-Protokoll jiddisponu li l-Partijiet jistgħu jipproponu sustanzi addizzjonali għall-azzjoni internazzjonali u għalhekk sustanzi addizzjonali jistgħu jiġu elenkati f'dawk il-Ftehimiet. F'każijiet bħal dawn, dan ir-Regolament jenħtieġ li jiġi emendat skont dan.

(28)

Sabiex jiġu emendati ċerti elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-TFUE fir-rigward tal-emendar ta' dan ir-Regolament billi tippermetti, meta jkun xieraq, il-manifattura u l-użu ta' sustanza elenkata fil-Parti A tal-Anness I jew fil-Parti A tal-Anness II ta' dan ir-Regolament bħala prodott intermedju limitat għas-sit ta' produzzjoni u f'sistema magħluqa, u l-emendar tal-iskadenzi f'annotazzjoni mdaħħla fl-Anness rilevanti għal dak il-għan, tal-emendar tal-Anness III ta' dan ir-Regolament sabiex iċċaqlaq sustanza mill-Parti B għall-Parti A tiegħuu tal-emendar tal-Annessi I, II u III ta' dan ir-Regolament sabiex tadattahom għal kwalunkwe bidla fil-lista ta' sustanzi stabbilita fl-Annessi tal-Konvenzjoni jew tal-Protokoll, kif ukoll biex timmodifika entrati jew dispożizzjonijiet eżistenti fl-Annessi I u II ta' dan ir-Regolament sabiex tadattahom għall-progress xjentifiku u tekniku.Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa tul ix-xogħol tagħha ta' tħejjija, ukoll fil-livell ta' esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (20). B'mod partikolari, biex tiġi żgurata l-parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.

(29)

Meta l-Annessi ta' dan ir-Regolament jiġu emendati biex jimplimentaw kwalunkwe elenkar fil-Protokoll jew fil-Konvenzjoni ta' POP addizzjonali li ġie mmanifatturat intenzjonalment, l-elenkar jenħtieġ li jiġi inkluż fl-Anness II, minflok l-Anness I, biss f'każijiet eċċezzjonali u meta jkun iġġustifikat debitament.

(30)

Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, setgħat ta' implimentazzjoni jenħtieġ li jiġu kkonferiti lill-Kummissjoni biex tadotta miżuri li jikkonċernaw l-immaniġġjar tal-iskart u l-informazzjoni minima li trid tiġi pprovduta mill-Istati Membri fil-monitoraġġ tal-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament. Jenħtieġ li dawk is-setgħat jiġu eżerċitati b'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (21).

(31)

Sabiex jiġu żgurati t-trasparenza, l-imparzjalità u l-konsistenza fil-livell ta' attivitajiet tal-infurzar, l-Istati Membri jenħtieġ li jistabbilixxu regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur ta' dan ir-Regolament u jiżguraw li jiġu implimentati. Dawk il-penali għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi, peress li n-nuqqas ta' konformità jista' jwassal għal danni għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent. Sabiex ikun żgurat infurzar konsistenti u effettiv ta' dan ir-Regolament, l-Istati Membri jenħtieġ li jikkoordinaw l-attivitajiet rilevanti u jiskambjaw l-informazzjoni fil-Forum għall-Iskambju ta' Informazzjoni dwar l-Infurzar stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1907/2006. Informazzjoni dwar il-ksur tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament jenħtieġ li tkun ippubblikata, fejn xieraq.

(32)

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, ħlief għal kwistjonijiet relatati mal-iskart, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun assistita mill-kumitat stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1907/2006, bil-għan li jkun żgurat approċċ konsistenti f'dak li jirrigwarda l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar is-sustanzi kimiċi.

(33)

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, ħlief għal kwistjonijiet relatati mal-iskart, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun assistita mill-kumitat stabbilit bid-Direttiva 2008/98/KE, bil-għan li jkun żgurat approċċ konsistenti f'dak li jirrigwarda l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-iskart.

(34)

Minħabba li l-għan ta' dan ir-Regolament, b'mod partikolari l-protezzjoni tal-ambjent u tas-saħħa tal-bniedem mill-POPs, ma jistax jinkiseb b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri, minħabba l-effetti transkonfini ta' dawk il-pollutanti, iżda jista' jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dak il-għan,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għan u suġġett

Filwaqt li jitqies, b'mod partikolari, il-prinċipju ta' prekawzjoni, l-għan ta' dan ir-Regolament huwa li jipproteġi s-saħħa tal-bniedem u l-ambjent mill-POPs permezz tal-projbizzjoni, l-eliminazzjoni gradwali mill-aktar fis possibbli, jew ir-restrizzjoni tal-manifattura, it-tqegħid fis-suq u l-użu ta' sustanzi soġġetti għall-Konvenzjoni ta' Stokkolma dwar Pollutanti Organiċi Persistenti, minn hawn 'il quddiem “il-Konvenzjoni”, jew il-Protokoll għall-Konvenzjoni tal-1979 dwar it-Tniġġis Transkonfini tal-Arja Fuq Distanza Twila rigward Materjal Organiku Persistenti li Jniġġes, minn hawn 'il quddiem “il-Protokoll”, permezz tal-minimizzazzjoni, bil-għan tal-eliminazzjoni meta fattibbli u mill-aktar fis possibbli, tal-emissjonijiet ta' sustanzi bħal dawn, kif ukoll permezz tal-istabbiliment ta' dispożizzjonijiet li jirrigwardaw skart li jikkonsisti minn, li fih jew li huwa kkontaminat b'xi waħda minn dawk is-sustanzi.

Fejn xieraq, l-Istati Membri jistgħu japplikaw rekwiżiti aktar stretti minn dawk stabbiliti f'dan ir-Regolament, b'konformità mat-TFUE.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament:

(1)

“tqegħid fis-suq” tfisser tqegħid fis-suq kif definit fil-punt 12 tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006;

(2)

“oġġett” tfisser oġġett kif definit fil-punt 3 tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006;

(3)

“sustanza” tfisser sustanza kif definita fil-punt 1 tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006;

(4)

“taħlita” tfisser taħlita kif definita fil-punt 2 tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006;

(5)

“manifattura” tfisser manifattura kif definita fil-punt 8 tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006;

(6)

“użu” tfisser użu kif definit fil-punt 24 tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006;

(7)

“importazzjoni” tfisser importazzjoni kif definita fil-punt 10 tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006;

(8)

“skart” tfisser skart kif definit fil-punt 1 tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/98/KE;

(9)

“rimi” tfisser rimi kif definit fil-punt 19 tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/98/KE;

(10)

“irkupru” tfisser irkupru kif definit fil-punt 15 tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/98/KE;

(11)

“prodott intermedju limitat għas-sit ta' produzzjoni u f'sistema magħluqa” tfisser sustanza li tkun manifatturata għal, u kkonsumata fi jew użata għal ipproċessar kimiku sabiex tinbidel f'sustanza oħra (“sinteżi”) u fejn il-manifattura tas-sustanza intermedja u s-sinteżi ta' waħda jew aktar sustanzi oħraminn dik is-sustanza intermedja jsiru fl-istess sit, minn entità ġuridika waħda jew aktar minn waħda, f'kundizzjonijiet ikkontrollati b'mod strett b'tali mod li tkun ikkontenuta rigorożament b'mezzi tekniċi matul iċ-ċiklu kollu tal-ħajja tagħha;

(12)

“kontaminant fi traċċi mhux intenzjonat” tfisser livell ta' sustanza li jkun preżenti inċidentalment f'ammont minimu, li taħtu s-sustanza ma tistax tintuża b'mod sinifikanti, u 'l fuq mil-limitu ta' identifikazzjoni ta' metodi ta' identifikazzjoni eżistenti sabiex ikunu jistgħu jsiru l-kontroll u l-infurzar;

(13)

“kumulu mwarrab” tfisser sustanzi jew oġġetti akkumulati mid-detentur li jikkonsistu minn jew li fhiom kwalunkwe sustanza elenkata fl-Annness I jew II.

Artikolu 3

Kontroll tal-manifattura, tat-tqegħid fis-suq u tal-użu, u l-elenkar tas-sustanzi

1.   Il-manifattura, it-tqegħid fis-suq u l-użu tas-sustanzi elenkati fl-Anness I, sew jekk weħidhom, sew jekk f'taħlitiet jew f'oġġetti, għandhom ikunu pprojbiti, soġġett għall-Artikolu 4.

2.   Il-manifattura, it-tqegħid fis-suq u l-użu tas-sustanzi elenkati fl-Anness II, sew jekk weħidhom, sew jekk f'taħlitiet jew f'oġġetti, għandhom ikunu ristretti, soġġett għall-Artikolu 4.

3.   L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom, fl-iskemi ta' valutazzjoni u ta' awtorizzazzjoni għal sustanzi eżistenti u ġodda skont il-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni, jikkunsidraw il-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 1 tal-Anness D tal-Konvenzjoni u jieħdu miżuri xierqa biex jikkontrollaw sustanzi eżistenti u ma jħallux il-manifattura, it-tqegħid fis-suq u l-użu ta' sustanzi ġodda, li juru l-karatteristiċi ta' POPs.

4.   Meta tfassal proposta lill-Kunsill, skont l-Artikolu 218(9) tat-TFUE, għall-elenkar ta' sustanza b'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni, il-Kummissjoni għandha tiġi appoġġata mill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (“l-Aġenzija”), stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1907/2006, kif imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 8(1). L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu jressqu proposti għall-elenkar lill-Kummissjoni. Fl-istadji suċċessivi tal-proċess tal-elenkar, l-Aġenzija għandha tipprovdi appoġġ lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, kif imsemmi fil-punt (e) tal-Artikolu 8(1).

5.   Il-Kummissjoni u l-Aġenzija, fl-istadji kollha tal-proċess kif imsemmi fil-paragrafi 3 u 4, għandhom jikkooperaw mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u jinfurmawhom.

6.   Skart li jikkonsisti minn, li fih jew li jkun ikkontaminat b'xi waħda mis-sustanzi elenkati fl-Anness IV huwa rregolat permezz tal-Artikolu 7.

Artikolu 4

Eżenzjonijiet mill-miżuri ta' kontroll

1.   L-Artikolu 3 ma għandux japplika fil-każ ta':

(a)

sustanza użata għal riċerka fuq skala tal-laboratorju jew bħala standard ta' referenza;

(b)

sustanza preżenti bħala kontaminant fi traċċi mhux intenzjonat, kif speċifikat fl-entrati rilevanti tal-Anness I jew II, f'sustanzi, taħlitiet jew oġġetti.

2.   Għal sustanza miżjuda mal-Anness I jew II wara l-15 ta' Lulju 2019, l-Artikolu 3 ma għandux japplika għal perjodu ta' sitt xhur jekk dik is-sustanza tkun preżenti f'oġġetti manifatturati qabel id-data jew fid-data li fiha dan ir-Regolament isir applikabbli għal dik is-sustanza.

L-Artikolu 3 ma għandux japplika fil-każ ta' sustanza preżenti f'oġġetti li diġà jintużaw qabel id-data jew fid-data li fiha dan ir-Regolament jew ir-Regolament (KE) Nru 850/2004 sar applikabbli għal dik is-sustanza, skont liema minnhom kienet l-ewwel.

Hekk kif isir jaf b'oġġetti kif imsemmija fl-ewwel u fit-tieni subparagrafu, Stat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija dwar dan.

Kull meta l-Kummissjoni tiġi informata b'dan jew issir taf b'xi mod ieħor b'oġġetti bħal dawn, għandha, fejn xieraq, tinnotifika lis-Segretarjat tal-Konvenzjoni mingħajr dewmien.

3.   Meta sustanza tkun elenkata fil-Parti A tal-Anness I jew fil-Parti A tal-Anness II, Stat Membru li jixtieq jagħti permess, sal-iskadenza speċifikata fl-Anness rilevanti, għall-manifattura u l-użu ta' dik is-sustanza bħala prodott intermedju limitat għas-sit ta' produzzjoni u f'sistema magħluqa, għandu jinnotifika lis-Segretarjat tal-Konvenzjoni dwar dan.

Notifika bħal din tista' ssir biss jekk jiġu ssodisfati dawn il-kundizzjonijiet:

(a)

wara t-talba ta' Stat Membru jew fuq l-inizjattiva proprja tal-Kummissjoni, annotazzjoni ġiet imdaħħla fl-Anness rilevanti, permezz ta' att delegat adottat abbażi tar-raba' subparagrafu;

(b)

il-manifattur juri lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih il-manifattur huwa stabbilit li l-proċess ta' manifattura se jittrasforma s-sustanza f'sustanza waħda jew aktar li ma jurux il-karatteristiċi ta' POP, filwaqt li jkun żgurat li tiġi kkontenuta rigorożament b'mezzi tekniċi matul iċ-ċiklu kollu tal-ħajja tagħha;

(c)

il-manifattur juri lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih il-manifattur huwa stabbilit li s-sustanza hija prodott intermedju limitat għas-sit ta' produzzjoni u f'sistema magħluqa u li mhuwiex mistenni li l-bnedmin jew l-ambjent se jkunu esposti għal xi kwantitajiet sinifikanti tas-sustanza matul il-produzzjoni u l-użu tagħha;

(d)

il-manifattur jinforma lill-Istat Membru dwar id-dettalji tal-manifattura totali attwali jew stmata u l-użu tas-sustanza kkonċernata u dwar in-natura tal-proċess limitat għas-sit ta' produzzjoni u f'sistema magħluqa, filwaqt li jispeċifika l-ammont ta' kwalunkwe kontaminazzjoni fi traċċi mhux ittrasformata u mhux intenzjonata bi kwalunkwe materjal tal-bidu ta' POP fis-sustanza, fit-taħlita jew fl-oġġett finali.

Fi żmien xahar mit-tressiq tan-notifika lis-Segretarjat tal-Konvenzjoni, l-Istat Membru għandu jikkomunika n-notifika lill-Istati Membri l-oħra, lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija, u għandu jagħti dettalji dwar il-manifattura totali attwali jew stmata u l-użu tas-sustanza kkonċernata u dwar in-natura tal-proċess limitat għas-sit ta' produzzjoni u f'sistema magħluqa, filwaqt li jispeċifika l-ammont ta' kwalunkwe kontaminazzjoni fi traċċi mhux ittrasformata u mhux intenzjonata bi kwalunkwe materjal tal-bidu ta' POP fis-sustanza, fit-taħlita jew fl-oġġett finali.

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 18 sabiex temenda l-Annessi I u II billi ddaħħal l-annotazzjonijiet espressament għall-fini li tawtorizza l-manifattura u l-użu, bħala prodott intermedju limitat għas-sit ta' produzzjoni u f'sistema magħluqa, ta' sustanza elenkata fil-Parti A tal-Anness relevanti, u sabiex temenda l-iskadenzi f'tali annotazzjonijiet f'każijiet fejn, wara notifika ripetuta mill-Istat Membru kkonċernat lis-Segretarjat tal-Konvenzjoni, jinħareġ kunsens espliċitu jew taċitu fil-Konvenzjoni għall-kontinwazzjoni tal-manifattura u l-użu tas-sustanza għal perjodu ieħor.

4.   Skart li jikkonsisti minn, li fih jew li jkun ikkontaminat b'xi waħda mis-sustanzi elenkati fl-Anness IV huwa rregolat permezz tal-Artikolu 7.

Artikolu 5

Kumuli mwarrba

1.   Id-detentur ta' kumulu mwarrab, li jikkonsisti minn jew li fih kwalunkwe sustanza elenkata fl-Anness I jew II, li għalih l-ebda użu m'hu permess, għandu jimmaniġġja dak il-kumulu mwarrab bħala skart u b'konformità mal-Artikolu 7.

2.   Id-detentur ta' kumulu mwarrab akbar minn 50 kg, li jikkonsisti minn jew li fih kwalunkwe sustanza elenkata fl-Anness I jew II, u li l-użu tiegħu hu permess, għandu jipprovdi lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih il-kumulu mwarrab huwa stabbilit b'informazzjoni dwar in-natura u d-daqs ta' dak il-kumulu mwarrab. Din l-informazzjoni għandha tkun ipprovduta fi żmien 12-il xahar mid-data li dan ir-Regolament jew ir-Regolament (KE) Nru 850/2004 sar applikabbli għal dik is-sustanza, skont liema data tkun ġiet l-ewwel għad-detentur, u mill-emendi rilevanti għall-Anness I jew II u kull sena wara dan sal-iskadenza speċifikata fl-Anness I jew II għal użu ristrett.

Id-detentur għandu jimmaniġġja l-kumulu mwarrab b'mod sikur, effiċjenti u mingħajr riskji għall-ambjent, b'konformità mal-limiti minimi u mar-rekwiżiti stabbiliti fid-Direttiva 2012/18/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (22) u filwaqt li jittieħdu l-passi adegwati kollha biex ikun żgurat li l-kumulu mwarrab jiġi mmaniġġjat b'mod li jipproteġi s-saħħa tal-bniedem u l-ambjent.

3.   L-Istati Membri għandhom jimmonitorjaw l-użu u l-immaniġġjar tal-kumuli mwarrba notifikati.

Artikolu 6

Tnaqqis, minimizzazzjoni u eliminazzjoni tal-emissjonijiet

1.   Fi żmien sentejn mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament jew ir-Regolament (KE) Nru 850/2004, skont liema data ġiet l-ewwel, l-Istati Membri għandhom ifasslu inventarji dwar l-emissjonijiet fl-ajru, fl-ilma u fl-art tas-sustanzi elenkati fl-Anness III skont l-obbligi tagħhom fil-Konvenzjoni u l-Protokoll u, sussegwentement, għandhom iżommu dawn l-inventarji.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw il-pjanijiet ta' azzjoni tagħhom dwar miżuri biex jiġu identifikati, karatterizzati u minimizzati, bil-għan li meta jkun fattibbli u mill-aktar fis possibbli, jiġu eliminati l-emissjonijiet totali tas-sustanzi elenkati fl-Anness III kif irreġistrati fl-inventarji tagħhom imfassla skont l-obbligi tagħhom fil-Konvenzjoni, lill-Kummissjoni, lill-Aġenzija u lill-Istati Membri l-oħra bħala parti mill-pjanijiet nazzjonali għall-implimentazzjoni tagħhom, skont l-Artikolu 9.

Dawn il-pjanijiet ta' azzjoni għandhom jinkludu miżuri għall-promozzjoni tal-iżvilupp ta', u, fejn ikun meqjus xieraq, għandhom jirrikjedu l-użu ta' sustanzi, taħlitiet, oġġetti u proċessi sostituti jew modifikati biex tiġi evitata l-formazzjoni u l-emissjoni tas-sustanzi elenkati fl-Anness III.

3.   L-Istati Membri, meta jikkunsidraw proposti għall-kostruzzjoni ta' faċilitajiet ġodda jew għall-modifika sinifikanti ta' faċilitajiet eżistenti li jużaw proċessi li jikkaġunaw l-emissjoni tas-sustanzi kimiċi elenkati fl-Anness III, għandhom jikkunsidraw bħala prijorità proċessi, tekniki jew prattiki alternattivi li jkollhom utilità simili iżda li jevitaw l-formazzjoni u l-emissjoni tas-sustanzi elenkati fl-Anness III, mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (23).

Artikolu 7

Immaniġġjar tal-iskart

1.   Il-produtturi u d-detenturi tal-iskart għandhom jagħmlu kull sforz raġonevoli biex jevitaw, fejn possibbli, il-kontaminazzjoni ta' dan l-iskart bis-sustanzi elenkati fl-Anness IV.

2.   Minkejja d-Direttiva tal-Kunsill 96/59/KE (24), skart li jikkonsisti minn, li jinkludi jew li jkun ikkontaminat b'xi sustanza elenkata fl-Anness IV ta' dan ir-Regolament għandu jintrema jew jiġi rkuprat, mingħajr dewmien żejjed u b'konformità mal-Parti 1 tal-Anness V ta' dan ir-Regolament, b'tali mod li jiġi żgurat li l-kontenut ta' POPs jinqered jew jiġi ttrasformat b'mod irreversibbli sabiex l-iskart u l-emissjonijiet li jibqa' ma jurux il-karatteristiċi ta' POPs.

Waqt li jsir dan ir-rimi jew l-irkupru, kwalunkwe sustanza elenkata fl-Anness IV tista' tiġi iżolata mill-iskart, dment li din is-sustanza sussegwentement tintrema b'konformità mal-ewwel subparagrafu.

3.   Operazzjonijiet ta' rimi jew irkupru li jistgħu jwasslu għall-irkupru, ir-riċiklaġġ, ir-reklamazzjoni jew l-użu mill-ġdid waħedhom tas-sustanzi elenkati fl-Anness IV għandhom jiġu pprojbiti.

4.   B'deroga mill-paragrafu 2:

(a)

skart li jkun fih jew li jkun ikkontaminat b'xi sustanza elenkata fl-Anness IV jista' bħala alternattiva jintrema jew jiġi rkuprat b'konformità mal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni, dment li l-kontenut tas-sustanzi elenkati fl-iskart ikun taħt il-limiti ta' konċentrazzjoni speċifikati fl-Anness IV;

(b)

Stat Membru jew l-awtorità kompetenti nnominata minn dak l-Istat Membru jistgħu, f'każijiet eċċezzjonali, iħallu skart elenkat fil-Parti 2 tal-Anness V li jkun fih jew li jkun ikkontaminat b'sustanza elenkata fl-Anness IV sal-limiti ta' konċentrazzjoni speċifikati fil-Parti 2 tal-Anness V, jiġi ttrattat b'xi mod ieħor b'konformità ma' wieħed mill-metodi elenkati fil-Parti 2 tal-Anness V, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i)

id-detentur ikkonċernat ikun wera, għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat, li d-dekontaminazzjoni tal-iskart b'referenza għas-sustanzi elenkati fl-Anness IV ma kinitx fattibbli, u li l-qerda jew it-trasformazzjoni reversibbli tal-kontenut ta' POPs, imwettqa b'konformità mal-aħjar prattika ambjentali jew l-aqwa tekniki disponibbli, ma tirrappreżentax l-għażla preferibbli għal raġunijiet ambjentali u li l-awtorità kompetenti sussegwentement awtorizzat l-operazzjoni alternattiva;

(ii)

id-detentur ikkonċernat ikun ipprovda informazzjoni lill-awtorità kompetenti dwar il-kontenut ta' POPs fl-iskart;

(iii)

l-operazzjoni tkun konformi mal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni u mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-miżuri addizzjonali rilevanti msemmija fil-paragrafu 5;

(iv)

l-Istat Membru kkonċernat ikun informa lill-Istati Membri l-oħra, lill-Aġenzija u lill-Kummissjoni dwar l-awtorizzazzjoni tiegħu u l-ġustifikazzjoni għaliha.

5.   Il-Kummissjoni, fejn xieraq, u filwaqt li tikkunsidra l-iżviluppi tekniċi u l-linji gwida u d-deċiżjonijiet internazzjonali rilevanti u kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija minn Stat Membru, jew mill-awtorità kompetenti nnominata minn dak l-Istat Membru b'konformità mal-paragrafu 4 u l-Anness V, tista' tadotta miżuri ta' implimentazzjoni li jikkonċernaw l-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu. B'mod partikolari, il-Kummissjoni tista' tispeċifika l-format tal-informazzjoni li għandha tintbagħat mill-Istati Membri b'konformità mal-punt (b)(iv) tal-paragrafu 4. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati b'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 20(3).

6.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw il-kontroll u t-traċċabilità, b'konformità mal-Artikolu 17 tad-Direttiva 2008/98/KE, ta' skart li jkun fih jew li jkun ikkontaminat b'sustanza elenkata fl-Anness IV ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 8

Kompiti tal-Aġenzija u tal-Forum

1.   Minbarra l-kompiti allokati lilha skont l-Artikoli 9, 10, 11, 13 u 17 ta' dan ir-Regolament, l-Aġenzija għandha twettaq il-kompiti li ġejjin:

(a)

bi qbil mal-Kummissjoni, tipprovdi lill-awtoritajiet nazzjonali deżinjati tal-Istati Membri u lill-membri tal-Forum għall-Iskambju ta' Informazzjoni dwar l-Infurzar stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (“Forum”), kif ukoll lill-partijiet ikkonċernati kif xieraq, bl-assistenza teknika u gwida xjentifika sabiex tiżgura l-applikazzjoni effikaċi ta' dan ir-Regolament;

(b)

meta tintalab, tipprovdi lill-Kummissjoni b'input tekniku u xjentifiku u tgħinha sabiex tiżgura l-implimentazzjoni effikaċi ta' dan ir-Regolament;

(c)

tipprovdi appoġġ u kontribut tekniku u xjentifiku lill-Kummissjoni fir-rigward tas-sustanzi li jistgħu jissodisfaw il-kriterji għall-elenkar fil-Konvenzjoni jew fil-Protokoll, filwaqt li jitqiesu, kif xieraq, ir-riżultati minn skemi ta' valutazzjoni eżistenti msemmija fl-Artikolu 3(3);

(d)

tippubblika fis-sit web tagħha avviż li l-Kummissjoni se tħejji proposta għall-elenkar ta' sustanza, tistieden lill-partijiet interessati kollha jressqu kummenti fi żmien tmien ġimgħat, u tippubblika dawk il-kummenti fis-sit web tagħha;

(e)

tipprovdi lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri bl-appoġġ tekniku u xjentifiku fit-tħejjija u r-rieżami tal-profil tar-riskju u tal-evalwazzjoni tal-ġestjoni tar-riskju ta' sustanza kkunsidrata taħt il-Konvenzjoni, tistieden lill-partijiet interessati kollha jressqu kummenti jew informazzjoni addizzjonali, jew it-tnejn, fi żmien tmien ġimgħat u tippubblika dawk il-kummenti fis-sit web tagħha;

(f)

meta tintalab, tipprovdi lill-Kummissjoni bl-appoġġ tekniku u xjentifiku fl-implimentazzjoni u l-iżvilupp ulterjuri tal-Konvenzjoni, partikolarment fir-rigward tal-Kumitat ta' Verifika tal-POPs;

(g)

tikkompila, tirreġistra, tipproċessa u tagħmel disponibbli għall-Kummissjoni u għall-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-informazzjoni kollha li tirċievi jew li tkun disponibbli skont l-Artikolu 4(2) u (3), il-punt (b)(iv) tal-Artikolu 7(4), l-Artikolu 9(2) u l-Artikolu 13(1). Meta tali niformazzjoni ma tkunx kunfidenzjali, l-Aġenzija għandha tagħmel tali informazzjoni disponibbli pubblikament fis-sit web tagħha u għandha tiffaċilita l-iskambju ta' dik l-informazzjoni bi pjattaformi ta' informazzjoni rilevanti bħal dawk imsemmija fl-Artikolu 13(2);

(h)

tistabbilixxi u żżomm taqsimiet fis-sit web tagħha għal kull kwistjoni li għandha x'taqsam mal-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament.

2.   Il-Forum għandu jintuża biex jikkoordina netwerk tal-awtoritajiet tal-Istati Membri responsabbli għall-infurzar ta' dan ir-Regolament.

Il-membri tal-Forum li huma maħtura minn Stat Membru għandhom jiżguraw li jkun hemm koordinazzjoni adegwata bejn il-kompiti tal-Forum u x-xogħol tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tagħhom.

Il-Forum għandu jinvolvi lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-Istati membri responsabbli mill-iskart meta jittratta kwistjonijiet relatati mal-iskart.

3.   Is-Segretarjat tal-Aġenzija għandu jwettaq il-kompiti allokati lill-Aġenzija skont dan ir-Regolament.

Artikolu 9

Pjanijiet għall-implimentazzjoni

1.   Waqt il-preparazzjoni u l-aġġornament tal-pjanijiet għall-implimentazzjoni nazzjonali tagħhom, l-Istati Membri għandhom, b'konformità mal-proċeduri nazzjonali tagħhom, jagħtu opportunitajiet bikrija u effettivi lill-pubbliku biex jipparteċipa f'dan il-proċess.

2.   Hekk kif Stat Membru jkun adotta l-pjan għall-implimentazzjoni nazzjonali tiegħu skont l-obbligi tiegħu fil-Konvenzjoni, dan għandu jagħmlu disponibbli pubblikament u jikkomunika l-pubblikazzjoni tiegħu lill-Kummissjoni, lill-Aġenzija u lill-Istati Membri l-oħra.

3.   Meta l-Istati Membri jkunu qed jagħmlu l-preparazzjoni u l-aġġornament tal-pjanijiet għall-implimentazzjoni tagħhom, il-Kummissjoni, appoġġata mill-Aġenzija, u l-Istati Membri għandhom jagħmlu skambju tal-informazzjoni dwar il-kontenut, inkluż informazzjoni dwar miżuri meħuda f'livell nazzjonali biex jiġu identifikati u vvalutati siti kkontaminati mill-POPs, kif xieraq.

4.   Il-Kummissjoni, appoġġata mill-Aġenzija, għandha żżomm pjan għall-implimentazzjoni tal-obbligi tal-Unjoni skont il-Konvenzjoni u għandha tippubblika, teżamina mill-ġdid u taġġorna dak il-pjan, kif xieraq.

Artikolu 10

Monitoraġġ

1.   Il-Kummissjoni, appoġġata mill-Aġenzija, u l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu jew iżommu, skont il-każ, b'kooperazzjoni mill-qrib, programmi u mekkaniżmi xierqa, konsistenti mal-aktar stat avvanzat, biex tipprovdi b'mod regolari data komparabbli mill-monitoraġġ tal-preżenza fl-ambjent ta' sustanzi kif elenkati fil-Parti A tal-Anness III. Meta dawn il-programmi u mekkaniżmi jkunu qed jiġu stabbiliti jew jinżammu, għandu jittieħed kont xieraq tal-iżviluppi fil-Protokoll u l-Konvenzjoni.

2.   Il-Kummissjoni għandha tivvaluta b'mod regolari l-ħtieġa possibbli għall-monitoraġġ mandatorju ta' sustanza elenkata fil-Parti B tal-Anness III. Fid-dawl ta' tali valutazzjoni u ta' kwalunkwe data li l-Istati Membri jqiegħdu għad-dispożizzjoni tagħha, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati b'konformità mal-Artikolu 18 biex temenda l-Anness III sabiex, meta xieraq, tittrasferixxi sustanza mill-Parti B tal-Anness III għall-Parti A tiegħu.

Artikolu 11

Skambju ta' informazzjoni

1.   Il-Kummissjoni, l-Aġenzija u l-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw u jintrabtu li jsir l-iskambju fl-Unjoni u ma' pajjiżi terzi ta' informazzjoni rilevanti għat-tnaqqis, il-minimizzazzjoni jew l-eliminazzjoni, meta fattibbli, tal-manifattura, l-użu u l-emissjoni ta' POPs u tal-alternattivi ta' dawk is-sustanzi, filwaqt li jispeċifikaw ir-riskji u l-ispejjeż ekonomiċi u soċjali konnessi ma' dawn l-alternattivi.

2.   Il-Kummissjoni, l-Aġenzija u l-Istati Membri, kif xieraq, għandhom iħeġġu u jiffaċilitaw fir-rigward tal-POPs:

(a)

programmi ta' sensibilizzazzjoni, inkluż dawk dwar l-effetti tagħhom fuq is-saħħa u l-ambjent u l-alternattivi tagħhom u dwar it-tnaqqis jew l-eliminazzjoni tal-manifattura, l-użu u l-emissjoni tagħhom, speċjalment għal:

(i)

min ifassal il-politika u jieħdu d-deċiżjonijiet,

(ii)

gruppi partikolarment vulnerabbli;

(b)

għoti ta' informazzjoni lill-pubbliku;

(c)

taħriġ, inklużi l-ħaddiema, ix-xjenzati, l-edukaturi u l-persunal tekniku u maniġerjali.

3.   Mingħajr preġudizzju għar-Regolamenti (KE) Nru 1049/2001, u (KE) Nru 1367/2006 u għad-Direttiva 2003/4/KE, informazzjoni dwar is-saħħa u s-sikurezza tal-bniedem u tal-ambjent ma għandhiex titqies bħala kunfidenzjali. Il-Kummissjoni, l-Aġenzija u l-Istati Membri li jagħmlu skambju ta' informazzjoni ma' pajjiż terz għandhom jipproteġu kwalunkwe informazzjoni kunfidenzjali b'konformità mad-dritt tal-Unjoni.

Artikolu 12

Assistenza teknika

B'konformità mal-Artikoli 12 u 13 tal-Konvenzjoni, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jikkooperaw fl-għoti ta' assistenza teknika u finanzjarja xierqa u f'waqtha lil pajjiżi li qed jiżviluppaw u lil pajjiżi b'ekonomiji fi tranżizzjoni biex jgħinuhom, fuq talba u skont ir-riżorsi disponibbli u billi jittieħed kont tal-ħtiġijiet partikolari tagħhom, biex jiżviluppaw u jsaħħu l-kapaċità tagħhom li jimplimentaw bis-sħiħ l-obbligi tagħhom skont il-Konvenzjoni. Dan l-appoġġ jista' jingħata wkoll permezz ta' ċentri reġjonali, kif identifikat taħt il-Konvenzjoni, ta' organizzazzjonijiet mhux governattivi jew tal-Aġenzija.

Artikolu 13

Monitoraġġ tal-implimentazzjoni

1.   Mingħajr preġudizzju għad-Direttivi 2003/4/KE u 2007/2/KE, Stat Membru għandu jfassal, u jippubblika rapport li jkun fih:

(a)

informazzjoni dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, inkluża informazzjoni dwar attivitajiet ta' infurzar, ksur u penali;

(b)

informazzjoni miġbura min-notifiki riċevuti skont l-Artikolu 4(2) u (3), l-Artikolu 5(2) u l-punt (b)(iv) tal-Artikolu 7(4);

(c)

informazzjoni miġbura mill-inventarji tal-emissjonijiet imfassla skont l-Artikolu 6(1);

(d)

informazzjoni dwar l-implimentazzjoni b'konformità mal-pjanijiet nazzjonali għall-implimentazzjoni mfassla skont l-Artikolu 9(2);

(e)

informazzjoni dwar il-preżenza fl-ambjent ta' sustanzi elenkati fil-Parti A tal-Anness III, kif miġbura skont l-Artikolu 10;

(f)

data statistika u ta' monitoraġġ annwali dwar l-ammont totali attwali jew stmat tal-manifattura u t-tqegħid fis-suq ta' kwalunkwe sustanza elenkata fl-Anness I jew II, inklużi indikaturi, mapep ġenerali u rapporti rilevanti.

L-Istati Membri għandhom jaġġornaw ir-rapport annwalment sakemm tkun disponibbli data jew informazzjoni ġdida u altrimenti mill-inqas kull tliet snin.

L-Istati Membri għandhom jagħtu lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija aċċess għall-informazzjoni li jkun fihom ir-rapporti.

2.   Meta Stat Membru jikkondividi l-informazzjoni msemmija fil-punt (e) tal-paragrafu 1 mal-Pjattaforma ta' Informazzjoni għall-Monitoraġġ tas-Sustanzi Kimiċi, dan għandu jiġi indikat minn dak l-Istat Membru fir-rapport tiegħu u l-Istat Membru għandu jitqies li jkun issodisfa l-obbligi ta' rappurtar tiegħu skont dak il-punt.

Meta l-informazzjoni msemmija fil-punt (e) tal-paragrafu 1 tkun inkluża fir-rapport ta' Stat Membru mogħti lill-Aġenzija, l-Aġenzija għandha tuża l-Pjattaforma ta' Informazzjoni għall-Monitoraġġ tas-Sustanzi Kimiċi biex tiġbor, taħżen u tikkondividi dik l-informazzjoni.

3.   Rigward is-sustanzi elenkati fil-Konvenzjoni, il-Kummissjoni, appoġġata mill-Aġenzija, għandha, fl-intervalli determinati mill-Konferenza tal-Partijiet tal-Konvenzjoni, tfassal rapport abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri lill-Aġenzija b'konformità mal-punt (f) tal-paragrafu 1 u tikkomunikah lis-Segretarjat tal-Konvenzjoni.

4.   L-Aġenzija għandha tiġbor u tippubblika rapport ta' sintesi tal-Unjoni abbażi tad-data msemmija fil-paragrafi 1 u 2 li tkun ippubblikata jew innotifikata mill-Istati Membri. Ir-rapport ta' sintesi tal-Unjoni għandha tinkludi, skont il-każ, indikaturi għall-outputs, ir-riżultati u l-impatt ta' dan ir-Regolament, mapep tal-ħarsa ġenerali tal-Unjoni u r-rapporti tal-Istati Membri. Ir-rapport ta' sintesi tal-Unjoni għandha tiġi aġġornata mill-Aġenzija mill-inqas darba kull sitt xhur jew wara li tasal talba mingħand il-Kummissjoni.

5.   Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jikkonċernaw l-informazzjoni minima li għandha tingħata skont il-paragrafu 1, inkluża d-definizzjoni ta' indikaturi rilevanti, mapep u rapporti ta' sintesi msemmija fil-punt (f) tal-paragrafu 1. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati b'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 20(3).

Artikolu 14

Penali

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar penali applikabbli għal ksur ta' dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. Meta l-Istati Membri ma jkunux diġà għamlu dan qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament għandhom sas-16 ta' Lulju 2020, jinnotifikaw lill-Kummissjoni b'dawk ir-regoli u dawk il-miżuri u għandhom jinnotifikawha, mingħajr dewmien, bi kwalunkwe emenda sussegwenti li tolqothom.

Artikolu 15

Emenda tal-Annessi

1.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati b'konformità mal-Artikolu 18 biex temenda l-Annessi I, II u III ta' dan ir-Regolament sabiex jiġu adattati għal bidliet fil-lista ta' sustanzi stabbilita fl-Annessi tal-Konvenzjoni jew tal-Protokoll, dment li l-Unjoni appoġġat il-bidla kkonċernata permezz ta' deċiżjoni tal-Kunsill adottata b'konformità mal-Artikolu 218(9) tat-TFUE, jew li timmodifika entrati jew dispożizzjonijiet eżistenti fl-Annessi I u II ta' dan ir-Regolament sabiex tadattahom għall-progress xjentifiku u tekniku.

Kull meta l-Kummissjoni temenda l-Anness I, II jew III ta' dan ir-Regolament, għandha tadotta att delegat separat fir-rigward ta' kull sustanza.

2.   Il-Kummissjoni għandha żżomm l-Annessi IV u V taħt rieżami kostanti u, meta jkun xieraq, għandha tagħmel proposti leġiżlattivi biex temenda dawn l-annessi sabiex jiġu adattati għall-bidliet fil-lista ta' sustanzi stabbilita fl-Annessi tal-Konvenzjoni jew tal-Protokoll jew biex timmodifika entrati jew dispożizzjonijiet eżistenti fl-Annessi ta' dan ir-Regolament sabiex tadattahom għall-progress xjentifiku u tekniku.

Artikolu 16

Il-baġit tal-Aġenzija

1.   Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, id-dħul tal-Aġenzija għandu jikkonsisti minn:

(a)

sussidju mill-Unjoni, li jiddaħħal fil-baġit ġenerali tal-Unjoni (It-Taqsima tal-Kummissjoni);

(b)

kwalunkwe kontribuzzjoni volontarja mill-Istati Membri.

2.   Id-dħul u n-nefqa għall-attivitajiet skont dan ir-Regolament għandhom jiġu kkombinati ma' dawk relatati mal-attivitajiet skont ir-Regolament (UE) Nru 649/2012 u għandhom ikunu riflessi fl-istess taqsima fil-baġit tal-Aġenzija. Id-dħul tal-Aġenzija msemmi fil-paragrafu 1 għandu jintuża biex jitwettqu l-kompiti tagħha skont dan ir-Regolament.

Artikolu 17

Formati u softwer għall-pubblikazzjoni jew għan-notifika tal-informazzjoni

L-Aġenzija, b'kooperazzjoni mal-Istati Membri, għandha tispeċifika l-formati u s-softwer għall-pubblikazzjoni jew għan-notifika tad-data mill-Istati Membri skont dan ir-Regolament u għandha tagħmilhom disponibbli fis-sit web tagħha bla ħlas. B'rabta mas-settijiet ta' data ġeografika u s-servizzi ta' data ġeografika, l-Istati Membri u l-Aġenzija għandhom ifasslu l-formati b'konformità mar-rekwiżiti tad-Direttiva 2007/2/KE. L-Istati Membri u partijiet oħra soġġetti għal dan ir-Regolament għandhom jużaw dawn il-formati u dan is-softwer fil-ġestjoni tad-data jew fl-iskambju tad-data tagħhom mal-Aġenzija.

Artikolu 18

Eżerċizzju tad-delega

1.   Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.   Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikoli 4(3), 10(2) u 15(1) hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin mill-15 ta' Lulju 2019. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta' setgħa mhux iktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta' ħames snin. Id-delega ta' setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta' żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.

3.   Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikoli 4(3), 10(2) u 15(1) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta' setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. M'għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.   Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nnominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

5.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.   Att delegat adottat skont l-Artikoli 4(3), 10(2) u 15(1) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 19

L-awtoritajiet kompetenti

Kull Stat Membru għandu jinnomina awtorità kompetenti jew awtoritajiet responsabbli għall-kompiti amministrattivi u l-infurzar rikjesti minn dan ir-Regolament. Għandu jinforma lill-Kummissjoni b'din in-nomina mhux aktar tard minn tliet xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, dment li ma jkunx diġà għamel hekk qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, u għandu jinforma wkoll lill-Kummissjoni bi kwalunkwe bidla ta' awtorità kompetenti nominata.

Artikolu 20

Proċedura ta' kumitat

1.   Ħlief fil-każ imsemmi fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 133 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.   Għal kwistjonijiet relatati mal-iskart, il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 39 tad-Direttiva 2008/98/KE. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

3.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Fejn il-kumitat ma jagħti ebda opinjoni, il-Kummissjoni m'għandhiex tadotta l-abbozz tal-att ta' implimentazzjoni, u għandu japplika t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 21

Tħassir

Ir-Regolament (KE) Nru 850/2004 huwa mħassar.

Referenzi għar-Regolament li ġie mħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta' korrelazzjoni fl-Anness VII.

Artikolu 22

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Ġunju 2019.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

A. TAJANI

Għall-Kunsill

Il-President

G. CIAMBA


(1)  ĠU C 367, 10.10.2018, p. 93.

(2)  Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' April 2019 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-deċiżjoni tal-Kunsill tat-13 ta' Ġunju 2019.

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 850/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar pollutanti organiċi persistenti u li jemenda d-Direttiva 79/117/KEE (ĠU L 158, 30.4.2004, p. 7).

(4)  ĠU L 81, 19.3.2004, p. 37.

(5)  ĠU L 209, 31.7.2006, p. 3.

(6)  ĠU L 63, 6.3.2003, p. 29.

(7)  ĠU L 39, 16.2.1993, p. 3.

(8)  ĠU L 142, 2.6.2017, p. 4.

(9)  Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).

(10)  Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1).

(11)  Ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1).

(12)  Id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3).

(13)  Ir-Regolament (UE) Nru 649/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar l-esportazzjoni u l-importazzjoni ta' sustanzi kimiċi perikolużi (ĠU L 201, 27.7.2012, p. 60).

(14)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/955/UE tat-18 ta' Diċembru 2014 li temenda d-Deċiżjoni 2000/532/KE dwar il-lista ta' skart skont id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 370, 30.12.2014, p. 44).

(15)  Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).

(16)  Ir-Regolament (KE) Nru 1367/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Settembru 2006 dwar l-applikazzjoni għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità tad-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta' Aarhus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta' Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali (ĠU L 264, 25.9.2006, p. 13).

(17)  Id-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2003 dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/313/KEE (ĠU L 41, 14.2.2003, p. 26).

(18)  ĠU L 354, 28.12.2013, p. 171.

(19)  Id-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Marzu 2007 li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea (Inspire) (ĠU L 108, 25.4.2007, p. 1).

(20)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

(21)  Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

(22)  Id-Direttiva 2012/18/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar il-kontroll ta' perikli ta' inċidenti kbar li jinvolvu sustanzi u taħlitiet perikolużi li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/82/KE (ĠU L 197, 24.7.2012, p. 1).

(23)  Id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17).

(24)  Id-Direttiva tal-Kunsill Nru 96/59/KE tas-16 ta' Settembru 1996 dwar ir-rimi ta' polychlorinated biphenyls u polychlorinated terphenyls (PCB/PCT) (ĠU L 243, 24.9.1996, p. 31).


ANNESS I

Parti A

Is-sustanzi elenkati fil-Konvenzjoni u fil-Protokoll kif ukoll is-sustanzi elenkati fil-Konvenzjoni biss

Sustanza

Nru CAS

Nru KE

Eżenzjoni speċifika fuq użu intermedju jew speċifikazzjoni oħra

Etere tat-tetrabromodifenil

C12H6Br4O

40088-47-9 u oħrajn

254-787-2 u oħrajn

1.

Għall-finijiet ta' din l-entrata, il-punt (b) tal-Artikolu 4(1) għandu japplika għall-konċentrazzjonijiet tal-etere tat-tetrabromodifenil ekwivalenti għal 10 mg/kg jew inqas (0,001 % skont il-piż) fejn ikun preżenti f'sustanzi.

2.

Għall-finijiet tal-entrati dwar l-etere tat-tetrabromodifenil, l-etere tal-pentabromodifenil, l-etere tal-eżabromodifenil, l-etere tal-ettabromodifenil u l-etere tad-dekabromodifenil, il-punt (b) tal-Artikolu 4(1) għandu japplika għas-somma tal-konċentrazzjoni ta' dawk is-sustanzi ta' mhux aktar minn 500 mg/kg fejn ikunu preżenti f'taħlitiet jew f'oġġetti, soġġett għal rieżami u valutazzjoni mill-Kummissjoni sas-16 ta' Lulju 2021. Dan ir-rieżami għandu jivvaluta, inter alia, l-impatti rilevanti kollha fir-rigward tas-saħħa u l-ambjent.

3.

B'deroga, il-manifattura, it-tqegħid fis-suq u l-użu ta' dawn li ġejjin għandhom ikunu permessi:

tagħmir elettriku u elettroniku fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

4.

L-użu ta' oġġetti li diġà kienu jintużaw fl-Unjoni qabel il-25 ta' Awwissu 2010 li fihom l-etere tat-tetrabromodifenil għandu jkun permess. It-tielet u r-raba' subparagrafi tal-Artikolu 4(2) għandhom japplikaw b'rabta ma' tali oġġetti.

Etere tal-pentabromodifenil

C12H5Br5O

32534-81-9 u oħrajn

251-084-2 u oħrajn

1.

Għall-finijiet ta' din l-entrata, il-punt (b) tal-Artikolu 4(1) għandu japplika għall-konċentrazzjonijiet tal-etere tat-pentabromodifenil ekwivalenti għal 10 mg/kg jew inqas (0,001 % skont il-piż) fejn ikun preżenti f'sustanzi.

2.

Għall-finijiet tal-entrati dwar l-etere tat-tetrabromodifenil, l-etere tal-pentabromodifenil, l-etere tal-eżabromodifenil, l-etere tal-ettabromodifenil u l-etere tad-dekabromodifenil, il-punt (b) tal-Artikolu 4(1) għandu japplika għas-somma tal-konċentrazzjoni ta' dawk is-sustanzi ta' mhux aktar minn 500 mg/kg fejn ikunu preżenti f'taħlitiet jew f'oġġetti, soġġett għal rieżami u valutazzjoni mill-Kummissjoni sas-16 ta' Lulju 2021. Dan ir-rieżami għandu jivvaluta, inter alia, l-impatti rilevanti kollha fir-rigward tas-saħħa u l-ambjent.

3.

B'deroga, il-manifattura, it-tqegħid fis-suq u l-użu ta' dawn li ġejjin għandhom ikunu permessi:

tagħmir elettriku u elettroniku fi ħdan l-ambitu tad-Direttiva 2011/65/UE.

4.

L-użu ta' oġġetti li diġà kienu jintużaw fl-Unjoni qabel il-25 ta' Awwissu 2010 li fihom l-etere tal-pentabromodifenil għandu jkun permess. It-tielet u r-raba' subparagrafi tal-Artikolu 4(2) għandhom japplikaw b'rabta ma' tali oġġetti.

Etere tal-eżabromodifenil

C12H4Br6O

36483-60-0 u oħrajn

253-058-6 u oħrajn

1.

Għall-finijiet ta' din l-entrata, il-punt (b) tal-Artikolu 4(1) għandu japplika għall-konċentrazzjonijiet tal-etere tat-eżabromodifenil ekwivalenti għal 10 mg/kg jew inqas (0,001 % skont il-piż) fejn ikun preżenti f'sustanzi.

2.

Għall-finijiet tal-entrati dwar l-etere tat-tetrabromodifenil, l-etere tal-pentabromodifenil, l-etere tal-eżabromodifenil, l-etere tal-ettabromodifenil u l-etere tad-dekabromodifenil, il-punt (b) tal-Artikolu 4(1) għandu japplika għas-somma tal-konċentrazzjoni ta' dawk is-sustanzi ta' mhux aktar minn 500 mg/kg fejn ikunu preżenti f'taħlitiet jew f'oġġetti, soġġett għal rieżami u valutazzjoni mill-Kummissjoni sas-16 ta' Lulju 2021. Dan ir-rieżami għandu jivvaluta, inter alia, l-impatti rilevanti kollha fir-rigward tas-saħħa u l-ambjent.

3.

B'deroga, il-manifattura, it-tqegħid fis-suq u l-użu ta' dawn li ġejjin għandhom ikunu permessi:

tagħmir elettriku u elettroniku fi ħdan l-ambitu tad-Direttiva 2011/65/UE.

4.

L-użu ta' oġġetti li diġà kienu jintużaw fl-Unjoni qabel il-25 ta' Awwissu 2010 li fihom l-etere tal-eżabromodifenil għandu jkun permess. It-tielet u r-raba' subparagrafi tal-Artikolu 4(2) għandhom japplikaw b'rabta ma' tali oġġetti.

Etere tal-ettabromodifenil

C12H3Br7O

68928-80-3 u oħrajn

273-031-2 u oħrajn

1.

Għall-finijiet ta' din l-entrata, il-punt (b) tal-Artikolu 4(1) għandu japplika għall-konċentrazzjonijiet tal-etere tal-ettabromodifenil ekwivalenti għal 10 mg/kg jew inqas (0,001 % skont il-piż) fejn ikun preżenti f'sustanzi.

2.

Għall-finijiet tal-entrati dwar l-etere tat-tetrabromodifenil, l-etere tal-pentabromodifenil, l-etere tal-eżabromodifenil, l-etere tal-ettabromodifenil u l-etere tad-dekabromodifenil, il-punt (b) tal-Artikolu 4(1) għandu japplika għas-somma tal-konċentrazzjoni ta' dawk is-sustanzi ta' mhux aktar minn 500 mg/kg fejn ikunu preżenti f'taħlitiet jew f'oġġetti, soġġett għal rieżami u valutazzjoni mill-Kummissjoni sas-16 ta' Lulju 2021. Dan ir-rieżami għandu jivvaluta, inter alia, l-impatti rilevanti kollha fir-rigward tas-saħħa u l-ambjent.

3.

B'deroga, il-manifattura, it-tqegħid fis-suq u l-użu ta' dawn li ġejjin għandhom ikunu permessi:

tagħmir elettriku u elettroniku fi ħdan l-ambitu tad-Direttiva 2011/65/UE.

4.

L-użu ta' oġġetti li diġà kienu jintużaw fl-Unjoni qabel il-25 ta' Awwissu 2010 li fihom l-etere tal-ettabromodifenil għandu jkun permess. It-tielet u r-raba' subparagrafi tal-Artikolu 4(2) għandhom japplikaw b'rabta ma' tali oġġetti.

Etere tal-bis(pentabromofenil) (etere tad-dekabromodifenil; dekaBDE

1163-19-5

214-604-9

1.

Għall-finijiet ta' din l-entrata, il-punt (b) tal-Artikolu 4(1) għandu japplika għall-konċentrazzjonijiet tad-dekaBDE ekwivalenti għal jew inqas minn 10 mg/kg (0,001 % skont il-piż) fejn ikun preżenti f'sustanzi.

2.

Għall-finijiet tal-entrati dwar l-etere tat-tetrabromodifenil, l-etere tal-pentabromodifenil, l-etere tal-eżabromodifenil, l-etere tal-ettabromodifenil u l-etere tad-dekabromodifenil, il-punt (b) tal-Artikolu 4(1) għandu japplika għas-somma tal-konċentrazzjoni ta' dawk is-sustanzi ta' mhux aktar minn 500 mg/kg fejn ikunu preżenti f'taħlitiet jew f'oġġetti, soġġett għal rieżami u valutazzjoni mill-Kummissjoni sas-16 ta' Lulju 2021. Dan ir-rieżami għandu jivvaluta, inter alia, l-impatti rilevanti kollha fir-rigward tas-saħħa u l-ambjent.

3.

B'deroga, il-manifattura, it-tqegħid fis-suq u l-użu tad-dekaBDE għandhom ikunu permessi għall-finijiet li ġejjin, dment li l-Istati Membri jirrappurtaw lill-Kummissjoni sa Diċembru 2019 b'konformità mal-Konvenzjoni:

(a)

fil-manifattura ta' inġenju tal-ajru, li għalih tkun saret applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip qabel it-2 ta' Marzu 2019 u tkun ġiet riċevuta qabel Diċembru 2022, sat-18 ta' Diċembru 2023, jew, f'każijiet fejn il-ħtieġa kontinwa tkun ġustifikata, sat-2 ta' Marzu 2027;

(b)

fil-manifattura ta' spare parts għal dawn li ġejjin:

(i)

inġenju tal-ajru, li għalih tkun saret applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip qabel it-2 ta' Marzu 2019 u tkun ġiet riċevuta qabel Diċembru 2022, immanifatturat qabel it-18 ta' Diċembru 2023, jew, f'każijiet fejn il-ħtieġa kontinwa tkun ġustifikata, immanifatturat qabel it-2 ta' Marzu 2027, sa tmiem iċ-ċiklu tal-ħajja ta' dak l-inġenju tal-ajru;

(ii)

vetturi bil-mutur fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), prodotti qabel il-15 ta' Lulju 2019 jew sal-2036 jew sal-aħħar tal-ħajja tas-servizz ta' dawk il-vetturi bil-mutur, skont liema data tiġi qabel;

(c)

tagħmir elettriku u elettroniku fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2011/65/UE.

4.

L-eżenzjonijiet speċifiċi għal spare parts għall-użu f'vetturi bil-mutur imsemmija fil-punt 2(b)(ii) għandhom japplikaw għall-manifattura u l-użu tad-dekaDBE kummerċjali li jaqa' taħt waħda jew aktar mill-kategoriji li ġejjin:

(a)

applikazzjonijiet tas-sistemi tal-motopropulsjoni u ta' taħt il-bonit bħall-wajers tal-massa tal-batterija, il-wajers tal-interkonnessjoni tal-batterija, il-pajpijiet tal-arja kundizzjonata mobbli (MAC), is-sistemi tal-motopropulsjoni, il-bushings tal-manifold tal-egżost, l-iżolament taħt il-bonit, il-wajers u l-faxx tal-wajers taħt il-bonit (wajers tal-magna, eċċ.), is-sensuri tal-veloċità, il-pajpijiet, il-moduli tal-fannijiet u s-sensuri tan-knock;

(b)

applikazzjonijiet tas-sistema tal-fjuwil bħal pajpijiet tal-fjuwil, tankijiet tal-fjuwil u tankijiet tal-fjwuil taħt il-karozzerija;

(c)

apparati pirotekniċi u applikazzjonijiet affettwati minn apparati pirotekniċi bħal kejbils tal-ignixin tal-airbags, covers/drappijiet tas-sits, unikament jekk rilevanti għall-airbags, u airbags (ta' quddiem u tal-ġenb).

5.

L-użu ta' oġġetti diġà fl-użu qabel il-15 ta' Lulju 2019 fl-Unjoni li fihom id-dekaBDE għandu jkun permess. It-tielet u r-raba' subparagrafi tal-Artikolu 4(2) għandhom japplikaw b'rabta ma' tali oġġetti.

6.

Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta' dispożizzjonijiet oħra tal-Unjoni dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u t-tikkettar ta' sustanzi u taħlitiet, oġġetti li fihom jintuża d-dekaBDE għandhom ikunu identifikabbli permezz tat-tikkettar jew b'mezzi oħra tul iċ-ċiklu tal-ħajja tiegħu.

7.

It-tqegħid fis-suq u l-użu tal-oġġetti li fihom id-dekaBDE importati għall-finijiet tal-eżenzjonijiet speċifiċi fil-punt 2 għandhom ikunu permessi sal-iskadenza ta' dawk l-eżenzjonijiet. Il-punt 6 għandu japplika daqslikieku oġġetti bħal dawn ġew prodotti skont l-eżenzjoni fil-punt 2. Oġġetti ta' dan it-tip li jkunu qed jintużaw sad-data ta' skadenza tal-eżenzjoni rilevanti jistgħu jibqgħu jintużaw.

8.

Għall-finijiet ta' din l-entrata “inġenju tal-ajru” tfisser dan li ġej:

(a)

inġenju tal-ajru ċivili mmanifatturat b'konformità ma' ċertifikat tat-tip maħruġ skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) jew bl-approvazzjoni tad-disinn maħruġa skont ir-regolamenti nazzjonali ta' stat kontraenti tal-ICAO, jew li għalih inħareġ ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà minn Stat Kontraenti tal-ICAO skont l-Anness 8 tal-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali;

(b)

inġenju tal-ajru militari.

Aċidu sulfoniku perfluworottan u d-derivattivi tiegħu (PFOS)

C8F17SO2X

(X = OH, melħ tal-metall (O-M+), aloġenur, ammid, u derivattivi oħra, inklużi l-polimeri)

1763-23-1

2795-39-3

29457-72-5

29081-56-9

70225-14-8

56773-42-3

251099-16-8

4151-50-2

31506-32-8

1691-99-2

24448-09-7

307-35-7 u oħrajn

217-179-8

220-527-1

249-644-6

249-415-0

274-460-8

260-375-3

223-980-3

250-665-8

216-887-4

246-262-1

206-200-6 u oħrajn

1.

Għall-finijiet ta' din l-entrata, il-punt (b) tal-Artikolu 4(1) għandu japplika għall-konċentrazzjonijiet tal-PFOS ekwivalenti għal jew inqas minn 10 mg/kg (0,001 % skont il-piż) fejn ikun preżenti f'sustanzi jew f'taħlitiet.

2.

Għall-finijiet ta' din l-entrata, il-punt (b) tal-Artikolu 4(1) għandu japplika għall-konċentrazzjonijiet tal-PFOS fi prodotti jew oġġetti li huma parzjalment lesti, jew f'partijiet minnhom, jekk il-konċentrazzjoni tal-PFOS tkun anqas minn 0,1 % skont il-piż ikkalkulata b'referenza għall-massa ta' partijiet strutturalment jew mikrostrutturalment distinti li fihom il-PFOS jew, għal tessuti jew materjali miksija oħra, jekk l-ammont ta' PFOS ikun anqas minn 1 μg/m2 tal-materjal miksi.

3.

L-użu ta' oġġetti li diġà kienu jintużaw fl-Unjoni qabel il-25 ta' Awwissu 2010 li fihom il-PFOS għandu jkun permess. It-tielet u r-raba' subparagrafi tal-Artikolu 4(2) għandhom japplikaw b'rabta ma' tali oġġetti.

4.

Jekk il-kwantità rilaxxata fl-ambjent titnaqqas kemm jista' jkun, il-manifattura u t-tqegħid fis-suq huma permessi għall-użi speċifiċi li ġejjin dment li l-Istati Membri jirrapportaw lill-Kummissjoni kull erba' snin dwar il-progress li jkun sar sabiex jiġi eliminat il-PFOS:

aġenti li jrażżnu l-irxiex għall-kisi mhux dekorattiv bil-kromju (VI) iebes f'sistemi b'ċiklu magħluq.

Meta tali deroga tikkonċerna l-produzzjoni jew l-użu f'istallazzjoni fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2008/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), l-aqwa tekniki disponibbli rilevanti għall-prevenzjoni u l-minimizzazzjoni tal-emissjonijiet tal-PFOS deskritti fl-informazzjoni ppubblikata mill-Kummissjoni skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 17(2) tad-Direttiva 2008/1/KE għandhom japplikaw.

Hekk kif tkun disponibbli informazzjoni ġdida dwar id-dettalji tal-użi u s-sustanzi jew it-teknoloġiji alternattivi iktar sikuri, il-Kummissjoni għandha teżamina mill-ġdid id-deroga fit-tieni subparagrafu sabiex:

(a)

l-użi tal-PFOS jitwaqqfu gradwalment hekk kif l-użu ta' alternattivi iktar sikuri jkun teknikament u ekonomikament fattibbli,

(b)

deroga tista' titkompla biss għal użi essenzjali li għalihom ma jeżistux alternattivi iktar sikuri u fejn ġew irrappurtati l-isforzi li saru biex jinstabu alternattivi iktar sikuri,

(c)

jitnaqqsu kemm jista' jkun l-emissjonijiet tal-PFOS fl-ambjent billi jiġu applikati l-aqwa tekniki disponibbli.

5.

Ladarba l-istandards jiġu adottati mill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN), dawn għandhom jintużaw bħala l-metodi analitiċi tal-ittestjar sabiex tintwera l-konformità tas-sustanzi, tat-taħlitiet u tal-oġġetti mal-punti 1 u 2. Kwalunkwe metodu analitiku ieħor li għalih l-utent jista' juri prestazzjoni ekwivalenti jista' jintuża bħala alternattiva għall-istandards CEN

DDT (1,1,1-trikloro-2,2-bis(4-klorofenil)etan):

50-29-3

200-024-3

Klordan

57-74-9

200-349-0

Eżakloroċikloeżani, inkluż il-lindan

58-89-9

200-401-2

319-84-6

206-270-8

319-85-7

206-271-3

608-73-1

210-168-9

Dieldrina

60-57-1

200-484-5

Endrina

72-20-8

200-775-7

Ettakloru

76-44-8

200-962-3

Endosulfan

115-29-7

959-98-8

33213-65-9

204-079-4

1.

It-tqegħid fis-suq u l-użu ta' oġġetti li diġà kienu jintużaw qabel l-10 ta' Lulju 2012 li fihom l-endosulfan għandhom ikunu permessi.

2.

It-tielet u r-raba' subparagrafi tal-Artikolu 4(2) għandhom japplikaw għall-oġġetti msemmija fil-punt 1.

Eżaklorobenżen

118-74-1

204-273-9

Klorodekon

143-50-0

205-601-3

Aldrin

309-00-2

206-215-8

Pentaklorobenżen

608-93-5

210-172-0

Bifenili poliklorinati (PCB)

1336-36-3 u oħrajn

215-648-1 u oħrajn

Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 96/59/KE, l-oġġetti li diġà kienu qed jintużaw fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament jistgħu jintużaw.

L-Istati Membri għandhom jidentifikaw u jneħħu mill-użu tagħmir (eż. transformers, capacitors jew reċipjenti oħrajn li fihom stokkijiet likwidi) li fih iktar minn 0,005 % ta' PCBs u volumi ikbar minn 0,05 dm3, mill-iktar fis possibbli iżda mhux iktar tard mill-31 ta' Diċembru 2025.

Mireks

2385-85-5

219-196-6

Toksafen

8001-35-2

232-283-3

Eżabromobifenil

36355-01-8

252-994-2

1 Eżabromoċiklododekan

“Eżabromoċiklododekan” tfisser: eżabromoċiklododekan, 1,2,5,6,9,10-eżabromoċiklododekan u d-dijasterjoisomeri prinċipali tiegħu: alfa-eżabromoċiklododekan; beta-eżabromoċiklododekan; u gamma-eżabromoċiklododekan

25637-99-4,

3194-55-6,

134237-50-6,

134237-51-7,

134237-52-8

247-148-4,

221-695-9

1.

Għall-finijiet ta' din l-entrata, il-punt (b) tal-Artikolu 4(1) għandu japplika għall-konċentrazzjonijiet tal-eżabromoċiklododekan ekwivalenti għal 100 mg/kg (0,01 % skont il-piż) jew inqas fejn ikun preżenti f'sustanzi, f'taħlitiet, f'oġġetti jew bħala kostitwent ta'oġġetti li jdewmu t-tifrix tan-nar, soġġett għal rieżami mill-Kummissjoni sat-22 ta' Marzu 2019.

2.

L-oġġetti tal-polistiren imwessa' li fihom l-eżabromoċiklododekan li diġà jintużaw fil-bini qabel il-21 ta' Frar 2018 b'konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/293 (5) u d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni Nru 2016/C 12/06 (6), u l-oġġetti tal-polistiren estruż li fihom l-eżabromoċiklododekan li diġà jintużaw fil-bini qabel it-23 ta' Ġunju 2016, jistgħu jibqgħu jintużaw. B'rabta ma' dawn l-oġġetti, għandhom japplikaw it-tielet u r-raba' subparagrafi tal-Artikolu 4(2).

3.

Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta' dispożizzjonijiet oħra tal-Unjoni dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u t-tikkettar ta' sustanzi u taħlitiet, il-polistiren imwessa' mqiegħed fis-suq wara t-23 ta' Marzu 2016 li fih intuża l-eżabromoċiklododekan għandu jkun identifikabbli permezz tat-tikkettar jew b'mezzi oħra tul iċ-ċiklu ta' ħajja tiegħu.

Eżaklorobutadien

87-68-3

201-765-5

1.

It-tqegħid fis-suq u l-użu ta' oġġetti li diġà kienu jintużaw qabel l-10 ta' Lulju 2012 li fihom l-eżaklorobutadien għandhom ikunu permessi.

2.

It-tielet u r-raba' subparagrafi tal-Artikolu 4(2) għandhom japplikaw għall-oġġetti msemmija fil-punt 1.

Pentaklorofenol u l-imlieħ u l-esteri tiegħu

87-86-5 u oħrajn

201-778-6 u oħrajn

 

Polikloronaftaleni (7)

70776-03-3 u oħrajn

274-864-4 u oħrajn

1.

It-tqegħid fis-suq u l-użu ta' oġġetti li diġà kienu jintużaw qabel l-10 ta' Lulju 2012 jew fl-10 ta' Lulju 2012 li fihom il-polikloronaftaleni għandhom ikunu permessi.

2.

It-tielet u r-raba' subparagrafi tal-Artikolu 4(2) għandhom japplikaw għall-oġġetti msemmija fil-punt 1.

Alkani C10-C13, kloru (paraffini klorinati ta' katina qasira) (SCCPs)

85535-84-8 u oħrajn

287-476-5

1.

B'deroga, il-manifattura, it-tqegħid fis-suq u l-użu ta' sustanzi jew taħlitiet li jkun fihom l-SCCPs f'konċentrazzjonijiet inqas minn 1 % skont il-piż jew oġġetti li jkun fihom l-SCCPs f'konċentrazzjonijiet inqas minn 0,15 % skont il-piż, għandhom ikunu permessi.

2.

L-użu għandu jkun permess fir-rigward ta':

(a)

ċineg tal-konvejers fl-industrija tal-minjieri u siġillanti tad-digi li fihom l-SCCPs li diġà kienu fl-4 ta' Diċembru 2015 jew qabel; kif ukoll

(b)

oġġetti li fihom l-SCCPs għajr dawk imsemmija fil-punt (a) li diġà kienu jintużaw fl-10 ta' Lulju 2012 jew qabel.

3.

It-tielet u r-raba' subparagrafi tal-Artikolu 4(2) għandhom japplikaw għall-oġġetti msemmija fil-punt 2.

Parti B

Is-sustanzi elenkati biss fil-Protokoll

Sustanza

Nru CAS

Nru KE

Eżenzjoni speċifika fuq użu intermedju jew speċifikazzjoni oħra

 

 

 

 


(1)  Id-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2011 dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta' ċerti sustanzi perikolużi fit-tagħmir elettriku u elettroniku (ĠU L 174, 1.7.2011, p. 88).

(2)  Id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta' sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (Direttiva Kwadru) (ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1).

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2008 dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza ta' l-Avjazzjoni, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/670/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u d-Direttiva 2004/36/KE (ĠU L 79, 19.3.2008, p. 1).

(4)  Id-Direttiva 2008/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Jannar 2008 dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis (ĠU L 24, 29.1.2008, p. 8).

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/293 tal-1 ta' Marzu 2016 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 850/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar pollutanti organiċi persistenti fejn jidħol l-Anness I (ĠU L 55, 2.3.2016, p. 4).

(6)  ĠU C 10, 13.1.2016, p. 3.

(7)  Polikloronaftaleni tfisser komposti kimiċi bbażati fuq is-sistema taċ-ċirku tan-naftalen, fejn atomu tal-idroġenu wieħed jew iktar jiġu sostitwiti b'atomi tal-kloru.


ANNESS II

LISTA TA' SUSTANZI SOĠĠETTI GĦAL RESTRIZZJONIJIET

Parti A

Is-sustanzi elenkati fil-Konvenzjoni u fil-Protokoll

Sustanza

Nru CAS

Nru KE

Kundizzjonijiet tar-restrizzjoni

 

 

 

 

Parti B

Is-sustanzi elenkati biss fil-Protokoll

Sustanza

Nru CAS

Nru KE

Kundizzjonijiet tar-restrizzjoni

 

 

 

 


ANNESS III

LISTA TA' SUSTANZI SOĠĠETTI GĦAL DISPOŻIZZJONIJIET GĦAL TNAQQIS TA' EMISSJONI

PARTI A

Sustanza (Nru CAS)

Dibenżo-p-diossini poliklorurati u dibenżofurani (PCDD/PCDF)

Poliklorobifenili (PCB)

PARTI B

Eżaklorobenżen (HCB) (Nru CAS 118-74-1)

Idrokarbonijiet poliċikliċi aromatiċi (PAHs) (1)

Pentaklorobenżen (Nru CAS 608-93-5)

Eżaklorobutadien (Nru CAS 87-68-3)

Polikloronaftaleni (Nru CAS 70776-03-3 u oħrajn)


(1)  Għall-fini ta' inventarji ta' emissjonijiet għandhom jintużaw l-erba' indikaturi ta' komposti li ġejjin: benżo(a)piren, benżo[b]fluworanten, benżo(k)fluworanten u indeno(1,2,3-cd)piren.


ANNESS IV

Lista ta' sustanzi soġġetti għal dispożizzjonijiet ta' ġestjoni tal-iskart stabbiliti fl-Artikolu 7

Sustanza

Nru CAS

Nru KE

Limitu ta' konċentrazzjoni msemmi fl-Artikolu 7(4)(a)

Endosulfan

115-29-7

959-98-8

33213-65-9

204-079-4

50 mg/kg

Eżaklorobutadien

87-68-3

201-765-5

100 mg/kg

Polikloronaftaleni (1)

 

 

10 mg/kg

Alkani C10-C13, kloru (paraffini klorinati ta' katina qasira) (SCCPs)

85535-84-8

287-476-5

10 000 mg/kg

Etere tat-tetrabromodifenil C12H6Br4O

40088-47-9 u oħrajn

254-787-2 u oħrajn

Is-somma tal-konċentrazzjonijiet ta' etere tat-tetrabromodifenil, etere tal-pentabromodifenil, etere tal-eżabromodifenil, etere tal-ettabromodifenil u etere tad-dekabromodifenil: 1 000 mg/kg

Il-Kummissjoni għandha teżamina mill-ġdid dak il-limitu ta' konċentrazzjoni u, meta jkun xieraq, u f'konformità mat-Trattati, għandha tadotta proposta leġislattiva biex dak il-valur jitbaxxa għal 500 mg/kg. Il-Kummissjoni għandha twettaq tali rieżami mill-aktar fis possibbli u, fi kwalunkwe każ, mhux aktar tard mis-16 ta' Lulju 2021.

Etere tal-pentabromodifenil C12H5Br5O

32534-81-9 u oħrajn

251-084-2 u oħrajn

Etere tal-eżabromodifenil C12H4Br6O

36483-60-0 u oħrajn

253-058-6 u oħrajn

Etere tal-ettabromodifenil C12H3Br7O

68928-80-3 u oħrajn

273-031-2 u oħrajn

Etere tad-dekabromodifenil C12Br10O

1163-19-5 u oħrajn

214-604-9 u oħrajn

Aċidu sulfoniku perfluworottan u d-derivattivi tiegħu (PFOS) C8F17SO2X

(X = OH, melħ tal-metall (O-M+), aloġenur, ammid, u derivattivi oħra, inklużi l-polimeri)

1763-23-1

2795-39-3

29457-72-5

29081-56-9

70225-14-8

56773-42-3

251099-16-8

4151-50-2

31506-32-8

1691-99-2

24448-09-7

307-35-7 u oħrajn

217-179-8

220-527-1

249-644-6

249-415-0

274-460-8

260-375-3

223-980-3

250-665-8

216-887-4

246-262-1

206-200-6 u oħrajn

50 mg/kg

Dibenżo-p-diossini poliklorurati u dibenżofurani (PCDD/PCDF)

 

 

15 μg/kg (2)

DDT (1,1,1-trikloro-2,2-bis(4-klorofenil)etan)

50-29-3

200-024-3

50 mg/kg

Klordan

57-74-9

200-349-0

50 mg/kg

Eżakloroċikloeżani, inkluż il-lindan

58-89-9

319-84-6

319-85-7

608-73-1

210-168-9

200-401-2

206-270-8

206-271-3

50 mg/kg

Dieldrina

60-57-1

200-484-5

50 mg/kg

Endrina

72-20-8

200-775-7

50 mg/kg

Ettakloru

76-44-8

200-962-3

50 mg/kg

Eżaklorobenżen

118-74-1

204-273-9

50 mg/kg

Klorodekon

143-50-0

205-601-3

50 mg/kg

Aldrin

309-00-2

206-215-8

50 mg/kg

Pentaklorobenżen

608-93-5

210-172-0

50 mg/kg

Bifenili poliklorinati (PCB)

1336-36-3 u oħrajn

215-648-1

50 mg/kg (3)

Mireks

2385-85-5

219-196-6

50 mg/kg

Toksafen

8001-35-2

232-283-3

50 mg/kg

Eżabromobifenil

36355-01-8

252-994-2

50 mg/kg

Eżabromoċiklododekan (4)

25637-99-4,

3194-55-6,

134237-50-6,

134237-51-7,

134237-52-8

247-148-4

221-695-9

1 000 mg/kg, soġġett għal rieżami mill-Kummissjoni sal-20 ta' April 2019


(1)  Polikloronaftaleni tfisser komposti kimiċi bbażati fuq is-sistema taċ-ċirku tan-naftalen, fejn atomu tal-idroġenu wieħed jew iktar jiġu sostitwiti b'atomi tal-kloru.

(2)  Il-limitu jiġi kkalkulat bħala PCDD u PCDF skont il-fatturi ta' ekwivalenza ta' tossiċità (TEFs) li ġejjin:

PCDD

TEF

 

PCDF

TEF

 

PCDD

TEF

2,3,7,8-TeCDD

1

 

2,3,7,8-TeCDF

0,1

 

1,2,3,6,7,8-HxCDF

0,1

1,2,3,7,8-PeCDD

1

 

1,2,3,7,8-PeCDF

0,03

 

1,2,3,7,8,9-HxCDF

0,1

1,2,3,4,7,8-HxCDD

0,1

 

2,3,4,7,8-PeCDF

0,3

 

2,3,4,6,7,8-HxCDF

0,1

1,2,3,6,7,8-HxCDD

0,1

 

1,2,3,4,7,8-HxCDF

0,1

 

1,2,3,4,6,7,8-HpCDF

0,01

1,2,3,7,8,9-HxCDD

0,1

 

 

 

 

1,2,3,4,7,8,9-HpCDF

0,01

1,2,3,4,6,7,8-HpCDD

0,01

 

 

 

 

OCDF

0,0003

OCDD

0,0003

 

 

 

 

 

 

(3)  Il-metodu ta' kalkolu stabbilit fl-istandards Ewropej EN 12766-1 u EN 12766-2 għandhom japplikaw.

(4)  “Eżabromoċiklododekan” tfisser eżabromoċiklododekan, 1,2,5,6,9,10-eżabromoċiklododekan u d-diasterjoisomeri prinċipali tiegħu: alfa-eżabromoċiklodekan, beta-eżabromoċiklodekan u gamma-eżabromoċiklodekan.


ANNESS V

IMMANIĠĠJAR TAL-ISKART

Parti 1

Rimi u rkupru skont l-Artikolu 7(2)

L-operazzjonijiet tar-rimi u l-irkupru li ġejjin, kif previsti fl-Annessi I u II tad-Direttiva 2008/98/KE, jitħallew għall-finijiet tal-Artikolu 7(2), meta jiġu applikati b'tali mod li jiżgura li l-kontenut ta' pollutanti organiċi persistenti jinqered jew jiġi ttrasformat b'mod irreversibbli

D9

Trattament fiżikokimiku.

D10

Inċinerazzjoni fuq l-art.

R1

Użu prinċipali bħala karburant jew mezzi oħra biex jiġġeneraw l-enerġija, eskluż skart li jkun fih il-PCBs.

R4

Riċiklaġġ/reklamazzjoni tal-metalli u tal-komposti tal-metall, skont il-kundizzjonijiet li ġejjin: L-operazzjonijiet huma ristretti għal residwi ta' proċessi tal-produzzjoni tal-ħadid u tal-azzar, bħat-trabijiet jew il-ħama mit-trattament ta' gassijiet, jew frak mill-ipproċessar ta' metalli (mill scale), inkella trabijiet ta' filtri li jintużaw fl-ipproċessar tal-azzar u li jkun fihom iż-żingu, trabijiet minn sistemi ta' purifikazzjoni ta' gassijiet ta' funderiji tar-ram u skart ieħor simili u residwi tat-tlissija li jkun fihom iċ-ċomb mill-produzzjoni ta' metalli mingħajr kontenut ta' ħadid. L-iskart li jkun fih il-PCBs huwa eskluż. L-operazzjonijiet huma ristretti għall-proċessi tal-irkupru ta' ħadid u liegi tal-ħadid (minn kalkari ta' funderiji, fran b'passaġġi vertikali u fran tal-qiegħa) u metalli mingħajr kontenut ta' ħadid (il-proċess Waelz b'forn li jdur, it-tidwib ta' metalli f'banjijiet permezz ta' fran vertikali jew orizzontali), sakemm il-faċilitajiet jissodisfaw, bħala rekwiżiti minimi, il-valuri tal-limitu ta' emissjonijiet għall-PCDDs u għall-PCDFs kif stipulati skont id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), kemm jekk il-proċessi jkunu soġġetti għal dik id-Direttiva kif ukoll jekk le, u mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet l-oħra tad-Direttiva.

Tista' ssir operazzjoni ta' pretrattament qabel il-qerda jew it-trasformazzjoni irreversibbli skont din il-Parti ta' dan l-Anness, dment li sustanza elenkata fl-Anness IV li tkun iżolata mill-iskart waqt il-pretrattament sussegwentement tintrema b'konformità ma' din il-Parti ta' dan l-Anness. Meta parti biss minn prodott jew skart, bħal skart minn tagħmir, ikun fiha jew tkun ikkontaminata b'pollutanti organiċi persistenti, din għandha tiġi sseparata u mbagħad għandha tintrema b'konformità mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament. Minbarra dan, operazzjonijiet ta' ppakkjar mill-ġdid u ta' ħżin temporanju jistgħu jsiru qabel dan il-pretrattament jew qabel il-qerda jew it-trasformazzjoni irreversibbli skont din il-parti ta' dan l-Anness.

Parti 2

Skart u operazzjonijiet li japplika għalihom l-Artikolu 7(4)(b)

L-operazzjonijiet li ġejjin huma permessi għall-finijiet tal-Artikolu 7(4)(b) fir-rigward tal-iskart speċifikat, definit b'kodiċi b'sitt numri kif klassifikat fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/532/KE (2).

Jistgħu jsiru operazzjonijiet ta' pretrattament qabel il-ħżin permanenti skont din il-parti ta' dan l-Anness, dment li sustanza elenkata fl-Anness IV li tkun iżolata mill-iskart waqt il-pretrattament sussegwentement tintrema b'konformità mal-Parti 1 ta' dan l-Anness. Barra minn hekk, jistgħu jsiru operazzjonijiet ta' ppakkjar mill-ġdid u ta' ħżin temporanju qabel dan il-pretrattament jew qabel il-ħżin permanenti skont din il-parti ta' dan l-Anness

Skart kif klassifikat fid-Deċiżjoni 2000/532/KE

Limiti massimi ta' konċentrazzjoni tas-sustanzi elenkati fl-Anness IV (3)

Operazzjoni

10

SKART MINN PROĊESSI TERMALI

Alkani C10-C13, kloru (paraffini klorinati ta' katina qasira) (SCCPs): 10 000 mg/kg;

 

Aldrin: 5 000 mg/kg;

 

Klordan: 5 000 mg/kg;

 

Klorodekon: 5 000 mg/kg;

 

DDT (1,1,1-trikloro-2,2-bis(4-klorofenil)etan): 5 000 mg/kg;

 

Dieldrin: 5 000 mg/kg;

 

Endosulfan: 5 000 mg/kg;

 

Endrin: 5 000 mg/kg;

 

Ettakloru: 5 000 mg/kg;

 

Eżabromobifenil: 5 000 mg/kg;

 

Eżabromoċiklododekan (5): 1 000 mg/kg;

 

Eżaklorobenżen: 5 000 mg/kg;

 

Eżaklorobutadien: 1 000 mg/kg;

 

Hexachlorocyclohexanes, including lindane: 5 000 mg/kg;

 

Mirex: 5 000 mg/kg;

 

Pentachlorobenzene: 5 000 mg/kg;

 

Perfluorooctane sulfonic acid and its derivatives (PFOS) (C8F17SO2X) (X = OH, Metal salt (O-M+), halide, amide, and other derivatives including polymers): 50 mg/kg;

 

Polychlorinated Biphenyls (PCB) (8): 50 mg/kg;

 

Polychlorinated dibenzo-p-dioxins and dibenzofurans: 5 mg/kg;

 

Polychlorinated naphthalenes (*): 1 000 mg/kg;

 

Sum of the concentrations of tetrabromodiphenyl ether C12H6Br4O), pentabromodiphenyl ether (C12H5Br5O), hexabromodiphenyl ether (C12H4Br6O)and heptabromodiphenyl ether (C12H3Br7O): 10 000 mg/kg;

 

Toxaphene: 5 000 mg/kg.

Ħażna permanenti għandha tkun permessa biss meta jiġu ssosdisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(1)

Il-ħażna ssir f'wieħed mill-postijiet li ġejjin:

formazzjonijiet sikuri, fondi u taħt l-art fil-blat iebes,

minjieri tal-melħ,

sit ta' landfill għal skart perikoluż, dment li l-iskart ikun solidifikat jew parzjalment stabbilizzat fejn dan ikun teknikament fattibbli kif meħtieġ għall-klassifikazzjoni tal-iskart fis-sottokapitolu 19 03 tad-Deċiżjoni 2000/532/KE.

(2)

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE (6) u tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/33/KE (7) ġew rispettati.

(3)

Intwera li l-operazzjoni magħżula hija ambjentalment preferibbli.

10 01

Skart minn impjanti tal-enerġija u impjanti oħra ta' kombustjoni (minbarra 19)

10 01 14 * (4)

Rmied tal-qiegħ, gagazza u trab tal-bojler minn ko-inċinerazzjoni li jkun fiha sustanzi perikolużi

10 01 16 *

Irmied li jtir minn koinċinerazzjoni li jkun fih sustanzi perikolużi

10 02

Skart mill-industrija tal-ħadid u l-azzar

10 02 07 *

Skart solidu mit-trattament tal-gass li fih sustanzi perikolużi

10 03

Skart mill-metallurġija termali tal-aluminju

10 03 04 *

Gagazza tal-produzzjoni primarja

10 03 08 *

Gagazza tal-melħ minn produzzjoni sekondarja

10 03 09 *

Ħmieġ iswed tal-metall minn produzzjoni sekondarja

10 03 19 *

Trab mill-gass taċ-ċmieni li fih sustanzi perikolużi

10 03 21 *

Partikuli oħra u trab (inkluż trab minn mitħna bl-isferi) li fihom sustanzi perikolużi

10 03 29 *

Skart mit-trattament tal-gagazza tal-melħ u ħmieġ iswed li fihom sustanzi perikolużi

10 04

Skart minn metallurġija termali taċ-ċomb

10 04 01 *

Gagazza minn produzzjoni primarja u sekondarja

10 04 02 *

Ħmieġ u xkuma minn produzzjoni primarja u sekondarja

10 04 04 *

Trab mill-gass taċ-ċmieni

10 04 05 *

Partikuli oħra u trab

10 04 06 *

Skart solidu mit-trattament tal-gass

10 05

Skart minn metallurġija termali taż-żingu

10 05 03 *

Trab mill-gass taċ-ċmieni

10 05 05 *

Skart solidu mit-trattament tal-gass

10 06

Skart solidu mit-trattament tal-gass

10 06 03 *

Trab mill-gass taċ-ċmieni

10 06 06 *

Skart solidu mit-trattament tal-gass

10 08

Skart minn metallurġija termali oħra mhux ferruża

10 08 08 *

Gagazza tal-melħ minn produzzjoni primarja u sekondarja

10 08 15 *

Trab mill-gass taċ-ċmieni li fih sustanzi perikolużi

10 09

Skart mill-ikkastjar ta' biċċiet ferrużi

10 09 09 *

Trab mill-gass taċ-ċmieni li fih sustanzi perikolużi

16

SKART MHUX SPEĊIFIKAT MOD IEĦOR FIL-LISTA

16 11

Żilġ u materjal refrattarju tal-iskart

16 11 01 *

Żilġ ibbażat fuq il-karbonju u materjal refrattarju minn proċessi metallurġiċi li fihom sustanzi perikolużi

16 11 03 *

Żilġ u materjal refrattarju oħra minn proċessi metallurġiċi li fihom sustanzi perikolużi

17

SKART TAL-KOSTRUZZJONI U TWAQQIGĦ (INKLUŻA ĦAMRIJA SKAVATA MINN SITI KONTAMINATI)

17 01

Konkrit, briks, madum u ċeramika

17 01 06 *

Taħlitiet ta', jew frazzjonijiet separati ta' konkrit, briks, madum u ċeramika li fihom sustanzi perikolużi

17 05

Ħamrija (inkluża ħamrija skavata minn siti kontaminati), ġebel u ħama mit-tħammil

17 05 03 *

Ħamrija u ġebel li fihom sustanzi perikolużi

17 09

Skart ieħor tal-kostruzzjoni u tat-twaqqigħ

17 09 02 *

Skart tal-kostruzzjoni u tat-twaqqigħ li fih il-PCB, ħlief tagħmir li fih il-PCB

17 09 03 *

Skart ieħor tal-kostruzzjoni u tat-twaqqigħ (inkluż skart imħallat) li fih sustanzi perikolużi

19

SKART MINN FAĊILITAJIET TAL-IMMANIĠĠJAR TAL-ISKART, IMPJANTI MHUX FUQ IS-SIT GĦAT-TRATTAMENT TAL-ILMA MORMI U L-PREPARAZZJONI TAL-ILMA MAĦSUB GĦALL-KONSUM MILL-BNIEDEM U ILMA MILL-UŻU INDUSTRIJALI

19 01

Skart mill-inċinerazzjoni jew il-piroliżi tal-iskart

19 01 07 *

Skart solidu mit-trattament tal-gass

19 01 11 *

Irmied tal-qiegħ u gagazza li fihom sustanzi perikolużi

19 01 13 *

Irmied li jtir li fih sustanzi perikolużi

19 01 15 *

Trab tal-bojler li fih sustanzi perikolużi

19 04

Skart vitrifikat u skart mill-vitrifikazzjoni

19 04 02 *

Irmied li jtir u skart ieħor mit-trattament tal-gass taċ-ċmieni

19 04 03 *

Fażi solida mhux vitrifikata

Il-limitu ta' konċentrazzjoni massima ta' dibenżo-p-diossini poliklorurati u dibenżofurani (PCDD u PCDF) għandu jiġi kkalkulat skont il-Fatturi ta' Ekwivalenza Tossika (TEFs) li ġejjin:

PCDD

TEF

2,3,7,8-TeCDD

1

1,2,3,7,8-PeCDD

1

1,2,3,4,7,8-HxCDD

0,1

1,2,3,6,7,8-HxCDD

0,1

1,2,3,7,8,9-HxCDD

0,1

1,2,3,4,6,7,8-HpCDD

0,01

OCDD

0,0003

PCDF

TEF

2,3,7,8-TeCDF

0,1

1,2,3,7,8-PeCDF

0,03

2,3,4,7,8-PeCDF

0,3

1,2,3,4,7,8-HxCDF

0,1

1,2,3,6,7,8-HxCDF

0,1

1,2,3,7,8,9-HxCDF

0,1

2,3,4,6,7,8-HxCDF

0,1

1,2,3,4,6,7,8-HpCDF

0,01

1,2,3,4,7,8,9-HpCDF

0,01

OCDF

0,0003


(1)  Id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/532/KE tat-3 ta' Mejju 2000 li tissostitwixxi d-Deċiżjoni 94/3/KE li tistabilixxi lista ta' skart skont l-Artikolu 1(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE dwar l-iskart u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/904/KE li tistabilixxi lista ta' skart perikoluż skont l-Artikolu 1(4) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/689/KEE dwar skart perikoluż (ĠU L 226, 6.9.2000, p. 3).

(3)  Dawn il-limiti japplikaw esklussivament għal sit ta' landfill għal skart perikoluż u ma japplikawx għal faċilitajiet ta' ħżin taħt l-art permanenti għal skart perikoluż, inklużi minjieri tal-melħ.

(4)  Kwalunkwe start immarkat b'asterisk “*” huwa kkunsidrat bħala skart perikoluż skont id-Direttiva 2008/98/KE u huwa soġġett għad-dispożizzjonijiet ta' dik id-Direttiva.

(5)  “Eżabromoċiklododekan” tfisser eżabromoċiklododekan, 1,2,5,6,9,10-eżabromoċiklododekan u d-diasterjoisomeri prinċipali tiegħu: alfa-eżabromoċiklodekan, beta-eżabromoċiklodekan u gamma-eżabromoċiklodekan.

(6)  Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE tas-26 ta' April 1999 dwar ir-rimi ta' skart f'terraferma (ĠU L 182, 16.7.1999, p. 1).

(7)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/33/KE tad-19 ta' Diċembru 2002 li tistabbilixxi l-kriterji u proċeduri għall-aċċettazzjoni ta' skart f'terraferma artifiċjali skond l-Artikolu 16 ta' u l-Anness II tad-Direttiva 1999/31/KE (ĠU L 11, 16.1.2003, p. 27).

(8)  Għandu japplika l-metodu ta' kalkolu mniżżel fl-istandards Ewropej EN 12766-1 u EN 12766-2.


ANNESS VI

Ir-Regolament imħassar flimkien mal-lista tal-emendi suċċessivi

Ir-Regolament (KE) Nru 850/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 158, 30.4.2004, p. 7)

 

Ir-Regolament tal-Kunsill KE Nru 1195/2006

ĠU L 217, 8.8.2006, p. 1)

 

Ir-Regolament tal-Kunsill KE Nru 172/2007

ĠU L 55, 23.2.2007, p. 1)

 

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 323/2007

(ĠU L 85, 27.3.2007, p. 3)

 

Ir-Regolament (KE) Nru 219/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 87, 31.3.2009, p. 109)

Punt 3.7 biss tal-Anness

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 304/2009

(ĠU L 96, 15.4.2009, p. 33)

 

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 756/2010

(ĠU L 223, 25.8.2010, p. 20)

 

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 757/2010

(ĠU L 223, 25.8.2010, p. 29)

 

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 519/2012

(ĠU L 159, 20.6.2012, p. 1)

 

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1342/2014

(ĠU L 363, 18.12.2014, p. 67)

 

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 2015/2030

(ĠU L 298, 14.11.2015, p. 1)

 

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/293

(ĠU L 55, 2.3.2016, p. 4)

 

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/460

(ĠU L 80, 31.3.2016, p. 17)

 


ANNESS VII

TABELLA TA' KORRELAZZJONI

Ir-Regolament (KE) Nru 850/2004

Dan ir-Regolament

L-Artikolu 1(1)

L-Artikolu 1

L-Artikolu 2, il-kliem introduttorju

L-Artikolu 2, il-kliem introduttorju

L-Artikolu 2, il-punti (a) sa (d)

L-Artikolu 2, il-punti (1) sa (4)

L-Artikolu 2, il-punti (5) sa (7)

L-Artikolu 2, il-punt (e)

L-Artikolu 2, il-punt (8)

L-Artikolu 2, il-punt (f)

L-Artikolu 2, il-punt (9)

L-Artikolu 2, il-punt (g)

L-Artikolu 2, il-punt (10)

L-Artikolu 2, il-punt (11) sa (13)

L-Artikolu 3

L-Artikolu 3(1) sa (3)

L-Artikolu 3(4) u (5)

L-Artikolu 1(2)

L-Artikolu 3(6)

L-Artikolu 4(1) sa (3)

L-Artikolu 4(1) sa (3)

L-Artikolu 4(3) il-punt (d)

L-Artikolu 1(2)

L-Artikolu 4(4)

L-Artikolu 5

L-Artikolu 5

L-Artikolu 6

L-Artikolu 6

L-Artikolu 7(1) sa (4)

L-Artikolu 7(1) sa (4)

L-Artikolu 7(6)

L-Artikolu 7(5)

L-Artikolu 7(6)

L-Artikolu 7(7)

L-Artikolu 8

L-Artikolu 8

L-Artikolu 9

L-Artikolu 9

L-Artikolu 10

L-Artikolu 10

L-Artikolu 11

L-Artikolu 11

L-Artikolu 12

L-Artikolu 12(1)

L-Artikolu 13(1) il-punt (a)

L-Artikolu 12(3) il-punt (a)

L-Artikolu 13(1) il-punt (b)

L-Artikolu 12(3) il-punt (b)

L-Artikolu 13(1) il-punt (c)

L-Artikolu 13(1) il-punt (d)

L-Artikolu 12(3)(c)

L-Artikolu 13(1) il-punt (e)

L-Artikolu 12(2)

L-Artikolu 13(1) il-punt (f)

L-Artikolu 13(2)

L-Artikolu 12(4)

 

L-Artikolu 12(5)

L-Artikolu 13(3)

L-Artikolu 12(6)

 

L-Artikolu 13(4)

L-Artikolu 13(5)

L-Artikolu 13

L-Artikolu 14

L-Artikolu 14

L-Artikolu 15(1)

L-Artikolu 7(5)

L-Artikolu 15(2)

L-Artikolu 16

L-Artikolu 17

L-Artikolu 18

L-Artikolu 15

L-Artikolu 19

L-Artikolu 16 u 17

L-Artikolu 20

L-Artikolu 18

 

L-Artikolu 21

L-Artikolu 19

L-Artikolu 22

L-Annessi I sa V

L-Annessi I sa V

L-Anness VI

L-Anness VII