18.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 160/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2019/985

tas-17 ta' Ġunju 2019

li jħassar ir-Regolament (UE) 2018/1001 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika tal-Maldivi

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/993 tas-17 ta' Ġunju 2019 li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2018/1006 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika tal-Maldivi (1),

Wara li kkunsidra l-proposta konġunta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni tal-Affarijiet Barranin u tal-Politika dwar is-Sigurtà u mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fis-16 ta' Lulju 2018, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2018/1006 (2) dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika tal-Maldivi. Dik id-Deċiżjoni pprovdiet, inter alia, għall-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi ta' ċerti persuni, entitajiet jew korpi responsabbli li jdgħajfu l-istat tad-dritt jew jostakolaw soluzzjoni politika inklużiva fir-Repubblika tal-Maldivi, kif ukoll persuni u entitajiet responsabbli għal ksur serju jew abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem fir-Repubblika tal-Maldivi.

(2)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/1001 (3) jagħti effett lill-miżuri previsti fid-Deċiżjoni (PESK) 2018/1006.

(3)

Fis-17 ta' Ġunju 2019, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2019/993, li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2018/1006.

(4)

Dawn il-miżuri jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tat-Trattat u, għalhekk, b'mod partikolari biex tkun żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħhom fl-Istati Membri kollha, hija meħtieġa azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni.

(5)

Jenħtieġ għalhekk li r-Regolament (UE) 2018/1001 jitħassar skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) 2018/1001 huwa b'dan imħassar.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fil-Lussemburgu, is-17 ta' Ġunju 2019.

Għall Kunsill

Il-President

F. MOGHERINI


(1)  Ara l-paġna 25 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1006 tas-16 ta' Lulju 2018 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika tal-Maldivi (ĠU L 180, 17.7.2018, p. 24).

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/1001 tas-16 ta' Lulju 2018 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika tal-Maldivi (ĠU L 180, 17.7.2018, p. 1).