11.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 152/45


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/947

tal-24 ta' Mejju 2019

dwar ir-regoli u l-proċeduri għall-operazzjoni ta' inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 216/2008 u (KE) Nru 552/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 57 tiegħu,

Billi:

(1)

Inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord, irrispettivament mill-massa tagħhom, jistgħu joperaw fl-istess spazju tal-Ajru Uniku Ewropew, li jikkondividu ma' inġenji tal-ajru mgħammra bi bdot abbord, kemm jekk ajruplani jew ħelikopters.

(2)

L-implimentazzjoni uniformi tar-regoli u tal-proċeduri li japplikaw għall-avjazzjoni bi bdot abbord kif ukoll il-konformità magħhom jenħtieġ li japplikaw ukoll għall-operaturi, inklużi l-piloti remoti, ta' inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord u ta' sistemi tal-ajru mingħajr bdot abbord (“UAS”), kif ukoll għall-operazzjonijiet ta' tali inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord u sistemi tal-ajru mingħajr bdot abbord.

(3)

Meta wieħed iqis il-karatteristiċi speċifiċi tal-operazzjonijiet tal-UAS, dawn jenħtieġ li jkunu sikuri daqs dawk fl-inġenji tal-ajru mgħammra bi bdot abbord.

(4)

It-teknoloġiji għall-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord jagħmlu possibbli firxa wiesgħa ta' operazzjonijiet. Jenħtieġ li jiġu stabbiliti r-rekwiżiti relatati mal-ajrunavigabbiltà, mal-organizzazzjonijiet, mal-persuni involuti fl-operazzjoni ta' UAS u fl-operazzjonijiet ta' inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord sabiex tiġi żgurata s-sikurezza għall-persuni fuq l-art u għall-utenti oħra tal-ispazju tal-ajru waqt l-operazzjonijiet ta' inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord.

(5)

Ir-regoli u l-proċeduri applikabbli għall-operazzjonijiet tal-UAS jenħtieġ li jkunu proporzjonati għan-natura u għar-riskju tal-operazzjoni jew tal-attività u jenħtieġ li jiġu adattati għall-karatteristiċi operattivi tal-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord ikkonċernat kif ukoll il-karatteristiċi taż-żona fejn isiru l-operazzjonijiet, bħad-densità tal-popolazzjoni, il-karatteristiċi tas-superfiċe taż-żona, u l-preżenza ta' bini.

(6)

Jenħtieġ li jintużaw il-kriterji dwar il-livell tar-riskju kif ukoll kriterji oħra biex jiġu stabbiliti tliet kategoriji ta' operazzjonijiet: il-kategorija “miftuħa”, dik “speċifika” u dik “ċertifikata”.

(7)

Ir-rekwiżiti dwar il-mitigazzjoni tar-riskji applikabbli għall-operazzjonijiet tal-UAS jenħtieġ li jkunu proporzjonati mal-livell ta' riskju involut, il-karatteristiċi operattivi tal-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord ikkonċernat u l-karatteristiċi taż-żona fejn issir l-operazzjoni.

(8)

Operazzjonijiet fil-kategorija “miftuħa”, jiġifieri operazzjonijiet li jippreżentaw l-inqas riskji, mhux suppost jinvolvu UAS li huma soġġetti għal proċeduri ta' konformità ajrunawtika standard, iżda jenħtieġ li jitwettqu permezz tal-klassijiet ta' UAS li huma definiti fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/945 (2).

(9)

Operazzjonijiet fil-kategorija “speċifika” jenħtieġ li jkopru tipi oħra ta' operazzjonijiet li jippreżentaw riskju ogħla u li għalihom jenħtieġ li ssir valutazzjoni tar-riskju bir-reqqa biex jiġi indikat liema rekwiżiti huma meħtieġa biex l-operazzjoni tinżamm sikura.

(10)

Sistema ta' dikjarazzjoni minn operatur għandha tiffaċilita l-infurzar ta' dan ir-Regolament fil-każ ta' operazzjonijiet ta' riskju baxx li jsiru fil-kategorija “speċifika” li għalihom ġie definit xenarju standard b'miżuri dettaljati ta' mitigazzjoni.

(11)

Operazzjonijiet fil-kategorija “ċertifikata” jenħtieġ li, bħala prinċipju, ikunu soġġetti għal regoli dwar iċ-ċertifikazzjoni tal-operatur, u l-liċenzjar ta' piloti remoti, minbarra ċ-ċertifikazzjoni tal-inġenju tal-ajru skont ir-Regolament Delegat (UE) 2019/945.

(12)

Filwaqt li obbligatorju għall-“kategorija ċertifikata”, għall-kategorija “speċifika” jista' jkun meħtieġ ukoll ċertifikat mingħand l-awtoritajiet kompetenti għall-operazzjoni ta' inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord, kif ukoll għall-persunal, inklużi piloti remoti u għall-organizzazzjonijiet involuti f'dawk l-attivitajiet, jew għall-inġenju tal-ajru skont ir-Regolament Delegat (UE) 2019/945.

(13)

Jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli u proċeduri għall-immarkar u għall-identifikazzjoni ta' inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord u għar-reġistrazzjoni ta' operaturi ta' inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord jew ta' inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord ċertifikati.

(14)

Operaturi ta' inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord, jenħtieġ li jiġu rreġistrati meta joperaw inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord li, f'każ ta' impatt, jista' jittrasferixxi, lil bniedem, enerġija kinetika ta' aktar minn 80 Joules jew li l-operat tiegħu jippreżenta riskji għall-privatezza, għall-protezzjoni tad-data personali, għas-sigurtà jew għall-ambjent.

(15)

Studji wrew li inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord b'massa waqt it-tlugħ ta' aktar minn 250 g jistgħu jippreżentaw riskji għas-sigurtà u għalhekk l-operaturi ta' UAS ta' tali inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord jenħtieġ li jkunu meħtieġa jirreġistraw lilhom infushom meta joperaw tali inġenju tal-ajru fil-kategorija 'miftuħa'.

(16)

Meta wieħed iqis ir-riskji għall-privatezza u għall-protezzjoni tad-data personali, l-operaturi ta' inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord jenħtieġ li jkunu reġistrati jekk joperaw inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord li huwa mgħammar b'sensur li kapaċi jirreġistra d-data personali. Madankollu, dan ma għandux ikun il-każ meta l-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord jitqies bħala ġugarell fis-sens tad-Direttiva 2009/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sikurezza tal-ġugarelli (3).

(17)

L-informazzjoni dwar ir-reġistrazzjoni ta' inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord ċertifikati u ta' operaturi ta' inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord li huma soġġetti għar-rekwiżit ta' reġistrazzjoni jenħtieġ li tinħażen f'sistemi ta' reġistrazzjoni nazzjonali diġitali, armonizzati u interoperabbli, li jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti jaċċessaw u jiskambjaw dik l-informazzjoni. Il-mekkaniżmi biex tiġi żgurata l-interoperabbiltà tar-reġistri nazzjonali f'dan ir-Regolament jenħtieġ li jkunu mingħajr preġudizzju għar-regoli applikabbli għar-repożitorju futur imsemmi fl-Artikolu 74 tar-Regolament (UE) 2018/1139.

(18)

Skont il-paragrafu 8 tal-Artikolu 56 tar-Regolament (UE) 2018/1139, dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li l-Istati Membri jistabbilixxu regoli nazzjonali li jagħmlu l-operazzjonijiet ta' inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord għal raġunijiet li jaqgħu barra mill-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/1139 soġġetti għal ċerti kundizzjonijiet, inkluża s-sigurtà pubblika jew il-protezzjoni tal-privatezza u tad-data personali skont id-dritt tal-Unjoni.

(19)

Is-sistemi ta' reġistrazzjoni nazzjonali jenħtieġ li jikkonformaw mad-dritt nazzjonali u tal-Unjoni applikabbli dwar il-privatezza u l-ipproċessar ta' data personali, u l-informazzjoni maħżuna f'dawn is-sistemi ta' reġistrazzjoni jenħtieġ li tkun aċċessibbli faċilment (4).

(20)

L-operaturi u l-piloti remoti tal-UAS jenħtieġ li jiżguraw li jkunu infurmati sew dwar ir-regoli tal-Unjoni u nazzjonali applikabbli relatati mal-operazzjonijiet intiżi, b'mod partikolari fir-rigward tas-sikurezza, tal-privatezza, tal-protezzjoni tad-data, tar-responsabbiltà, tal-assigurazzjoni, tas-sigurtà u tal-ħarsien tal-ambjent.

(21)

Ċerti żoni, bħal sptarijiet, ġemgħat ta' nies, installazzjonijiet u faċilitajiet bħal istituzzjonijiet ta' detenzjoni jew impjanti industrijali, siti ta' awtoritajiet governattivi tal-ogħla livell u ta' livell għoli, żoni ta' konservazzjoni tan-natura jew ċerti oġġetti tal-infrastruttura tat-trasport, jistgħu jkunu partikolarment sensittivi għal ċerti tipi jew għat-tipi kollha ta' operazzjonijiet tal-UAS. Dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li l-Istati Membri jistabbilixxu regoli nazzjonali li jagħmlu l-operazzjonijiet ta' inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord għal raġunijiet li jaqgħu barra mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament soġġetti għal ċerti kundizzjonijiet, fosthom il-ħarsien tal-ambjent, is-sigurtà pubblika jew il-protezzjoni tal-privatezza u tad-data personali skont id-dritt tal-Unjoni.

(22)

L-istorbju u l-emissjonijiet minn inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord jenħtieġ li jitnaqqsu kemm jista' jkun filwaqt li jiġu kkunsidrati l-kundizzjonijiet operattivi u l-karatteristiċi speċifiċi differenti ta' Stati Membri individwali, bħad-densità tal-popolazzjoni, fejn l-istorbju u l-emissjonijiet huma ta' tħassib. Sabiex tiġi faċilitata l-aċċettazzjoni soċjetali ta' operazzjonijiet tal-UAS, ir-Regolament Delegat (UE) 2019/945 jinkludi livell massimu ta' storbju għal inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord li jittajru qrib il-persuni fil-kategorija “miftuħa”. Fil-kategorija “speċifika” hemm rekwiżit għall-operatur biex jiżviluppa linji gwida għall-piloti remoti tiegħu sabiex l-operazzjonijiet kollha jittajru b'mod li l-inkonvenjenzi għall-persuni u għall-annimali jkunu l-minimi possibbli.

(23)

Iċ-ċertifikati nazzjonali attwali jenħtieġ li jiġu adattati għal ċertifikati li jikkonformaw mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament.

(24)

Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni xierqa ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li jiġu stabbiliti miżuri tranżizzjonali xierqa. B'mod partikolari, l-Istati Membri u l-partijiet interessati jenħtieġ li jkollhom biżżejjed żmien biex jadattaw il-proċeduri tagħhom għall-qafas regolatorju l-ġdid qabel jibda japplika dan ir-Regolament.

(25)

Il-qafas regolatorju l-ġdid għall-operazzjonijiet tal-UAS jenħtieġ li jkun mingħajr preġudizzju għall-obbligi applikabbli għall-ħarsien tal-ambjent u tan-natura li jirriżultaw mid-dritt nazzjonali jew tal-Unjoni.

(26)

Waqt li qed tiġi żviluppata s-sistema “U-space” li tinkludi l-infrastruttura, is-servizzi u l-proċeduri biex jiġu garantiti operazzjonijiet sikuri tal-UAS u biex isostnu l-integrazzjoni tagħhom fis-sistema tal-avjazzjoni, dan ir-Regolament jenħtieġ li diġà jinkludi rekwiżiti għall-implimentazzjoni ta' tliet pedamenti tas-sistema U-space, jiġifieri r-reġistrazzjoni, il-ġeokonsapevolezza u l-identifikazzjoni mill-bogħod, li se jkollhom bżonn ikomplu jiġu finalizzati.

(27)

Peress li mudelli ta' inġenji tal-ajru jitqiesu bħala UAS u fid-dawl tal-livell tajjeb ta' sikurezza muri mill-operazzjonijiet ta' mudelli tal-inġenji tal-ajru fi klabbs u f'assoċjazzjonijiet, jenħtieġ li jkun hemm tranżizzjoni bla xkiel mis-sistemi nazzjonali differenti għall-qafas regolatorju l-ġdid tal-Unjoni, b'tali mod li l-klabbs u l-assoċjazzjonijiet tal-mudelli tal-inġenji tal-ajru jistgħu jkomplu joperaw kif jagħmlu llum, kif ukoll billi jitqiesu l-aħjar prattiki li jeżistu fl-Istati Membri.

(28)

Barra minn hekk, meta wieħed iqis il-livell tajjeb ta' sikurezza miksub minn inġenji tal-ajru tal-klassi C4 kif previst fl-Anness ta' dan ir-Regolament, operazzjonijiet ta' riskju baxx b'tali inġenji tal-ajru jenħtieġ li jitħallew isiru fil-kategorija “miftuħa”. Tali inġenji tal-ajru, li ħafna drabi jintużaw minn operaturi ta' mudelli ta' inġenji tal-ajru, huma komparattivament aktar sempliċi minn klassijiet oħrajn ta' inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord u għalhekk ma għandhomx ikunu soġġetti għal rekwiżiti tekniċi sproporzjonati.

(29)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-kumitat stabbilit skont l-Artikolu 127 tar-Regolament (UE) 2018/1139,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi dispożizzjonijiet dettaljati għall-operazzjoni ta' sistemi tal-ajru mingħajr bdot abbord kif ukoll għall-persunal, inklużi l-piloti remoti u għall-organizzazzjonijiet involuti f'dawn l-operazzjonijiet.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet fir-Regolament (UE) 2018/1139.

Japplikaw ukoll id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“sistema tal-ajru mingħajr bdot abbord” (UAS) tfisser inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord u mingħajr it-tagħmir biex dan jiġi kkontrollat mill-bogħod;

(2)

“operatur ta' sistema tal-ajru mingħajr bdot abbord” (“operatur ta' UAS”) tfisser kull persuna ġuridika jew fiżika li topera jew li biħsiebha topera UAS waħda jew aktar;

(3)

“ġemgħat ta' nies” tfisser ġemgħat minn fejn persuni ma jistgħux jitilqu minħabba d-densità tal-persuni preżenti;

(4)

“żona ġeografika deżinjata għall-UAS” tfisser porzjon tal-ispazju tal-ajru stabbilit mill-awtorità kompetenti li tiffaċilita, tirrestrinġi jew teskludi l-operazzjonijiet tal-UAS sabiex jiġu indirizzati r-riskji fir-rigward tas-sikurezza, il-privatezza, il-protezzjoni tad-data personali, is-sigurtà jew l-ambjent, li jirriżultaw minn operazzjonijiet b'UAS;

(5)

“robustezza” tfisser il-karatteristika ta' miżuri ta' mitigazzjoni li tirriżulta mill-kombinazzjoni tal-benefiċċju tas-sikurezza pprovdut mill-miżuri ta' mitigazzjoni u l-livell ta' assigurazzjoni u ta' integrità li l-benefiċċju tas-sikurezza jkun inkiseb;

(6)

“xenarju standard” tfisser tip ta' operazzjoni tal-UAS fil-kategorija “speċifika”, kif definit fl-Appendiċi 1 tal-Anness, li għalih ġiet identifikata lista preċiża ta' miżuri ta' mitigazzjoni b'tali mod li l-awtorità kompetenti tista' tkun sodisfatta bid-dikjarazzjonijiet li fihom l-operaturi jiddikjaraw li huma se japplikaw il-miżuri ta' mitigazzjoni meta jeżegwixxu dan it-tip ta' operazzjoni;

(7)

“operazzjoni fi ħdan il-linja viżwali tal-vista” (“VLOS”) tfisser tip ta' operazzjoni tal-UAS li fiha, il-pilota remot huwa kapaċi jżomm kuntatt viżwali kontinwu bla għajnuna mal-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord, li jippermetti lill-pilota remot jikkontrolla t-trajettorja tat-titjira tal-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord fir-rigward ta' inġenji tal-ajru oħra, persuni u ostakli bil-għan li jiġu evitati kolliżjonijiet;

(8)

“operazzjoni lil hinn mil-linja viżwali tal-vista” ('BVLOS') tfisser tip ta' operazzjoni tal-UAS li ma ssirx fil-VLOS;

(9)

“ċertifikat ta' operatur ta' UAS ħafifa” (“LUC”) tfisser ċertifikat maħruġ lil operatur ta' UAS minn awtorità kompetenti kif stabbilit fil-Parti C tal-Anness;

(10)

“klabb jew assoċjazzjoni ta' mudelli tal-inġenji tal-ajru” tfisser organizzazzjoni legalment stabbilita fi Stat Membru bl-iskop li twettaq titjiriet rikreattivi, spettakli fl-arja, attivitajiet sportivi jew kompetizzjonijiet bl-użu ta' UAS;

(11)

“oġġetti perikolużi” tfisser oġġetti jew sustanzi, li jistgħu jippreżentaw periklu għas-saħħa, għas-sikurezza, għall-proprjetà jew għall-ambjent fil-każ ta' inċident jew aċċident, li l-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord ikun qed iġorr bħala tagħbija utli, inkluż b'mod partikolari:

(a)

splussivi (periklu li jisplodu kollha f'daqqa, periklu ta' blast projezzjoni, periklu ta' blast żgħira, periklu kbir ta' nar, aġenti detonattivi, splussivi estremament insensittivi);

(b)

gassijiet (gass li jaqbad, gass li ma jaqbadx, gass velenuż, ossiġenu, perikolużi jekk jittieħdu man-nifs);

(c)

likwidi li jaqbdu (likwidu li jaqbad; żejt kombustibbli, petrol);

(d)

materjal solidu li jaqbad (materjal solidu li jaqbad, materjal solidu li jaqbad b'mod spontanju, ta' periklu meta jixxarrab);

(e)

aġenti ossidanti u perossidi organiċi;

(f)

sustanzi tossiċi u infettivi (velenu, perikolu bijoloġiku);

(g)

sustanzi radjuattivi;

(h)

sustanzi korrużivi;

(12)

“tagħbija utli” tfisser strument, mekkaniżmu, tagħmir, part, apparat,suppliment jew aċċessorju, inkluż tagħmir ta' komunikazzjoni, installat ġewwa jew mehmuż mal-inġenju tal-ajru u li ma jintużax jew li mhuwiex maħsub biex jintuża fit-tħaddim jew fil-kontroll ta' inġenju tal-ajru waqt it-tajran, u li mhuwiex parti mill-qafas ta' inġenju tal-ajru, mill-magna, jew mill-iskrun;

(13)

“identifikazzjoni diretta mill-bogħod” tfisser sistema li tiżgura t-trażmissjoni lokali ta' informazzjoni dwar inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord li jkun qiegħed jopera, inkluż l-immarkar tal-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord, sabiex din l-informazzjoni tkun tista' tinkiseb mingħajr aċċess fiżiku għall-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord;

(14)

“modalità ta' insegwiment” tfisser modalità ta' tħaddim ta' UAS li fiha l-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord isegwi kontinwament il-pilota mill-bogħod fi ħdan raġġ predeterminat;

(15)

“ġeokonsapevolezza” tfisser funzjoni li, abbażi tad-data pprovduta mill-Istati Membri, tindividwa ksur potenzjali tal-limitazzjonijiet tal-ispazju tal-ajru u twissi lill-piloti mill-bogħod sabiex ikunu jistgħu jieħdu azzjoni effettiva u immedjata biex jevitaw dak il-ksur;

(16)

“UAS mibnija privatament” tfisser UAS immuntata jew manifatturata għall-użu proprju ta' min jibniha, eskluża UAS immuntata minn settijiet ta' partijiet imqiegħda fis-suq bħala kitt wieħed lest għall-immuntar;

(17)

“operazzjoni awtonoma” tfisser operazzjoni li matulha inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord jopera mingħajr il-possibbiltà ta' intervent mill-pilota remot;

(18)

“persuni mhux involuti” tfisser persuni li mhumiex qed jipparteċipaw fl-operazzjoni b'UAS jew li mhumiex konxji mill-istruzzjonijiet u mill-prekawzjonijiet ta' sikurezza mogħtija mill-operatur tal-UAS;

(19)

“tqegħid għad-disponibbiltà fis-suq” tfisser kwalunkwe provvista ta' prodott għad-distribuzzjoni, għall-konsum jew għall-użu fis-suq tal-Unjoni matul attività kummerċjali, kemm jekk bi ħlas kif ukoll jekk mingħajr ħlas;

(20)

“introduzzjoni fis-suq” tfisser li prodott isir disponibbli għall-ewwel darba fis-suq tal-Unjoni;

(21)

“żona ta' art ikkontrollata” tfisser iż-żona fl-art fejn l-UAS tiġi operata u li fiha l-operatur tal-UAS jista' jiżgura l-preżenza ta' persuni involuti biss;

(22)

“massa massima waqt it-tlugħ” (“MTOM”) tfisser il-massa massima ta' Inġenju tal-Ajru mingħajr Bdot Abbord, inklużi t-tagħbija utli u l-fjuwil, kif definit mill-manifattur jew mill-kostruttur, li fiha l-Inġenju tal-Ajru Mingħajr Bdot Abbord jista' jitħaddem;

(23)

“glider mingħajr bdot abbord” tfisser inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord sostnut waqt it-tajran mir-reazzjoni dinamika tal-arja kontra s-superfiċji fissi tal-irfigħ tiegħu, li t-tajran liberu tiegħu ma jiddependix fuq magna. Jista' jkun mgħammar b'magna biex tintuża f'każ ta' emerġenza.

Artikolu 3

Kategoriji ta' operazzjonijiet tal-UAS

L-operazzjonijiet tal-UAS għandhom isiru fil-kategorija “miftuħa”, “speċifika” jew dik “ċertifikata” kif definiti rispettivament fl-Artikoli 4, 5 u 6, soġġett għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

Operazzjonijiet tal-UAS fil-kategorija “miftuħa” ma għandhomx ikunu soġġetti għal xi awtorizzazzjoni operattiva preċedenti, u lanqas għal xi dikjarazzjoni operattiva mill-operatur tal-UAS qabel isseħħ l-operazzjoni;

(b)

Operazzjonijiet tal-UAS fil-kategorija “speċifika” jeħtieġu awtorizzazzjoni operattiva maħruġa mill-awtorità kompetenti skont l-Artikolu 12 jew awtorizzazzjoni li tkun ingħatat skont l-Artikolu 16, jew, fiċ-ċirkostanzi definiti fl-Artikolu 5(5), dikjarazzjoni li għandha ssir minn operatur ta' UAS;

(c)

Operazzjonijiet tal-UAS fil-kategorija “ċertifikata” jeħtieġu ċ-ċertifikazzjoni tal-UAS skont ir-Regolament Delegat (UE) 2019/945 u ċ-ċertifikazzjoni tal-operatur u, fejn applikabbli, il-liċenzjar tal-pilota remot.

Artikolu 4

Kategorija “miftuħa” ta' operazzjonijiet tal-UAS

1.   Operazzjonijiet għandhom jiġu kklassifikati bħala operazzjonijiet ta' UAS fil-kategorija “miftuħa” biss meta jkunu ssodisfati r-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

il-UAS tagħmel parti minn waħda mill-klassijiet stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2019/945 jew tkun inbniet privatament jew tissodisfa l-kundizzjonijiet definiti fl-Artikolu 20;

(b)

l-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord għandu massa massima waqt it-tlugħ ta' inqas minn 25 kg;

(c)

il-pilota remot jiżgura li l-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord jinżamm f'distanza sikura 'l bogħod minn nies u li ma jittajjarx fuq ġemgħat ta' nies;

(d)

il-pilota remot iżomm l-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord fil-VLOS f'kull ħin ħlief meta jittajjar fil-modalità ta' insegwiment jew meta jintuża osservatur ta' inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord kif speċifikat fil-Parti A tal-Anness;

(e)

matul it-titjira, l-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord jinżamm f'għoli ta' 120 metru mill-eqreb punt tas-superfiċe tal-art, ħlief meta jittajjar fuq ostaklu, kif speċifikat fil-Parti A tal-Anness

(f)

matul it-titjira, l-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord ma jkunx qed iġorr oġġetti perikolużi u minnu ma jaqa' ebda materjal;

2.   Operazzjonijiet tal-UAS fil-kategorija “miftuħa” għandhom ikunu diviżi fi tliet sottokategoriji skont ir-rekwiżiti stabbiliti fil-Parti A tal-Anness.

Artikolu 5

Kategorija “speċifika” ta' operazzjonijiet tal-UAS

1.   Fejn wieħed mir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 4 jew fil-Parti A tal-Anness ma jkunx issodisfat, operatur ta' UAS għandu jkun meħtieġ jikseb awtorizzazzjoni operattiva skont l-Artikolu 12 mill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru tar-reġistrazzjoni.

2.   Meta jippreżenta applikazzjoni għal awtorizzazzjoni operattiva skont l-Artikolu 12 lil awtorità kompetenti, l-operatur għandu jwettaq valutazzjoni tar-riskju skont l-Artikolu 11 u jippreżentaha flimkien mal-applikazzjoni, inklużi l-miżuri ta' mitigazzjoni adegwati.

3.   Skont il-punt UAS.SPEC.040 stabbilit fil-Parti B tal-Anness, l-awtorità kompetenti għandha toħroġ awtorizzazzjoni operattiva, jekk tqis li r-riskji operattivi huma mitigati b'mod adegwat skont l-Artikolu 12.

4.   L-awtorità kompetenti għandha tispeċifika jekk l-awtorizzazzjoni operattiva tikkonċernax:

(a)

l-approvazzjoni ta' operazzjoni unika jew ta' għadd ta' operazzjonijiet bil-ħin speċifikat jew bil-post(ijiet) speċifikat(i) jew bit-tnejn. L-awtorizzazzjoni operattiva għandha tinkludi l-lista preċiża ta' miżuri ta' mitigazzjoni assoċjati;

(b)

l-approvazzjoni ta' LUC, skont il-parti C tal-Anness.

5.   Meta l-operatur ta' UAS jippreżenta dikjarazzjoni lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni skont il-punt UAS.SPEC.020 kif stabbilit fil-Parti B tal-Anness għal operazzjoni li tikkonforma ma' xenarju standard kif definit fl-Appendiċi 1 ta' dak l-Anness, l-operatur tal-UAS ma għandux ikun meħtieġ jikseb awtorizzazzjoni operattiva skont il-paragrafi 1 sa 4 ta' dan l-Artikolu u għandha tapplika l-proċedura stabbilita fil-paragrafu 5 tal-Artikolu 12.

6.   M'hemmx bżonn ta' awtorizzazzjoni operattiva jew ta' dikjarazzjoni fil-każ ta':

(a)

operaturi ta' UAS li għandhom LUC bi privileġġi xierqa skont il-punt UAS.LUC.060 tal-Anness;

(b)

operazzjonijiet li jsiru fil-qafas ta' klabbs u ta' assoċjazzjonijiet ta' mudelli ta' inġenji tal-ajru li jkunu ngħataw awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 16.

Artikolu 6

Kategorija “ċertifikata” ta' operazzjonijiet tal-UAS

1.   Operazzjonijiet għandhom jiġu kklassifikati bħala operazzjonijiet tal-UAS fil-kategorija “ċertifikata” biss meta jkunu ssodisfati r-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

il-UAS hija ċertifikata skont il-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 1 tal-Artikolu 40 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/945; u

(b)

l-operazzjoni ssir f'xi waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

i.

fuq ġemgħat ta' nies;

ii.

tinvolvi t-trasport ta' persuni;

iii.

tinvolvi l-ġarr ta' merkanzija perikoluża, li tista' twassal għal riskju għoli għal partijiet terzi fil-każ ta' aċċident.

2.   Barra minn hekk, l-operazzjonijiet tal-UAS għandhom jiġu kklassifikati bħala operazzjonijiet tal-UAS fil-kategorija “ċertifikata” meta l-awtorità kompetenti, abbażi tal-valutazzjoni tar-riskju prevista fl-Artikolu 11, tqis li r-riskju tal-operazzjoni ma jistax jiġi mmitigat b'mod adegwat mingħajr iċ-ċertifikazzjoni tal-UAS u tal-operatur tal-UAS u, fejn applikabbli, mingħajr il-liċenzjar tal-pilota remot.

Artikolu 7

Regoli u proċeduri għall-operazzjoni ta' UAS

1.   Operazzjonijiet tal-UAS fil-kategorija “miftuħa” għandhom jikkonformaw mal-limitazzjonijiet operattivi stabbiliti fil-Parti A tal-Anness.

2.   Operazzjonijiet tal-UAS fil-kategorija “speċifika” għandhom jikkonformaw mal-limitazzjonijiet operattivi stabbiliti fl-awtorizzazzjoni operattiva kif imsemmi fl-Artikolu 12 jew fl-awtorizzazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 16, jew f'xenarju standard kif definit fl-Appendiċi 1 tal-Anness kif dikjarat mill-operatur tal-UAS.

Dan il-paragrafu ma għandux japplika meta l-operatur ta' UAS ikollu LUC bi privileġġi xierqa.

Operazzjonijiet tal-UAS fil-kategorija “speċifika” għandhom ikunu soġġetti għar-rekwiżiti operattivi applikabbli stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 923/2012 (5).

3.   Operazzjonijiet tal-UAS fil-kategorija “ċertifikata” għandhom ikunu soġġetti għar-rekwiżiti operattivi applikabbli stabbiliti fir-Regolamenti (UE) Nru 923/2012, (UE) Nru 965/2012 (6) u (UE) Nru 1332/2011 (7).

Artikolu 8

Regoli u proċeduri għall-kompetenza ta' piloti remoti

1.   Piloti remoti li joperaw UAS fil-kategorija “miftuħa” għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti ta' kompetenza stabbiliti fil-Parti A tal-Anness.

2.   Piloti remoti li joperaw UAS fil-kategorija “speċifika” għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti ta' kompetenza stabbiliti fl-awtorizzazzjoni operattiva mill-awtorità kompetenti jew fix-xenarju standard kif definit fl-Appendiċi 1 tal-Anness jew kif definit mil-LUC u għandu jkollhom tal-anqas il-kompetenzi li ġejjin:

(a)

il-kapaċità li japplikaw proċeduri operazzjonali (proċeduri normali, ta' kontinġenza u ta' emerġenza, ippjanar ta' titjiriet, spezzjonijiet qabel u wara t-titjira);

(b)

il-kapaċità li jimmaniġġjaw komunikazzjoni ajrunawtika;

(c)

jimmaniġġjaw it-trajettorja tat-titjira u l-awtomatizzazzjoni tal-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord;

(d)

kapaċità ta' tmexxija, ta' ħidma f'tim u ta' awtoġestjoni;

(e)

soluzzjoni ta' problemi u teħid ta' deċiżjonijiet;

(f)

għarfien tas-sitwazzjoni;

(g)

immaniġġjar tat-tagħbija tax-xogħol;

(h)

koordinazzjoni jew handover, skont kif applikabbli.

3.   Piloti remoti li joperaw fil-qafas ta' klabbs jew ta' assoċjazzjonijiet ta' mudelli ta' inġenji tal-ajru għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti ta' kompetenza minima definiti fl-awtorizzazzjoni mogħtija skont l-Artikolu 16.

Artikolu 9

Età minima għall-piloti remoti

1.   L-età minima għall-piloti remoti biex joperaw UAS fil-kategorija “miftuħa” u dik “speċifika” għandha tkun ta' 16-il sena.

2.   M'għandha tkun meħtieġa l-ebda età minima għall-piloti remoti:

(a)

meta joperaw fis-sottokategorija A1 kif speċifikat fil-Parti A tal-Anness ta' dan ir-Regolament, b'UAS tal-Klassi C0 kif definit fil-Parti 1 tal-Anness tar-Regolament Delegat (UE) 2019/945 li hija ġugarell fis-sens tad-Direttiva 2009/48/KE;

(b)

għal UAS mibnija privatament b'massa massima waqt it-tlugħ ta' inqas minn 250 g;

(c)

meta joperaw taħt is-superviżjoni diretta ta' pilota remot li jikkonforma mal-paragrafu 1 u mal-Artikolu 8.

3.   L-Istati Membri jistgħu jbaxxu l-età minima wara approċċ ibbażat fuq ir-riskju wara li jqisu r-riskji speċifiċi assoċjati mal-operazzjonijiet fit-territorju tagħhom:

(a)

għal piloti remoti li ilhom sa 4 snin joperaw fil-kategorija “miftuħa”;

(b)

għal piloti remoti li ilhom sa sentejn joperaw fil-kategorija “speċifika”.

4.   Meta Stat Membru jbaxxi l-età minima għall-piloti remoti, dawk il-piloti remoti għandhom jitħallew biss joperaw UAS fit-territorju ta' dak l-Istat Membru.

5.   L-Istati Membri jistgħu jiddefinixxu età minima differenti għall-piloti remoti li joperaw fil-qafas ta' klabbs jew ta' assoċjazzjonijiet ta' mudelli ta' inġenji tal-ajru fl-awtorizzazzjoni maħruġa skont l-Artikolu 16.

Artikolu 10

Regoli u proċeduri għall-ajrunavigabbiltà ta' UAS

Sakemm UAS ma tkunx inbniet privatament, jew tintuża għall-operazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 16, jew tissodisfa l-kundizzjonijiet definiti fl-Artikolu 20, l-UAS li tintuża fl-operazzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament għandha tkun konformi mar-rekwiżiti tekniċi u mar-regoli u l-proċeduri għall-ajrunavigabbiltà definiti fl-atti delegati adottati skont l-Artikolu 58 tar-Regolament (UE) 2018/1139.

Artikolu 11

Regoli għat-twettiq ta' valutazzjoni tar-riskju operazzjonali

1.   Valutazzjoni tar-riskju operazzjonali għandha:

(a)

tiddeskrivi l-karatteristiċi tal-operazzjoni tal-UAS;

(b)

tipproponi objettivi adegwati ta' sikurezza operazzjonali;

(c)

tidentifika r-riskji tal-operazzjoni fuq l-art u fl-ajru billi tqis dawn kollha ta' hawn taħt:

i.

sa liema punt l-attività tista' tipperikola lil partijiet terzi jew lil proprjetà fuq l-art;

ii.

il-kumplessità, il-prestazzjoni u l-karatteristiċi operazzjonali tal-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord involut;

iii.

l-iskop tat-titjira, it-tip ta' UAS, il-probabbiltà ta' kolliżjoni ma' inġenji tal-ajru oħra u l-klassi tal-ispazju tal-ajru użata;

iv.

it-tip, l-iskala, u l-kumplessità tal-operazzjoni jew tal-attività tal-UAS, inkluż, fejn rilevanti, id-daqs u t-tip tat-traffiku mmaniġġjat mill-organizzazzjoni jew mill-persuna responsabbli;

v.

sa liema punt il-persuni affettwati mir-riskji involuti fl-operazzjoni ta' UAS jistgħu jivvalutaw u jeżerċitaw kontroll fuq dawk ir-riskji.

(d)

tidentifika firxa ta' miżuri possibbli għall-mitigazzjoni tar-riskji;

(e)

tiddetermina l-livell ta' robustezza neċessarju tal-miżuri ta' mitigazzjoni magħżula b'tali mod li l-operazzjoni tista' titwettaq b'mod sikur.

2.   Id-deskrizzjoni tal-operazzjoni tal-UAS għandha tinkludi tal-anqas dawn li ġejjin:

(a)

in-natura tal-attivitajiet imwettqa;

(b)

l-ambjent operattiv u ż-żona ġeografika għall-operazzjoni prevista, b'mod partikolari l-popolazzjonijiet li fuqhom se tittajjar il-UAS, l-orografija, it-tipi ta' spazju tal-ajru, il-volum tal-ispazju tal-ajru fejn se sseħħ l-operazzjoni u x'volum tal-ispazju tal-ajru jinżamm bħala bafer tar-riskju meħtieġ għal proċeduri ta' kontinġenza, inklużi r-rekwiżiti operazzjonali għaż-żoni ġeografiċi;

(c)

il-kumplessità tal-operazzjoni, b'mod partikolari x'ippjanar u x'eżekuzzjoni, x'kompetenzi tal-persunal, x'esperjenza u kompożizzjoni, u x'mezzi tekniċi meħtieġa huma ppjanati għat-twettiq tal-operazzjoni;

(d)

il-karatteristiċi tekniċi tal-UAS, inkluża l-prestazzjoni tagħha fid-dawl tal-kundizzjonijiet tal-operazzjoni prevista u, fejn applikabbli, in-numru tar-reġistrazzjoni tagħha;

(e)

il-kompetenza tal-persunal fit-twettiq tal-operazzjoni inkluż il-kompożizzjoni, ir-rwol, ir-responsabbiltajiet, it-taħriġ u l-esperjenza reċenti tagħhom.

3.   Il-valutazzjoni għandha tipproponi livell ta' sikurezza fil-mira, li għandu jkun ekwivalenti għal-livell ta' sikurezza fl-avjazzjoni bi bdot abbord, fid-dawl tal-karatteristiċi speċifiċi tal-operazzjoni tal-UAS.

4.   L-identifikazzjoni tar-riskji għandha tinkludi d-determinazzjoni tal-elementi kollha ta' hawn taħt:

(a)

ir-riskju mhux mitigat tal-operazzjoni fuq l-art filwaqt li jitqies it-tip ta' operazzjoni u l-kundizzjonijiet li taħthom issir l-operazzjoni, inklużi tal-anqas il-kriterji li ġejjin:

i.

il-VLOS jew il-BVLOS;

ii.

id-densità tal-popolazzjoni taż-żoni li fuqhom jgħaddu t-titjiriet;

iii.

it-tajran fuq ġemgħat ta' nies;

iv.

il-karatteristiċi tad-dimensjoni tal-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord;

(b)

ir-riskju mhux mitigat tal-operazzjoni fl-ajru filwaqt li jitqiesu dawn kollha ta' hawn taħt:

i.

il-volum eżatt tal-ispazju tal-ajru fejn se ssir l-operazzjoni, estiż b'volum ta' spazju tal-ajru meħtieġ għal proċeduri ta' kontinġenza;

ii.

il-klassi tal-ispazju tal-ajru;

iii.

l-impatt fuq it-traffiku tal-ajru l-ieħor u l-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (ATM) u b'mod partikolari:

l-altitudni tal-operazzjoni;

spazju tal-ajru kkontrollat kontra dak mhux ikkontrollat;

ambjent ta' ajrudrom kontra dak mhux ta' ajrudrom;

spazju tal-ajru fuq żoni urbani kontra fuq ambjenti rurali;

separazzjoni minn traffiku ieħor.

5.   L-identifikazzjoni tal-miżuri ta' mitigazzjoni possibbli meħtieġa biex jiġi ssodisfat il-livell ta' sikurezza fil-mira propost għandha tqis il-possibbiltajiet li ġejjin:

(a)

miżuri ta' konteniment għall-persuni fuq l-art;

(b)

limitazzjonijiet operattivi strateġiċi għall-operazzjoni tal-UAS, b'mod partikolari:

i.

restrizzjoni tal-volumi ġeografiċi fejn issir l-operazzjoni;

ii.

restrizzjoni tat-tul jew tal-iskeda tal-ħin li fiha ssir l-operazzjoni;

(c)

mitigazzjoni strateġika permezz ta' regoli komuni tat-tajran jew permezz ta' struttura u servizzi komuni tal-ispazju tal-ajru;

(d)

il-kapaċità ta' mmaniġġjar ta' kundizzjonijiet operattivi avversi possibbli;

(e)

fatturi organizzazzjonali bħalma huma proċeduri operattivi u ta' manutenzjoni speċifikati mill-operatur tal-UAS u l-proċeduri ta' manutenzjoni skont il-manwal għall-utent tal-manifattur;

(f)

il-livell ta' kompetenza u ta' għarfien espert tal-persunal involut fir-rigward tas-sikurezza tat-titjira;

(g)

ir-riskju ta' żball uman fl-applikazzjoni tal-proċeduri operazzjonali;

(h)

il-karatteristiċi tad-disinn u l-prestazzjoni, tal-UAS b'mod partikolari:

i.

id-disponibbiltà ta' mezzi biex jiġu mmitigati r-riskji ta' kolliżjoni;

ii.

id-disponibbiltà ta' sistemi li jillimitaw l-enerġija waqt impatt jew il-fraġilità tal-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord;

iii.

id-disinn tal-UAS skont standards rikonoxxuti u d-disinn sikur.

6.   Ir-robustezza tal-miżuri ta' mitigazzjoni proposti għandha tiġi vvalutata sabiex jiġi determinat jekk humiex proporzjonati għall-objettivi ta' sikurezza u għar-riskji tal-operazzjoni prevista, b'mod partikolari biex tiġi żgurata s-sikurezza f'kull stadju tal-operazzjoni.

Artikolu 12

L-awtorizzazzjoni ta' operazzjonijiet fil-kategorija “speċifika”

1.   L-awtorità kompetenti għandha tevalwa l-valutazzjoni tar-riskju u r-robustezza tal-miżuri ta' mitigazzjoni proposti mill-operatur tal-UAS sabiex l-operazzjoni tal-UAS tinżamm sikura f'kull fażi tat-titjira.

2.   L-awtorità kompetenti għandha tagħti awtorizzazzjoni operattiva meta l-valutazzjoni tikkonkludi li:

(a)

l-objettivi ta' sikurezza operazzjonali jqisu r-riskji tal-operazzjoni;

(b)

il-kombinazzjoni ta' miżuri ta' mitigazzjoni li jikkonċernaw il-kundizzjonijiet operattivi għat-twettiq tal-operazzjonijiet, il-kompetenza tal-persunal involut u l-karatteristiċi tekniċi tal-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord, huma adegwati u robusti biżżejjed biex l-operazzjoni tinżamm sikura fid-dawl tar-riskji identifikati fl-art u fl-ajru;

(c)

l-operatur tal-UAS ipprovda dikjarazzjoni li tikkonferma li l-operazzjoni hija konformi ma' kwalunkwe regola tal-Unjoni u nazzjonali applikabbli li tirrigwardaha, b'mod partikolari, fir-rigward tal-privatezza, il-protezzjoni tad-data, ir-responsabbiltà, l-assigurazzjoni, is-sikurezza u l-ħarsien tal-ambjent.

3.   Meta jitqies li l-operazzjoni mhijiex sikura biżżejjed, l-awtorità kompetenti għandha tinforma lill-applikant dwar dan, u tagħti r-raġunijiet tagħha għar-rifjut li toħroġ l-awtorizzazzjoni operattiva.

4.   L-awtorizzazzjoni operattiva mogħtija mill-awtorità kompetenti għandha tispeċifika:

(a)

il-kamp ta' applikazzjoni tal-awtorizzazzjoni;

(b)

il-kundizzjonijiet “speċifiċi” li għandhom japplikaw:

i.

għall-operazzjoni tal-UAS u l-limitazzjonijiet operattivi;

ii.

għall-kompetenza meħtieġa tal-operatur tal-UAS u, fejn applikabbli, tal-piloti remoti;

iii.

għall-karatteristiċi tekniċi tal-UAS, inkluż iċ-ċertifikazzjoni tal-UAS, jekk applikabbli;

(c)

l-informazzjoni li ġejja:

i.

in-numru tar-reġistrazzjoni tal-operatur tal-UAS u l-karatteristiċi tekniċi tal-UAS;

ii.

referenza għall-valutazzjoni tar-riskju operazzjonali żviluppata mill-operatur tal-UAS;

iii.

il-limiti operazzjonali u l-kundizzjonijiet tat-tħaddim;

iv.

il-miżuri ta' mitigazzjoni li l-operatur tal-UAS għandu japplika;

v.

il-post(ijiet) fejn l-operazzjoni hija awtorizzata ssir u kwalunkwe post ieħor fi Stat Membru skont l-Artikolu 13;

vi.

id-dokumenti u r-rekords kollha rilevanti għat-tip ta' operazzjoni u t-tip ta' avvenimenti li għandhom jiġu rrapportati minbarra dawk definiti fir-Regolament (UE) Nru 376/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8).

5.   Mal-wasla tad-dikjarazzjoni msemmija fil-paragrafu 5 tal-Artikolu 5, l-awtorità kompetenti għandha:

(a)

tivverifika li fiha l-elementi kollha stabbiliti fil-paragrafu 2 tal-punt UAS.SPEC.020 tal-Anness;

(b)

jekk dan huwa l-każ għandha, mingħajr dewmien żejjed, tibgħat konferma tal-wasla u tal-kompletezza lill-operatur tal-UAS sabiex dan ikun jista' jibda l-operazzjoni.

Artikolu 13

Operazzjonijiet transfruntiera jew operazzjonijiet barra mill-istat tar-reġistrazzjoni

1.   Meta operatur ta' UAS ikun biħsiebu jwettaq operazzjoni fil-kategorija “speċifika” li għaliha jkun diġà ngħata awtorizzazzjoni operattiva skont l-Artikolu 12, u li hija maħsuba sseħħ parzjalment jew kompletament fl-ispazju tal-ajru ta' Stat Membru li mhuwiex l-Istat Membru tar-reġistrazzjoni, l-operatur tal-UAS għandu jipprovdi lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn tkun prevista sseħħ l-operazzjoni b'applikazzjoni li tinkludi l-informazzjoni li ġejja:

(a)

kopja tal-awtorizzazzjoni operattiva li tkun ingħatat lill-operatur tal-UAS skont l-Artikolu 12; u

(b)

il-post(ijiet) tal-operazzjoni prevista inklużi l-miżuri ta' mitigazzjoni aġġornati, jekk meħtieġ, sabiex jiġu indirizzati dawk ir-riskji identifikati fl-Artikolu 11(2)(b) li huma speċifiċi għall-karatteristiċi tal-ispazju tal-ajru, tat-terren u tal-popolazzjoni lokali u għall-kundizzjonijiet klimatiċi.

2.   Malli tirċievi l-applikazzjoni stabbilita fil-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn tkun prevista ssir l-operazzjoni għandha tivvalutaha mingħajr dewmien żejjed u tibgħat konferma lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni u lill-operatur tal-UAS li l-miżuri ta' mitigazzjoni aġġornati msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1 huma sodisfaċenti għall-operazzjoni fil-post previst. Malli jirċievi dik il-konferma, l-operatur tal-UAS jista' jibda l-operazzjoni prevista u l-Istat Membru tar-reġistrazzjoni għandu jiddokumenta l-miżuri ta' mitigazzjoni aġġornati li l-operatur tal-UAS għandu japplika fl-awtorizzazzjoni operattiva maħruġa skont l-Artikolu 12.

3.   Meta operatur ta' UAS ikun biħsiebu jwettaq operazzjoni fil-kategorija “speċifika” li għaliha tkun diġà saret dikjarazzjoni skont il-paragrafu 5 tal-Artikolu 5, u li hija maħsuba sseħħ parzjalment jew kompletament fl-ispazju tal-ajru ta' Stat Membru li mhuwiex l-Istat Membru tar-reġistrazzjoni, l-operatur tal-UAS għandu jipprovdi lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn tkun prevista sseħħ l-operazzjoni b'kopja tad-dikjarazzjoni ppreżentata lill-Istat Membru tar-reġistrazzjoni, kif ukoll kopja tal-konferma tal-wasla u tal-kompletezza.

Artikolu 14

Reġistrazzjoni ta' operaturi ta' UAS u ta' UAS ċertifikati

1.   L-Istati Membri għandhom iwaqqfu u jżommu sistemi ta' reġistrazzjoni akkurati għall-UAS li d-disinn tagħhom huwa soġġett għal ċertifikazzjoni u għall-operaturi ta' UAS li l-operazzjoni tagħhom tista' tippreżenta riskju għas-sikurezza, għas-sigurtà, għall-privatezza, u għall-protezzjoni tad-data personali jew tal-ambjent.

2.   Is-sistemi ta' reġistrazzjoni għall-operaturi ta' UAS għandhom jipprovdu l-oqsma għall-introduzzjoni u għall-iskambju tal-informazzjoni li ġejja:

(a)

l-isem sħiħ u d-data tat-twelid fil-każ ta' persuni fiżiċi u l-isem u n-numru ta' identifikazzjoni fil-każ ta' persuni ġuridiċi;

(b)

l-indirizz tal-operaturi tal-UAS;

(c)

l-indirizz tal-email u n-numru tat-telefon tagħhom;

(d)

numru ta' polza ta' assigurazzjoni għall-UAS jekk dan ikun meħtieġ skont id-dritt tal-Unjoni jew dak nazzjonali;

(e)

il-konferma tad-dikjarazzjoni li ġejja mingħand persuni ġuridiċi: “Il-persunal kollu direttament involut fl-operazzjonijiet huwa kompetenti biex iwettaq id-dmirijiet tiegħu, u l-UAS se tiġi operata biss minn piloti remoti b'livell xieraq ta' kompetenza”;

(f)

l-awtorizzazzjonijiet operattivi u l-LUCs miżmuma u d-dikjarazzjonijiet segwiti minn konferma skont l-Artikolu 12(5)(b).

3.   Is-sistemi ta' reġistrazzjoni għal inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord li d-disinn tagħhom huwa soġġett għal ċertifikazzjoni għandhom jipprovdu l-oqsma għall-introduzzjoni u għall-iskambju tal-informazzjoni li ġejja:

(a)

l-isem tal-manifattur;

(b)

id-deżinjazzjoni tal-manifattur tal-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord;

(c)

in-numru tas-serje tal-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord;

(d)

l-isem sħiħ, l-indirizz, l-indirizz tal-email u n-numru tat-telefon tal-persuna fiżika jew ġuridika li taħt isimha l-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord huwa reġistrat.

4.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sistemi ta' reġistrazzjoni huma diġitali u interoperabbli u jippermettu l-aċċess reċiproku u l-iskambju ta' informazzjoni permezz tar-repożitorju msemmi fl-Artikolu 74 tar-Regolament (UE) 2018/1139.

5.   l-operaturi tal-UAS għandhom jirreġistraw lilhom infushom:

(a)

meta jkunu qed joperaw fil-kategorija “miftuħa” xi wieħed mill-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord li ġejjin:

i.

b'MTOM ta' aktar minn 250 g, jew, li fil-każ ta' impatt jista' jittrasferixxi lil bniedem, enerġija kinetika ta' aktar minn 80 Joules;

ii.

li huwa mgħammar b'sensur li kapaċi jirreġistra d-data personali, sakemm ma jkunx konformi mad-Direttiva 2009/48/KE.

(b)

meta jkunu qed joperaw inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord ta' kwalunkwe massa fil-kategorija “speċifika”.

6.   L-operaturi tal-UAS għandhom jirreġistraw lilhom infushom fl-Istat Membru fejn ikollhom ir-residenza tagħhom fil-każ ta' persuni fiżiċi jew, fil-każ ta' persuni ġuridiċi, fejn dawn ikollhom il-post prinċipali tan-negozju tagħhom u jiżguraw li l-informazzjoni tar-reġistrazzjoni tagħhom hija akkurata. Operatur ta' UAS ma jistax ikun reġistrat f'aktar minn Stat Membru wieħed fl-istess ħin.

L-Istati Membri għandhom joħorġu numru ta' reġistrazzjoni diġitali uniku għall-operaturi ta' UAS u għall-UAS li jeħtieġu reġistrazzjoni, li jippermetti l-identifikazzjoni individwali tagħhom.

In-numru ta' reġistrazzjoni għall-operaturi ta' UAS għandu jiġi stabbilit abbażi ta' standards li jappoġġjaw l-interoperabbiltà tas-sistemi ta' reġistrazzjoni;

7.   Is-sid ta' inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord li d-disinn tiegħu huwa soġġett għal ċertifikazzjoni għandu jirreġistra l-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord.

In-nazzjonalità u l-marka tar-reġistrazzjoni ta' inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord għandhom jiġu stabbiliti skont l-Anness 7 tal-ICAO. Inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord ma jistax ikun reġistrat f'aktar minn Stat Membru wieħed fl-istess ħin.

8.   L-operaturi ta' UAS għandhom juru n-numru tar-reġistrazzjoni tagħhom fuq kull inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord li jissodisfa l-kundizzjonijiet deskritti fil-paragrafu 5.

Artikolu 15

Kundizzjonijiet operattivi għal żoni ġeografiċi deżinjati għall-UAS

1.   Meta jiddefinixxu żoni ġeografiċi deżinjati għall-UAS, għal raġunijiet ta' sikurezza, ta' sigurtà, ta' privatezza jew dawk ambjentali, l-Istati Membri jistgħu:

(a)

jipprojbixxu ċerti operazzjonijiet b'UAS jew l-operazzjonijiet kollha, jitolbu kundizzjonijiet partikolari għal ċerti operazzjonijiet tal-UAS jew għall-operazzjonijiet kollha jew jitolbu awtorizzazzjoni operattiva minn qabel għal ċerti operazzjonijiet tal-UAS jew għall-operazzjonijiet kollha;

(b)

jeżiġu li l-operazzjonijiet tal-UAS ikunu soġġetti għal standards ambjentali speċifikati;

(c)

jippermettu l-aċċess biss għal ċerti klassijiet ta' UAS;

(d)

jippermettu l-aċċess biss għal UAS mgħammra b'ċerti karatteristiċi tekniċi, b'mod partikolari sistemi ta' identifikazzjoni mill-bogħod jew sistemi ta' ġeokonsapevolezza.

2.   Fuq il-bażi ta' valutazzjoni tar-riskju mwettqa mill-awtorità kompetenti, l-Istati Membri jistgħu jiddeżinjaw ċerti żoni ġeografiċi li fihom l-operazzjonijiet b'UAS ikunu eżenti minn rekwiżit wieħed jew aktar tal-kategorija “miftuħa”.

3.   Meta skont il-paragrafu 1 jew 2, l-Istati Membri jistabbilixxu żoni ġeografiċi deżinjati għall-UAS għall-finijiet ta' ġeokonsapevolezza, dawn għandhom jiżguraw li l-informazzjoni dwar iż-żoni ġeografiċi deżinjati għall-UAS, inkluż il-perjodu ta' validità tagħhom, tkun pubblikament disponibbli f'format diġitali komuni uniku.

Artikolu 16

Operazzjonijiet tal-UAS fil-qafas ta' klabbs u ta' assoċjazzjonijiet ta' mudelli ta' inġenji tal-ajru

1.   Fuq talba mingħand klabb jew assoċjazzjoni ta' mudelli ta' inġenji tal-ajru, l-awtorità kompetenti tista' toħroġ awtorizzazzjoni għall-operazzjonijiet tal-UAS fil-qafas ta' klabbs u ta' assoċjazzjonijiet ta' mudelli ta' inġenji tal-ajru.

2.   L-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinħareġ skont kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

ir-regoli nazzjonali rilevanti;

(b)

il-proċeduri stabbiliti, l-istruttura organizzazzjonali u s-sistema ta' ġestjoni tal-klabb jew tal-assoċjazzjoni ta' mudelli ta' inġenji tal-ajru, filwaqt li jiġi żgurat li:

i.

piloti remoti li joperaw fil-qafas ta' klabbs jew ta' assoċjazzjonijiet ta' mudelli ta' inġenji tal-ajru jkunu infurmati dwar il-kundizzjonijiet u l-limitazzjonijiet definiti fl-awtorizzazzjoni maħruġa mill-awtorità kompetenti;

ii.

piloti remoti li joperaw fil-qafas ta' klabbs jew ta' assoċjazzjonijiet ta' mudelli ta' inġenji tal-ajru jiġu megħjuna jiksbu l-kompetenza minima meħtieġa biex joperaw l-UAS b'mod sikur u skont il-kundizzjonijiet u l-limitazzjonijiet definiti fl-awtorizzazzjoni;

iii.

il-klabb jew l-assoċjazzjoni ta' mudelli ta' inġenji tal-ajru tieħu azzjoni xierqa meta tiġi mgħarrfa li pilota remot li jopera fil-qafas ta' klabbs jew ta' assoċjazzjonijiet ta' mudelli ta' inġenji tal-ajru ma jirrispettax il-kundizzjonijiet u l-limitazzjonijiet definiti fl-awtorizzazzjoni, u, jekk meħtieġ, tgħarraf lill-awtorità kompetenti;

iv.

fuq talba mill-awtorità kompetenti, il-klabb jew l-assoċjazzjoni ta' mudelli ta' inġenji tal-ajru tipprovdi d-dokumentazzjoni meħtieġa għal skopijiet ta' sorveljanza u ta' monitoraġġ.

3.   L-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tispeċifika l-kundizzjonijiet li taħthom l-operazzjonijiet fil-qafas tal-klabbs jew tal-assoċjazzjonijiet ta' mudelli ta' inġenji tal-ajru jistgħu jitwettqu u għandha tkun limitata għat-territorju tal-Istat Membru li fih tkun inħarġet.

4.   L-Istati Membri jistgħu jippermettu li l-klabbs u l-assoċjazzjonijiet ta' mudelli ta' inġenji tal-ajru jirreġistraw lill-membri tagħhom fis-sistemi ta' reġistrazzjoni stabbiliti skont l-Artikolu 14 f'isimhom. Jekk dan ma jkunx il-każ, il-membri ta' klabbs u ta' assoċjazzjonijiet ta' mudelli ta' inġenji tal-ajru għandhom jirreġistraw lilhom infushom skont l-Artikolu 14.

Artikolu 17

Deżinjazzjoni tal-awtorità kompetenti

1.   Kull Stat Membru għandu jaħtar entità waħda jew aktar bħala l-awtorità kompetenti għall-kompiti msemmija fl-Artikolu 18.

2.   Meta Stat Membru jaħtar aktar minn entità waħda bħala awtorità kompetenti huwa għandu:

(a)

jiddefinixxi b'mod ċar l-oqsma ta' kompetenza ta' kull awtorità kompetenti f'termini ta' responsabbiltajiet;

(b)

jistabbilixxi mekkaniżmu xieraq ta' koordinazzjoni bejn dawk l-entitajiet biex tiġi żgurata s-sorveljanza effettiva tal-organizzazzjonijiet u tal-persuni kollha soġġetti għal dan ir-Regolament.

Artikolu 18

Kompiti tal-awtorità kompetenti

L-awtorità kompetenti għandha tkun responsabbli għal dawn li ġejjin:

(a)

l-infurzar ta' dan ir-Regolament;

(b)

il-ħruġ, is-sospensjoni jew ir-revoka ta' ċertifikati ta' operaturi ta' UAS u ta' liċenzji ta' piloti remoti li joperaw operazzjonijiet b'UAS fil-kategorija “ċertifikata”;

(c)

il-ħruġ ta' prova tal-ikkompletar ta' eżami dwar l-għarfien teoretiku lill-piloti remoti skont il-punti UAS.OPEN.020 u UAS.OPEN.040 tal-Anness u l-ħruġ, l-emendar, is-sospensjoni, il-limitazzjoni jew ir-revoka ta' ċertifikati ta' kompetenza ta' piloti remoti skont il-punt UAS.OPEN.030 tal-Anness;

(d)

il-ħruġ, l-emendar, is-sospensjoni, il-limitazzjoni jew ir-revoka ta' awtorizzazzjonijiet operattivi u ta' LUCs u l-verifika tal-kompletezza tad-dikjarazzjonijiet, li huma meħtieġa għat-twettiq ta' operazzjonijiet tal-UAS fil-kategorija “speċifika”;

(e)

iż-żamma ta' dokumenti, ta' rekords u ta' rapporti dwar l-awtorizzazzjonijiet operattivi ta' UAS, id-dikjarazzjonijiet, iċ-ċertifikati ta' kompetenza tal-piloti remoti u l-LUCs;

(f)

it-tqegħid għad-dispożizzjoni f'format diġitali uniku komuni l-informazzjoni dwar iż-żoni ġeografiċi deżinjati għall-UAS identifikati mill-Istati Membri u stabbiliti fl-ispazju tal-ajru nazzjonali tal-Istat tiegħu;

(g)

il-ħruġ ta' konferma tal-wasla u tal-kompletezza skont l-Artikolu 12(5)(b) jew ta' konferma skont il-paragrafu 2 tal-Artikolu 13;

(h)

l-iżvilupp ta' sistema ta' sorveljanza bbażata fuq ir-riskju għal:

i.

operaturi tal-UAS li ssottomettew dikjarazzjoni jew li għandhom awtorizzazzjoni operattiva jew LUC;

ii.

klabbs u assoċjazzjonijiet tal-mudelli tal-inġenji tal-ajru li għandhom awtorizzazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 16;

(i)

fil-każ ta' operazzjonijiet minbarra dawk fil-kategorija “miftuħa”, l-istabbiliment ta' pjan ta' awditjar abbażi tal-profil tar-riskju, il-livell ta' konformità u l-prestazzjoni ta' sikurezza tal-operaturi ta' UAS li jkunu ssottomettew dikjarazzjoni, jew li għandhom ċertifikat maħruġ mill-awtorità kompetenti;

(j)

fil-każ ta' operazzjonijiet minbarra dawk fil-kategorija “miftuħa”, it-twettiq ta' spezzjonijiet fir-rigward ta' operaturi ta' UAS li ssottomettew dikjarazzjoni jew li għandhom ċertifikat maħruġ mill-awtorità kompetenti li spezzjonat il-UAS u l-iżgurar li l-operaturi ta' UAS u l-piloti remoti jikkonformaw ma' dan ir-Regolament;

(k)

l-implimentazzjoni ta' sistema għall-individwazzjoni u għall-eżami ta' inċidenti ta' nuqqas ta' konformità mill-operaturi ta' UAS li joperaw fil-kategorija “miftuħa” jew dik “speċifika” u rapportati skont il-paragrafu 2 tal-Artikolu 19;

(l)

l-għoti ta' informazzjoni u gwida lill-operaturi ta' UAS li jippromwovu s-sikurezza tal-operazzjonijiet tal-UAS;

(m)

l-istabbiliment u ż-żamma ta' sistemi ta' reġistrazzjoni għall-UAS li d-disinn tagħhom huwa soġġett għal ċertifikazzjoni u għall-operaturi ta' UAS li l-operazzjoni tagħhom tista' tippreżenta riskju għas-sikurezza, għas-sigurtà, għall-privatezza, u għall-protezzjoni tad-data personali jew tal-ambjent.

Artikolu 19

Informazzjoni dwar is-sikurezza

1.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u l-awtoritajiet responsabbli għas-sorveljanza u l-kontroll tas-suq imsemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/945 għandhom jikkooperaw dwar kwistjonijiet ta' sikurezza u jistabbilixxu proċeduri għall-iskambju effiċjenti ta' informazzjoni dwar is-sikurezza.

2.   Each UAS operator shall report to the competent authority on any safety-related occurrence and exchange information regarding its UAS in compliance with Regulation (EU) No 376/2014.

3.   L-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea (“l-Aġenzija”) u l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiġbru, janalizzaw u jippubblikaw l-informazzjoni dwar is-sikurezza li tikkonċerna operazzjonijiet tal-UAS fit-territorju tagħhom skont l-Artikolu 119 tar-Regolament (UE) 2018/1139 u l-atti ta' implimentazzjoni tiegħu.

4.   Upon receiving any of the information referred to in paragraphs 1, 2 or 3, the Agency and the competent authority shall take the necessary measures to address any safety issues on the best available evidence and analysis, taking into account interdependencies between the different domains of aviation safety, and between aviation safety, cyber security and other technical domains of aviation regulation.

5.   Meta l-awtorità kompetenti jew l-Aġenzija tieħu miżuri skont il-paragrafu 4, għandha tinnotifika minnufih lill-partijiet interessati u lill-organizzazzjonijiet rilevanti kollha li huma meħtieġa jikkonformaw ma' dawk il-miżuri skont ir-Regolament (UE) 2018/1139 u l-atti ta' implimentazzjoni tiegħu.

Artikolu 20

Dispożizzjonijiet partikolari dwar l-użu ta' ċerti UAS fil-kategorija “miftuħa”

UAS types within the meaning of Decision No 768/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9), which do not comply with Regulation (EU) 2019/945 and which are not privately-built are allowed to continue to be operated under the following conditions, when they have been placed on the market before 1 July 2022:

(a)

fis-sottokategorija A1 kif definit fil-Parti A tal-Anness, sakemm l-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord għandu massa massima waqt it-tlugħ ta' inqas minn 250 g, inkluża t-tagħbija utli tiegħu;

(b)

fis-sottokategorija A3 kif definit fil-Parti A tal-Anness, sakemm l-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord għandu massa massima waqt it-tlugħ ta' inqas minn 25 kg, inkluż il-fjuwil u t-tagħbija utli tiegħu.

Artikolu 21

Adattament ta' awtorizzazzjonijiet, ta' dikjarazzjonijiet u ta' ċertifikati

1.   Awtorizzazzjonijiet mogħtija lill-operaturi ta' UAS, ċertifikati ta' kompetenza ta' piloti remoti u dikjarazzjonijiet magħmula minn operaturi ta' UAS jew dokumentazzjoni ekwivalenti, maħruġa abbażi tal-liġi nazzjonali, għandhom jibqgħu validi sal-1 ta' Lulju 2021.

2.   Sal-1 ta' Lulju 2021 l-Istati Membri għandhom jikkonvertu ċ-ċertifikati eżistenti tagħhom tal-kompetenza tal-piloti remoti u l-awtorizzazzjonijiet jew id-dikjarazzjonijiet tal-operaturi tal-UAS tagħhom, jew dokumentazzjoni ekwivalenti, inklużi dawk maħruġa sa dik id-data, skont dan ir-Regolament.

3.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 14, l-operazzjonijiet b'UAS imwettqa fil-qafas ta' klabbs u ta' assoċjazzjonijiet ta' mudelli ta' inġenji tal-ajru għandhom jitħallew ikomplu skont ir-regoli nazzjonali rilevanti u mingħajr awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 16 sal-1 ta' Lulju 2022.

Artikolu 22

Dispożizzjonijiet tranżitorji

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 20, l-użu ta' UAS fil-kategorija “miftuħa” li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti tal-Partijiet 1 sa 5 tal-Anness tar-Regolament Delegat (UE) 2019/945 għandu jkun permess għal perjodu tranżitorju ta' sentejn li jibda jiddekorri sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, soġġett għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord b'massa massima waqt it-tlugħ ta' inqas minn 500 g jiġu operati skont ir-rekwiżiti operazzjonali stabbiliti fil-punt UAS.OPEN.020(1) tal-Parti A tal-Anness minn pilota remot b'livell ta' kompetenza definit mill-Istat Membru kkonċernat;

(b)

inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord b'massa massima waqt it-tlugħ ta' inqas minn 2 kg jiġi operat billi tinżamm distanza orizzontali minima ta' 50 metru min-nies u l-piloti remoti għandhom livell ta' kompetenza tal-anqas ekwivalenti għal dak stabbilit fil-punt UAS.OPEN.030(2) tal-Parti A tal-Anness;

(c)

inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord b'massa massima waqt it-tlugħ ta' aktar minn 2 kg u ta' inqas minn 25 kg jiġi operat skont ir-rekwiżiti operazzjonali stabbiliti fil-punt UAS.OPEN.040(1) u (2) u l-piloti remoti għandhom livell ta' kompetenza tal-anqas ekwivalenti għal dak stabbilit fil-punt UAS.OPEN.020(4)(b) tal-Parti A tal-Anness.

Artikolu 23

Id-dħul fis-seħħ u l-applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Lulju 2020.

2.   Il-Paragrafu 5 tal-Artikolu 5 għandu japplika mid-data li fiha jiġi emendat l-Appendiċi 1 tal-Anness sabiex ikun fih ix-xenarji standard applikabbli. L-Istati Membri jistgħu, skont il-paragrafu 5 tal-Artikolu 5 jaċċettaw dikjarazzjonijiet minn operaturi ta' UAS ibbażati fuq xenarji standard nazzjonali, jekk dawk ix-xenarji jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-punt UAS.SPEC.020 tal-Anness sakemm dan ir-Regolament jiġi emendat biex jinkludi x-xenarju standard fl-Appendiċi 1 tal-Anness.

3.   Il-Paragrafu 3 tal-Artikolu 15 għandu japplika mill-1 ta' Lulju 2021.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta' Mejju 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/945 tat-12 ta' Marzu 2019 dwar sistemi ta' inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord u dwar operaturi ta' sistemi tal-ajru mingħajr bdot abbord minn pajjiżi terzi (ara l-paġna 1 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(3)  Id-Direttiva 2009/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2009 dwar is-sikurezza tal-ġugarelli (ĠU L 170, 30.6.2009, p. 1).

(4)  Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

(5)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 923/2012 tas-26 ta’ Settembru 2012 li jistabbilixxi regoli komuni tal-ajru u dispożizzjonijiet operattivi dwar is-servizzi u l-proċeduri fin-navigazzjoni bl-ajru u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1035/2011 u r-Regolamenti (KE) Nru 1265/2007, (KE) Nru 1794/2006, (KE) Nru 730/2006, (KE) Nru 1033/2006 u (UE) Nru 255/2010 (ĠU L 281, 13.10.2012, p. 1).

(6)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 tal-5 ta’ Ottubru 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet bl-ajru skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, (ĠU L 296, 25.10.2012, p. 1.)

(7)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1332/2011 tas-16 ta’ Diċembru 2011 li jistabbilixxi r-rekwiżiti komuni dwar l-użu tal-ispazju tal-ajru u l-proċeduri operattivi għall-evitar ta' kolliżjonijiet fl-ajru, (ĠU L 336, 20.12.2011, p. 20.)

(8)  Ir-Regolament (UE) Nru 376/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' April 2014 dwar ir-rappurtar, l-analiżi u s-segwitu ta' okkorrenzi fl-avjazzjoni ċivili, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 996/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva 2003/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1321/2007 u (KE) Nru 1330/2007 (ĠU L 122, 24.4.2014, p. 18).

(9)  Id-Deċiżjoni 768/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 dwar qafas komuni għall-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti u li tħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 93/465/KEE (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 82).


ANNESS

OPERAZZJONIJIET TAL-UAS FIL-KATEGORIJA “MIFTUĦA” U F'DIK “SPEĊIFIKA”

PARTI A

OPERAZZJONIJIET TAL-UAS FIL-KATEGORIJA “MIFTUĦA”

UAS.OPEN.010 Dispożizzjonijiet ġenerali

(1)

Il-kategorija ta' operazzjonijiet tal-UAS “miftuħa” hija maqsuma fi tliet sottokategoriji A1, A2 u A3, abbażi tal-limitazzjonijiet operazzjonali, ir-rekwiżiti għall-pilota remot u r-rekwiżiti tekniċi għall-UAS.

(2)

Meta l-operazzjoni tal-UAS tinvolvi t-tajran tal-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord li jibda minn elevazzjoni naturali fuq it-terren jew fuq terren b'elevazzjonijiet naturali, l-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord għandu jinżamm f'medda ta' 120 metru mill-eqreb punt tas-superfiċe tal-art. Il-kejl tad-distanzi għandu jiġi adattat skont il-karatteristiċi ġeografiċi tat-terren, bħal pereżempju pjanuri, għoljiet, muntanji.

(3)

Meta inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord jittajjar f'distanza orizzontali ta' 50 metru minn ostakolu artifiċjali itwal minn 105 metri, fuq talba tal-entità responsabbli għall-ostaklu l-għoli massimu tal-operazzjoni tal-UAS jista' jiżdied sa 15-il metru 'l fuq mill-għoli tal-ostaklu.

(4)

Permezz ta' deroga mill-punt (2), gliders mingħajr bdot abbord b'MTOM, inkluża t-tagħbija utli, ta' inqas minn 10 kg, jistgħu jittajru f'distanza ta' aktar minn 120 metru mill-eqreb punt tas-superfiċe tal-art, sakemm il-glider mingħajr bdot abbord fl-ebda ħin ma jittajjar f'għoli ta' aktar minn 120 metru 'l fuq mill-pilota remot.

UAS.OPEN.020 Operazzjonijiet tal-UAS fis-sottokategorija A1

Operazzjonijiet tal-UAS fis-sottokategorija A1 għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(1)

fil-każ ta' inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord imsemmija fil-punt (5)(d), isiru b'tali mod li l-pilota remot tal-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord ma jtajjarx l-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord fuq ġemgħat ta' nies u raġonevolment jistenna li t-titjira ma tgħaddix minn fuq persuni mhux involuti. Fil-każ li aċċidentalment it-titjira tgħaddi minn fuq persuni mhux involuti, il-pilota remot għandu jnaqqas kemm jista' jkun il-ħin li matulu l-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord itir fuq dawk il-persuni;

(2)

fil-każ ta' inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord imsemmi fil-punti (5)(a), (5)(b) u (5)(c), għandhom isiru b'tali mod li l-pilota remot jista' jtajjar l-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord fuq persuni mhux involuti iżda qatt ma għandu jtajru fuq ġemgħat ta' nies;

(3)

permezz ta' deroga mill-punt (d) tal-paragrafu 1 tal-Artikolu 4, għandhom isiru meta l-modalità ta' insegwiment tkun attiva, sa distanza ta' 50 metru mill-pilota remot;

(4)

isiru minn pilota remot:

(a)

li huwa familjari mal-manwal għall-utent ipprovdut mill-manifattur tal-UAS;

(b)

fil-każ ta' inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord tal-klassi C1, kif definit fil-Parti 2 tal-Anness tar-Regolament Delegat (UE) 2019/945, li jkun temm kors ta' taħriġ online u wara dan ikun għadda minn eżami tal-għarfien teoretiku online pprovdut mill-awtorità kompetenti jew minn entità rikonoxxuta mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni tal-operatur tal-UAS. L-eżami għandu jkun fih 40 mistoqsija b'għażla multipla mqassma kif xieraq bejn it-temi li ġejjin:

i.

is-sikurezza fl-ajru;

ii.

ir-restrizzjonijiet tal-ispazju tal-ajru;

iii.

ir-regolamenti dwar l-avjazzjoni;

iv.

il-limitazzjonijiet tal-prestazzjoni tal-bniedem;

v.

il-proċeduri operazzjonali;

vi.

għarfien ġenerali dwar il-UAS;

vii.

il-privatezza u l-protezzjoni tad-data;

viii.

l-assigurazzjoni;

ix.

is-sigurtà.

(5)

isiru b'inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord:

(a)

b'MTOM, inkluża t-tagħbija utli, ta' inqas minn 250 g u b'veloċità operattiva massima ta' inqas minn 19 m/s, fil-każ ta' UAS mibnija privatament; jew

(b)

li jissodisfa r-rekwiżiti definiti fil-punt (a) tal-Artikolu 20;

(c)

li huwa mmarkat bħala tal-klassi C0 u jissodisfa r-rekwiżiti ta' dik il-klassi, kif definit fil-Parti 1 tal-Anness tar-Regolament Delegat (UE) 2019/945; jew

(d)

li huwa mmarkat bħala tal-klassi C1 u jissodisfa r-rekwiżiti ta' dik il-klassi, kif definit fil-Parti 2 tal-Anness tar-Regolament Delegat (UE) 2019/945 u li huwa operat b'sistemi attivi u aġġornati ta' identifikazzjoni remota diretta u ta' ġeokonsapevolezza.

UAS.OPEN.030 Operazzjonijiet tal-UAS fis-sottokategorija A2

Operazzjonijiet tal-UAS fis-sottokategorija A2 għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(1)

isiru b'tali mod li l-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord ma jittajjarx fuq persuni mhux involuti u l-operazzjonijiet tal-UAS isiru f'distanza orizzontali sikura ta' mill-inqas 30 metru minnhom; il-pilota remot jista' jnaqqas id-distanza tas-sikurezza orizzontali sa minimu ta' 5 metri minn persuni mhux involuti meta jkun qed jopera inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord b'funzjoni attivata fil-modalità ta' veloċità baxxa u wara valutazzjoni tas-sitwazzjoni fir-rigward ta':

(a)

il-kundizzjonijiet tat-temp,

(b)

il-prestazzjoni tal-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord,

(c)

is-segregazzjoni taż-żona li fuqha se tgħaddi t-titjira.

(2)

isiru minn pilota remot li huwa familjari mal-manwal għall-utent ipprovdut mill-manifattur tal-UAS u li għandu ċertifikat ta' kompetenza ta' pilota remot maħruġ mill-awtorità kompetenti jew minn entità rikonoxxuta mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni tal-operatur tal-UAS. Dan iċ-ċertifikat għandu jinkiseb wara li jkun issodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin u fl-ordni indikata:

(a)

temm kors ta' taħriġ online u għadda mill-eżami tal-għarfien teoretiku online kif imsemmi fil-punt (4)(b) tal-punt UAS.OPEN.020;

(b)

temm taħriġ ta' awtoprattika fil-kundizzjonijiet operattivi tas-sottokategorija A3 stabbiliti fil-punti (1) u (2) tal-punt UAS.OPEN.040;

(c)

iddikjara li temm it-taħriġ ta' awtoprattika definit fil-punt (b) u għadda minn eżami addizzjonali tal-għarfien teoretiku pprovdut mill-awtorità kompetenti jew minn entità rikonoxxuta mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni tal-operatur tal-UAS. L-eżami għandu jkun fih tal-anqas 30 mistoqsija b'għażliet multipli bil-għan li jiġi vvalutat l-għarfien tal-pilota remot dwar il-mitigazzjonijiet tekniċi u operattivi tar-riskju fuq l-art, imqassma kif xieraq bejn it-temi li ġejjin:

i.

il-meteoroloġija;

ii.

il-prestazzjoni tat-tajran tal-UAS;

iii.

il-mitigazzjonijiet tekniċi u operattivi tar-riskju fuq l-art.

(3)

isiru b'inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord li huwa mmarkat bħala tal-klassi C2 u li jissodisfa r-rekwiżiti ta' dik il-klassi, kif definit fil-Parti 3 tal-Anness tar-Regolament Delegat (UE) 2019/945, u huwa operat b'sistemi attivi u aġġornati ta' identifikazzjoni remota diretta u ta' ġeokonsapevolezza.

UAS.OPEN.040 Operazzjonijiet tal-UAS fis-sottokategorija A3

Operazzjonijiet tal-UAS fis-sottokategorija A3 għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(1)

isiru f'żona fejn il-pilota remot raġonevolment jistenna li l-ebda persuna mhux involuta mhi se titqiegħed f'periklu fil-medda fejn l-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord se jittajjar tul il-ħin kollu tal-operazzjoni tal-UAS;

(2)

isiru f'distanza sikura orizzontali ta' mill-inqas 150 metru minn żoni residenzjali, kummerċjali, industrijali jew ta' rikreazzjoni;

(3)

isiru minn pilota remot li jkun temm kors ta' taħriġ online u għadda minn eżami tal-għarfien teoretiku online kif definit fil-punt (4)(b) tal-punt UAS.OPEN.020;

(4)

isiru b'inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord:

(a)

b'MTOM, inkluża t-tagħbija utli, ta' inqas minn 25 kg, fil-każ ta' UAS mibnija privatament, jew

(b)

li jissodisfa r-rekwiżiti definiti fil-punt (b) tal-Artikolu 20;

(c)

li huwa mmarkat bħala tal-klassi C2 u jissodisfa r-rekwiżiti ta' dik il-klassi, kif definit fil-Parti 3 tal-Anness tar-Regolament Delegat (UE) 2019/945 u huwa operat b'sistemi attivi u aġġornati ta' identifikazzjoni remota diretta u ta' ġeokonsapevolezza jew;

(d)

li huwa mmarkat bħala tal-klassi C3 u jissodisfa r-rekwiżiti ta' dik il-klassi, kif definit fil-Parti 4 tal-Anness tar-Regolament Delegat (UE) 2019/945 u huwa operat b'sistemi attivi u aġġornati ta' identifikazzjoni remota diretta u ta' ġeokonsapevolezza; jew

(e)

li huwa mmarkat bħala tal-klassi C4 u jissodisfa r-rekwiżiti ta' dik il-klassi, kif definit fil-Parti 5 tal-Anness tar-Regolament Delegat (UE) 2019/945.

UAS.OPEN.050 Responsabbiltajiet tal-operatur tal-UAS

L-operatur tal-UAS għandu jissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(1)

jiżviluppa proċeduri operazzjonali adattati għat-tip ta' operazzjoni u għar-riskju involut;

(2)

jiżgura li l-operazzjonijiet kollha effettivament jużaw u jsostnu l-użu effiċjenti tal-ispettru tar-radju sabiex jiġu evitati interferenzi li jagħmlu ħsara;

(3)

jaħtar pilota remot għal kull operazzjoni tal-UAS;

(4)

jiżgura li l-piloti remoti u kull persunal ieħor li jwettaq kompitu b'appoġġ għall-operazzjonijiet huma familjari mal-manwal għall-utent ipprovdut mill-manifattur tal-UAS, u:

(a)

ikollhom kompetenza xierqa fis-sottokategorija tal-operazzjonijiet tal-UAS previsti skont il-punti UAS.OPEN.020, UAS.OPEN.030 jew UAS.OPEN.040 biex ikunu jistgħu jwettqu l-kompiti tagħhom jew, fil-każ ta' persunal ieħor minbarra l-pilota remot, ikun temm kors ta' taħriġ fuq il-post tax-xogħol żviluppat mill-operatur;

(b)

huma familjari sew mal-proċeduri tal-operatur ta' UAS;

(c)

ingħataw l-informazzjoni rilevanti għall-operazzjoni tal-UAS prevista dwar kwalunkwe żona ġeografika ppubblikata mill-Istat Membru fejn se ssir l-operazzjoni skont l-Artikolu 15;

(5)

jaġġorna l-informazzjoni fis-sistema ta' ġeokonsapevolezza meta applikabbli skont il-post tal-operazzjoni previst;

(6)

fil-każ ta' operazzjoni b'inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord li jagħmel parti minn waħda mill-klassijiet definiti fil-Parti 1 sa 5 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/945, jiżgura li l-UAS hija:

(a)

akkumpanjata mid-dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE korrispondenti, inkluż ir-referenza għall-klassi xierqa; u

(b)

l-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord iġorr fuqu t-tikketta ta' identifikazzjoni tal-klassi relatata.

(7)

Fil-każ ta' operazzjoni tal-UAS fis-sottokategorija A2 jew A3, jiżgura li l-persuni kollha involuti li huma preżenti fiż-żona tal-operazzjoni ġew infurmati dwar ir-riskji u qablu b'mod espliċitu li jipparteċipaw.

UAS.OPEN.060 Responsabbiltajiet tal-pilota remot

(1)

Qabel ma jibda operazzjoni tal-UAS, il-pilota remot għandu:

(a)

ikollu l-kompetenza xierqa fis-sottokategorija tal-operazzjonijiet tal-UAS previsti skont il-punti UAS.OPEN.020, UAS.OPEN.030 jew UAS.OPEN.040 biex iwettaq il-kompiti tiegħu u jwettaq prova ta' kompetenza waqt li jopera l-UAS, ħlief meta jopera inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord imsemmi fil-punti (5)(a), (5)(b) jew (5)(c) tal-punt UAS.OPEN.020;

(b)

jikseb informazzjoni aġġornata rilevanti għall-operazzjoni tal-UAS prevista dwar kwalunkwe żona ġeografika ppubblikata mill-Istat Membru fejn se ssir l-operazzjoni skont l-Artikolu 15;

(c)

josserva l-ambjent operattiv, jiċċekkja għall-preżenza ta' ostakoli u, sakemm ma jkunx qed jopera inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord fis-sottokategorija A1 imsemmi fil-punti (5)(a), (5)(b) jew (5)(c) tal-punt UAS.OPEN.020, jiċċekkja għall-preżenza ta' xi persuni mhux involuti;

(d)

jiżgura li l-UAS hija f'kundizzjoni sabiex it-titjira kollha ppjanata ssir b'mod sikur, u jekk applikabbli, jiċċekkja li l-identifikazzjoni remota diretta taħdem sew;

(e)

jekk il-UAS tkun qed iġġorr tagħbija utli addizzjonali, jivverifika li l-massa tagħha ma taqbiżx il-MTOM definita mill-manifattur jew il-limitu tal-MTOM tal-klassi tagħha.

(2)

Matul it-titjira, il-pilota remot:

(a)

ma għandux iwettaq funzjonijiet meta jkun taħt l-influwenza ta' sustanzi psikoattivi jew tal-alkoħol jew meta ma jkunx fi stat li jwettaq il-kompiti tiegħu minħabba korriment, eżawriment, medikazzjoni, mard jew għal raġunijiet oħra;

(b)

għandu jżomm l-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord fil-VLOS u jżomm sorveljanza viżwali bir-reqqa tal-ispazju tal-ajru madwar l-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord sabiex jiġi evitat kwalunkwe riskju ta' kolliżjoni ma' xi inġenji tal-ajru bi bdot abbord. Il-pilota remot għandu jwaqqaf it-titjira jekk l-operazzjoni tippreżenta riskju għall-inġenji tal-ajru oħra, għan-nies, għall-annimali, għall-ambjent jew għall-proprjetà;

(c)

għandu jirrispetta l-limitazzjonijiet operazzjonali f'żoni ġeografiċi definiti skont l-Artikolu 15;

(d)

għandu jkollu l-kapaċità jżomm kontroll tal-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord, ħlief fil-każ ta' telf tal-konnessjoni jew meta jopera inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord li jopera b'tajran liberu (free-flight);

(e)

għandu jopera l-UAS skont il-manwal għall-utent ipprovdut mill-manifattur, inkluż kwalunkwe limitazzjoni applikabbli;

(f)

għandu josserva l-proċeduri tal-operatur meta dawn ikunu disponibbli.

(3)

Matul it-titjira, il-piloti remoti u l-operaturi ta' UAS ma għandhomx itajru qrib jew ġewwa żoni fejn ikun għaddej sforz ta' rispons ta' emerġenza sakemm ma jkollhomx il-permess tas-servizzi responsabbli għar-rispons ta' emerġenza biex jagħmlu dan.

(4)

Għall-finijiet tal-punt (2)(b), il-piloti remoti jistgħu jkunu assistiti minn osservatur tal-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord, li jkun jinsab maġenbhom, li, permezz ta' osservazzjoni viżwali bla għajnuna tal-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord, jassisti lill-pilota remot fl-eżekuzzjoni sikura tat-titjira. Għandha tiġi stabbilita komunikazzjoni ċara u effettiva bejn il-pilota remot u l-osservatur tal-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord.

UAS.OPEN.070 Tul u validità tal-kompetenza teoretika online tal-pilota remot u taċ-ċertifikati tal-kompetenza tal-pilota remot

(1)

Il-kompetenza teoretika online tal-pilota remot, meħtieġa skont il-punti (4)(b) tal-punt UAS.OPEN.020 u l-punt (3) tal-punt UAS.OPEN.040, u ċ-ċertifikat tal-kompetenza tal-pilota remot, meħtieġ mill-punt (2) tal-punt UAS.OPEN.030, għandhom ikunu validi għal ħames snin.

(2)

It-tiġdid tal-kompetenza teoretika online tal-pilota remot u taċ-ċertifikat ta' kompetenza tal-pilota remot huwa soġġett għall-wiri tal-kompetenzi skont il-punt (2) tal-punt UAS.OPEN.030 jew il-punt (4)(b) tal-punt UAS.OPEN.020.

PARTI B

OPERAZZJONIJIET TAL-UAS FIL-KATEGORIJA “SPEĊIFIKA”

UAS.SPEC.010 Dispożizzjonijiet ġenerali

L-operatur tal-UAS għandu jipprovdi valutazzjoni tar-riskju operazzjonali għall-operazzjoni prevista lill-awtorità kompetenti skont l-Artikolu 11, jew jippreżenta dikjarazzjoni meta japplika l-punt UAS.SPEC.020, sakemm l-operatur ma jkollux ċertifikat ta' operatur ta' UAS ħafifa (LUC) bil-privileġġi xierqa, skont il-Parti C ta' dan l-Anness. L-operatur tal-UAS għandu jivvaluta fuq bażi regolari l-adegwatezza tal-miżuri ta' mitigazzjoni meħuda u jaġġornahom fejn meħtieġ.

UAS.SPEC.020 Dikjarazzjoni operattiva

(1)

Skont l-Artikolu 5, bħala alternattiva għall-punti UAS.SPEC.30 u UAS.SPEC.40 l-operatur tal-UAS jista' jissottometti dikjarazzjoni operattiva ta' konformità ma' xenarju standard kif definit fl-Appendiċi 1 ta' dan l-Anness lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn se ssir l-operazzjoni fir-rigward ta' operazzjonijiet:

(a)

ta' inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord bi:

i.

dimensjoni karatteristika massima sa 3 metri fil-VLOS fuq żona tal-art ikkontrollata ħlief fuq ġemgħat ta' nies;

ii.

dimensjoni karatteristika massima sa 1 metru fil-VLOS ħlief fuq ġemgħat ta' nies;

iii.

dimensjoni karatteristika massima sa 1 metru fil-BVLOS ħlief fuq żoni skarsament popolati;

iv.

dimensjoni karatteristika massima sa 3 metri fil-BVLOS fuq żona tal-art ikkontrollata.

(b)

li jsiru taħt il-120 metru mis-superfiċe tal-art, u:

i.

fi spazju tal-ajru mhux ikkontrollat (klassi F jew G), jew

ii.

fi spazju tal-ajru kkontrollat wara koordinazzjoni u awtorizzazzjoni ta' titjira individwali skont il-proċeduri ppubblikati għaż-żona tal-operazzjoni.

(2)

Dikjarazzjoni tal-operaturi ta' UAS għandu jkun fiha:

(a)

informazzjoni amministrattiva dwar l-operatur tal-UAS;

(b)

dikjarazzjoni li l-operazzjoni tissodisfa r-rekwiżit operazzjonali stabbilit fil-punt (1) u xenarju standard kif definit fl-Appendiċi 1 tal-Anness;

(c)

l-impenn tal-operatur tal-UAS li josserva l-miżuri ta' mitigazzjoni rilevanti meħtieġa għas-sikurezza tal-operazzjoni, inklużi l-istruzzjonijiet assoċjati għall-operazzjoni, għad-disinn tal-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord u l-kompetenza tal-persunal involut.

(d)

konferma mill-operatur tal-UAS li kull titjira magħmula taħt id-dikjarazzjoni se jkollha kopertura xierqa tal-assigurazzjoni, jekk din tkun meħtieġa skont id-dritt tal-Unjoni jew dak nazzjonali.

(3)

Malli tirċievi d-dikjarazzjoni, l-awtorità kompetenti għandha tivverifika li d-dikjarazzjoni fiha l-elementi kollha elenkati fil-punt (2) u għandha tibgħat konferma lill-operatur tal-UAS tal-wasla u tal-kompletezza mingħajr dewmien żejjed.

(4)

Wara li jirċievi l-konferma tal-wasla u tal-kompletezza, l-operatur tal-UAS huwa intitolat jibda l-operazzjoni.

(5)

L-operaturi tal-UAS għandhom, mingħajr dewmien, jgħarrfu lill-awtorità kompetenti dwar kwalunkwe tibdil fl-informazzjoni fid-dikjarazzjoni operattiva li ppreżentaw.

(6)

Operaturi ta' UAS b'LUC bi privileġġi xierqa, skont il-Parti C ta' dan l-Anness, mhumiex meħtieġa jissottomettu d-dikjarazzjoni.

UAS.SPEC.030 Applikazzjoni għal awtorizzazzjoni operattiva

(1)

Qabel ma jibda operazzjoni tal-UAS fil-kategorija “speċifika” l-operatur tal-UAS għandu jikseb awtorizzazzjoni operattiva mill-awtorità kompetenti nazzjonali tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni, ħlief:

(a)

meta japplika l-punt UAS.SPEC.020; jew

(b)

meta l-operaturi tal-UAS għandu LUC bi privileġġi xierqa, skont il-Parti C ta' dan l-Anness.

(2)

L-operatur tal-UAS għandu jippreżenta applikazzjoni għal awtorizzazzjoni operattiva aġġornata jekk ikun hemm xi tibdil sinifikanti fl-operazzjoni jew fil-miżuri ta' mitigazzjoni elenkati fl-awtorizzazzjoni operattiva.

(3)

L-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni operattiva għandha tkun ibbażata fuq il-valutazzjoni tar-riskju msemmija fl-Artikolu 11 u minbarra dan għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:

(a)

in-numru tar-reġistrazzjoni tal-operatur tal-UAS;

(b)

l-isem tal-maniġer responsabbli jew l-isem tal-operatur tal-UAS fil-każ ta' persuna fiżika;

(c)

il-valutazzjoni tar-riskju operazzjonali;

(d)

il-lista ta' miżuri ta' mitigazzjoni proposti mill-operatur tal-UAS, b'informazzjoni suffiċjenti biex l-awtorità kompetenti tkun tista' tivvaluta l-adegwatezza tal-miżuri ta' mitigazzjoni biex jiġu indirizzati r-riskji;

(e)

manwal tal-operazzjonijiet meta dan ikun meħtieġ minħabba r-riskju u l-kumplessità tal-operazzjoni;

(f)

konferma li malli jibdew l-operazzjonijiet tal-UAS se jkun hemm kopertura tal-assigurazzjoni xierqa fis-seħħ, jekk din tkun meħtieġa skont id-dritt tal-Unjoni jew dak nazzjonali.

UAS.SPEC.040 Ħruġ ta' awtorizzazzjoni operattiva

(1)

Meta tirċievi applikazzjoni skont il-punt UAS.SPEC.030, l-awtorità kompetenti għandha, mingħajr dewmien żejjed, toħroġ awtorizzazzjoni operattiva skont l-Artikolu 12 meta tikkonkludi li l-operazzjoni tissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

tkun ġiet ipprovduta l-informazzjoni kollha skont il-punt (3) tal-punt UAS.SPEC.030;

(b)

hemm proċedura fis-seħħ għall-koordinazzjoni mal-fornitur tas-servizz rilevanti għall-ispazju tal-ajru f'każ li l-operazzjoni sħiħa, jew parti minnha, tkun se ssir fi spazju tal-ajru kkontrollat.

(2)

Fl-awtorizzazzjoni operattiva l-awtorità kompetenti għandha tispeċifika l-kamp ta' applikazzjoni eżatt tal-awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 12.

UAS.SPEC.050 Responsabbiltajiet tal-operatur tal-UAS

(1)

L-operatur tal-UAS għandu jissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

jistabbilixxi proċeduri u limitazzjonijiet adattati għat-tip tal-operazzjoni prevista u r-riskju involut, fosthom:

i.

il-proċeduri operazzjonali biex tiġi żgurata s-sikurezza tal-operazzjonijiet;

ii.

il-proċeduri sabiex jiġi żgurat li r-rekwiżiti tas-sikurezza applikabbli għaż-żona tal-operazzjonijiet jiġu rispettati fl-operazzjoni prevista;

iii.

il-miżuri għall-protezzjoni kontra interferenza illegali u aċċess mhux awtorizzat;

iv.

il-proċeduri biex jiġi żgurat li l-operazzjonijiet kollha jirrispettaw ir-Regolament (UE) 2016/679 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data. B'mod partikolari għandu jwettaq valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-data, meta din tkun meħtieġa mill-Awtorità Nazzjonali għall-protezzjoni tad-data fl-applikazzjoni tal-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) 2016/679;

v.

il-linji gwida għall-piloti remoti tiegħu biex l-operazzjonijiet tal-UAS jiġu ppjanati b'tali mod li jiġu mminimizzati l-inkonvenjenzi, inklużi fastidji relatati mal-istorbju u ma' emissjonijiet oħra, għall-persuni u għall-annimali.

(b)

jiddeżinja pilota remot għal kull operazzjoni jew, fil-każ ta' operazzjonijiet awtonomi, jiżgura li matul kull fażi tal-operazzjoni, ir-responsabbiltajiet u l-kompiti speċjalment dawk definiti fil-punti (2) u (3) tal-punt UAS.SPEC.060 huma allokati sew f'konformità mal-proċeduri stabbiliti skont il-punt (a) hawn fuq;

(c)

jiżgura li l-operazzjonijiet kollha effettivament jużaw u jsostnu l-użu effiċjenti tal-ispettru tar-radju sabiex jiġu evitati interferenzi li jagħmlu ħsara;

(d)

jiżgura li qabel ma jwettqu l-operazzjonijiet, il-piloti remoti jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

i.

għandhom il-kompetenza biex iwettqu l-kompiti tagħhom skont it-taħriġ applikabbli identifikat mill-awtorizzazzjoni operattiva jew, jekk japplika l-punt UAS.SPEC.020, skont il-kundizzjonijiet u l-limitazzjonijiet definiti fix-xenarju standard xieraq elenkat fl-Appendiċi 1 jew kif definit bil-LUC;

ii.

isegwu taħriġ għall-piloti remoti li għandu jkun ibbażat fuq il-kompetenza u jinkludi l-kompetenzi stabbiliti fil-paragrafu 2 tal-Artikolu 8;

iii.

isegwu taħriġ għall-piloti remoti, kif definit fl-awtorizzazzjoni operattiva, għal operazzjonijiet li jeħtieġu tali awtorizzazzjoni. Dan għandu jsir f'kooperazzjoni ma' entità rikonoxxuta mill-awtorità kompetenti;

iv.

isegwu taħriġ għall-piloti remoti għal operazzjonijiet taħt dikjarazzjoni li għandu jsir skont il-miżuri ta' mitigazzjoni definiti mix-xenarju standard;

v.

ikunu ġew mgħarrfa dwar il-manwal tal-operazzjonijiet għall-operatur tal-UAS, jekk meħtieġ mill-valutazzjoni tar-riskju u mill-proċeduri stabbiliti skont il-punt (a);

vi.

jiksbu informazzjoni aġġornata rilevanti għall-operazzjoni prevista dwar kwalunkwe żona ġeografika definita skont l-Artikolu 15;

(e)

jiżgura li l-persunal responsabbli għad-dmirijiet essenzjali għall-operazzjoni tal-UAS, minbarra l-pilota remot innifsu, jissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

i.

ikun temm taħriġ fuq il-post tax-xogħol żviluppat mill-operatur;

ii.

ikun ġie mgħarraf dwar il-manwal tal-operazzjonijiet għall-operatur tal-UAS, jekk meħtieġ mill-valutazzjoni tar-riskju, u dwar il-proċeduri stabbiliti skont il-punt (a);

iii.

ikun kiseb informazzjoni aġġornata rilevanti għall-operazzjoni prevista dwar kwalunkwe żona ġeografika definita skont l-Artikolu 15;

(f)

iwettaq kull operazzjoni skont il-limitazzjonijiet, il-kundizzjonijiet, u l-miżuri ta' mitigazzjoni definiti fid-dikjarazzjoni jew speċifikati fl-awtorizzazzjoni operattiva;

(g)

iżomm rekord tal-informazzjoni dwar l-operazzjonijiet tal-UAS kif meħtieġ mid-dikjarazzjoni jew mill-awtorizzazzjoni operattiva;

(h)

juża UAS li, bħala minimu, huma ddisinjati b'tali mod li fl-eventwalità ta' ħsara din ma twassalx biex l-UAS itiru barra mill-volum operattiv jew jikkawżaw fatalità. Barra minn hekk, l-interfaċċji Bniedem-Magna għandhom ikunu tali li jiġi mminimizzat ir-riskju ta' żball min-naħa tal-pilota u ma għandhomx jikkawżaw għeja mhux raġonevoli;

(i)

iżomm il-UAS f'kundizzjoni xierqa biex topera b'mod sikur billi:

i.

bħala minimu, jispjega sew l-istruzzjonijiet dwar il-manutenzjoni u jimpjega persunal tal-manutenzjoni bi kwalifiki xierqa u mħarreġ sew; u

ii.

f'konformità mal-punt UAS.SPEC.100, jekk meħtieġ;

iii.

juża inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord li huwa ddisinjat sabiex jiġu mminimizzati l-istorbju u emissjonijiet oħra, filwaqt li jqis it-tip ta' operazzjonijiet previsti u ż-żoni ġeografiċi fejn l-istorbju u l-emissjonijiet oħra mill-inġenji tal-ajru huma ta' tħassib.

UAS.SPEC.060 Responsabbiltajiet tal-pilota remot

(1)

Il-pilota remot:

(a)

ma għandux iwettaq funzjonijiet meta jkun taħt l-influwenza ta' sustanzi psikoattivi jew tal-alkoħol jew meta ma jkunx fi stat li jwettaq il-kompiti tiegħu minħabba korriment, eżawriment, medikazzjoni, mard jew għal raġunijiet oħra;

(b)

għandu jkollu l-kompetenza xierqa ta' pilota remot kif definit fl-awtorizzazzjoni operattiva, fix-xenarju standard definit fl-Appendiċi 1 jew kif definit mil-LUC u jġorr fuqu prova ta' kompetenza waqt li jopera l-UAS.

(2)

Qabel ma jibda operazzjoni tal-UAS, il-pilota remot għandu jissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

jikseb informazzjoni aġġornata rilevanti għall-operazzjoni prevista dwar kwalunkwe żona ġeografika definita skont l-Artikolu 15;

(b)

jiżgura li l-ambjent operattiv huwa kompatibbli mal-limitazzjonijiet u mal-kundizzjonijiet awtorizzati jew iddikjarati;

(c)

jiżgura li l-UAS hija f'kundizzjoni sikura sabiex it-titjira kollha ppjanata ssir b'mod sikur, u jekk applikabbli, jiċċekkja li l-identifikazzjoni remota diretta taħdem sew;

(d)

jiżgura li l-informazzjoni dwar l-operazzjoni tkun tqiegħdet għad-dispożizzjoni tal-unità rilevanti tas-servizz tat-traffiku tal-ajru (ATS), għal utenti oħra tal-ispazju tal-ajru u għal partijiet interessati rilevanti, kif meħtieġ mill-awtorizzazzjoni operattiva jew mill-kundizzjonijiet ippubblikati mill-Istat Membru għaż-żona ġeografika tal-operazzjoni skont l-Artikolu 15.

(3)

Matul it-titjira, il-pilota remot għandu:

(a)

jirrispetta l-limitazzjonijiet u l-kundizzjonijiet awtorizzati jew iddikjarati;

(b)

jevita kull riskju ta' kolliżjoni ma' kwalunkwe inġenju tal-ajru bi bdot abbord u jwaqqaf titjira meta l-issoktar tagħha jista' joħloq riskju għal inġenji tal-ajru oħra, għan-nies, għall-annimali, għall-ambjent jew għall-proprjetà;

(c)

għandu jirrispetta l-limitazzjonijiet operazzjonali f'żoni ġeografiċi definiti skont l-Artikolu 15;

(d)

għandu josserva l-proċeduri tal-operatur;

(e)

ma għandux itir qrib jew ġewwa żoni fejn ikun għaddej sforz ta' rispons ta' emerġenza sakemm ma jkollux il-permess tas-servizzi responsabbli għar-rispons ta' emerġenza biex jagħmel dan.

UAS.SPEC.070 Trasferibbiltà ta' awtorizzazzjoni operattiva

Awtorizzazzjoni operattiva mhijiex trasferibbli.

UAS.SPEC.080 Tul u validità ta' awtorizzazzjoni operattiva

(1)

L-awtorità kompetenti għandha tispeċifika t-tul tal-awtorizzazzjoni operattiva fl-awtorizzazzjoni nnifisha.

(2)

Minkejja l-punt (1), l-awtorizzazzjoni operattiva tibqa' valida sakemm l-operatur tal-UAS jibqa' konformi mar-rekwiżiti rilevanti ta' dan ir-Regolament u mal-kundizzjonijiet definiti fl-awtorizzazzjoni operattiva.

(3)

Mar-revoka jew maċ-ċediment tal-awtorizzazzjoni operattiva l-operatur tal-UAS għandu jipprovdi konferma f'format diġitali li għandha tintbagħat lill-awtorità kompetenti mingħajr dewmien.

UAS.SPEC.090 Aċċess

Sabiex juri l-konformità ma' dan ir-Regolament, operatur tal-UAS għandu jagħti lil kwalunkwe persuna debitament awtorizzata mill-awtorità kompetenti aċċess għal kull faċilità, UAS, dokument, rekord, data, proċedura jew għal kwalunkwe materjal ieħor rilevanti għall-attività tiegħu, li hija soġġetta għal awtorizzazzjoni operattiva jew dikjarazzjoni operattiva, irrispettivament minn jekk l-attività tiegħu hijiex ikkuntrattata jew sottokuntrattata lil organizzazzjoni oħra.

UAS.SPEC.100 Użu ta' tagħmir ċertifikat u inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord ċertifikati

(1)

Jekk l-operazzjoni tal-UAS tkun qiegħda tuża inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord li għalih ikun inħareġ ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà jew ċertifikat ristrett tal-ajrunavigabbiltà, jew tkun qed tuża tagħmir ċertifikat, l-operatur tal-UAS għandu jirreġistra l-operazzjoni jew il-ħin tal-operazzjoni skont l-istruzzjonijiet u l-proċeduri applikabbli għat-tagħmir ċertifikat, jew bl-approvazzjoni jew l-awtorizzazzjoni tal-organizzazzjoni.

(2)

L-operatur tal-UAS għandu jsegwi l-istruzzjonijiet imsemmija fiċ-ċertifikat tal-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord jew fiċ-ċertifikat tat-tagħmir, u barra minn hekk jirrispetta kwalunkwe direttiva dwar l-ajrunavigabbiltà jew operattiva maħruġa mill-Aġenzija.

PARTI C

ĊERTIFIKAT TA' OPERATUR TA' UAS ĦAFIFA (LUC)

UAS.LUC.010 Rekwiżiti ġenerali għal LUC

(1)

Persuna ġuridika hija eliġibbli biex tapplika għal LUC taħt din il-Parti.

(2)

Applikazzjoni għal LUC jew għal emenda għal LUC eżistenti għandha tiġi ppreżentata lill-awtorità kompetenti u għandu jkun fiha l-informazzjoni kollha li ġejja:

(a)

deskrizzjoni tas-sistema ta' ġestjoni tal-operatur tal-UAS, fosthom l-istruttura organizzazzjonali u s-sistema ta' ġestjoni tas-sikurezza tiegħu;

(b)

l-isem/ismijiet tal-persunal responsabbli tal-operatur tal-UAS, inkluż il-persuna responsabbli għall-awtorizzazzjoni tal-operazzjonijiet b'UASs;

(c)

dikjarazzjoni li d-dokumentazzjoni kollha ppreżentata lill-awtorità kompetenti ġiet ivverifikata mill-applikant u nstabet li hija konformi mar-rekwiżiti applikabbli.

(3)

Jekk ir-rekwiżiti ta' din il-Parti jkunu ssodisfati, detentur ta' LUC jista' jingħata l-privileġġi, skont il-punt UAS.LUC.060.

UAS.LUC.020 Responsabbiltajiet tad-detentur ta' LUC

Id-detentur ta' LUC għandu:

(1)

jissodisfa r-rekwiżiti tal-punti UAS.SPEC.050 u UAS.SPEC.060;

(2)

jirrispetta l-kamp ta' applikazzjoni u l-privileġġi definiti fit-termini tal-approvazzjoni;

(3)

jistabbilixxi u jżomm sistema biex ikun jista' jeżerċita kontroll operattiv fuq kwalunkwe operazzjoni li ssir skont it-termini tal-LUC tiegħu;

(4)

iwettaq valutazzjoni tar-riskju operazzjonali tal-operazzjoni prevista skont l-Artikolu 11 sakemm ma jkunx qed iwettaq operazzjoni li għaliha dikjarazzjoni operattiva hija suffiċjenti skont il-punt UAS.SPEC.020;

(5)

iżomm rekords tal-elementi li ġejjin b'tali mod li jiġi żgurat li dawn ikunu protetti minn ħsara, alterazzjoni u serq għal perjodu ta' mill-inqas 3 snin fil-każ ta' operazzjonijiet li jsiru bl-użu tal-privileġġi speċifikati taħt il-punt UAS.LUC.060:

(a)

il-valutazzjoni tar-riskju operazzjonali, meta din tkun meħtieġa skont il-punt 4, u d-dokumentazzjoni ta' sostenn tagħha;

(b)

il-miżuri ta' mitigazzjoni meħuda; u

(c)

il-kwalifiki u l-esperjenza tal-persunal involut fl-operazzjoni tal-UAS, fil-monitoraġġ tal-konformità u fil-ġestjoni tas-sikurezza;

(6)

iżomm rekords tal-persunal imsemmija fil-punt (5)(c) sakemm il-persuna tkun għadha impjegata mal-organizzazzjoni u dawn ir-rekords għandhom jinżammu għal 3 snin wara li l-persuna tkun telqet mill-organizzazzjoni.

UAS.LUC.030 Sistema ta' ġestjoni tas-sikurezza

(1)

Operatur tal-UAS li japplika għal LUC għandu jistabbilixxi, jimplimenta u jżomm sistema ta' ġestjoni tas-sikurezza li tikkorrispondi għad-daqs tal-organizzazzjoni, għan-natura u għall-kumplessità tal-attivitajiet tagħha, b'kont meħud tal-perikli u tar-riskji assoċjati inerenti għal dawn l-attivitajiet.

(2)

L-operatur tal-UAS għandu jissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

jaħtar maniġer responsabbli b'awtorità biex jiġi żgurat li l-attivitajiet kollha fl-organizzazzjoni jsiru skont l-istandards applikabbli u li l-organizzazzjoni tkun kontinwament f'konformità mar-rekwiżiti tas-sistema ta' ġestjoni u mal-proċeduri identifikati fil-manwal tal-LUC imsemmi fil-punt UAS.LUC.040;

(b)

jiddefinixxi linji ċari ta' responsabbiltà u ta' akkontabbiltà fl-organizzazzjoni kollha;

(c)

jistabbilixxi u jżomm politika dwar is-sikurezza u objettivi korrispondenti relatati mas-sikurezza;

(d)

jaħtar persunal prinċipali responsabbli għas-sikurezza biex jimplimenta l-politika tas-sikurezza;

(e)

jistabbilixxi u jżomm proċess ta' ġestjoni tar-riskju tas-sikurezza inkluż l-identifikazzjoni ta' perikli għas-sikurezza assoċjati mal-attivitajiet tal-operatur tal-UAS, kif ukoll il-valutazzjoni tagħhom u l-ġestjoni tar-riskji assoċjati, inkluż it-teħid ta' azzjoni għall-mitigazzjoni ta' dawk ir-riskji u l-verifika tal-effikaċja tal-azzjoni;

(f)

jippromwovi s-sikurezza fl-organizzazzjoni permezz ta':

i.

taħriġ u edukazzjoni;

ii.

komunikazzjoni;

(g)

jiddokumenta l-proċessi ewlenin kollha tas-sistema ta' ġestjoni tas-sikurezza sabiex il-persunal kollu jkun jaf x'inhuma r-responsabbiltajiet tiegħu u tal-proċedura biex tiġi emendata din id-dokumentazzjoni; il-proċessi ewlenin jinkludu:

i.

ir-rapportar dwar is-sikurezza u investigazzjonijiet interni;

ii.

il-kontroll operattiv;

iii.

il-komunikazzjoni dwar is-sikurezza;

iv.

it-taħriġ u l-promozzjoni tas-sikurezza;

v.

il-monitoraġġ tal-konformità;

vi.

il-ġestjoni tar-riskju tas-sikurezza;

vii.

il-ġestjoni tal-bidla;

viii.

l-interfaċċa bejn l-organizzazzjonijiet;

ix.

l-użu ta' sottokuntratturi u ta' sħab;

(h)

jinkludi funzjoni indipendenti biex timmonitorja l-konformità u l-adegwatezza tal-ħarsien tar-rekwiżiti rilevanti ta' dan ir-Regolament, inkluża sistema biex jingħata feedback dwar is-sejbiet lill-maniġer responsabbli sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva tal-miżuri korrettivi skont kif ikun meħtieġ;

(i)

jinkludi funzjoni biex jiġi żgurat li r-riskji għas-sikurezza inerenti għal prodott jew għal servizz ipprovdut permezz ta' sottokuntratturi jiġu vvalutati u mitigati taħt is-sistema ta' ġestjoni tas-sikurezza tal-operatur.

(3)

Jekk l-organizzazzjoni jkollha ċertifikati oħra tal-organizzazzjoni skont il-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) 1139/2018, is-sistema ta' ġestjoni tas-sikurezza tal-operatur tal-UAS tista' tiġi integrata mas-sistema ta' ġestjoni tas-sikurezza meħtieġa minn dawk iċ-ċertifikat(i) addizzjonali.

UAS.LUC.040 Manwal tal-LUC

(1)

Detentur ta' LUC għandu jipprovdi manwal tal-LUC lill-awtorità kompetenti li jiddeskrivi, direttament jew permezz ta' kontroreferenza l-organizzazzjoni tiegħu, il-proċeduri rilevanti u l-attivitajiet imwettqa.

(2)

Il-manwal għandu jkun fih dikjarazzjoni ffirmata mill-maniġer responsabbli li tikkonferma li l-ħidma tal-organizzazzjoni sejra dejjem tkun konformi ma' dan ir-Regolament u mal-manwal tal-LUC approvat. Meta l-Maniġer responsabbli ma jkunx l-Uffiċjal Kap Eżekuttiv tal-organizzazzjoni, l-uffiċjal kap eżekuttiv għandu jikkontrofirma din id-dikjarazzjoni.

(3)

Jekk xi attività ssir minn organizzazzjonijiet jew sottokuntratturi sħab, fil-manwal tal-LUC l-operatur tal-UAS għandu jinkludi l-proċeduri dwar kif id-detentur tal-LUC għandu jimmaniġġja r-relazzjoni ma' dawk l-organizzazzjonijiet jew sottokuntratturi sħab.

(4)

Il-manwal tal-LUC għandu jiġi emendat kif meħtieġ biex tinżamm deskrizzjoni aġġornata tal-organizzazzjoni tad-detentur tal-LUC, u l-awtorità kompetenti għandha tingħata kopji tal-emendi.

(5)

L-operatur tal-UAS għandu jqassam il-partijiet rilevanti tal-manwal tal-LUC lill-persunal kollu tiegħu skont il-funzjonijiet u d-dmirijiet tagħhom.

UAS.LUC.050 Termini tal-approvazzjoni tad-detentur ta' LUC

(1)

L-awtorità kompetenti għandha toħroġ LUC wara li tkun sodisfatta li l-operatur tal-UAS jikkonforma mal-punti UAS.LUC.020, UAS.LUC.030 u UAS.LUC.040.

(2)

Il-LUC għandu jinkludi:

(a)

l-identifikazzjoni tal-operatur tal-UAS;

(b)

il-privileġġi tal-operatur tal-UAS;

(c)

it-tip(i) ta' operazzjonijiet awtorizzati;

(d)

iż-żona awtorizzata, iż-żona jew il-klassi tal-ispazju tal-ajru għall-operazzjonijiet, jekk applikabbli;

(e)

kwalunkwe limitazzjoni jew kundizzjoni speċjali, jekk applikabbli;

UAS.LUC.060 Privileġġi tad-detentur ta' LUC

Meta tkun sodisfatta bid-dokumentazzjoni pprovduta, l-awtorità kompetenti għandha:

(1)

tispeċifika l-patti u l-kundizzjonijiet tal-privileġġ mogħti lill-operatur tal-UAS fil-LUC; u

(2)

fi ħdan it-termini tal-approvazzjoni, tagħti lil detentur ta' LUC il-privileġġ li jawtorizza l-operazzjonijiet tiegħu stess mingħajr ma:

(a)

jissottometti dikjarazzjoni operattiva;

(b)

japplika għal awtorizzazzjoni operattiva.

ATM/UAS.LUC.070 Tibdil fis-sistema ta' ġestjoni tal-LUC

Wara l-ħruġ ta' LUC, it-tibdil li ġej jeħtieġ l-approvazzjoni minn qabel tal-awtorità kompetenti:

(1)

kwalunkwe tibdil fit-termini tal-approvazzjoni tal-operatur tal-UAS;

(2)

kwalunkwe tibdil sinifikanti fl-elementi tas-sistema ta' ġestjoni tas-sikurezza tad-detentur tal-LUC kif meħtieġ mill-punt UAS.LUC.030.

UAS.LUC.075 Trasferibbiltà ta' LUC

Ħlief għat-tibdil fis-sjieda tal-organizzazzjoni, approvat mill-awtorità kompetenti skont il-punt UAS.LUC.070, LUC mhuwiex trasferibbli.

UAS.LUC.080 Tul u validità ta' LUC

(1)

LUC għandu jinħareġ għal perjodu ta' żmien mingħajr limitu. Dan għandu jibqa' validu soġġett għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-konformità kontinwa tad-detentur tal-LUC mar-rekwiżiti rilevanti ta' dan ir-Regolament u tal-Istat Membru li ħareġ iċ-ċertifikat; u

(b)

il-LUC ma jkunx qiegħed jiġi ċedut jew revokat.

(2)

Mar-revoka jew maċ-ċediment ta' LUC, id-detentur ta' LUC għandu jipprovdi konferma f'format diġitali li għandha tintbagħat lill-awtorità kompetenti mingħajr dewmien.

UAS.LUC.090 Aċċess

Sabiex juri l-konformità ma' dan ir-Regolament, id-detentur ta' LUC għandu jagħti lil kwalunkwe persuna debitament awtorizzata mill-awtorità kompetenti, aċċess għal kull faċilità, UAS, dokument, rekord, data, proċedura jew għal kwalunkwe materjal ieħor rilevanti għall-attività tiegħu, li hija soġġetta għal ċertifikazzjoni, awtorizzazzjoni operattiva jew dikjarazzjoni operattiva, irrispettivament minn jekk l-attività tiegħu hijiex ikkuntrattata jew sottokuntrattata ma' organizzazzjoni oħra.

Appendiċi 1

għal xenarji standard insostenn ta' dikjarazzjoni