7.6.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 150/1 |
REGOLAMENT (UE) 2019/876 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-20 ta' Mejju 2019
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 dwar il-proporzjon ta' lieva finanzjarja, il-proporzjon ta' finanzjament stabbli nett, rekwiżiti għall-fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli, riskju ta' kreditu tal-kontroparti, riskju tas-suq, skoperturi għal kontropartijiet ċentrali, skoperturi għal impriżi ta' investiment kollettiv, skoperturi kbar, rekwiżiti ta' rappurtar u divulgazzjoni, u r-Regolament (UE) Nru 648/2012
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (1),
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (3),
Billi:
(1) |
Wara l-kriżi finanzjarja li żviluppat fl-2007-2008, l-Unjoni implimentat riforma sostanzjali tal-qafas regolatorju tas-servizzi finanzjarji biex issaħħaħ ir-reżiljenza tal-istituzzjonijiet finanzjarji tagħha. Dik ir-riforma kienet ibbażata l-iktar fuq standards internazzjonali maqbula fl-2010 mill-Kumitat ta' Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja (BCBS), magħrufa bħala l-qafas ta' Basel III. Fost il-ħafna miżuri tiegħu l-pakkett ta' riforma kien jinkludi l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) u tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), li saħħew ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment (istituzzjonijiet). |
(2) |
Filwaqt li r-riforma għamlet is-sistema finanzjarja iktar stabbli u reżiljenti kontra ħafna tipi ta' xokkijiet u kriżijiet possibbli fil-futur, ma indirizzatx il-problemi kollha identifikati. Raġuni importanti għal dan kienet li dak iż-żmien dawk li jiffissaw l-istandards internazzjonali, bħall-BCBS u l-Bord għall-Istabbiltà Finanzjarja (FSB), ma kinux temmew il-ħidma tagħhom fuq soluzzjonijiet miftiehma internazzjonalment biex jindirizzaw dawk il-problemi. Issa li tlestiet il-ħidma fuq riformi addizzjonali importanti, il-problemi pendenti għandhom jiġu indirizzati. |
(3) |
Fil-komunikazzjoni tagħha tal-24 ta' Novembru 2015 intitolata “Lejn it-tlestija tal-Unjoni Bankarja”, il-Kummissjoni rrikonoxxiet il-ħtieġa għal iktar tnaqqis fir-riskju u impenjat ruħha li tressaq proposta leġislattiva li tibni fuq l-istandards miftiehma internazzjonalment. Il-ħtieġa li jittieħdu iktar passi leġislattivi konkreti f'termini ta' tnaqqis tar-riskju fis-settur finanzjarju ġiet rikonoxxuta mill-Kunsill fil-konklużjonijiet tiegħu tas-17 ta' Ġunju 2016 u mill-Parlament Ewropew fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Marzu 2016 dwar l-Unjoni Bankarja – Rapport Annwali 2015 (6). |
(4) |
Il-miżuri ta' tnaqqis fir-riskju mhux biss għandhom isaħħu iktar ir-reżiljenza tas-sistema bankarja Ewropea u l-kunfidenza tas-swieq fiha, iżda jipprovdu wkoll il-bażi għal iktar progress fit-tlestija tal-unjoni bankarja. Dawk il-miżuri għandhom jitqiesu wkoll fl-isfond ta' sfidi usa' li jaffettwaw l-ekonomija tal-Unjoni, b'mod partikolari l-ħtieġa li jiġu promossi t-tkabbir u l-impjiegi fi żminijiet ta' perspettiva ekonomika inċerta. F'dak il-kuntest, diversi inizjattivi ta' politika ewlenin, bħall-Pjan ta' Investiment għall-Ewropa u l-unjoni tas-swieq kapitali, ġew imnedija sabiex isaħħu l-ekonomija tal-Unjoni. Għalhekk huwa importanti li l-miżuri kollha ta' tnaqqis fir-riskju jinteraġixxu bla xkiel ma' dawk l-inizjattivi ta' politika kif ukoll ma' riformi reċenti usa' fis-settur finanzjarju. |
(5) |
Id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament għandhom ikunu ekwivalenti għal standards miftiehma internazzjonalment u jiżguraw l-ekwivalenza kontinwa tad-Direttiva 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 575/2013 mal-qafas ta' Basel III. L-aġġustamenti fil-mira sabiex jirriflettu l-ispeċifiċitajiet tal-Unjoni u kunsiderazzjonijiet ta' politika usa' għandhom ikunu limitati f'termini ta' skop jew żmien sabiex ma jaffettwawx is-solidità globali tal-qafas prudenzjali. |
(6) |
Il-miżuri ta' tnaqqis fir-riskju eżistenti kif ukoll b'mod partikolari r-rekwiżiti ta' rappurtar u ta' divulgazzjoni għandhom jitjiebu wkoll biex jiġi żgurat li jkunu jistgħu jiġu applikati b'mod iktar proporzjonat u li ma joħolqux piż ta' konformità eċċessiv, b'mod speċjali għal istituzzjonijiet iżgħar u inqas kumplessi. |
(7) |
Sabiex tiġi ffaċilitata l-applikazzjoni tal-prinċipju tal-proporzjonalità, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet żgħar u mhux kumplessi jiġu definiti b'mod ċar u preċiż. Waħdu, livell limitu assolut uniformi wieħed ma jiħux kont tal-ispeċifiċitajiet tas-swieq bankarji nazzjonali. Huwa għalhekk meħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jużaw id-diskrezzjoni tagħhom sabiex iġibu l-livell limitu konformi maċ-ċirkostanzi domestiċi u jaġġustawh 'l isfel kif xieraq. Peress li d-daqs ta' istituzzjoni waħdu mhuwiex deċiżiv għall-profil tar-riskju ta' istituzzjoni, jenħtieġ ukoll li jiġi żgurat, permezz ta' kriterji addizzjonali kwalitattivi, li istituzzjoni titqies biss bħala istituzzjoni żgħira u mhux kumplessa u tkun tista' tibbenefika minn regoli aktar proporzjonati meta l-istituzzjoni tissodisfa l-kriterji rilevanti kollha. |
(8) |
Il-proporzjonijiet ta' lieva finanzjarja jikkontribwixxu għall-preservazzjoni ta' stabbiltà finanzjarja billi jaġixxu ta' garanzija ta' kontinġenza għar-rekwiżiti kapitali bbażati fuq ir-riskju u billi jirrestrinġu l-akkumulazzjoni ta' lieva finanzjarja eċċessiv matul irkupri ekonomiċi. Il-BCBS irreveda l-istandard internazzjonali dwar il-proporzjon ta' lieva finanzjarja sabiex jispeċifika iktar ċerti aspetti tad-disinn ta' dak il-proporzjon. Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 jenħtieġ li jiġi allinjat mal-istandard rivedut sabiex jiżgura kondizzjonijiet ekwi internazzjonalment għall-istituzzjonijiet stabbiliti ġewwa l-Unjoni iżda li joperaw barra mill-Unjoni, u biex jiġi żgurat li l-proporzjon ta' lieva finanzjarja jibqa' komplement effettiv għar-rekwiżiti ta' fondi proprji bbażati fuq ir-riskju. Għalhekk, ir-rekwiżit ta' proporzjon ta' lieva finanzjarja għandu jiġi introdott biex jikkumplimenta s-sistema attwali ta' rappurtar u divulgazzjoni tal-proporzjon ta' lieva finanzjarja. |
(9) |
Sabiex ma jiġix ristrett bla bżonn is-self minn istituzzjonijiet lil kumpanniji u unitajiet domestiċi privati u biex jiġu evitati impatti ħżiena mhux iġġustifikati fuq il-likwidità tas-suq, ir-rekwiżit ta' proporzjon ta' lieva finanzjarja għandu jiġi stabbilit f'livell fejn jaġixxi ta' garanzija ta' kontinġenza kredibbli għar-riskju ta' lieva finanzjarja eċċessiv mingħajr ma jfixkel it-tkabbir ekonomiku. |
(10) |
L-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) (ABE), stabbilita permezz tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7), ikkonkludiet fir-rapport tagħha tat-3 ta' Awwissu 2016 dwar ir-rekwiżit tal-proporzjon ta' lieva finanzjarja li l-kapital tal-Grad 1 ikkalibrat f'livell ta' 3 % għal kwalunkwe tip ta' istituzzjoni ta' kreditu jikkostitwixxi funzjoni ta' garanzija ta' kontinġenza kredibbli. Intlaħaq ukoll qbil f' livell internazzjonali mill-BCBS dwar rekwiżit ta' proporzjon ta' lieva finanzjarja ta' 3 %. Ir-rekwiżit ta' proporzjon ta' lieva finanzjarja għandu għalhekk jiġi kkalibrat fil-livell ta' 3 %. |
(11) |
Ir-rekwiżit ta' proporzjon ta' lieva finanzjarja ta' 3 % madankollu jirrestrinġi ċerti mudelli kummerċjali u linji ta' negozju iktar minn oħrajn. B'mod partikolari, is-self pubbliku minn banek pubbliċi tal-iżvilupp u l-krediti għall-esportazzjoni appoġġati b'mod uffiċjali jintlaqtu b'mod sproporzjonat. Il-proporzjon ta' lieva finanzjarja għandu għalhekk jiġi aġġustat għal dawk it-tipi ta' skoperturi. Għalhekk jenħtieġ li jiġu stabbiliti kriterji ċari li jgħinu fl-aċċertazzjoni tal-mandat pubbliku ta' tali istituzzjonijiet ta' kreditu u li jkopru aspetti bħall-istabbiliment tagħhom, it-tip ta' attivitajiet imwettqa, l-għan tagħhom, l-arranġamenti ta' garanzija mill-korpi pubbliċi u l-limiti għall-attivitajiet ta' teħid ta' depożiti. Il-forma u l-mod tal-istabbiliment ta' tali istituzzjonijiet ta' kreditu jenħtieġ li jibqgħu madankollu fid-diskrezzjoni tal-gvern ċentrali, il-gvern reġjonali jew l-awtorità lokali tal-Istat Membru u jistgħu jikkonsistu fl-istabbiliment ta' istituzzjoni ta' kreditu ġdida, l-akkwist jew it-teħid tal-kontroll, inkluż permezz ta' konċessjonijiet u fil-kuntest ta' proċedimenti ta' riżoluzzjoni, ta' entità diġà eżistenti, minn tali awtoritajiet pubbliċi. |
(12) |
Proporzjon ta' lieva finanzjarja ukoll ma għandux jimmina l-forniment ta' servizzi ta' kklerjar ċentrali mill-istituzzjonijiet lill-klijenti. Għalhekk, il-marġnijiet inizjali fuq tranżazzjonijiet tad-derivattivi kklerjati ċentralment li jirċievu l-istituzzjonijiet mill-klijenti tagħhom u li huma jgħaddu lill-kontropartijiet ċentrali (CCPs), għandhom jiġu esklużi mill-kejl tal-iskopertura totali. |
(13) |
F'ċirkostanzi eċċezzjonali li jiġġustifikaw l-esklużjoni ta' ċerti skoperturi għall-banek ċentrali mill-proporzjon ta' lieva finanzjarja u sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tal-politiki monetarji, l-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jkunu jistgħu jeskludu tali skoperturi mill-kejl tal-iskopertura totali fuq bażi temporanja. Għal dak l-għan, jenħtieġ li huma jiddikjaraw pubblikament, wara konsultazzjoni mal-bank ċentrali rilevanti, li tali ċirkostanzi eċċezzjonali jeżistu. Ir-rekwiżit ta' proporzjon ta' lieva finanzjarja għandu jiġi kalibrat mill-ġdid b'mod proporzjonat biex ipatti għall-impatt tal-esklużjoni. Tali rikalibrazzjoni jenħtieġ li tiżgura l-esklużjoni ta' riskji għall-istabbiltà finanzjarja li jaffettwaw is-setturi bankarji rilevanti, u li tinżamm ir-reżiljenza pprovduta mill-proporzjon ta' lieva finanzjarja. |
(14) |
Huwa xieraq li jiġi implimentat rekwiżit ta' buffer għall-proporzjon ta' lieva finanzjarja għal istituzzjonijiet identifikati bħala istituzzjonijiet globali sistemikament importanti (G-SIIs) f'konformità mad-Direttiva 2013/36/UE u mal-istandard tal-BCBS dwar buffer għall-proporzjon ta' lieva finanzjarja għal banek globali sistemikament importanti (G-SIBs) ippubblikat f'Diċembru 2017. Il-buffer għall-proporzjon ta' lieva finanzjarja ġie ikkalibrat mill-BCBS għall-għan speċifiku li jtaffi r-riskji komparattivament akbar għall-istabbiltà finanzjarja maħluqin mill-G-SIBs u, f'dan il-kuntest, jenħtieġ li japplika biss għall-G-SIIs f'dan l-istadju. Madankollu, għandha ssir analiżi ulterjuri biex jiġi determinat jekk ikunx xieraq li jiġi applikat ir-rekwiżit ta' buffer għall-proporzjon ta' lieva finanzjarja għal istituzzjonijiet sistemikament importanti oħrajn (O-SIIs), kif definit fid-Direttiva 2013/36/UE, u, jekk dan huwa l-każ, b'liema mod il-kalibrazzjoni jenħtieġ li tkun adattata għall-karatteristiċi speċifiċi ta' dawk l-istituzzjonijiet. |
(15) |
Fid-9 ta' Novembru 2015, l-FSB ippubblika d-Dokument dwar il-Kondizzjonijiet tal-Kapaċità Totali ta' Assorbiment tat-Telf (TLAC) (l-“istandard TLAC”) li ġie approvat mill-G20 fis-summit ta' Novembru 2015 fit-Turkija. L-istandard TLAC jeħtieġ li l-G-SIBs iżommu ammont suffiċjenti ta' obbligazzjonijiet li għandhom assorbiment tat-telf għoli (kapaċità ta' rikapitalizzazzjoni interna) biex jiżguraw assorbiment tat-telf u rikapitalizzazzjoni f'każ ta' riżoluzzjoni mingħajr xkiel u malajr. L-istandard TLAC jenħtieġ li jiġi implimentat fil-liġi tal-Unjoni. |
(16) |
Fl-implimentazzjoni tal-istandard TLAC fil-liġi tal-Unjoni jeħtieġ li jiġi meqjus ir-rekwiżit minimu eżistenti speċifiku għall-istituzzjoni għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli (MREL), stipulat fid-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8). Billi l-istandard TLAC u l-MREL isegwu l-istess objettiv li jiġi żgurat li l-istituzzjonijiet ikollhom biżżejjed kapaċità ta' assorbiment tat-telf, jenħtieġ li ż-żewġ rekwiżiti ikunu elementi komplementari ta' qafas komuni. Operazzjonalment, il-livell minimu armonizzat tal-istandard TLAC għandu jiġi introdott fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 permezz ta' rekwiżit ġdid għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli, filwaqt li ż-żieda speċifika għall-istituzzjoni għal G-SIIs u r-rekwiżit speċifiku għall-istituzzjoni għal dawk li mhumiex G-SIIs għandhom jiġu introdotti permezz ta' emendi mmirati għad-Direttiva 2014/59/UE u r-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9). Id-dispożizzjonijiet li jintroduċu l-istandard TLAC fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 jenħtieġ li jinqraw flimkien mad-dispożizzjonijiet li huma introdotti fid-Direttiva 2014/59/UE u r-Regolament (UE) Nru 806/2014, u mad-Direttiva 2013/36/UE. |
(17) |
Skont l-istandard TLAC li jkopri biss G-SIBs, ir-rekwiżit minimu għal ammont suffiċjenti ta' fondi proprji u obbligazzjonijiet li jassorbu ħafna t-telf introdott f'dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika biss għal G-SIIs. Madankollu, ir-regoli li jikkonċernaw l-obbligazzjonijiet eliġibbli introdotti f'dan ir-Regolament jenħtieġ li japplikaw għall-istituzzjonijiet kollha, f'konformità mal-aġġustamenti u r-rekwiżiti komplementari stabbiliti fid-Direttiva 2014/59/UE. |
(18) |
F'konformità mal-istandard TLAC, ir-rekwiżit għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli għandu japplika għal entitajiet ta' riżoluzzjoni li jew huma G-SIIs huma stess jew huma parti minn grupp identifikat bħala G-SII. Ir-rekwiżit għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli għandu japplika jew fuq bażi individwali jew fuq bażi konsolidata, skont jekk dawn l-entitajiet ta' riżoluzzjoni humiex istituzzjonijiet awtonomi mingħajr sussidjarji, jew impriżi prinċipali. |
(19) |
Id-Direttiva 2014/59/UE tippermetti li l-għodod tar-riżoluzzjoni jintużaw mhux biss għal istituzzjonijiet iżda wkoll għal kumpanniji holding finanzjarji u kumpanniji holding finanzjarji mħallta. Il-kumpanniji holding finanzjarji prinċipali u l-kumpanniji holding finanzjarji prinċipali mħallta għandhom għalhekk ikollhom biżżejjed kapaċità ta' assorbiment tat-telf bl-istess mod bħall-istituzzjonijiet prinċipali. |
(20) |
Biex tiġi żgurata l-effettività tar-rekwiżit għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli, huwa essenzjali li l-istrumenti li jinżammu biex jiġi ssodisfat dak ir-rekwiżit ikollhom kapaċità għolja ta' assorbiment tat-telf. L-obbligazzjonijiet li huma esklużi mill-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna msemmija fid-Direttiva 2014/59/UE ma għandhomx dik il-kapaċità, u lanqas ma għandhom obbligazzjonijiet oħra li, għalkemm għandhom kapaċità ta' rikapitalizzazzjoni interna fil-prinċipju jistgħu jiltaqgħu ma' diffikultajiet biex issir ir-rikapitalizzazzjoni interna fil-prattika. Dawk l-obbligazzjonijiet għandhom għalhekk ma jitqisux eliġibbli għar-rekwiżit għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli. Min-naħa l-oħra, l-istrumenti kapitali, kif ukoll l-obbligazzjonijiet subordinati għandhom kapaċità għolja ta' assorbiment tat-telf. Barra minn hekk, il-potenzjal għall-assorbiment tat-telf ta' obbligazzjonijiet li jikklassifikaw pari passu ma' ċerti obbligazzjonijiet esklużi għandu jiġi rikonoxxut sa ċertu punt, f'konformità mal-istandard TLAC. |
(21) |
Biex jiġi evitat l-għadd doppju ta' obbligazzjonijiet għall-finijiet tar-rekwiżit għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli, għandhom jiġu introdotti regoli għat-tnaqqis ta' holdings ta' elementi ta' obbligazzjonijiet eliġibbli li jirriflettu l-approċċ ta' tnaqqis korrispondenti diġà żviluppat fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 għal strumenti kapitali. Taħt dak l-approċċ, il-holdings ta' strumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli għandhom l-ewwel jitnaqqsu mill-obbligazzjonijiet eliġibbli u, sakemm ma jkunx hemm biżżejjed obbligazzjonijiet, dawk l-istrumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli jenħtieġ li jitnaqqsu mill-istrumenti tal-Grad 2. |
(22) |
L-istandard TLAC fih xi kriterji ta' eliġibbiltà għall-obbligazzjonijiet li huma iktar stretti mill-kriterji ta' eliġibbiltà attwali għall-istrumenti kapitali. Biex tiġi żgurata l-konsistenza, il-kriterji ta' eliġibbiltà għall-istrumenti kapitali għandhom jiġu allinjati fir-rigward tan-nuqqas ta' eliġibbiltà ta' strumenti maħruġa permezz ta' entitajiet bi skop speċjali mill-1 ta' Jannar 2022. |
(23) |
Jenħtieġ li jiġi previst proċess ċar u trasparenti ta' approvazzjoni għal strumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 li jistgħu jikkontribwixxu biex tinżamm il-kwalità għolja ta' dawk l-istrumenti. Għal dak l-għan, l-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jkunu responsabbli għall-approvazzjoni ta' dawk l-istrumenti qabel ma l-istituzzjonijiet ikunu jistgħu jikklassifikawhom bħala strumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1. Madankollu, ma jenħtieġx li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom permess minn qabel ta' strumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 li jkunu maħruġa abbażi ta' dokumentazzjoni legali diġà approvata mill-awtorità kompetenti u rregolata minn sostanzjalment l-istess dispożizzjonijiet bħal dawk li jirregolaw l-istrumenti kapitali li għalihom l-istituzzjoni rċeviet permess minn qabel mill-awtorità kompetenti biex tikklassifikahom bħala strumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1. F'każ bħal dan, minflok ma jitolbu approvazzjoni minn qabel, għandu jkun possibbli għall-istituzzjonijiet li jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom dwar l-intenzjoni tagħhom li joħorġu strumenti bħal dawn. Jenħtieġ li jagħmlu dan fi żmien biżżejjed qabel il-klassifikazzjoni tal-istrumenti bħala strumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 biex jagħtu ċans lill-awtoritajiet kompetenti biex jirrieżaminaw l-istrumenti jekk neċessarju. Minħabba r-rwol tal-ABE fil-konverġenza ulterjuri tal-prattiki superviżorji u t-tisħiħ tal-kwalità tal-istrumenti ta' fondi proprji, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkonsultaw lill-ABE qabel ma japprovaw kwalunkwe forma ġdida ta' strument ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1. |
(24) |
L-istrumenti kapitali huma eliġibbli bħala Strumenti Addizzjonali ta' Grad 1 jew ta' Grad 2 għajr sa fejn dawn ikunu konformi mal-kriterji rilevanti ta' eliġibbiltà. Tali strumenti kapitali jistgħu jikkonsistu f'ekwità jew obbligazzjonijiet, inkluż self subordinat li jissodisfa dawk il-kriterji. |
(25) |
Strumenti kapitali jew partijiet ta' strumenti kapitali għandhom ikunu eliġibbli biss biex jikkwalifikaw bħala strumenti ta' fondi proprji sal-punt li huma mħallsa totalment. Sakemm partijiet ta' strument ma jkunux imħallsa totalment, dawk il-partijiet ma għandhomx ikunu eliġibbli biex jikkwalifikaw bħala strumenti ta' fondi proprji. |
(26) |
Strumenti ta' fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli ma għandhomx ikunu soġġetti għal arranġamenti ta' tpaċija jew ta' netting li jimminaw il-kapaċità tagħhom ta' assorbiment tat-telf f'każ ta' riżoluzzjoni. Dan ma għandux ifisser li d-dispożizzjonijiet kuntrattwali li jirregolaw l-obbligazzjonijiet jenħtieġ li jinkludu klawżola li tiddikjara espliċitament li l-istrument mhux soġġett għal drittijiet ta' tpaċija jew ta' netting. |
(27) |
Minħabba l-evoluzzjoni tas-settur bankarju f'ambjent saħansitra aktar diġitali, is-softwer qiegħed isir tip ta' assi iktar importanti. Assi ta' softwer valutati b'mod prudenti, li l-valur tagħhom mhux materjalment affettwat mir-riżoluzzjoni, l-insolvenza jew il-likwidazzjoni ta' istituzzjoni jenħtieġ li ma jkunux soġġetti għat-tnaqqis ta' assi intanġibbli mill-elementi ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1. Dik l-ispeċifikazzjoni hija importanti peress li s-softwer huwa kunċett wiesa' li jkopri diversi tipi ta' assi li mhux kollha jippreservaw il-valur tagħhom f'sitwazzjoni ta' negozju mhux avvjat. F'dak il-kuntest, jenħtieġ li jitqiesu differenzi fil-valutazzjoni u l-amortizzazzjoni ta' assi ta' softwer u l-bejgħ realizzat ta' tali assi. Barra minn hekk, jenħtieġ li tingħata konsiderazzjoni lill-iżviluppi internazzjonali u d-differenzi fit-trattament regolatorju ta' investimenti f'softwer, lir-regoli prudenzjali differenti li japplikaw għal istituzzjonijiet u impriżi tal-assigurazzjoni, u lid-diversità tas-settur finanzjarju fl-Unjoni inkluż entitajiet mhux regolati bħal pereżempju l-kumpanniji teknoloġiċi finanzjarji. |
(28) |
Sabiex jiġu evitati effetti ta' preċipizju, jenħtieġ li tiġi prevista klawżola ta' anterjorità għall-istrumenti eżistenti fir-rigward ta' ċerti kriterji ta' eliġibbiltà. Għal obbligazzjonijiet maħruġa qabel is-27 ta' Ġunju 2019, ċerti kriterji ta' eliġibbiltà għall-istrumenti ta' fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli jenħtieġ li jiġu rinunzjati. Jenħtieġ li tali anterjorità tapplika kemm għall-obbligazzjonijiet li jgħoddu, meta applikabbli, għall-porzjoni subordinata tat-TLAC u l-porzjoni subordinata tal-MREL skont id-Direttiva 2014/59/UE, kif ukoll għall-obbligazzjonijiet li jgħoddu, meta applikabbli, għall-porzjoni mhux subordinata tat-TLAC, u għall-porzjoni mhux subordinata tal-MREL skont id-Direttiva 2014/59/UE. Għal strumenti ta' fondi proprji, l-anterjorità jenħtieġ li tintemm fit-28 ta' Ġunju 2025. |
(29) |
Strumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli, inkluż dawk li għandhom maturità residwa ta' anqas minn sena, jistgħu jinfdew biss wara li l-awtorità ta' riżoluzzjoni tkun tat il-permess tagħha minn qabel. Tali permess minn qabel jista' wkoll ikun permess ġenerali minn qabel, f'liema każ it-tifdija tkun trid isseħħ fi ħdan il-perijodu ta' żmien limitat u għal ammont predeterminat kopert minn dan il-permess ġenerali minn qabel. |
(30) |
Sa mill-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-istandard internazzjonali dwar it-trattament prudenzjali tal-iskoperturi tal-istituzzjonijiet għas-CCPs ġie emendat sabiex jittejjeb it-trattament tal-iskoperturi tal-istituzzjonijiet għas-CCPs kwalifikanti (QCCPs). Reviżjonijiet notevoli ta' dak l-istandard kienu jinkludu l-użu ta' metodu uniku għad-determinazzjoni tar-rekwiżit ta' fondi proprji għal skoperturi minħabba l-kontribuzzjonijiet għall-fond ta' inadempjenza, limitu massimu espliċitu fuq ir-rekwiżiti globali ta' fondi proprji applikati għal skoperturi għall-QCCPs, u approċċ iktar sensittiv għar-riskju għall-kopertura tal-valur tad-derivattivi fil-kalkolu tar-riżorsi ipotetiċi ta' QCCP. Fl-istess ħin, it-trattament ta' skoperturi għal CCPs mhux kwalifikanti ma nbidilx. Billi l-istandards internazzjonali riveduti introduċew trattament li huwa iktar adatt għall-ambjent ta' kklerjar ċentrali, il-liġi tal-Unjoni għandha tiġi emendata biex tinkorpora dawk l-istandards. |
(31) |
Sabiex jiġi żgurat li l-istituzzjonijiet jiġġestixxu b'mod adegwat l-iskoperturi tagħhom fil-forma ta' unitajiet jew ishma f'impriżi ta' investiment kollettiv (CIUs), ir-regoli li jiddeskrivu fid-dettall it-trattament ta' dawk l-iskoperturi għandhom ikunu sensittivi għar-riskju u għandhom jippromwovu t-trasparenza fir-rigward tal-iskoperturi sottostanti tas-CIUs. Il-BCBS għalhekk adotta standard rivedut li jistabbilixxi ġerarkija ċara ta' approċċi biex jiġu kkalkulati l-ammonti ta' skoperturi mwieżna għar-riskju għal dawk l-iskoperturi. Dik il-ġerarkija tirrifletti l-grad ta' trasparenza fuq l-iskoperturi sottostanti. Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 għandu jiġi allinjat ma' dawk ir-regoli miftiehma internazzjonalment. |
(32) |
Għal istituzzjoni li tipprovdi impenn ta' valur minimu għall-benefiċċju aħħari tal-klijenti mhux professjonali għal investiment f'unità jew sehem f'CIU inkluż bħala parti minn skema ta' pensjoni privata sponsorjata mill-gvern, l-ebda pagament mill-istituzzjoni jew l-impriża inkluż fl-istess ambitu ta' konsolidazzjoni prudenzjali ma huwa meħtieġ sakemm il-valur tal-ishma tal-klijent jew l-unitajiet fis-CIU jaqgħu taħt l-ammont garantit f'punt wieħed jew aktar ta' żmien speċifikati fil-kuntratt. Il-probabbiltà tal-eżerċizzju tal-impenn hija għalhekk baxxa fil-prattika. Fejn l-impenn ta' valur minimu ta' istituzzjoni huwa limitat għal perċentwal tal-ammont li klijent kien investa oriġinarjament f'ishma jew unitajiet f'CIU (impenn ta' valur minimu b'ammont fiss) jew għal ammont li jiddependi fuq il-prestazzjoni ta' indikaturi finanzjarji jew indiċi tas-suq sa ħin stabbilit, kwalunkwe differenza pożittiva bejn il-valur tal-ishma jew l-unitajiet tal-klijent u l-valur attwali tal-ammont garantit f'data partikolari tikkostitwixxi buffer u tnaqqas ir-riskju li l-istituzzjoni jkollha tħallas l-ammont garantit. Dawk ir-raġunijiet kollha jiġġustifikaw fattur tal-konverżjoni mnaqqas. |
(33) |
Għall-kalkolu tal-valur tal-iskopertura ta' tranżazzjonijiet ta' derivattivi taħt il-qafas tar-riskju ta' kreditu tal-kontroparti, ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 attwalment jagħti lill-istituzzjonijiet l-għażla bejn tliet approċċi standardizzati differenti: il-Metodu Standardizzat (SM), il-Metodu ta' Valwazzjoni Skont is-Suq (MtMM) u l-Metodu ta' Skopertura Oriġinali (OEM). |
(34) |
Dawk l-approċċi standardizzati madankollu ma jirrikonoxxux b'mod xieraq in-natura tat-tnaqqis tar-riskju tal-kollateral fl-iskoperturi. Il-kalibrazzjonijiet tagħhom huma skaduti u ma jirriflettux il-livell għoli ta' volatilità osservat matul il-kriżi finanzjarja. Lanqas ma jirrikonoxxu l-benefiċċji ta' netting b'mod xieraq. Biex jiġu indirizzati dawk in-nuqqasijiet, il-BCBS iddeċieda li jissostitwixxi l-SM u l-MtMM b'approċċ standardizzat ġdid biex jiġi kkalkulat il-valur tal-iskopertura tal-iskoperturi għad-derivattivi, l-hekk imsejjaħ Approċċ Standardizzat għar-Riskju ta' Kreditu tal-Kontroparti (SA-CCR). Billi l-istandards internazzjonali riveduti introduċew approċċ standardizzat ġdid li huwa iktar adatt għall-ambjent ta' kklerjar ċentrali, il-liġi tal-Unjoni għandha tiġi emendata biex tinkorpora dawk l-istandards. |
(35) |
L-SA-CCR huwa iktar sensittiv għar-riskju mill-SM u l-MtMM u għalhekk għandu jwassal għal rekwiżiti ta' fondi proprji li jirriflettu aħjar ir-riskji relatati ma' tranżazzjonijiet tad-derivattivi tal-istituzzjonijiet. Fl-istess ħin, għal xi wħud mill-istituzzjonijiet li bħalissa jużaw l-MtMM, l-SA-CCR jista' jkun wisq kumpless u ta' piż biex jimplimentawh. Għall-istituzzjonijiet li jissodisfaw kriterji ta' eliġibbiltà predefiniti, u għal istituzzjonijiet li huma parti minn grupp li jissodisfa dawk il-kriterji fuq bażi konsolidata, jenħtieġ li tiġi introdotta verżjoni ssimplifikata tal-SA-CCR (l-“SA-CCR issimplifikat”). Billi tali verżjoni ssimplifikata ser tkun inqas sensittiva għar-riskju mill-SA-CCR, din għandha tiġi kkalibrata kif xieraq sabiex jiġi żgurat li ma tissottovalutax il-valur tal-iskopertura tat-tranżazzjonijiet tad-derivattivi. |
(36) |
Għal istituzzjonijiet li għandhom skoperturi għad-derivattivi limitati u li bħalissa jużaw l-MtMM jew l-OEM, kemm l-SA-CCR kif ukoll l-SA-CCR issimplifikat jistgħu jkunu wisq kumplessi biex jiġu implimentati. Jenħtieġ għalhekk li l-OEM jiġi riservat bħala approċċ alternattiv għal dawk l-istituzzjonijiet li jissodisfaw il-kriterji ta' eliġibbiltà predefiniti, u għal istituzzjonijiet li huma parti minn grupp li jissodisfa dawk il-kriterji fuq bażi konsolidata, iżda jenħtieġ li jiġi rivedut sabiex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet ewlenin tiegħu. |
(37) |
Biex l-istituzzjoni tiġi ggwidata fl-għażla tagħha ta' approċċi permessi għandhom jiġu introdotti kriterji ċari. Dawk il-kriterji għandhom ikunu bbażati fuq id-daqs tal-attivitajiet derivattivi ta' istituzzjoni li jindika l-grad ta' sofistikazzjoni li istituzzjoni għandha tkun kapaċi tikkonforma miegħu biex tikkalkula l-valur tal-iskopertura. |
(38) |
Matul il-kriżi finanzjarja, it-telf fil-portafoll tan-negozjar għal xi istituzzjonijiet stabbiliti fl-Unjoni kien sostanzjali. Għal xi wħud minnhom, il-livell ta' kapital meħtieġ kontra dak it-telf wera li ma kienx biżżejjed, u wassalhom biex ifittxu appoġġ finanzjarju pubbliku straordinarju. Dawk l-osservazzjonijiet wasslu lill-BCBS biex ineħħi għadd ta' dgħufijiet mit-trattament prudenzjali għall-pożizzjonijiet fil-portafoll tan-negozjar li huma r-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq. |
(39) |
Fl-2009, l-ewwel sett ta' riformi ġie ffinalizzat fil-livell internazzjonali u ġie traspost fil-liġi tal-Unjoni permezz tad-Direttiva 2010/76/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10). Madankollu, ir-riforma tal-2009 ma indirizzatx d-dgħufijiet strutturali tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għall-istandards tar-riskju tas-suq. In-nuqqas ta' ċarezza dwar il-konfini bejn il-portafoll tan-negozjar u dak bankarju wassal għal opportunitajiet ta' arbitraġġ regolatorju filwaqt li n-nuqqas ta' sensittività għar-riskju tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskji tas-suq ma ppermettiex li tiġi koperta l-firxa sħiħa ta' riskji li għalihom kienu esposti l-istituzzjonijiet. |
(40) |
Il-BCBS tat bidu għar-rieżami fundamentali tal-portafoll tan-negozjar (FRTB) biex jiġu indirizzati d-dgħufijiet strutturali tar-rekwiżiti għal fondi proprji għall-istandards tar-riskju tas-suq. Dik il-ħidma wasslet għall-pubblikazzjoni f'Jannar 2016 ta' qafas rivedut tar-riskji tas-suq. F'Diċembru 2017, il-Grupp tal-Gvernaturi tal-Banek Ċentrali u l-Kapijiet tas-Superviżjoni qablu li jestendu d-data ta' implimentazzjoni tal-qafas rivedut tar-riskji tas-suq, sabiex jagħtu lill-istituzzjonijiet żmien addizzjonali biex jiżviluppaw l-infrastruttura tas-sistemi neċessarja iżda anke biex il-BCBS jindirizza ċerti kwistjonijiet speċifiċi relatati mal-qafas. Dan jinkludi rieżami tal-kalibrazzjonijiet tal-approċċi mudell standardizzati u interni biex tiġi żgurata l-konsistenza mal-aspettattivi oriġinali tal-BCBS. Hekk kif jiġi ffinalizzat dan ir-rieżami, u qabel ma titwettaq valutazzjoni tal-impatt biex jiġu vvalutati l-impatti fuq istituzzjonijiet fl-Unjoni tar-reviżjonijiet li jirriżultaw għall-qafas FRTB, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet kollha li jkunu soġġetti għall-qafas FRTB fl-Unjoni jibdew jirrapportaw il-kalkoli derivati mill-approċċ standardizzat rivedut. Għal dak il-għan, sabiex tagħmel il-kalkoli għar-rekwiżiti ta' rappurtar kompletament operazzjonali f'konformità mal-iżviluppi internazzjonali, is-setgħa li jiġi adottat att f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tadotta dak l-att delegat sal-31 ta' Diċembru 2019. Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jibdew jirrappurtaw dak il-kalkolu mhux aktar tard minn sena wara l-adozzjoni ta' dak l-att delegat. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet li jiksbu approvazzjoni biex jużaw approċċ mudell intern rivedut tal-qafas FRTB għal finijiet ta' rappurtar jirrappurtaw ukoll il-kalkolu skont l-approċċ mudell intern tliet snin wara li jsir operazzjonali għalkollox. |
(41) |
Jenħtieġ li l-introduzzjoni ta' rekwiżiti ta' rappurtar għall-approċċi FRTB titqies bħala l-ewwel pass lejn l-implimentazzjoni sħiħa tal-qafas FRTB fl-Unjoni. B'kont meħud tar-reviżjonijiet finali tal-qafas FRTB imwettqa mill-BCBS, ir-riżultati tal-impatt ta' dawk ir-reviżjonijiet fuq l-istituzzjonijiet fl-Unjoni u fuq l-approċċi FRTB diġà stabbiliti f'dan ir-Regolament għal rekwiżiti ta' rappurtar, jenħtieġ li l-Kummissjoni tippreżenta, fejn xieraq, proposta leġislattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sat-30 ta' Ġunju 2020 dwar kif għandu jiġi implimentat il-qafas FRTB fl-Unjoni biex jiġu stabbiliti r-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskji tas-suq. |
(42) |
Jenħtieġ li trattament proporzjonali għar-riskju tas-suq japplika wkoll għal istituzzjonijiet b'attivitajiet limitati fil-portafoll tan-negozjar, biex jippermetti iktar istituzzjonijiet b'attivitajiet żgħar ta' portafoll tan-negozjar li japplikaw il-qafas tar-riskju ta' kreditu għall-pożizzjonijiet tal-portafoll bankarju kif stabbilit taħt verżjoni riveduta tad-deroga għan-negozju żgħir fil-portafoll tan-negozjar. Jenħtieġ li jittieħed ukoll kont tal-prinċipju ta' proporzjonalità meta l-Kummissjoni tivvaluta mill-ġdid kif l-istituzzjonijiet b'portafolli tan-negozjar ta' daqs medju għandhom jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskji tas-suq. B'mod partikolari, jenħtieġ li l-kalibrazzjoni tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskji tas-suq għall-istituzzjonijiet b'portafoll tan-negozjar ta' daqs medju tiġi rieżaminata fid-dawl tal-iżviluppi fil-livell internazzjonali. Sadanittant, istituzzjonijiet b'portafoll tan-negozjar ta' daqs medju, kif ukoll istituzzjonijiet b'portafoll tan-negozjar ta' daqs żgħir, jenħtieġ li jiġu eżentati mir-rekwiżiti ta' rappurtar taħt l-FRTB. |
(43) |
Il-qafas ta' skoperturi kbar għandu jissaħħaħ biex tittejjeb il-kapaċità tal-istituzzjonijiet li jassorbu t-telf u biex ikun hemm konformità aħjar mal-istandards internazzjonali. Għal dak il-għan, kwalità ogħla ta' kapital għandha tintuża bħala l-bażi kapitali għall-kalkolu tal-limitu ta' skoperturi kbar u l-iskoperturi għal derivattivi tal-kreditu għandhom jiġu kkalkulati f'konformità mal-SA-CCR. Barra minn hekk, il-limitu fuq l-iskoperturi li l-G-SIIs jista' jkollhom għal G-SIIs oħra għandu jitbaxxa biex jonqsu r-riskji sistemiċi relatati ma' interkonnessjonijiet bejn istituzzjonijiet kbar u l-impatt li l-inadempjenza tal-kontroparti tal-G-SIIs jista' jkollha fuq l-istabbiltà finanzjarja. |
(44) |
Filwaqt li l-proporzjon tal-kopertura tal-likwidità (LCR) jiżgura li l-istituzzjonijiet ser ikunu kapaċi jifilħu għal stress qawwi fuq żmien qasir, ma jiżgurax li dawk l-istituzzjonijiet ser ikollhom struttura ta' finanzjament stabbli fuq perijodu ta' żmien itwal. Għalhekk qed jidher biċ-ċar li għandu jiġi żviluppat rekwiżit iddettaljat vinkolanti ta' finanzjament stabbli fil-livell tal-Unjoni li għandu jiġi ssodisfat il-ħin kollu bil-għan li jiġu evitati diskrepanzi fil-maturità eċċessivi bejn l-assi u l-obbligazzjonijiet u dipendenza żejda fuq finanzjament tal-operaturi fuq żmien qasir. |
(45) |
B'konsistenza mal-istandard tal-finanzjament stabbli tal-BCBS, għalhekk, jenħtieġ li jiġu adottati regoli biex jiddefinixxu r-rekwiżit ta' finanzjament stabbli bħala proporzjon tal-ammont ta' finanzjament stabbli disponibbli tal-istituzzjoni għall-ammont tagħha ta' finanzjament stabbli meħtieġ fuq perijodu ta' sena. Dak ir-rekwiżit vinkolanti jenħtieġ li jissejjaħ ir-rekwiżit ta' ffinanzjar stabbli nett (NSFR). L-ammont ta' finanzjament stabbli disponibbli għandu jiġi kkalkulat billi jiġu mmultiplikati l-obbligazzjonijiet u l-fondi proprji tal-istituzzjoni b'fatturi xierqa li jirriflettu l-grad ta' affidabbiltà tagħhom fuq il-perijodu ta' sena tal-NSFR. L-ammont ta' finanzjament stabbli meħtieġ għandu jiġi kkalkulat billi jiġu mmultiplikati l-assi u l-iskoperturi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ tal-istituzzjoni b'fatturi xierqa li jirriflettu l-karatteristiċi tal-likwidità tagħhom u l-maturitajiet residwi fuq il-perijodu ta' sena tal-NSFR. |
(46) |
L-NSFR għandu jiġi espress bħala perċentwal u jiġi stabbilit f'livell minimu ta' 100 %, li jindika li istituzzjoni għandha biżżejjed finanzjament stabbli biex tissodisfa l-ħtiġijiet ta' finanzjament tagħha fuq perijodu ta' sena taħt kondizzjonijiet kemm normali kif ukoll ta' stress. Jekk l-NSFR tagħha jaqa' taħt il-livell ta' 100 %, l-istituzzjoni għandha tikkonforma mar-rekwiżiti speċifiċi stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 għar-restawr f'waqtu tal-NSFR tagħha għal-livell minimu. L-applikazzjoni tal-miżuri superviżorji fil-każijiet ta' nuqqas ta' konformità mar-rekwiżit tal-NSFR jenħtieġ li ma tkunx awtomatika. L-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ minflok li jivvalutaw ir-raġunijiet għan-nuqqas ta' konformità mar-rekwiżit tal-NSFR qabel ma jiġu definiti l-miżuri superviżorji potenzjali. |
(47) |
Skont ir-rakkomandazzjonijiet li saru mill-ABE fir-rapport tagħha tal-15 ta' Diċembru 2015, dwar ir-rekwiżiti ta' finanzjament stabbli nett skont l-Artikolu 510 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, ir-regoli għall-kalkolu tal-NSFR għandhom jiġu allinjati mill-qrib mal-istandards tal-BCBS, inkluż żviluppi f'dawk l-istandards rigward it-trattament ta' tranżazzjonijiet derivattivi. Il-ħtieġa li jitqiesu xi speċifiċitajiet Ewropej biex jiġi żgurat li r-rekwiżit tal-NSFR ma jfixkilx il-finanzjament tal-ekonomija reali Ewropea madankollu tiġġustifika l-adozzjoni ta' xi aġġustamenti għall-NSFR żviluppati mill-BCBS għad-definizzjoni tar-rekwiżit tal-NSFR Ewropew. Dawk l-aġġustamenti minħabba l-kuntest Ewropew huma rakkomandati mill-ABE u jirrelataw prinċipalment għal trattamenti speċifiċi għal mudelli pass-through b'mod ġenerali u l-ħruġ ta' bonds koperti b'mod partikolari; attivitajiet ta' finanzjament tal-kummerċ; tfaddil regolat ċentralizzat; self garantit residenzjali; unjonijiet tal-kreditu; is-CCPs u d-depożitorji ċentrali tat-titoli (CSDs) li ma jwettqu l-ebda trasformazzjoni sinifikanti tal-maturità. Dawk it-trattamenti speċifiċi proposti jirriflettu b'mod wiesa' t-trattament preferenzjali mogħti lil dawk l-attivitajiet fl-LCR Ewropew meta mqabbel mal-LCR żviluppat mill-BCBS. Billi l-NSFR jikkomplementa l-LCR, dawk iż-żewġ proporzjonijiet għandhom ikunu konsistenti fid-definizzjoni u fil-kalibrazzjoni tagħhom. Dan huwa b'mod partikolari l-każ għal fatturi tal-finanzjament stabbli meħtieġ applikati għal assi likwidi ta' kwalità għolja tal-LCR għall-kalkolu tal-NSFR li jenħtieġ li jirriflettu d-definizzjonijiet u l-haircuts tal-LCR Ewropew, irrispettivament mill-konformità mar-rekwiżiti ġenerali u operazzjonali stabbiliti għall-kalkolu tal-LCR li mhumiex xierqa fil-perijodu ta' żmien ta' sena tal-kalkolu tal-NSFR. |
(48) |
Lil hinn mill-ispeċifiċitajiet Ewropej, it-trattament ta' tranżazzjonijiet derivattivi fl-NSFR żviluppati mill-BCBS jista' jkollu impatt importanti fuq l-attivitajiet derivattivi tal-istituzzjonijiet u, konsegwentement, fuq is-swieq finanzjarji Ewropej u fuq l-aċċess għal xi operazzjonijiet għall-utenti finali. It-tranżazzjonijiet derivattivi u xi tranżazzjonijiet interkonnessi, inkluż attivitajiet ta' kklerjar, jistgħu jiġu milquta indebitament u b'mod sproporzjonat mill-introduzzjoni tal-NSFR żviluppati mill-BCBS mingħajr ma jkunu ġew soġġetti għal studji tal-impatt kwantitattivi estensivi u konsultazzjoni pubblika. Ir-rekwiżit addizzjonali biex jinżamm bejn 5 % u 20 % ta' finanzjament stabbli kontra obbligazzjonijiet derivattivi gross huwa ġeneralment meqjus bħala miżura mhux preċiża li tindividwa r-riskji ta' finanzjament addizzjonali relatati maż-żieda potenzjali ta' obbligazzjonijiet derivattivi fuq perijodu ta' sena u huwa soġġett għal rieżami fil-livell tal-BCBS. Dak ir-rekwiżit, imdaħħal f'livell ta' 5 % f'konformità mad-diskrezzjoni li tħalliet f'idejn il-ġurisdizzjonijiet mill-BCBS biex jitnaqqas il-fattur tal-finanzjament stabbli meħtieġ fuq obbligazzjonijiet derivattivi gross, jista' mbagħad jiġi emendat biex jieħu kont tal-iżviluppi fil-livell tal-BCBS u biex jevita konsegwenzi possibbli mhux intenzjonati bħat-tfixkil tal-funzjonament tajjeb tas-swieq finanzjarji Ewropej u l-forniment ta' għodda għall-hedging tar-riskju lil istituzzjonijiet u utenti finali, inkluż kumpanniji, biex jiġi żgurat il-finanzjament tagħhom bħala objettiv tal-unjoni tas-swieq kapitali. |
(49) |
It-trattament asimetriku tal-BCBS tal-finanzjament fuq żmien qasir, bħar-riakkwisti (il-finanzjament stabbli mhux rikonoxxut) u s-self fuq żmien qasir, bħar-riakkwisti inversi (xi finanzjament stabbli meħtieġ – 10 % jekk kollateralizzat b'assi likwidi ta' kwalità għolja ta' livell 1 (HQLA) kif iddefiniti f'LCR u 15 % għal tranżazzjonijiet oħra) għal klijenti finanzjarji huwa maħsub biex jiskoraġġixxi r-rabtiet estensivi ta' finanzjament fuq żmien qasir bejn klijenti finanzjarji peress li tali rabtiet huma sors ta' interkonnessjoni u jagħmluha iktar diffiċli li istituzzjoni partikolari tiġi riżolta mingħajr kontaġju tar-riskju għall-bqija tas-sistema finanzjarja fil-każ ta' falliment. Madankollu, il-kalibrazzjoni tal-asimetrija hija konservattiva u tista' taffettwa l-likwidità tat-titoli normalment użati bħala kollateral fi tranżazzjonijiet fuq medda qasira ta' żmien, b'mod partikolari l-bonds sovrani, billi l-istituzzjonijiet probabbilment inaqqsu l-volum tal-operazzjonijiet tagħhom fuq is-swieq ta' riakkwist. Tista' wkoll timmina l-attivitajiet ta' ġenerazzjoni tas-suq, għaliex is-swieq ta' riakkwist jiffaċilitaw il-ġestjoni tal-inventarju meħtieġ, biex b'hekk jikkontradixxu l-objettivi tal-unjoni tas-swieq kapitali. Sabiex jippermetti biżżejjed ħin għall-istituzzjonijiet biex jadattaw progressivament għal dik il-kalibrazzjoni konservattiva, jenħtieġ li jiġi introdott perijodu ta' tranżizzjoni, li matulu l-fatturi tal-finanzjament stabbli meħtieġ jitnaqqsu temporanjament. Id-daqs tat-tnaqqis temporanju fil-fatturi ta' finanzjament stabbli meħtieġa jenħtieġ li jiddependi fuq it-tipi ta' tranżazzjonijiet u fuq it-tip ta' kollateral użat f'dawk it-tranżazzjonijiet. |
(50) |
Minbarra r-rikalibrazzjoni temporanja tal-fattur ta' finanzjament stabbli meħtieġ tal-BCBS li japplika għal tranżazzjonijiet ta' riakkwisti inversi fuq perijodu qasir ma' klijenti finanzjarji assigurati b'bonds sovrani, xi aġġustamenti oħra wrew li kienu meħtieġa biex jiżguraw li l-introduzzjoni tar-rekwiżit tal-NSFR ma tfixkilx il-likwidità tas-swieq tal-bonds sovrani. Il-fattur ta' finanzjament stabbli meħtieġ tal-BCBS ta' 5 % li japplika għall-HQLA ta' livell 1, inkluż il-bonds sovrani, jimplika li istituzzjonijiet ikollhom iżommu finanzjament mhux assigurat fit-tul disponibbli faċilment f'tali perċentwal irrispettivament miż-żmien li matulu jistennew li jżommu dawn il-bonds sovrani. Dan jista' potenzjalment jinċentiva iktar lill-istituzzjonijiet jiddepożitaw flus f'banek ċentrali iktar milli jaġixxu ta' negozjanti primarji u jipprovdu likwidità fis-swieq tal-bonds sovrani. Barra minn hekk, mhuwiex konsistenti mal-LCR li jirrikonoxxi l-likwidità sħiħa ta' dawk l-assi anke fi żmien ta' pressjoni qawwija fuq il-likwidità (haircut ta' 0 %). Il-fattur ta' finanzjament stabbli meħtieġ tal-HQLA ta' livell 1 kif iddefinit f'LCR Ewropew, bl-eċċezzjoni ta' bonds koperti ta' kwalità estremament għolja, għandu għalhekk jitnaqqas minn 5 % għal 0 %. |
(51) |
Barra minn hekk, l-HQLA ta' livell 1 kollha kif iddefiniti f'LCR Ewropew, bl-eċċezzjoni ta' bonds koperti ta' kwalità estremament għolja, riċevuti bħala marġnijiet ta' varjazzjoni f'kuntratti tad-derivattivi jenħtieġ li jpattu għall-assi derivattivi filwaqt li l-NSFR żviluppat mill-BCBS jaċċetta biss il-flus biex jirrispetta l-kondizzjonijiet tal-qafas ta' lieva finanzjarja għall-kumpens ta' assi derivattivi. Dak ir-rikonoxximent usa' ta' assi riċevuti bħala marġnijiet ta' varjazzjoni ser jikkontribwixxi għal-likwidità tas-swieq tal-bonds sovrani, biex jiġi evitat li jiġu ppenalizzati l-utenti finali li jżommu ammonti kbar ta' bonds sovrani iżda ftit flus (bħal fondi ta' pensjoni) u biex jiġi evitat li jiżdiedu tensjonijiet addizzjonali fuq id-domanda għall-flus fis-swieq ta' riakkwist. |
(52) |
Ir-rekwiżit tal-NSFR għandu japplika għal istituzzjonijiet kemm fuq bażi individwali kif ukoll fuq bażi konsolidata, sakemm l-awtoritajiet kompetenti ma jirrinunzjawx għall-applikazzjoni tar-rekwiżit tal-NSFR fuq bażi individwali. Meta l-applikazzjoni tar-rekwiżit tal-NSFR fuq bażi individwali ma tkunx ġiet irrinunzjata, it-tranżazzjonijiet bejn żewġ istituzzjonijiet li jappartjenu għall-istess grupp jew għall-istess skema ta' protezzjoni istituzzjonali għandhom fil-prinċipju jirċievu fatturi ta' finanzjament stabbli disponibbli b'mod simmetriku u meħtieġa biex jevitaw it-telf ta' finanzjament fis-suq intern u biex ma jimpedixxux il-ġestjoni tal-likwidità effettiva fi gruppi Ewropej fejn il-likwidità hija ġestita b'mod ċentrali. Dawn it-trattamenti simmetriċi preferenzjali għandhom jingħataw biss lil tranżazzjonijiet intragrupp fejn is-salvagwardji kollha meħtieġa jkunu f'posthom, abbażi ta' kriterji addizzjonali għal tranżazzjonijiet transfruntiera, u biss bl-approvazzjoni minn qabel tal-awtoritajiet kompetenti involuti għaliex ma jistax jiġi preżunt li l-istituzzjonijiet li jkunu qed jesperjenzaw diffikultajiet biex jilħqu l-obbligi tal-ħlas tagħhom ser jirċievu dejjem l-appoġġ ta' finanzjament minn impriżi oħra li jappartjenu għall-istess grupp jew għall-istess skema ta' protezzjoni istituzzjonali. |
(53) |
L-istituzzjonijiet żgħar u mhux kumplessi jenħtieġ li jingħataw il-possibbiltà li japplikaw verżjoni ssimplifikata tar-rekwiżit tal-NSFR. Jenħtieġ li verżjoni simplifikata u inqas granulari tal-NSFR tinvolvi l-ġbir ta' għadd limitat ta' punti tad-data, tnaqqas il-kumplessità tal-kalkolu għal dawk l-istituzzjonijiet f'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, filwaqt li tiżgura li dawk l-istituzzjonijiet għad għandhom biżżejjed fattur ta' finanzjament stabbli permezz ta' kalibrazzjoni li jenħtieġ li tkun konservattiva tal-inqas daqs dak ir-rekwiżit tal-NSFR komplet. Madankollu, l-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jkunu jistgħu jeħtieġu li l-istituzzjonijiet żgħar u mhux kumplessi japplikaw ir-rekwiżit tal-NSFR komplet minflok il-verżjoni simplifikata. |
(54) |
Il-konsolidazzjoni ta' sussidjarji f'pajjiżi terzi għandha tqis kif xieraq ir-rekwiżiti tal-finanzjament stabbli applikabbli f'dawk il-pajjiżi. Għaldaqstant, ir-regoli ta' konsolidazzjoni fl-Unjoni ma għandhomx jintroduċu trattament iktar favorevoli għall-finanzjament stabbli disponibbli u meħtieġ f'sussidjarji ta' pajjiżi terzi mit-trattament li huwa disponibbli skont il-liġi nazzjonali ta' dawk il-pajjiżi terzi. |
(55) |
L-istituzzjonijiet għandhom ikunu meħtieġa jirrapportaw lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom fil-munita tar-rappurtar l-NSFR dettaljat vinkolanti għall-elementi kollha u b'mod separat għal elementi ddenominati f'kull munita sinifikanti biex jiġi żgurat monitoraġġ xieraq tal-ispariġġi possibbli fil-muniti. Ir-rekwiżit tal-NSFR ma għandux jissoġġetta lill-istituzzjonijiet għal ebda rekwiżit ta' rappurtar doppju jew għal rekwiżiti ta' rappurtar mhux konformi mar-regoli fis-seħħ u l-istituzzjonijiet għandhom jingħataw biżżejjed żmien biex jitħejjew għad-dħul fis-seħħ ta' rekwiżiti ġodda ta' rappurtar. |
(56) |
Peress li l-għoti ta' informazzjoni sinifikanti u komparabbli għas-suq dwar metriċi ta' riskji ewlenin komuni tal-istituzzjonijiet huwa prinċipju fundamentali ta' sistema bankarja soda, huwa essenzjali li titnaqqas l-asimetrija tal-informazzjoni kemm jista' jkun u tiġi ffaċilitata l-komparabbiltà tal-profili tar-riskju tal-istituzzjonijiet ta' kreditu fi ħdan il-ġurisdizzjonijiet u bejniethom. Il-BCBS ippubblika l-istandards dwar id-divulgazzjonijiet riveduti tal-Pilastru 3 f'Jannar 2015 sabiex tittejjeb il-komparabbiltà, il-kwalità u l-konsistenza tad-divulgazzjonijiet regolatorji tal-istituzzjonijiet għas-suq. Huwa xieraq, għalhekk, li jiġu emendati r-rekwiżiti tad-divulgazzjoni eżistenti biex jiġu implimentati dawk l-istandards internazzjonali l-ġodda. |
(57) |
Dawk li wieġbu għas-Sejħa tal-Kummissjoni għal evidenza dwar il-qafas regolatorju tal-UE għas-servizzi finanzjarji kkunsidraw ir-rekwiżiti tad-divulgazzjoni attwali bħala sproporzjonati u ta' piż għal istituzzjonijiet iżgħar. Mingħajr preġudizzju għal allinjament tal-iskoperturi iktar mill-qrib ma' standards internazzjonali, istituzzjonijiet żgħar u mhux kumplessi jenħtieġ li jkunu meħtieġa li jipproduċu divulgazzjonijiet inqas frekwenti u dettaljati mill-pari ikbar minnhom, u b'hekk jitnaqqas il-piż amministrattiv li huma soġġetti għalih. |
(58) |
Għandhom isiru xi kjarifiki dwar id-divulgazzjonijiet tar-remunerazzjoni. Ir-rekwiżiti tad-divulgazzjoni li jirrigwardaw ir-rimunerazzjoni kif stabbilita f'dan ir-Regolament jenħtieġ li jkunu kompatibbli mal-għanijiet tar-regoli tar-rimunerazzjoni, prinċipalment sabiex jiġu stabbiliti u jinżammu, għal kategoriji tal-persunal li l-attivitajiet professjonali tagħhom ikollhom impatt materjali fuq il-profil tar-riskju ta' istituzzjonijiet, politiki u prattiki ta' rimunerazzjoni li jkunu konsistenti mal-ġestjoni effikaċi tar-riskji. Barra minn hekk, l-istituzzjonijiet li jibbenefikaw minn deroga minn ċerti regoli dwar ir-remunerazzjoni għandhom ikunu meħtieġa jiddivulgaw informazzjoni li tikkonċerna din id-deroga. |
(59) |
L-impriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs) huma wieħed mill-pilastri tal-ekonomija tal-Unjoni hekk kif għandhom rwol fundamentali fil-ħolqien tat-tkabbir ekonomiku u tal-impjiegi. Minħabba l-fatt li l-SMEs għandhom riskju sistematiku iktar baxx minn kumpanniji ikbar, ir-rekwiżiti kapitali għall-iskoperturi tal-SMEs għandhom ikunu iktar baxxi minn dawk għal kumpanniji kbar biex jiġi żgurat il-finanzjament bankarju ottimali tal-SMEs. Attwalment, skoperturi tal-SMEs sa EUR 1,5 miljun huma soġġetti għal tnaqqis ta' 23,81 % fl-ammont tal-iskopertura ponderata għar-riskju. Billi l-livell limitu ta' EUR 1,5 miljun għal skopertura tal-SMEs mhuwiex indikattiv ta' tibdil fir-riskju ta' SME, it-tnaqqis fir-rekwiżiti kapitali jenħtieġ li jiġi estiż għal skoperturi tal-SMEs sa EUR 2,5 miljun u l-parti tal-iskopertura tal-SME li taqbeż EUR 2,5 miljun jenħtieġ li tkun soġġetta għal tnaqqis ta' 15 % f'rekwiżiti ta' kapital. |
(60) |
L-investimenti fl-infrastruttura huma essenzjali biex isaħħu l-kompetittività tal-Ewropa u biex jistimulaw il-ħolqien tal-impjiegi. L-irkupru u t-tkabbir futur tal-ekonomija tal-Unjoni jiddependu ħafna mid-disponibbiltà ta' kapital għal investimenti strateġiċi ta' sinifikat Ewropew fl-infrastruttura, b'mod partikolari fin-netwerks tal-broadband u tal-enerġija, kif ukoll fl-infrastruttura tat-trasport inkluż l-elettromobbiltà tal-infrastruttura, b'mod partikolari f'ċentri industrijali; l-edukazzjoni, ir-riċerka u l-innovazzjoni; u l-enerġija rinnovabbli u l-effiċjenza enerġetika. Il-Pjan ta' Investiment għall-Ewropa għandu l-għan li jippromwovi finanzjament addizzjonali għal proġetti ta' infrastruttura vijabbli, fost l-oħrajn, permezz tal-mobilizzazzjoni ta' sorsi ta' finanzjament privati addizzjonali. Għal għadd ta' investituri potenzjali, it-tħassib prinċipali huwa l-perċezzjoni ta' nuqqas ta' proġetti vijabbli u l-kapaċità limitata li jiġi evalwat kif xieraq ir-riskju minħabba n-natura kumplessa intrinsika tagħhom. |
(61) |
Sabiex jiġu inkoraġġuti l-investimenti privati u pubbliċi fi proġetti tal-infrastruttura huwa essenzjali li jiġi stabbilit ambjent regolatorju li jkun kapaċi jippromwovi proġetti ta' infrastruttura ta' kwalità għolja u jitnaqqsu r-riskji għall-investituri. B'mod partikolari, r-rekwiżiti ta' fondi proprji għal skoperturi għal proġetti tal-infrastruttura għandhom jitnaqqsu, sakemm ikunu jikkonformaw ma' sett ta' kriterji li kapaċi jnaqqsu l-profil tar-riskju tagħhom u jsaħħu l-prevedibbiltà tal-flussi tal-flus. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tirrevedi d-dispożizzjoni dwar il-proġetti infrastrutturali ta' kwalità għolja sabiex tivvaluta: l-impatt tagħha fuq il-volum ta' investimenti fl-infrastruttura mill-istituzzjonijiet u l-kwalità ta' investimenti billi jitqiesu l-objettivi tal-Unjoni li nimxu lejn ekonomija b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju, reżiljenti għat-tibdil fil-klima u ċirkolari; u l-adegwatezza tagħha mil-lat prudenzjali. Il-Kummissjoni għandha tqis ukoll jekk il-kamp ta' applikazzjoni u dawk id-dispożizzjonijiet għandhomx jiġu estiżi għal investimenti fl-infrastruttura minn kumpanniji. |
(62) |
Kif rakkomandat mill-ABE, l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) (ESMA) stabbilita permezz tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11) u l-Bank Ċentrali Ewropew, is-CCPs, minħabba l-mudell ta' negozju distint tagħhom, jenħtieġ li jkunu eżentati mir-rekwiżit tal-proporzjon ta' lieva finanzjarja, għax huma meħtieġa jiksbu liċenzja bankarja sempliċement sabiex jiġu mogħtija aċċess għall-faċilitajiet ta' bank ċentrali matul il-lejl u biex jissodisfaw ir-rwoli tagħhom bħala mezzi ewlenin biex jinkisbu l-objettivi politiċi u regolatorji importanti fis-settur finanzjarju. |
(63) |
Barra minn hekk, skoperturi ta' CSDs awtorizzati bħala istituzzjonijiet ta' kreditu u skoperturi ta' istituzzjonijiet ta' kreditu deżinjati skont l-Artikolu 54(2) tar-Regolament (UE) Nru 909/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12), bħal bilanċi ta' flus li jirriżultaw mill-forniment ta' kontijiet ta' flus kontanti lil, u l-aċċettazzjoni ta' depożiti minn, parteċipanti f'sistema ta' saldu tat-titoli u detenturi ta' kontijiet ta' titoli, jenħtieġ li jkunu esklużi mill-miżura ta' skopertura totali peress li dawn ma joħolqux riskju ta' lieva finanzjarja eċċessiv hekk kif dawk l-bilanċi tal-flus huma użati biss għall-fini ta' saldu ta' tranżazzjoni f'sistemi ta' saldu tat-titoli. |
(64) |
Minħabba li l-gwida dwar fondi proprji addizzjonali msemmija fid-Direttiva 2013/36/UE hija mira tal-kapital li tirrifletti l-aspettattivi superviżorji, din tenħtieġ li ma tkunx soġġetta għal divulgazzjoni obbligatorja jew għal projbizzjoni ta' divulgazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 jew dik id-Direttiva. |
(65) |
Sabiex tiġi żgurata definizzjoni xierqa ta' xi dispożizzjonijiet tekniċi speċifiċi tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u biex jitqiesu l-iżviluppi possibbli fil-livell internazzjonali, is-setgħa biex jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 TFUE jenħtieġ li tkun iddelegata lill-Kummissjoni: fir-rigward tal-emendar tal-lista ta' prodotti jew servizzi li l-assi u l-obbligazzjonijiet tagħhom jistgħu jitqiesu bħala interdipendenti; fir-rigward tal-emendar tal-lista ta' banek ta' żvilupp multilaterali; fir-rigward tal-emendar tar-rekwiżiti dwar ir-rappurtar tar-riskju tas-suq; u fir-rigward tal-ispeċifikazzjoni ta' rekwiżiti ta' likwidata addizzjonali. Qabel l-adozzjoni ta' dawk l-atti, huwa ta' importanza partikolari li, matul il-ħidma preparatorja tagħha, il-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa, inkluż fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet isiru f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (13). B'mod partikolari, biex tiġi żgurata l-parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċievuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati. |
(66) |
Standards tekniċi jenħtieġ li jiżguraw l-armonizzazzjoni konsistenti tar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 575/2013. Bħala entità b'kompetenza esperta speċjalizzata ħafna, jenħtieġ li l-ABE tingħata l-mandat li tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji li ma jinvolvux għażliet ta' politika, li jiġu sottomessi lill-Kummissjoni. Jenħtieġ li jiġu żviluppati standards tekniċi regolatorji fl-oqsma ta' konsolidazzjoni prudenzjali, fondi proprji, TLAC, it-trattament ta' skoperturi garantiti b'ipoteki fuq proprjetà immobbli, investiment ta' ekwità f'fondi, il-kalkolu tat-telf li jirriżulta mill-inadempjenzi skont l-Approċċ Ibbażat fuq Klassifikazzjonijiet Interni għar-riskju tal-kreditu, ir-riskju tas-suq, l-iskoperturi kbar u l-likwidità. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta dawk l-istandards tekniċi regolatorji permezz ta' atti delegati skont l-Artikolu 290 TFUE u f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. Il-Kummissjoni u l-ABE jenħtieġ li jiżguraw li dawk l-istandards u r-rekwiżiti jkunu jistgħu jiġu applikati mill-istituzzjonijiet kollha kkonċernati b'mod li jkun proporzjonali man-natura, l-iskala u l-kumplessità ta' dawk l-istituzzjonijiet u l-attivitajiet tagħhom. |
(67) |
Biex tiġi ffaċilitata l-komparabbiltà tad-divulgazzjonijiet, l-ABE jenħtieġ li tingħata l-mandat biex tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu l-mudelli ta' divulgazzjoni standardizzati li jkopru r-rekwiżiti ta' divulgazzjoni sostanzjali kollha stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 575/2013. Meta jiġu żviluppati dawk l-istandards, l-ABE jenħtieġ li tqis id-daqs u l-kumplessità tal-istituzzjonijiet, kif ukoll in-natura u l-livell ta' riskju tal-attivitajiet tagħhom. L-ABE jenħtieġ li tirrapporta dwar fejn tista' tittejjeb il-proporzjonalità tal-pakkett ta' rappurtar superviżorju tal-Unjoni f'termini ta' ambitu, granularità jew frekwenza u għandha mill-inqas tfassal rakkomandazzjonijiet konkreti, bħal kif l-ispejjeż tal-konformità għall-istituzzjonijiet żgħar jistgħu jitnaqqsu idealment b'20 % jew iktar u b'mill-inqas 10 % permezz ta' simplifikazzjoni xierqa tar-rekwiżiti. Jenħtieġ li l-ABE tingħata l-mandat li tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni li għandhom jakkumpanjaw dak ir-rapport. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tadotta dawk l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni permezz ta' atti ta' implimentazzjoni skont l-Artikolu 291 TFUE u f'konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. |
(68) |
Sabiex tiġi ffaċilitata l-konformità tal-istituzzjonijiet mar-regoli stabbiliti f'dan ir-Regolament u fid-Direttiva 2013/36/UE, kif ukoll mal-istandards tekniċi regolatorji, li jimplimentaw l-istandards tekniċi, il-linji gwida u l-mudelli adottati biex jiġu implimentati dawk ir-regoli, l-ABE għandha tiżviluppa għodda tal-IT immirata biex tiggwida lill-istituzzjonijiet fir-rigward tad-dispożizzjonijiet, l-istandards, il-linji gwida u l-mudelli rilevanti fir-rigward tad-daqs tagħhom u tal-mudell ta' negozju. |
(69) |
Minbarra r-rapport dwar tnaqqis possibbli fl-ispiża, sat-28 ta' Ġunju 2020 l-ABE jenħtieġ li – f'kooperazzjoni mal-awtoritajiet rilevanti kollha, jiġifieri dawk l-awtoritajiet li huma responsabbli għas-superviżjoni prudenzjali, l-iskemi ta' riżoluzzjoni u ta' garanzija tad-depożiti u b'mod partikolari s-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali (SEBĊ) – tħejji rapport ta' fattibbiltà fir-rigward tal-iżvilupp ta' sistema konsistenti u integrata għall-ġbir ta' data statistika, ta' data ta' riżoluzzjoni u data prudenzjali. B'kont meħud tal-ħidma preċedenti tas-SEBĊ dwar il-ġbir tad-data integrata, dak ir-rapport jenħtieġ li jipprovdi analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji fir-rigward tal-ħolqien ta' punt tal-ġbir tad-data ċentrali għal sistema ta' rappurtar tad-data integrata fir-rigward ta' data statistika u regolatorja għall-istituzzjonijiet kollha li jinsabu fl-Unjoni. Sistema bħal din jenħtieġ li, fost affarijiet oħra, tuża definizzjonijiet u standards konsistenti għad-data li għandha tinġabar, u tiggarantixxi skambju ta' informazzjoni affidabbli u permanenti bejn l-awtoritajiet kompetenti biex b'hekk tkun żgurata konfidenzjalità stretta tad-data miġbura, awtentikazzjoni b'saħħitha u ġestjoni tad-dritt ta' aċċess għas-sistema kif ukoll għaċ-ċibersigurtà. Permezz taċ-ċentralizzazzjoni u l-istandardizzazzjoni tax-xenarju tar-rappurtar Ewropew, l-għan huwa li jiġu evitati talbiet multipli ta' data simili jew identika minn awtoritajiet differenti u b'hekk jitnaqqsu b'mod sinifikanti l-piżijiet amministrattivi u finanzjarji, kemm għall-awtoritajiet kompetenti kif ukoll għall-istituzzjonijiet. Jekk ikun xieraq, u b'kont meħud tar-rapport ta' fattibbiltà mill-ABE, il-Kummissjoni jenħtieġ li tippreżenta proposta leġislattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. |
(70) |
L-awtoritajiet kompetenti jew iddeżinjati rilevanti għandu jkollhom l-għan li jevitaw kwalunkwe forma ta' użu duplikat jew inkonsistenti tas-setgħat makroprudenzjali stipulati fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 u d-Direttiva 2013/36/UE. B'mod partikolari, l-awtoritajiet kompetenti jew iddeżinjati rilevanti jenħtieġ li jikkunsidraw kif xieraq jekk il-miżuri li jieħdu skont l-Artikoli 124, 164 jew 458 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jidduplikawx jew humiex inkonsistenti ma' miżuri oħra eżistenti jew li jmiss skont l-Artikolu 133 tad-Direttiva 2013/36/UE. |
(71) |
Fid-dawl tal-emendi għat-trattament tal-iskoperturi għal QCCPs, b'mod speċifiku għat-trattament tal-kontribuzzjonijiet tal-istituzzjonijiet għall-fondi ta' inadempjenza tal-QCCPs, stipulati f'dan ir-Regolament, id-dispożizzjonijiet rilevanti fir-Regolament (UE) Nru 648/2012 (14) li ġew introdotti fih mir-Regolament (UE) Nru 575/2013 u li jiddefinixxu b'mod ċar il-kalkolu tal-kapital ipotetiku tas-CCPs li mbagħad jintuża mill-istituzzjonijiet biex jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji tagħhom għalhekk jenħtieġ li jiġu emendati skont dan. |
(72) |
Minħabba li l-għanijiet ta' dan ir-Regolament, jiġifieri li jiġu rafforzati u elaborati atti legali tal-Unjoni diġa' eżistenti li jiżguraw rekwiżiti prudenzjali uniformi li japplikaw għall-istituzzjonijiet madwar l-Unjoni, ma jistgħux jinkisbu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jistgħu, minħabba l-iskala u l-effetti tagħhom, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju ta' proporzjonalità kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet. |
(73) |
Sabiex jiġi permess ċessjoni ordnata mill-holdings tal-assigurazzjoni li ma humiex soġġetti għal superviżjoni supplimentari, jenħtieġ li tiġi applikata verżjoni emendata tad-dispożizzjonijiet tranżizzjonali fir-rigward tal-eżenzjoni mit-tnaqqis tal-holdings ta' ekwita' fil-kumpanniji tal-assigurazzjoni, b'effett retroattiv mill-1 ta' Jannar 2019. |
(74) |
Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 575/2013 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendar tar-Regolament (UE) Nru 575/2013
Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 jiġi emendat kif ġej:
(1) |
L-Artikoli 1 u 2 jiġu sostitwiti b'dan li ġej: “Artikolu 1 Il-Kamp ta' applikazzjoni Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli uniformi li jikkonċernaw rekwiżiti prudenzjali ġenerali li l-istituzzjonijiet, il-kumpanniji holding finanzjarji u l-kumpanniji holding finanzjarji mħallta sorveljati skont id-Direttiva 2013/36/UE għandhom jikkonformaw magħhom fir-rigward tal-elementi li ġejjin:
Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli uniformi li jikkonċernaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli li entitajiet ta' riżoluzzjoni li huma istituzzjonijiet globali sistematikament importanti (G-SIIs) jew parti minn G-SIIs u sussidjarji materjali ta' G-SIIs mhux tal-UE għandhom jikkonformaw magħhom. Dan ir-Regolament ma jirregolax ir-rekwiżiti tal-pubblikazzjoni għall-awtoritajiet kompetenti fil-qasam tar-regolazzjoni prudenzjali u s-superviżjoni tal-istituzzjonijiet kif stipulat fid-Direttiva 2013/36/UE. Artikolu 2 Setgħat superviżorji 1. Għall-fini li tiġi żgurata l-konformità ma' dan ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom is-setgħat u għandhom isegwu l-proċeduri stipulati fid-Direttiva 2013/36/UE u f'dan ir-Regolament. 2. Għall-fini li tiġi żgurata l-konformità ma' dan ir-Regolament, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandu jkollhom is-setgħat u għandhom isegwu l-proċeduri stipulati fid-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1) u f'dan ir-Regolament. 3. Għall-fini li tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżiti li jikkonċernaw il-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli, l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom jikkooperaw. 4. Għall-finijiet li tiġi żgurata l-konformità fi ħdan il-kompetenzi rispettivi tagħhom il-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni stabbilit bl-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*2), u l-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta' kwistjonijiet relatati mal-kompiti kkonferiti lilu bir-Regolament (UE) Nru 1024/2013 (*3) għandhom jiżguraw l-iskambju regolari u affidabbli ta' informazzjoni rilevanti. (*1) Id-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta' istituzzjonijiet ta' kreditu u ditti ta' investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KEE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/UE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 190)." (*2) Ir-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta' Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (ĠU L 225, 30.7.2014, p. 1)." (*3) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta' Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta' politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta' istituzzjonijiet ta' kreditu (ĠU L 287, 29.10.2013, p. 63).”;" |
(2) |
L-Artikolu 4 jiġi emendat kif ġej:
|
(3) |
L-Artikolu 6 jiġi emendat kif ġej:
|
(4) |
L-Artikolu 8 jiġi emendat kif ġej:
|
(5) |
fl-Artikolu 10(1), il-frażi introduttorja tal-ewwel subparagrafu tiġi sostitwita b'dan li ġej: “1. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu, f'konformità mal-liġi nazzjonali, parzjalment jew totalment jirrinunzjaw l-applikazzjoni tar-rekwiżiti stabbiliti fil-Partijiet Tnejn sa Tmienja ta' dan ir-Regolament u l-Kapitolu 2 tar-Regolament (UE) 2017/2402 għal istituzzjoni ta' kreditu waħda jew aktar li jinsabu fl-istess Stat Membru u li huma affiljati permanentement ma' korp ċentrali li jissorveljhom u li huwa stabbilit fl-istess Stat Membru, jekk jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet li ġejjin:”; |
(6) |
L-Artikoli 11 jiġi emendat kif ġej:
|
(7) |
l-Artikolu 12 jiġi mħassar; |
(8) |
jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 2a Kalkolu kkonsolidat għal G-SIIs b'entitajiet ta' riżoluzzjoni multipli Meta mill-anqas żewġ entitajiet G-SII li jappartjeni għall-istess G-SII huma entitajiet ta' riżoluzzjoni, l-istituzzjoni prinċipali tal-UE ta' dik il-G-SII għandha tikkalkula l-ammont ta' fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 92a(1) ta' dan ir-Regolament. Dak il-kalkolu għandu jitwettaq abbażi tas-sitwazzjoni konsolidata tal-istituzzjoni prinċipali tal-UE daqslikieku kienet l-unika entità ta' riżoluzzjoni tal-G-SII. Meta l-ammont ikkalkulat skont l-ewwel paragrafu ta' dan l-Artikolu jkun iktar baxx mis-somma tal-ammonti ta' fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 92a(1) ta' dan ir-Regolament tal-entitajiet ta' riżoluzzjoni kollha li jappartjenu għal dik il-G-SII, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom jaġixxu skont l-Artikoli 45d(3) u 45h(2) tad-Direttiva 2014/59/UE. Meta l-ammont ikkalkulat skont l-ewwel paragrafu ta' dan l-Artikolu jkun ogħla mis-somma tal-ammonti ta' fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli msemmija fl-Artikolu 92a(1)(a) ta' dan ir-Regolament tal-entitajiet ta' riżoluzzjoni kollha li jappartjenu għal dik il-G-SII, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jistgħu jaġixxu skont l-Artikoli 45d(3) u 45h(2) tad-Direttiva 2014/59/UE.”; |
(9) |
l-Artikoli 13 u 14 jiġu sostitwiti b'dan li ġej: “Artikolu 13 Applikazzjoni ta' rekwiżiti ta' divulgazzjoni fuq bażi kkonsolidata 1. L-istituzzjonijiet prinċipali tal-UE għandhom jikkonformaw mal-Parti Tmienja fuq il-bażi tas-sitwazzjoni konsolidata tagħhom. Sussidjarji kbar ta' istituzzjonijiet prinċipali tal-UE għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni speċifikata fl-Artikoli 437, 438, 440, 442, 450, 451, 451a u 453 fuq bażi individwali jew, fejn applikabbli skont dan ir-Regolament u d-Direttiva 2013/36/UE, fuq bażi subkonsolidata. 2. L-istituzzjonijiet identifikati bħala entitajiet ta' riżoluzzjoni li huma G-SIIs jew li huma parti minn G-SII għandhom jikkonformaw mal-Artikolu 437a u l-punt (h) tal-Artikolu 447 abbażi tas-sitwazzjoni konsolidata tal-grupp ta' riżoluzzjoni tagħhom. 3. L-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 ma għandux japplika għall-istituzzjonijiet prinċipali tal-UE, kumpanniji holding finanzjarji prinċipali tal-UE, kumpanniji holding finanzjarji mħallta prinċipali tal-UE jew entitajiet ta' riżoluzzjoni meta jkunu inklużi f'divulgazzjonijiet ekwivalenti fuq bażi konsolidata pprovduti minn impriża prinċipali stabbilita f'pajjiż terz. It-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 għandu japplika għal sussidjarji ta' impriżi prinċipali stabbiliti f'pajjiż terz fejn dawk is-sussidjarji jikkwalifikaw bħala sussidjarji kbar. 4. Meta japplika l-Artikolu 10, il-korp ċentrali msemmi f'dak l-Artikolu għandu jikkonforma mal-Parti Tmienja fuq il-bażi tas-sitwazzjoni konsolidata tal-korp ċentrali. L-Artikolu 18(1) għandu japplika għall-korp ċentrali u l-istituzzjonijiet affiljati għandhom jiġu ttrattati bħala sussidjarji tal-korp ċentrali. Artikolu 14 Applikazzjoni tar-rekwiżiti tal-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2017/2402 fuq bażi konsolidata 1. L-impriżi prinċipali u s-sussidjarji tagħhom li huma soġġetti għal dan ir-Regolament għandhom ikunu meħtieġa li jissodisfaw l-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2017/2402 fuq bażi konsolidata jew subkonsolidata, biex jiżguraw li l-arranġamenti, il-proċessi u l-mekkaniżmi tagħhom meħtieġa minn dawk id-dispożizzjonijiet ikunu konsistenti u integrati tajjeb u li kwalunkwe data u informazzjoni rilevanti għall-fini tas-superviżjoni jkunu jistgħu jiġu prodotti. B'mod partikolari, huma għandhom jiżguraw li s-sussidjarji li ma jkunux soġġetti għal dan ir-Regolament jimplimentaw l-arranġamenti, il-proċessi u l-mekkaniżmi biex jiżguraw il-konformità ma' dawk id-dispożizzjonijiet. 2. L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw piż tar-riskju addizzjonali f'konformità mal-Artikolu 270a ta' dan ir-Regolament meta japplikaw l-Artikolu 92 ta' dan ir-Regolament fuq bażi konsolidata jew subkonsolidata jekk ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 5 tar-Regolament (UE) 2017/2402 jinkisru fil-livell ta' entità stabbilita f'pajjiż terz inkluż fil-konsolidazzjoni f'konformità mal-Artikolu 18 ta' dan ir-Regolament jekk il-ksur ikun materjali fir-rigward tal-profil tar-riskju kumplessiv tal-grupp.”; |
(10) |
fl-Artikolu 15(1), il-frażi introduttorja tal-ewwel subparagrafu tiġi sostitwita b'dan li ġej: “1. Is-superviżur konsolidanti jista' jirrinunzja, skont il-każ, l-applikazzjoni tal-Parti Tlieta, tar-rekwiżiti assoċjati ta' rappurtar fil-Parti Sebgħa A ta' dan ir-Regolament, u tal-Kapitolu 4 tat-Titolu VII tad-Direttiva 2013/36/UE, bl-eċċezzjoni tal-punt (d) tal-Artikolu 430(1) ta' dan ir-Regolament fuq bażi konsolidata, dment li jeżistu l-kondizzjonijiet li ġejjin:”; |
(11) |
Artikolu 16 jiġi sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 16 Deroga mill-applikazzjoni tar-rekwiżiti ta' proporzjon ta' lieva finanzjarja fuq bażi konsolidata għal gruppi ta' ditti ta' investiment Fejn l-entitajiet kollha fi grupp ta' ditti tal-investiment, inkluż l-entità prinċipali, ikunu ditti ta' investimenti li huma eżenti mill-applikazzjoni tar-rekwiżiti stipulati fil-Parti Sebgħa fuq bażi individwali skont l-Artikolu 6(5), id-ditta ta' investiment prinċipali tista' tagħżel li ma tapplikax ir-rekwiżiti stipulati fil-Parti Sebgħa u r-rekwiżiti ta' rappurtar ta' proporzjon ta' lieva finanzjarja assoċjati fil-Parti Sebgħa A fuq bażi konsolidata.”; |
(12) |
L-Artikolu 18 jiġi sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 18 Metodi ta' konsolidazzjoni prudenzjali 1. Istituzzjonijiet, kumpanniji holding finanzjarji u kumpanniji holding finanzjarji mħallta li huma meħtieġa jikkonformaw mar-rekwiżiti msemmija fit-Taqsima 1 ta' dan il-Kapitolu abbażi tas-sitwazzjoni konsolidata tagħhom għandhom iwettqu konsolidazzjoni sħiħa tal-istituzzjonijiet u l-istituzzjonijiet finanzjarji kollha li jkunu s-sussidjarji tagħhom. Il-paragrafi 3 sa 6 u l-paragrafu 9 ta' dan l-Artikolu ma għandhomx japplikaw meta tapplika l-Parti Sitta u l-punt (d) tal-Artikolu 430(1) fuq il-bażi tas-sitwazzjoni konsolidata ta' istituzzjoni, kumpannija holding finanzjarja jew kumpannija finanzjarja mħallta jew fuq is-sitwazzjoni subkonsolidata ta' sottogrupp ta' likwidità kif stabbilit fl-Artikoli 8 u 10. Għall-finijiet tal-Artikolu 11(3a), istituzzjonijiet li huma meħtieġa jikkonformaw mar-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 92a jew 92b fuq bażi konsolidata għandhom iwettqu konsolidazzjoni sħiħa tal-istituzzjonijiet u l-istituzzjonijiet finanzjarji kollha li jkunu s-sussidjarji tagħhom fil-gruppi ta' riżoluzzjoni rilevanti. 2. Impriżi ta' servizzi anċillari għandhom ikunu inklużi f'konsolidazzjoni fil-każijiet, u skont il-metodi, stabbiliti f'dan l-Artikolu. 3. Fejn l-impriżi jkunu relatati skont it-tifsira tal-Artikolu 22(7) tad-Direttiva 2013/34/UE, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw kif titwettaq il-konsolidazzjoni. 4. Is-superviżur konsolidanti għandu jeħtieġ il-konsolidazzjoni proporzjonali skont is-sehem tal-kapital miżmum tal-parteċipazzjonijiet fl-istituzzjonijiet u l-istituzzjonijiet finanzjarji mmaniġġati minn impriża inkluża fil-konsolidazzjoni flimkien ma' impriża waħda jew iktar mhux inklużi fil-konsolidazzjoni, meta l-obbligazzjoni ta' dawk l-impriżi tkun limitata għas-sehem tal-kapital li għandhom. 5. Fil-każ tal-parteċipazzjonijiet jew rabtiet kapitali għajr dawk imsemmija fil-paragrafi 1 u 4, awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw jekk għandhiex titwettaq konsolidazzjoni u kif għandha titwettaq. B'mod partikolari, huma jistgħu jippermettu jew jeħtieġu l-użu tal-metodu tal-ekwità. Dak il-metodu ma għandux, madankollu, jikkostitwixxi inklużjoni tal-impriżi konċernati f'superviżjoni fuq bażi konsolidata. 6. Awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw jekk għandhiex titwettaq konsolidazzjoni u kif din għandha titwettaq fil-każijiet li ġejjin:
B'mod partikolari, awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu jew jeħtieġu l-użu tal-metodu previst fl-Artikolu 22(7), (8) u (9) tad-Direttiva 2013/34/UE. Dak il-metodu ma għandux, madankollu, jikkostitwixxi inklużjoni tal-impriżi konċernati f'superviżjoni konsolidata. 7. Meta istituzzjoni għandha sussidjarja li hija impriża għajr istituzzjoni, istituzzjoni finanzjarja jew impriża ta' servizzi anċillari jew għandha parteċipazzjoni f'tali impriża, hija għandha tapplika l-metodu tal-ekwità lil dik is-sussidjarja jew il-parteċipazzjoni. Dak il-metodu ma għandux, madankollu, jikkostitwixxi inklużjoni tal-impriżi konċernati f'superviżjoni fuq bażi konsolidata. B'deroga mill-ewwel subparagrafu, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu jew jitolbu lill-istituzzjonijiet japplikaw metodu differenti għal tali sussidjarji jew parteċipazzjonijiet, inkluż il-metodu meħtieġ mill-qafas ta' kontabbiltà applikabbli, dment li:
8. Awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrikjedu konsolidazzjoni sħiħa jew proporzjonali ta' sussidjarja jew impriża li fiha istituzzjoni jkollha parteċipazzjoni meta dik is-sussidjarja jew impriża mhijiex istituzzjoni, istituzzjoni finanzjarja jew impriża ta' servizzi anċillari u fejn jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
9. L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-kondizzjonijiet li f'konformità magħhom għandha titwettaq il-konsolidazzjoni fil-każijiet imsemmija fil-paragrafi 3 sa 6 u l-paragrafu 8. L-ABE għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru 2020. Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.”; |
(13) |
L-Artikolu 22 jiġi sostitwit b'dan li ġej “Artikolu 22 Subkonsolidazzjoni fil-każ ta' entitajiet f'pajjiżi terzi 1. L-istituzzjonijiet sussidjarji għandhom japplikaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 89, 90 u 91 u l-Partijiet Tlieta, Erbgħa, u Sebgħa u r-rekwiżiti assoċjati ta' rappurtar stipulati fil-Parti Sebgħa A fuq il-bażi tas-sitwazzjoni subkonsolidata tagħhom jekk dawk l-istituzzjonijiet għandhom istituzzjoni jew istituzzjoni finanzjarja bħala sussidjarja f'pajjiż terz, jew ikollhom parteċipazzjoni f'tali impriża. 2. B'deroga mill-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-istituzzjonijiet sussidjarji jistgħu jagħżlu li ma japplikawx ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 89, 90 u 91 u l-Partijiet Tlieta, Erbgħa, u Sebgħa u r-rekwiżiti assoċjati ta' rappurtar stipulati fil-Parti Sebgħa A fuq il-bażi tas-sitwazzjoni subkonsolidata tagħhom meta l-assi totali u l-entrati li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ tas-sussidjarji tagħhom jew parteċipazzjonijiet f'pajjiżi terzi jkunu inqas minn 10 % tal-ammont totali tal-assi u tal-elementi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ tal-istituzzjoni sussidjarja.”; |
(14) |
it-titolu tal-Parti Tnejn jiġi sostitwit b'dan li ġej: “FONDI PROPRJI U OBBLIGAZZJONIJIET ELIĠIBBLI”; |
(15) |
fl-Artikolu 26, il-paragrafu 3 jiġi sostitwit b'dan li ġej: “3. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jevalwaw jekk il-ħruġ ta' strumenti kapitali jissodisfax il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 28, jew, fejn applikabbli, l-Artikolu 29. L-istituzzjonijiet għandhom jikklassifikaw il-ħruġ tal-istrumenti kapitali bħala strumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 biss wara li jingħataw permess mill-awtoritajiet kompetenti. B'deroga mill-ewwel subparagrafu, istituzzjonijiet jistgħu jikklassifikaw bħala strumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 ħruġ sussegwenti ta' forma ta' strumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 li għalihom ikunu diġà rċevew din l-awtorizzazzjoni, dment li jiġu ssodisfati ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkonsultaw lill-ABE qabel ma jingħata permess għal forom ġodda ta' strumenti kapitali sabiex jiġu kklassifikati bħala strumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu b'mod dovut l-opinjoni tal-ABE u, meta jiddeċiedu li jiddevjaw minnha, għandhom jiktbu lill-ABE fi żmien tliet xhur mid-data ta' meta jirċievu l-opinjoni tal-ABE billi jispjegaw ir-raġunament għad-devjazzjoni mill-opinjoni rilevanti. Dan is-subparagrafu ma għandux japplika għall-istrumenti kapitali msemmija fl-Artikolu 31. Abbażi ta' informazzjoni miġbura mill-awtoritajiet kompetenti, l-ABE għandha tistabbilixxi, iżżomm u tippubblika lista tal-forom kollha ta' strumenti kapitali f'kull Stat Membru li jikkwalifikaw bħala strumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1. Skont l-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, l-ABE tista' tiġbor kull informazzjoni b'rabta ma' strumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 li hija tqis meħtieġa biex tistabbilixxi l-konformità mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 28, jew fejn applikabbli, fl-Artikolu 29 ta' dan ir-Regolament u għall-fini li tinżamm u tiġi aġġornata l-lista msemmija f'dan is-subparagrafu. Wara l-proċess ta' analiżi stabbilit fl-Artikolu 80 u, fejn ikun hemm evidenza sinifikanti li l-istrumenti ta' kapital rilevanti ma jissodisfawx jew waqfu milli jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 28 jew, fejn applikabbli, l-Artikolu 29, l-ABE tista' tiddeċiedi li ma żżidx dawk l-istrumenti fil-lista msemmija fir-raba' subparagrafu jew tneħħihom minn dik il-lista, skont il-każ. L-ABE għandha tagħmel notifika f'dak is-sens u għandha tirreferi wkoll għall-pożizzjoni tal-awtorità kompetenti rilevanti dwar il-kwistjoni. Dan is-subparagrafu ma japplikax għall-istrumenti kapitali msemmija fl-Artikolu 31.”; |
(16) |
L-Artikolu 28 jiġi emendat kif ġej:
|
(17) |
fl-Artikolu 33(1), il-punt (c) jiġi sostitwit b'dan li ġej:
|
(18) |
L-Artikolu 36 jiġi emendat kif ġej:
|
(19) |
fl-Artikolu 37, jiżdied il-punt li ġej:
|
(20) |
fl-Artikolu 39(2), l-ewwel subparagrafu l-frażi introduttorja tiġi sostitwita b'dan li ġej: “Assi ta' taxxa differita li ma jiddependux fuq il-profittabbiltà futura għandhom ikunu limitati għal assi ta' taxxa differita li nħolqu qabel it-23 ta' Novembru 2016 u li jirriżultaw minn differenzi temporanji, meta jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:”; |
(21) |
fl-Artikolu 45, il-punt (a)(i) jiġi sostitwit b'dan li ġej:
|
(22) |
L-Artikolu 49 jiġi emendat kif ġej:
|
(23) |
L-Artikolu 52(1) jiġi emendat kif ġej:
|
(24) |
fl-Artikolu 54(1), jiżdied il-punt li ġej:
|
(25) |
fl-Artikolu 59, il-punt (a)(i) jiġi sostitwit b'dan li ġej:
|
(26) |
fl-Artikolu 62, il-punt (a) jiġi sostitwit b'dan li ġej:
|
(27) |
L-Artikolu 63 jiġi emendat kif ġej:
|
(28) |
L-Artikolu 64 jiġi sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 64 Amortizzazzjoni tal-istrumenti ta' Grad 2 1. L-ammont sħiħ tal-istrumenti ta' Grad 2 b'maturità residwa ta' iktar minn ħames snin għandu jikkwalifika bħala elementi ta' Grad 2. 2. Il-punt sa fejn strumenti ta' Grad 2 jikkwalifikaw bħala elementi ta' Grad 2 matul l-aħħar ħames snin ta' maturità tal-istrumenti jiġi kkalkulat billi r-riżultat derivat mill-kalkolu msemmi fil-punt (a) jiġi mmultiplikat bl-ammont imsemmi fil-punt (b) kif ġej:
|
(29) |
fl-Artikolu 66, jiżdied il-punt li ġej:
|
(30) |
fl-Artikolu 69, il-punt (a)(i) jiġi sostitwit b'dan li ġej:
|
(31) |
il-Kapitolu li ġej jiddaħħal wara l-Artikolu 72: “KAPITOLU 5a Obbligazzjonijiet eliġibbli
Artikolu 72a Elementi ta' obbligazzjonijiet eliġibbli 1. L-elementi ta' obbligazzjonijiet eliġibbli għandhom jikkonsistu minn dawn li ġejjin, sakemm ma jaqgħux fi kwalunkwe waħda mill-kategoriji ta' obbligazzjonijiet esklużi stipulati fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, u sal-limitu speċifikat fl-Artikolu 72c:
2. L-obbligazzjonijiet li ġejjin għandhom jiġu esklużi mill-elementi tal-obbligazzjonijiet eliġibbli:
Għall-finijiet tal- punt (l) tal-ewwel subparagrafu, strumenti ta' dejn li fihom għażliet ta' tifdija bikrija eżerċitabbli fid-diskrezzjoni totali tal-emittent jew tad-detentur, u strumenti ta' dejn b'interessi varjabbli li ġejjin minn rata ta' referenza ġeneralment użata bħall-Euribor jew il-Libor, ma għandhomx jitqiesu bħala strumenti ta' dejn b'derivattivi inkorporati unikament minħabba fatturi bħal dawn. Artikolu 72b Strumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli 1. L-obbligazzjonijiet għandhom jikkwalifikaw bħala strumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli dment li jikkonformaw mal-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu u biss sal-punt speċifikat f'dan l-Artikolu. 2. L-obbligazzjonijiet għandhom jikkwalifikaw bħala strumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli dment li l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin jiġu ssodisfati:
Għall-finijiet tal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, il-partijiet tal-obbligazzjonijiet li huma sottoskritti biss għandhom ikunu eliġibbli biex jikkwalifikaw bħala strumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli. Għall-finijiet tal-punt (d) tal-ewwel subparagrafu ta' dan l-Artikolu, fejn xi wħud mill-obbligazzjonijiet esklużi msemmija fl-Artikolu 72a(2) ikunu subordinati għal talbiet mhux garantiti ordinarji taħt il-liġi nazzjonali tal-insolvenza, fost l-oħrajn, minħabba li jkunu miżmuma minn kreditur li jkollu rabtiet mill-qrib mad-debitur, billi jkun jew billi kien azzjonist, f'relazzjoni ta' kontroll jew ta' grupp, membru tal-korp maniġerjali jew relatat ma' kwalunkwe waħda minn dawk il-persuni, is-subordinazzjoni ma għandhiex tiġi vvalutata b'referenza għat-talbiet li jirriżultaw minn dawn l-obbligazzjonijiet esklużi. 3. Minbarra l-obbligazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, l-awtorità ta' riżoluzzjoni tista' tippermetti li l-obbligazzjonijiet jikkwalifikaw bħala strumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli sa ammont aggregat li ma jaqbiżx it-3,5 % tal-ammont tal-iskopertura totali tar-riskju kkalkulat skont l-Artikolu 92(3) u (4), sakemm:
4. L-awtorità ta' riżoluzzjoni tista' tippermetti li obbligazzjonijiet jikkwalifikaw bħala strumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli barra mill-obbligazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2, dment li:
5. L-awtorità ta' riżoluzzjoni tista' biss tippermetti li istituzzjoni tinkludi l-obbligazzjonijiet imsemmija jew fil-paragrafu 3 jew 4 bħala elementi ta' obbligazzjonijiet eliġibbli. 6. L-awtorità ta' riżoluzzjoni għandha tikkonsulta lill-awtorità kompetenti meta teżamina jekk il-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu ġewx issodisfati. 7. L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika:
Dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji għandhom ikunu allinjati b'mod sħiħ mal-att delegat imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 28(5) u fil-punt (a) tal-Artikolu 52(2). L-ABE għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-28 ta' Diċembru 2019. Il-Kummissjoni hija ddelegata bis-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. Artikolu 72c Amortizzazzjoni ta' strumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli 1. L-istrumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli b'maturità residwa ta' mill-inqas sena għandhom jikkwalifikaw bis-sħiħ bħala elementi ta' obbligazzjonijiet eliġibbli. L-istrumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli b'maturità residwa ta' inqas minn sena ma għandhomx jikkwalifikaw bħala elementi ta' obbligazzjonijiet eliġibbli. 2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, meta strumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli jinkludu għażla ta' tifdija għad-detentur eżerċitabbli qabel il-maturità oriġinali ddikjarata tal-istrument, il-maturità tal-istrument għandha tiġi ddefinita bħala l-iktar data kmieni possibbli li fiha d-detentur jista' jeżerċita l-għażla ta' tifdija u jitlob it-tifdija jew il-ħlas lura tal-istrument. 3. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, meta strument ta' obbligazzjonijiet eliġibbli jinkludi inċentiv għall-emittent biex jixtri, jifdi, iħallas lura jew jixtri mill-ġdid l-istrument qabel il-maturità oriġinali ddikjarata tal-istrument, il-maturità tal-istrument għandha tiġi ddefinita bħala l-iktar data kmieni possibbli li fiha l-emittent jista' jeżerċita dik l-opzjoni u jitlob it-tifdija jew il-ħlas lura tal-istrument. 4. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, meta strument ta' obbligazzjonijiet eliġibbli jinkludi opzjonijiet ta' tifdija bikrija li huma eżerċitabbli fid-diskrezzjoni totali tal-emittent qabel il-maturità oriġinali ddikjarata tal-istrument, iżda fejn id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-istrument ma jinkludu l-ebda inċentiv biex l-istrument jinxtara, jiġi mifdi, jitħallas lura jew mixtri mill-ġdid qabel il-maturità u ma jinkludux l-ebda opzjoni ta' tifdija jew ħlas lura fid-diskrezzjoni tad-detenturi, il-maturità tal-istrument għandha tiġi definita bħala il-maturità oriġinali ddikjarata. Artikolu 72d Il-konsegwenzi jekk il-kundizzjonijiet tal-eliġibbiltà ma jibqgħux jiġu ssodisfati Meta fil-każ ta' strument ta' obbligazzjonijiet eliġibbli l-kondizzjonijiet applikabbli stabbiliti fl-Artikolu 72b ma jibqgħux jiġu ssodisfati, l-obbligazzjonijiet għandhom jieqfu immedjatament jikkwalifikaw bħala strumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli. L-obbligazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 72b(2) jistgħu jibqgħu jgħoddu bħala strumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli sakemm jikkwalifikaw bħala strumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli skont l-Artikolu 72b(3) jew (4).
Artikolu 72e Tnaqqis minn elementi ta' obbligazzjonijiet eliġibbli 1. L-istituzzjonijiet li huma soġġetti għall-Artikolu 92a għandhom inaqqsu dawn li ġejjin mill-elementi ta' obbligazzjonijiet eliġibbli:
2. Għall-finijiet ta' din it-Taqsima, l-istrumenti kollha li jikklassifikaw pari passu mal-istrumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli għandhom jiġu trattati bħala strumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli, bl-eċċezzjoni ta' strumenti li jikklassifikaw pari passu ma' strumenti rikonoxxuti bħala obbligazzjonijiet eliġibbli skont l-Artikolu 72b(3) u (4). 3. Għall-finijiet ta' din it-Taqsima, l-istituzzjonijiet jistgħu jikkalkulaw l-ammont ta' assi materjali ta' strumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli msemmija fl-Artikolu 72b(3) kif ġej:
fejn:
4. Meta istituzzjoni prinċipali tal-UE jew istituzzjoni prinċipali fi Stat Membru li hija soġġetta għall-Artikolu 92a jkollha assi materjali diretti, indiretti jew sintetiċi ta' strumenti ta' fondi proprji jew strumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli ta' sussidjarja waħda jew iktar li ma jappartjenux għall-istess grupp ta' riżoluzzjoni bħal dik l-istituzzjoni prinċipali, l-awtorità ta' riżoluzzjoni ta' dik l-istituzzjoni prinċipali, wara li tqis debitament l-opinjoni tal-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni ta' kwalunkwe sussidjarja kkonċernata, tista' tippermetti lill-istituzzjoni prinċipali tnaqqas tali parteċipazzjonijiet billi tnaqqas ammont iktar baxx speċifikat mill-awtorità ta' riżoluzzjoni ta' dik l-istituzzjoni prinċipali. Dak l-ammont aġġustat għandu jkun tal-inqas daqs l-ammont (m) ikkalkulat kif ġej:
Meta l-istituzzjoni prinċipali titħalla tnaqqas l-ammont aġġustat skont l-ewwel subparagrafu, id-differenza bejn l-ammont ta' parteċipazzjonijiet ta' strumenti ta' fondi proprji u ta' strumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli msemmija fl-ewwel subparagrafu u dak l-ammont aġġustat għandu jitnaqqas mis-sussidjarja. Artikolu 72f Tnaqqis ta' assi materjali ta' strumenti proprji ta' obbligazzjonijiet eliġibbli Għall-finijiet tal-punt (a) tal-Artikolu 72e(1), l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw assi materjali abbażi tal-pożizzjonijiet grossi twal soġġetti għall-eċċezzjonijiet li ġejjin:
Artikolu 72g Bażi ta' tnaqqis għal elementi ta' obbligazzjonijiet eliġibbli Għall-finijiet tal-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 72e(1), l-istituzzjonijiet għandhom inaqqsu l-pożizzjonijiet grossi twal soġġetti għall-eċċezzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 72h u 72i. Artikolu 72h Tnaqqis ta' assi materjali ta' obbligazzjonijiet eliġibbli ta' entitajiet G-SII oħra L-istituzzjonijiet li ma jkunux qed jagħmlu użu mill-eċċezzjoni stabbilita fl-Artikolu 72j għandhom jagħmlu t-tnaqqis imsemmi fil-punti (c) u (d) tal-Artikolu 72e(1) skont dawn li ġejjin:
Artikolu 72i Tnaqqis ta' obbligazzjonijiet eliġibbli meta l-istituzzjoni ma jkollhiex investiment sinifikanti f'entitajiet G-SII 1. Għall-finijiet tal-punt (c) tal-Artikolu 72e(1), l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-ammont applikabbli li jrid jitnaqqas billi jimmultiplikaw l-ammont imsemmi fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu bil-fattur derivat mill-kalkolu msemmi fil-punt (b) ta' dan il-paragrafu:
2. L-istituzzjonijiet għandhom jeskludu pożizzjonijiet ta' sottoskrizzjoni miżmuma għal ħamest ijiem tax-xogħol jew inqas mill-ammonti msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1 u mill-kalkolu tal-fattur skont il-punt (b) tal-paragrafu 1. 3. L-ammont li għandu jitnaqqas skont il-paragrafu 1 għandu jitqassam fuq kull strument tal-obbligazzjonijiet eliġibbli ta' entità G-SII miżmum mill-istituzzjoni. L-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw l-ammont ta' kull strument tal-obbligazzjonijiet eliġibbli li jitnaqqas skont il-paragrafu 1 billi l-ammont speċifikat fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu jiġi mmultiplikat bil-proporzjon speċifikat fil-punt (b) ta' dan il-paragrafu:
4. L-ammont ta' assi materjali imsemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 72e(1) li jkun ugwali għal jew inqas minn 10 % tal-elementi ta' Grad 1 ta' Ekwità Komuni tal-istituzzjoni wara l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a)(i), (a)(ii) u (a)(iii) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu ma għandux jitnaqqas u għandu jkun soġġett għall-ippeżar tar-riskji applikabbli skont il-Kapitolu 2 jew 3 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta u r-rekwiżiti stabbiliti fit-Titolu IV tal-Parti Tlieta, kif ikun applikabbli. 5. L-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw l-ammont ta' kull strument tal-obbligazzjonijiet eliġibbli li huwa mwieżen għar-riskji skont il-paragrafu 4 billi l-ammont ta' assi materjali meħtieġa li jkunu mwieżna għar-riskji skont il-paragrafu 4 jiġi mmultiplikat bil-proporzjon li jirriżulta mill-kalkolu speċifikat fil-punt (b) tal-paragrafu 3. Artikolu 72j Eċċezzjoni tal-portafoll tan-negozjar mit-tnaqqis minn elementi ta' obbligazzjonijiet eliġibbli 1. L-istituzzjonijiet jistgħu jiddeċiedu li ma jnaqqsux parti deżinjata mill-parteċipazzjoni diretta, indiretta u sintetika tagħhom ta' strumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli, li bħala aggregat u mkejla fuq bażi twila grossa tkun ugwali għal jew inqas minn 5 % tal-elementi ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 tal-istituzzjoni wara l-applikazzjoni tal-Artikoli 32 sa 36, dment li dawn il-kondizzjonijiet kollha li ġejjin jiġu ssodisfati:
2. L-ammonti tal-elementi li ma jitnaqqsux skont il-paragrafu 1 għandhom ikunu soġġetti għar-rekwiżiti ta' fondi proprji għal elementi fil-portafoll tan-negozjar. 3. Meta fil-każ ta' assi materjali mhux imnaqqsa skont il-paragrafu 1 il-kondizzjonijiet stabbiliti f'dak il-paragrafu ma jibqgħux jiġu ssodisfati, l-assi materjali għandhom jitnaqqsu skont l-Artikolu 72g mingħajr l-applikazzjoni tal-eċċezzjonijiet stipulati fl-Artikoli 72h u 72i.
Artikolu 72k Obbligazzjonijiet eliġibbli L-obbligazzjonijiet eliġibbli ta' istituzzjoni għandu jikkonsisti mill-elementi tal-obbligazzjonijiet eliġibbli tal-istituzzjoni wara t-tnaqqis imsemmi fl-Artikolu 72e. Artikolu 72l Fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli Il-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli ta' istituzzjoni għandhom jikkonsistu mis-somma tal-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli tagħha. (*11) Id-Direttiva 2014/49/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar skemi ta' garanzija tad-depożiti (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 149)." (*12) Id-Direttiva 98/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Mejju 1998 dwar finalità ta' saldu f'sistemi ta' saldu ta' pagamenti u titoli (ĠU L 166, 11.6.1998, p. 45).”;" |
(32) |
it-Titolu I tal-Parti Tnejn, tat-titolu tal-Kapitolu 6 jiġi sostitwit b'dan li ġej: “ Rekwiżiti ġenerali għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli ”; |
(33) |
L-Artikolu 73 jiġi emendat kif ġej:
|
(34) |
fl-Artikolu 75, il-frażi introduttorja tiġi sostitwita b'dan li ġej: “Ir-rekwiżiti ta' maturità għal pożizzjonijiet qosra msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 45, fil-punt (a) tal-Artikolu 59, fil-punt (a) tal-Artikolu 69 u fil-punt (a) tal-Artikolu 72h għandhom jitqiesu li ntlaħqu fir-rigward ta' pożizzjonijiet miżmuma meta jkunu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:”; |
(35) |
fl-Artikolu 76, il-paragrafi 1, 2 u 3 jiġu sostitwiti b'dan li ġej: “1. Għall-finijiet tal-punt (a) tal-Artikolu 42, tal-punt (a) tal-Artikolu 45, tal-punt (a) tal-Artikolu 57, tal-punt (a) tal-Artikolu 59, tal-punt (a) tal-Artikolu 67, tal-punt (a) tal-Artikolu 69 u tal-punt (a) tal-Artikolu 72h, l-istituzzjonijiet jistgħu jnaqqsu l-ammont ta' pożizzjoni twila fi strument kapitali bil-porzjon ta' indiċi li hu magħmul mill-istess skopertura sottostanti li qed tiġi ħħeġġjata, sakemm jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
2. Fejn l-awtorità kompetenti tkun tat il-permess minn qabel tagħha, istituzzjoni tista' tuża stima konservattiva tal-iskopertura sottostanti tal-istituzzjoni għall-istrumenti inklużi fl-indiċi bħala alternattiva għal istituzzjoni li tikkalkula l-iskopertura tagħha għall-elementi msemmija f'wieħed jew iktar minn dawn il-punti li ġejjin:
3. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu l-permess minn qabel imsemmi fil-paragrafu 2 biss meta l-istituzzjoni tkun uriet għas-sodisfazzjon tagħhom li jkun operazzjonalment ta' piż għall-istituzzjoni li timmonitorja l-iskopertura sottostanti tagħha għall-elementi msemmija f'wieħed jew iktar mill-punti tal-paragrafu 2, kif applikabbli.”; |
(36) |
L-Artikolu 77 jiġi sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 77 Kondizzjonijiet għat-tnaqqis ta' fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli 1. Istituzzjoni għandha tikseb il-permess minn qabel tal-awtorità kompetenti biex tagħmel kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:
2. Istituzzjoni għandha tikseb il-permess minn qabel tal-awtorità ta' riżoluzzjoni biex twettaq ix-xiri, it-tifdija, il-ħlas lura jew ix-xiri mill-ġdid ta' strumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli li mhumiex koperti mill-paragrafu 1, qabel id-data tal-maturità kuntrattwali tagħhom.”; |
(37) |
L-Artikolu 78 jiġi sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 78 Permess superviżorju għat-tnaqqis tal-fondi proprji 1. L-awtorità kompetenti għandha tagħti permess biex istituzzjoni tnaqqas, tixtri, tifdi, tħallas lura jew tixtri mill-ġdid strumenti ta' Grad 1 tal-Ekwità Komuni, Addizzjonali ta' Grad 1 jew ta' Grad 2, jew biex tnaqqas, tiddistribwixxi jew tikklassifika mill-ġdid kontijiet tal-premium azzjonarju relatati, meta xi waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin tiġi ssodisfata:
Meta l-istituzzjoni tipprovdi biżżejjed salvagwardji dwar il-kapaċità tagħha li topera b'fondi proprji li jeċċedu l-ammonti meħtieġa f'dan ir-Regolament u d-Direttiva 2013/36/UE, l-awtorità kompetenti tista' tagħti lil dik l-istituzzjoni permess ġenerali minn qabel biex tieħu kwalunkwe waħda mill-azzjonijiet stipulati fl-Artikolu 77(1) ta' dan ir-Regolament, soġġett għall-kriterji li jiżguraw li kwalunkwe azzjonijiet futuri bħal din tkun skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a) u (b) ta' dan il-paragrafu. Dan il-permess ġenerali minn qabel għandu jingħata biss għal perijodu speċifikat, li ma għandux jaqbeż is-sena, u wara jista' jiġi mġedded. Dan il-permess ġenerali minn qabel għandu jingħata għal ċertu ammont predeterminat, li għandu jiġi stabbilit mill-awtorità kompetenti. Fil-każ ta' strumenti ta' Grad 1 tal-Ekwità Komuni, dak l-ammont predeterminat ma għandux jaqbeż it-3 % tal-ħruġ rilevanti u ma għandux jaqbeż l-10 % tal-ammont li bih il-kapital ta' Grad 1 tal-Ekwità Komuni jeċċedi s-somma tar-rekwiżiti tal-kapital ta' Grad 1 tal-Ekwità Komuni stabbiliti f'dan ir-Regolament, fid-Direttivi 2013/36/UE u 2014/59/UE b'marġni li l-awtorità kompetenti tqis meħtieġ. Fil-każ ta' strumenti ta' Grad 1 Addizzjonali jew ta' Grad 2, dak l-ammont predeterminat ma għandux jaqbeż l-10 % tal-ħruġ rilevanti u ma għandux jaqbeż it-3 % tal-ammont totali ta' strumenti pendenti ta' Grad 1 Addizzjonali jew ta' Grad 2, kif applikabbli. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirtiraw il-permess ġenerali minn qabel meta l-istituzzjoni tikser kwalunkwe kriterju pprovdut għall-finijiet ta' dak il-permess. 2. Meta jivvalutaw is-sostenibbiltà tal-istrumenti ta' sostituzzjoni għall-kapaċità ta' introjtu tal-istituzzjoni msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw il-grad sa fejn dawk l-istrumenti kapitali ta' sostituzzjoni jkunu aktar għalja għall-istituzzjoni milli dawk l-istrumenti kapitali jew kontijiet tal-premium azzjonarju li jissostitwixxu. 3. Meta istituzzjoni tieħu azzjoni msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 77(1) u r-rifjut ta' tifdija ta' strumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 msemmija fl-Artikolu 27 ikun projbit mil-liġi nazzjonali applikabbli, l-awtorità kompetenti tista' teżenta l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, sakemm l-awtorità kompetenti teħtieġ li l-istituzzjoni tillimita t-tifdija ta' dawn l-istrumenti fuq bażi xierqa. 4. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jagħtu permess lill-istituzzjonijiet li jixtru, jifdu, jħallsu lura jew jixtru mill-ġdid strumenti ta' Grad 1 Addizzjonali jew ta' Grad 2 jew kontijiet tal-premium azzjonarju relatati matul il-ħames snin wara d-data tal-ħruġ tagħhom meta jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 u waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin:
5. L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika dan li ġej:
L-ABE għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-28 ta' Lulju 2013. Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.”; |
(38) |
jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 78a Permess biex jitnaqqsu strumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli 1. L-awtorità ta' riżoluzzjoni għandha tagħti permess biex istituzzjoni tixtri, tifdi, tħallas lura jew tixtri mill-ġdid strumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli meta waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin tiġi ssodisfata:
Meta istituzzjoni tipprovdi biżżejjed salvagwardji dwar il-kapaċità tagħha li topera bil-fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli billi teċċedi l-ammont tar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament u fid-Direttivi 2013/36/UE u 2014/59/UE, l-awtorità ta' riżoluzzjoni, wara li tikkonsulta lill-awtorità kompetenti, tista' tagħti lil dik l-istituzzjoni permess ġenerali minn qabel biex twettaq ix-xiri, il-fidi, il-pagamenti lura jew ix-xiri mill-ġdid ta' strumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli, soġġett għal kriterji li jiżguraw li kwalunkwe azzjoni futura bħal din tkun skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a) u (b) ta' dan il-paragrafu. Dak il-permess ġenerali minn qabel għandu jingħata biss għal perijodu speċifikat, li ma għandux jaqbeż is-sena, u wara jista' jiġi mġedded. Il-permess ġenerali minn qabel għandu jingħata għal ċertu ammont predeterminat, li għandu jiġi stabbilit mill-awtorità ta' riżoluzzjoni. L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom jinformaw lill-awtoritajiet kompetenti dwar kwalunkwe permess ġenerali mogħti minn qabel. L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom jirtiraw il-permess ġenerali minn qabel meta istituzzjoni tikser kwalunkwe kriterju pprovdut għall-finijiet ta' dak il-permess. 2. Meta skont il-punt (a) tal-paragrafu 1 tkun qed tiġi vvalutata s-sostenibbiltà tal-istrumenti ta' sostituzzjoni għall-kapaċità ta' introjtu tal-istituzzjoni, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom jikkunsidraw sa fejn dawk l-istrumenti kapitali jew l-obbligazzjonijiet ta' sostituzzjoni eliġibbli jkunu ta' spiża akbar għall-istituzzjoni milli dawk li jissostitwixxu. 3. L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika dan li ġej:
Għall-finijiet tal-punt (d) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji għandhom ikunu allinjati b'mod sħiħ mal-att delegat imsemmi fl-Artikolu 78. L-ABE għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-28 ta' Diċembru 2019. Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.”; |
(39) |
L-Artikolu 79 jiġi emendat kif ġej:
|
(40) |
l-Artikolu li ġej jiddaħħal: “Artikolu 79a Valutazzjoni ta' konformità mal-kondizzjonijiet għal fondi proprji u strumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli L-istituzzjonijiet għandhom iqisu l-karatteristiċi sostanzjali tal-istrumenti u mhux biss il-forma legali tagħhom meta tkun qed tiġi valutata l-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Parti Tnejn. Il-valutazzjoni tal-aspetti sostanzjali ta' strument għandha tqis l-arranġamenti kollha relatati mal-istrumenti, anki meta dawn mhumiex stipulati b'mod espliċitu fit-termini u l-kondizzjonijiet tal-istrumenti nfushom, bil-għan li jiġi stabbilit li l-effetti ekonomiċi kkombinati ta' dawn l-arranġamenti huma konformi mal-objettiv tad-dispożizzjonijiet rilevanti.”; |
(41) |
L-Artikolu 80 jiġi emendat kif ġej:
|
(42) |
fl-Artikolu 81, il-paragrafu 1 jiġi sostitwit b'dan li ġej: “1. Interessi minoritarji għandhom jinkludu s-somma tal-elementi ta' sussidjarja ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 meta l-kondizzjonijiet li ġejjin jiġu ssodisfati:
|
(43) |
L-Artikolu 82 jiġi sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 82 Kapital kwalifikattiv ta' Grad 1 Addizzjonali, ta' Grad 1, ta' Grad 2 u fondi proprji kwalifikattivi Kapital kwalifikattiv ta' Grad 1 Addizzjonali, ta' Grad 1, ta' Grad 2 u fondi proprji kwalifikattivi għandhom jinkludu l-interess minoritarju, l-istrumenti Addizzjonali ta' Grad 1 jew ta' Grad 2, kif applikabbli, flimkien mal-profitt miżmum u l-kontijiet tal-premium azzjonarju relatati, ta' sussidjarja meta l-kondizzjonijiet li ġejjin jiġu ssodisfati:
|
(44) |
fl-Artikolu 83(1), il-frażi introduttorja tiġi sostitwita b'dan li ġej: “1. Strumenti ta' Grad 1 Addizzjonali u ta' Grad 2 maħruġa minn entità b'għan speċjali, u l-kontijiet tal-premium azzjonarju relatati, ikunu inklużi sal-31 ta' Diċembru 2021 fil-kapital kwalifikattiv ta' Grad 1 Addizzjonali, Grad 1 jew ta' Grad 2 jew fil-fondi proprji kwalifikattivi, kif applikabbli, biss meta l-kondizzjonijiet li ġejjin jiġu ssodisfati:”; |
(45) |
jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 88a Strumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli Obbligazzjonijiet maħruġa minn sussidjarja stabbilita fl-Unjoni li tappartjeni għall-istess grupp ta' riżoluzzjoni bħala l-entità ta' riżoluzzjoni għandhom jikkwalifikaw għall-inklużjoni fl-istrumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli konsolidati ta' istituzzjoni soġġett għall-Artikolu 92a, dment li jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
|
(46) |
L-Artikolu 92 jiġi emendat kif ġej:
|
(47) |
jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin: “Artikolu 92a Rekwiżiti għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli għall-G-SII 1. Soġġetti għall-Artikoli 93 u 94 u għall-eċċezzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, l-istituzzjonijiet identifikati bħala entitajiet ta' riżoluzzjoni u li huma G-SII jew huma parti minn G-SII għandhom dejjem jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli:
2. Ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1 ma għandhomx japplikaw fil-każijiet li ġejjin:
3. Meta l-aggregat li jirriżulta mill-applikazzjoni tar-rekwiżit stabbilit fil-punt (a) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għal kull entità ta' riżoluzzjoni tal-istess G-SII jaqbeż ir-rekwiżit għall-fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli kkalkulati skont l-Artikolu 12a ta' dan ir-Regolament, l-awtorità ta' riżoluzzjoni tal-istituzzjoni prinċipali tal-UE tista', wara li tkun ikkonsultat l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni l-oħra rilevanti, taġixxi skont l-Artikolu 45d(4) jew 45h(1) tad-Direttiva 2014/59/UE. Artikolu 92b Rekwiżit għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli għall-G-SIIs mhux tal-UE 1. L-istituzzjonijiet li huma sussidjarji materjali ta' G-SIIs mhux tal-UE u li mhumiex entitajiet ta' riżoluzzjoni għandhom dejjem jissodisfaw rekwiżit għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli ugwali għal 90 % tar-rekwiżiti għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli stabbiliti fl-Artikolu 92a. 2. Għall-fini ta' konformità mal-paragrafu 1, l-istrumenti ta' Grad 1 Addizzjonali, ta' Grad 2 u tal-obbligazzjonijiet eliġibbli għandhom jitqiesu biss fejn dawk l-istrumenti huma s-sjieda tal-impriża prinċipali apikali ta' G-SII mhux fl-UE u nħarġu direttament jew indirettament permezz ta' entitajiet oħra fi ħdan l-istess grupp, sakemm dawn l-entitajiet kollha huma stabbiliti fl-istess pajjiż terz bħala dik l-intrapriża prinċipali apikali jew fi Stat Membru. 3. Strument tal-obbligazzjonijiet eliġibbli għandu jitqies biss għall-fini ta' konformità mal-paragrafu 1 fejn dan jissodisfa l-kondizzjonijiet addizzjonali kollha li ġejjin:
|
(48) |
L-Artikolu 94 jiġi sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 94 Deroga għal negozji żgħar fil-portafoll tan-negozjar 1. B'deroga mill-punt (b) tal-Artikolu 92(3), l-istituzzjonijiet jistgħu jikkalkulaw ir-rekwiżit ta' fondi proprji għan-negozju tal-portafoll tan-negozjar tagħhom skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu dment li d-daqs tan-negozju fil-portafoll tan-negozjar fil-karta tal-bilanċ u barra l-karta tal-bilanċ tal-istituzzjonijiet huwa daqs jew inqas miż-żewġ livelli limitu li ġejjin abbażi ta' valutazzjoni mwettqa fuq bażi ta' kull xahar bl-użu tad-data sal-aħħar jum tax-xahar:
2. Fejn iż-żewġ kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 jiġu ssodisfati, l-istituzzjonijiet jistgħu jikkalkulaw ir-rekwiżit ta' fondi proprji għan-negozju tal-portafoll tan-negozjar tagħhom kif ġej:
3. L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw id-daqs tan-negozju tal-portafoll tan-negozjar fil-karta tal-bilanċ u barra l-karta tal-bilanċ tagħhom abbażi tad-data sal-aħħar jum ta' kull xahar għall-finijiet tal-paragrafu 1 skont ir-rekwiżiti li ġejjin:
4. Fejn jintlaħqu ż-żewġ kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, irrispettivament mill-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 74 u 83 tad-Direttiva 2013/36/UE, l-Artikolu 102(3) u (4), l-Artikoli 103 u 104b ta' dan ir-Regolament ma għandhomx japplikaw. 5. L-istituzzjonijiet għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti meta jikkalkulaw, jew jieqfu jikkalkulaw, ir-rekwiżiti ta' fondi proprji tan-negozju tal-portafoll tan-negozjar tagħhom skont il-paragrafu 2. 6. Istituzzjoni li ma tibqax tissodisfa waħda jew iktar mill-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 għandha tinnotifika mill-ewwel lill-awtorità kompetenti dwar dan. 7. Istituzzjoni għandha tieqaf tikkalkola r-rekwiżiti ta' fondi proprji tan-negozju tal-portafoll tan-negozjar tagħha skont dan il-paragrafu 2 fi żmien tliet xhur li jseħħ wieħed minn dawn li ġejjin:
8. Meta istituzzjoni ma baqgħetx tikkalkula r-rekwiżiti ta' fondi proprji tan-negozju tal-portafoll tan-negozjar tagħha skont dan l-Artikolu, għandha tkun permessa biss tikkalkula r-rekwiżiti ta' fondi proprji tan-negozju tal-portafoll tan-negozjar tagħha skont dan l-Artikolu meta turi lill-awtorità kompetenti li ġew issodisfati l-kondizzjonijiet kollha stabbiliti fil-paragrafu 1 għal perijodu sħiħ mhux interrott ta' sena. 9. L-istituzzjonijiet ma għandhomx jidħlu fi, jixtru jew ibiegħu pożizzjoni tal-portafoll tan-negozjar bl-uniku skop li jikkonformaw ma' waħda mill-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 matul il-valutazzjoni ta' kull xahar.”; |
(49) |
fit-Titolu I tal-Parti Tlieta, il-Kapitolu 2 huwa mħassar; |
(50) |
L-Artikolu 102 jiġi emendat kif ġej:
|
(51) |
L-Artikolu 103 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 103 Ġestjoni tal-portafoll tan-negozjar 1. L-istituzzjonijiet għandu jkollhom fis-seħħ politiki u proċeduri definiti b'mod ċar għall-immaniġġjar globali tal-portafoll tan-negozjar. Dawn il-politiki u proċeduri għandhom mill-inqas jindirizzaw:
2. Fl-immaniġġjar tal-pożizzjonijiet jew tal-portafolli ta' pożizzjonijiet tagħha fil-portafoll tan-negozjar, l-istituzzjoni għandha tikkonforma mar-rekwiżiti kollha li ġejjin:
|
(52) |
fl-Artikolu 104, jitħassar il-paragrafu 2; |
(53) |
jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin: “Artikolu 104a Riklassifikazzjoni ta' pożizzjoni 1. L-istituzzjonijiet għandu jkollhom fis-seħħ politiki definiti b'mod ċar biex jiġu identifikati ċ-ċirkostanzi eċċezzjonali li jiġġustifikaw ir-riklassifikazzjoni ta' pożizzjoni tan-negozjar bħala portafoll mhux tan-negozjar jew, għall-kuntrarju, ir-riklassifikazzjoni ta' pożizzjoni mhux tan-negozjar bħala pożizzjoni fil-portafoll tan-negozjar, għall-fini li jiġu determinati r-rekwiżiti ta' fondi proprji tagħhom għas-sodisfazzjon tal-awtoritajiet kompetenti. L-istituzzjonijiet għandhom jirrevedu dawk il-politiki tal-inqas darba fis-sena. L-ABE għandha tissorvelja l-firxa ta' prattiki superviżorji u għandha toħroġ linji gwida skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 sat-28 ta' Ġunju 2024 dwar it-tifsira ta' ċirkostanzi eċċezzjonali għall-finijiet ta' l-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu. Sakemm l-ABE toħroġ dawk il-linji gwida, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-ABE dwar, u jipprovdu r-raġuni għal, id-deċiżjonijiet tagħhom dwar jekk jagħtux jew le permess lil istituzzjoni biex tirriklassifika pożizzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu. 2. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu permess biex pożizzjoni fil-portafoll tan-negozjar tiġi riklassifikata bħala pożizzjoni fil-portafoll mhux tan-negozjar jew għall-kuntrarju pożizzjoni fil-portafoll mhux tan-negozjar bħala pożizzjoni fil-portafoll tan-negozjar għall-fini li jiġu determinati r-rekwiżiti ta' fondi proprji tagħhom fil-każ biss meta l-istituzzjoni tkun ipprovdiet lill-awtoritajiet kompetenti b'evidenza bil-miktub li d-deċiżjoni tagħha li terġa' tikklassifika dik il-pożizzjoni hija r-riżultat ta' ċirkostanza eċċezzjonali li hija konsistenti mal-politiki li l-istituzzjoni għandha fis-seħħ skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. Għal dan il-għan, l-istituzzjoni għandha tipprovdi biżżejjed evidenza li l-pożizzjoni ma għadhiex tissodisfa l-kondizzjoni biex tiġi kklassifikata bħala pożizzjoni fil-portafoll tan-negozjar jew mhux tan-negozjar skont l-Artikolu 104. Id-deċiżjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tiġi approvata mill-korp maniġerjali. 3. Meta l-awtorità kompetenti tat il-permess għar-riklassifikazzjoni ta' pożizzjoni skont il-paragrafu 2, l-istituzzjoni li tirċievi dak il-permess għandha:
4. L-istituzzjoni għandha tikkalkula l-bidla netta fl-ammont tar-rekwiżiti tal-fondi proprji tagħha li tirriżulta mir-riklassifikazzjoni tal-pożizzjoni, bħala d-differenza bejn ir-rekwiżiti ta' fondi proprji immedjatament wara r-riklassifikazzjoni u r-rekwiżiti ta' fondi proprji immedjatament qabel ir-riklassifikazzjoni, kull wieħed ikkalkulat skont l-Artikolu 92. Il-kalkolu ma għandu jieħu kont tal-effetti tal-ebda fattur ieħor apparti r-riklassifikazzjoni. 5. Ir-riklassifikazzjoni ta' pożizzjoni skont dan l-Artikolu għandha tkun irrevokabbli. Artikolu 104b Rekwiżiti għall-post tan-negozjar 1. Għall-finijiet tar-rekwiżit ta' rappurtar stabbilit fl-Artikolu 430b(3), l-istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu postijiet tan-negozjar u għandhom jassenjaw kull waħda mill-pożizzjonijiet fil-portafoll tan-negozjar tagħhom lil wieħed minn dawk il-postijiet tan-negozjar. Il-pożizzjonijiet fil-portafoll tan-negozjar għandhom jiġu attribwiti lill-istess portafoll tan-negozjar fil-każ biss meta jkunu jissodisfaw l-istrateġija tan-negozjar miftiehma għall-post tan-negozjar u huma ġestiti b'mod konsistenti u mmonitorjati skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu. 2. Il-postijiet tan-negozjar tal-istituzzjonijiet għandhom dejjem jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha li ġejjin:
3. B'deroga mill-punt (b) tal-paragrafu 2, istituzzjoni tista' tassenja lil negozjant aktar minn post tan-negozjar wieħed, dment li l-istituzzjoni turi għas-sodisfazzjoni tal-awtorità kompetenti tagħha li l-ħidma saret minħabba l-konsiderazzjonijiet tan-negozju jew tar-riżorsi u l-ħidma tippreserva r-rekwiżiti kwalitattivi oħra stabbiliti f'dan l-Artikolu applikabbli għal negozjanti u postijiet tan-negozjar. 4. L-istituzzjonijiet għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti dwar il-mod li bih huma jikkonformaw mal-paragrafu 2. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrikjedu lil istituzzjoni tibdel l-istruttura jew l-organizzazzjoni tal-postijiet tan-negozjar tagħha biex tikkonforma ma' dan l-Artikolu.”; |
(54) |
L-Artikolu 105 jiġi emendat kif ġej:
|
(55) |
L-Artikolu 106 jiġi emendat kif ġej:
|
(56) |
fl-Artikolu 107, il-paragrafu 3 jiġi sostitwit b'dan li ġej: “3. Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, l-iskoperturi għal ditti ta' investiment ta' pajjiż terz, għal istituzzjoni ta' kreditu ta' pajjiż terz u għal kambju ta' pajjiż terz għandhom jiġu ttrattati bħala skoperturi għal istituzzjoni fil-każ biss meta l-pajjiż terz japplika rekwiżiti prudenzjali u superviżorji għal dik l-entità li huma tal-inqas ekwivalenti għal dawk applikati fl-Unjoni.”; |
(57) |
L-Artikolu 117, paragrafu 2 jiġi emendat kif ġej:
|
(58) |
fl-Artikolu 118, il-punt (a) jiġi sostitwit b'dan li ġej:
|
(59) |
fl-Artikolu 123, għandu jiżdied il-paragrafu li ġej: “Skoperturi minħabba self mogħti minn istituzzjoni ta' kreditu lill-pensjonanti jew impjegati b'kuntratt permanenti kontra t-trasferiment mingħajr kondizzjonijiet ta' parti mill-pensjoni jew mis-salarju ta' min jissellef lil dik l-istituzzjoni ta' kreditu għandhom jiġu assenjati ponderazzjoni tar-riskju ta' 35 %, dment li jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
|
(60) |
L-Artikolu 124 jiġi sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 124 Skoperturi garantiti permezz ta' ipoteki fuq proprjetà immobbli 1. Skopertura jew kwalunkwe parti minn skopertura totalment iggarantita permezz ta' ipoteka fuq proprjetà immobbli għandha tiġi assenjata piż tar-riskju ta' 100 %, meta l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 125 jew 126 ma jiġux issodisfati, ħlief għal kwalunkwe parti tal-iskopertura li tkun assenjata lil klassi ta' skopertura oħra. Il-parti tal-iskopertura li taqbeż il-valur tal-ipoteka tal-proprjetà immobbli għandha tiġi assenjata l-piż tar-riskju applikabbli għall-iskoperturi mhux iggarantiti tal-kontroparti involuta. Il-parti minn skopertura li hija ttrattata bħala totalment iggarantita permezz ta' proprjetà immobbli ma għandhiex tkun akbar mill-ammont mirhun tal-valur tas-suq jew f'dawk l-Istati Membri li jkunu stabbilixxew kriterji rigorużi għall-valutazzjoni tal-valur tas-self ipotekarju f'dispożizzjonijiet statutorji jew regolatorji, il-valur tas-self ipotekarju tal-proprjetà immobbli inkwistjoni. 1a. L-Istati Membri għandhom jiddeżinjaw awtorità li tkun responsabbli għall-applikazzjoni tal-paragrafu 2. Dik l-awtorità għandha tkun l-awtorità kompetenti jew l-awtorità deżinjata. Fejn l-awtorità deżinjata minn Stat Membru għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu hija l-awtorità kompetenti, hija għandha tiżgura li l-korpi u l-awtoritajiet nazzjonali rilevanti li jkollhom mandat makroprudenzjali jiġu infurmati kif dovut bl-intenzjoni tal-awtorità kompetenti li tagħmel użu minn dan l-Artikolu, u jiġu involuti kif jixraq fil-valutazzjoni ta' tħassib ta' stabbiltà finanzjarja fl-Istat Membru tagħha f'konformità mal-paragrafu 2. Fejn l-awtorità deżinjata mill-Istat Membru għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu hija differenti mill-awtorità kompetenti, l-Istat Membru għandu jadotta d-dispożizzjonijiet meħtieġa biex jiżgura koordinazzjoni u skambju ta' informazzjoni xierqa bejn l-awtorità kompetenti u l-awtorità deżinjata għall-applikazzjoni xierqa ta' dan l-Artikolu. B'mod partikolari, l-awtoritajiet għandhom ikunu meħtieġa jikkooperaw mill-qrib u li jikkondividu l-informazzjoni kollha li tista' tkun neċessarja għall-prestazzjoni xierqa tad-dmirijiet imposti fuq l-awtorità deżinjata skont dan l-Artikolu. Dik il-kooperazzjoni għandha timmira li tevita kwalunkwe forma ta' azzjoni duplikata jew inkonsistenti bejn l-awtorità kompetenti u l-awtorità deżinjata, kif ukoll li jkun żgurat li l-interazzjoni ma' miżuri oħra, b'mod partikolari miżuri meħuda skont l-Artikolu 458 ta' dan ir-Regolament u l-Artikolu 133 tad-Direttiva 2013/36/UE, titqies kif jixraq. 2. Abbażi tad-data miġbura skont l-Artikolu 430a u kwalunkwe indikatur rilevanti ieħor, l-awtorità deżinjata skont il-paragrafu 1a ta' dan l-Artikolu għandha perjodikament, u mill-inqas annwalment, tivvaluta jekk il-piż tar-riskju ta' 35 % għal skoperturi ta' segment wieħed jew aktar ta' proprjetà ggarantit/i b'ipoteki fuq proprjetà residenzjali kif imsemmi fl-Artikolu 125 li jinsab/u f'parti waħda jew aktar tat-territorju tal-Istat Membru tal-awtorità rilevanti huma u l-piż tar-riskju ta' 50 % għal skoperturi ggarantiti b'ipoteki fuq proprjetà immobbli kummerċjali msemmija fl-Artikolu 126 li jinsabu f'waħda jew aktar mit-territorji tal-Istat Membru tal-awtorità rilevanti huma bbażati kif xieraq fuq:
Fejn, abbażi tal-valutazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, l-awtorità deżinjata skont il-paragrafu 1a ta' dan l-Artikolu tikkonkludi li l-piżijiet tar-riskju stabbiliti fl-Artikolu 125(2) u 126(2) ma jirriflettux b'mod adegwat ir-riskji attwali relatati ma' segment wieħed jew aktar tal-proprjetà ta' skoperturi garantiti kompletament permezz ta' ipoteki fuq proprjetà residenzjali jew fuq proprjetà kummerċjali immobbli li jinsabu f'parti waħda jew iktar tat-territorju tal-Istat Membru tal-awtorità rilevanti, u jekk tqis li din l-inadegwatezza ta' piżijiet ta' riskju jista' jkollha effett negattiv fuq l-istabbiltà finanzjarja attwali jew futura fl-Istat Membru tagħha, hija tista' żżid il-piżijiet tar-riskju applikabbli għal dawk l-iskoperturi fi ħdan meded stabbiliti fir-raba' subparagrafu ta' dan il-paragrafu jew timponi kriterji aktar stretti minn dawk stabbiliti fl-Artikolu 125(2) jew 126(2). L-awtorità deżinjata skont il-paragrafu 1a ta' dan l-Artikolu għandha tinnotifika lill-ABE u lill-BERS bi kwalunkwe aġġustament għall-piżijiet tar-riskju u l-kriterji applikati skont dan il-paragrafu. Fi żmien xahar minn meta jirċievu dik in-notifika, l-ABE u l-BERS għandhom jipprovdu l-opinjoni tagħhom lill-Istat Membru kkonċernat. L-ABE u l-BERS għandhom jippubblikaw il-piżijiet tar-riskju u l-kriterji għall-iskoperturi msemmija fl-Artikoli 125, 126 u l-punt (a) tal-Artikolu 199(1) kif implimentati mill-awtorità rilevanti. Għall-finijiet tat-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu, l-awtorità deżinjata skont il-paragrafu 1a tista' tistabbilixxi l-piżijiet tar-riskju fil-meded li ġejjin:
3. Meta l-awtorità deżinjata skont il-paragrafu 1a tistabbilixxi piżijiet tar-riskju ogħla jew kriterji aktar stretti skont it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2, l-istituzzjonijiet għandu jkollhom perijodu transizzjonali ta' sitt xhur biex japplikawhom. 4. L-ABE, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-BERS, għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-kriterji rigorużi għall-valutazzjoni tal-valur tas-self ipotekarju msemmi fil-paragrafu 1 u t-tipi ta' fatturi li jridu jiġu kkunsidrati għall-valutazzjoni tal-adegwatezza tal-piżijiet ta' riskju msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2. L-ABE għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru 2019. Is-setgħa hija delegata lill-Kummissjoni biex tissupplimenta lil dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. 5. Il-BERS jista', permezz ta' rakkomandazzjonijiet skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1092/2010, u f'kooperazzjoni mill-qrib mal-ABE, jagħti gwida lill-awtoritajiet deżinjati skont il-paragrafu 1a ta' dan l-Artikolu dwar dan li ġej:
6. L-istituzzjonijiet ta' Stat Membru għandhom japplikaw il-piżijiet tar-riskji u l-kriterji li ġew stabbiliti mill-awtoritajiet ta' Stat Membru ieħor skont il-paragrafu 2 għall-iskoperturi korrispondenti kollha tagħhom garantiti permezz ta' ipoteki fuq proprjetà residenzjali jew proprjetà immobbli kummerċjali li jinsabu f'parti waħda jew aktar ta' dak l-Istat Membru.”; |
(61) |
fl-Artikolu 128, il-paragrafi 1 u 2 jiġu sostitwiti ma' dawn li ġejjin: “1. L-istituzzjonijiet għandhom jassenjaw ponderazzjoni tar-riskju ta' 150 % lill-iskoperturi li huma assoċjati ma' riskji partikolarment għoljin. 2. Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, l-istituzzjonijiet għandhom kwalunkwe waħda mill-iskoperturi li ġejjin bħala skoperturi assoċjati ma' riskji partikolarment għoljin:
|
(62) |
L-Artikolu 132 jiġi sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 132 Rekwiżiti ta' fondi proprji għal skoperturi fil-forma ta' unitajiet jew azzjonijiet fis-CIUs 1. L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-ammont tal-iskopertura ponderata għar-riskju għall-iskoperturi tagħhom fil-forma ta' unitajiet jew azzjonijiet f'CIU billi jimmultiplikaw l-ammont tal-iskopertura ponderata għar-riskju tal-iskoperturi tas-CIU, ikkalkulat skont l-approċċi msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2, bil-perċentwal ta' unitajiet jew azzjonijiet miżmuma minn dawk l-istituzzjonijiet. 2. Meta l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu jiġu ssodisfati, l-istituzzjonijiet jistgħu japplikaw il-prinċipju taċ-ċar kristall skont l-Artikolu 132a(1) jew l-approċċ ibbażat fuq il-mandat skont l-Artikolu 132a(2). Soġġett għall-Artikolu 132b(2), l-istituzzjonijiet li ma japplikawx il-prinċipju taċ-ċar kristall jew l-approċċ ibbażat fuq il-mandat għandhom jassenjaw ponderazzjoni tar-riskju ta' 1 250 % (“approċċ ta' riżerva”) għall-iskoperturi tagħhom fil-forma ta' unitajiet jew azzjonijiet f'CIU. L-istituzzjonijiet jistgħu jikkalkulaw l-iskopertura mwieżna għar-riskju għall-iskoperturi tagħhom fil-forma ta' unitajiet jew azzjonijiet f'CIU billi jużaw kombinament tal-approċċi msemmija f'dan l-ewwel paragrafu, sakemm jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet għall-użu ta' dawk l-approċċi. 3. L-istituzzjonijiet jistgħu jiddeterminaw l-ammont ta' skopertura mwieżna għar-riskju ta' skopertura ta' CIU skont l-approċċi stabbiliti fl-Artikolu 132a meta jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
B'deroga mill-punt (a) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, il-banek ta' żvilupp multilaterali u bilaterali u istituzzjonijiet oħra li jikkoinvestu f'CIU ma' banek ta' żvilupp multilaterali jew bilaterali jistgħu jiddeterminaw l-ammont ta' skopertura ponderata għar-riskju ta' dawk l-iskoperturi ta' CIU skont l-approċċi stabbiliti fl-Artikolu 132a dment li l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punti (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu huma ssodisfati u li l-mandat tal-investiment tas-CIU tillimita t-tipi ta' assi li s-CIU tista' tinvesti f'assi li jippromwovu żvilupp sostenibbli f'pajjiżi li qed jiżviluppaw. L-istituzzjonijiet għandhom jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti tagħhom dwar is-CIUs li għalihom japplikaw it-trattament imsemmi fit-tieni subparagrafu. B'deroga mill-punt (c)(i) tal-ewwel subparagrafu, meta l-istituzzjoni tiddetermina l-ammont ta' skopertura ponderata għar-riskju ta' skopertura tas-CIU skont l-approċċ ibbażat fuq il-mandat, ir-rappurtar mis-CIU jew il-kumpannija maniġerjali tas-CIU lill-istituzzjoni jista' jkun limitat għall-mandat tal-investiment tas-CIU u kull tibdil tiegħu u jista' jsir biss meta l-istituzzjoni ġġarrab l-iskopertura lis-CIU għall-ewwel darba u meta jkun hemm tibdil fil-mandat tal-investiment tas-CIU. 4. L-istituzzjonijiet li ma għandhomx data jew informazzjoni xierqa biex jikkalkulaw l-ammont tal-iskopertura mwieżna għar-riskju ta' skopertura ta' CIU skont l-approċċi stabbiliti fl-Artikolu 132a jistgħu jibbażaw ruħhom fuq il-kalkoli ta' parti terzi, sakemm jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
L-istituzzjonijiet li jibbażaw ruħhom fuq il-kalkoli ta' parti terza għandhom jimmultiplikaw l-ammont tal-iskopertura mwieżna għar-riskju ta' skopertura ta' CIU li tirriżulta minn dawn il-kalkoli b'fattur ta' 1,2. B'deroga mit-tieni subparagrafu, meta l-istituzzjoni jkollha aċċess mhux ristrett għall-kalkoli dettaljati mwettqa minn parti terza, il-fattur ta' 1,2 ma għandux japplika. L-istituzzjoni għandha tipprovdi dawk il-kalkoli lill-awtorità kompetenti tagħha fuq talba. 5. Meta istituzzjoni tapplika l-approċċi msemmija fl-Artikolu 132a għall-fini li tikkalkula l-ammont tal-iskopertura ponderata għar-riskju ta' skopertura ta' CIU (“CIU ta' livell 1”), u kwalunkwe waħda mill-iskoperturi sottostanti tas-CIU ta' livell 1 hija skopertura fil-forma ta' unitajiet jew azzjonijiet f'CIU oħra (“CIU ta' livell 2”), l-ammont tal-iskopertura ponderata għar-riskju tal-iskoperturi tas-CIU ta' livell 2 jista' jiġi kkalkulat permezz ta' kwalunkwe wieħed mit-tliet approċċi deskritti fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu. L-istituzzjoni tista' tuża l-prinċipju taċ-ċar kristall biex tikkalkula l-ammonti tal-iskopertura ponderata għar-riskju tal-iskoperturi tas-CIU fil-livell 3 u kwalunkwe livell sussegwenti, fil-każ biss fejn użat dak l-approċċ għall-kalkolu fil-livell preċedenti. Fi kwalunkwe xenarju ieħor, din għandha tuża l-approċċ ta' riżerva. 6. L-ammont tal-iskopertura ponderata għar-riskju għall-iskoperturi ta' CIU kkalkulat skont il-prinċipju taċ-ċar kristall u l-approċċ ibbażat fuq il-mandat kif stabbilit fl-Artikolu 132a (1) u (2) għandu jiġi limitat għall-ammont ponderat għar-riskju ta' dawk l-iskoperturi ta' CIU kkalkulat skont l-approċċ ta' riżerva. 7. Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-istituzzjonijiet li japplikaw l-approċċ taċ-ċar kristall skont l-Artikolu 132a(1) jistgħu jikkalkulaw l-ammont tal-iskopertura ponderata għar-riskju għall-iskoperturi tagħhom fil-forma ta' unitajiet jew azzjonijiet f'CIU billi jimmultiplikaw il-valuri tal-iskoperturi ta' dawk l-iskoperturi, ikkalkulati skont l-Artikolu 111, bil-piż tar-riskju () ikkalkulat skont il-formula stipulata fl-Artikolu 132c, dment li jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet li ġejjin:
|
(63) |
jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin: “Artikolu 132a Approċċi għall-kalkolu tal-ammonti tal-iskopertura mwieżna għar-riskju tas-CIUs 1. Meta jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 132(3), l-istituzzjonijiet li għandhom biżżejjed informazzjoni dwar l-iskoperturi sottostanti individwali ta' CIU għandhom jirreferu għal dawk l-iskoperturi biex jikkalkulaw l-ammont tal-iskopertura mwieżna għar-riskju tas-CIU, filwaqt li jivvalutaw ir-riskju tal-iskoperturi sottostanti kollha tas-CIU bħallikieku kienu miżmuma direttament minn dawk l-istituzzjonijiet. 2. Meta jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 132(3), l-istituzzjonijiet li ma għandhomx biżżejjed informazzjoni dwar l-iskoperturi sottostanti individwali ta' CIU biex jużaw il-prinċipju taċ-ċar kristall, jistgħu jikkalkulaw l-ammont tal-iskopertura mwieżna għar-riskju ta' dawk l-iskoperturi skont il-limiti stabbiliti fil-mandat tas-CIU u l-liġi rilevanti. L-istituzzjonijiet għandhom iwettqu l-kalkoli msemmija fl-ewwel subparagrafu skont is-suppożizzjoni li s-CIU l-ewwel iġġarrab l-iskoperturi sal-punt massimu permess taħt il-mandat tagħha jew liġi rilevanti fl-iskoperturi li jattiraw ir-rekwiżit tal-ogħla fondi proprji u mbagħad tkompli ġġarrab l-iskoperturi f'ordni dixxendenti sakemm jintlaħaq il-limitu massimu totali tal-iskopertura, u li s-CIU tapplika lieva finanzjarja sal-massimu possibbli permess skont il-mandat jew il-liġi rilevanti tagħha, fejn applikabbli. L-istituzzjonijiet għandhom iwettqu l-kalkoli msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-metodi stabbiliti f'dan il-Kapitolu, fil-Kapitolu 5, u fit-Taqsima 3, 4 jew 5 tal-Kapitolu 6 ta' dan it-Titolu. 3. B'deroga mill-punt (d) tal-Artikolu 92(3), l-istituzzjonijiet li jikkalkulaw l-ammont tal-iskopertura mwieżna għar-riskju tal-iskoperturi ta' CIU skont il-paragrafu 1 jew 2 ta' dan l-Artikolu jistgħu jikkalkulaw ir-rekwiżit ta' fondi proprji għar-riskju ta' valwazzjoni tal-kreditu ta' skoperturi għal derivattiva ta' dik is-CIU bħala ammont ugwali għal 50 % tal-valur tar-rekwiżit ta' fondi proprji għal dawk l-iskoperturi ta' derivattiva kkalkulati skont it-Taqsima 3, 4 jew 5 tal-Kapitolu 6 ta' dan it-Titolu, kif applikabbli. B'deroga mill-ewwel subparagrafu, istituzzjoni tista' teskludi l-iskoperturi għal derivattiva ta' riskju li ma jkunux soġġetti għal dak ir-rekwiżit li kieku kienu mġarrba direttament mill-istituzzjoni, mill-kalkolu tar-rekwiżit ta' fondi proprji għall-aġġustament tal-valwazzjoni tal-kreditu. 4. L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika kif l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-ammont tal-iskopertura mwieżna għar-riskju msemmi fil-paragrafu 2 meta wieħed jew aktar mill-inputs meħtieġ għal dak il-kalkolu ma jkunx disponibbli. L-ABE għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-28 ta' Marzu 2020. Is-setgħa hija delegata lill-Kummissjoni biex tissupplimenta lil dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fit-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. Artikolu 132b Esklużjonijiet mill-approċċi għall-kalkolu tal-ammonti tal-iskopertura mwieżna għar-riskju tas-CIUs 1. L-istituzzjonijiet jistgħu jeskludu mill-kalkoli msemmija fl-Artikolu 132 l-istrumenti ta' Grad 1 ta' Ekwità Komuni, ta' Grad 1 Addizzjonali, ta' Grad 2 u l-istrumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli miżmuma minn CIU li l-istituzzjonijiet għandhom inaqqsu skont l-Artikolu 36(1), u l-Artikoli 56, 66 u 72e rispettivament. 2. L-istituzzjonijiet jistgħu jeskludu l-iskoperturi fil-forma ta' unitajiet jew azzjonijiet fis-CIUs imsemmija fil-punti (g) u (h) tal-Artikolu 150(1) mill-kalkoli msemmija fl-Artikolu 132 u minflok japplikaw it-trattament stabbilit fl-Artikolu 133 għal dawk l-iskoperturi. Artikolu 132c Trattament ta' skoperturi li ma jidhrux fuq il-karta tal-bilanċ għas-CIUs 1. L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkolaw l-ammont ta' skopertura ponderata għar-riskju għal entrati li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ tagħhom bil-potenzjal li jiġi kkonvertit fi skoperturi fis-sura ta' unitajiet jew azzjonijiet f'CIU billi jiġu mmultiplikati l-valuri tal-iskopertura ta' dawk l-iskoperturi kkalkolat skont l-Artikolu 111, bil-piż tar-riskju li ġej:
2. L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-valur tal-iskopertura ta' impenn ta' valur minimu li jissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu bħala l-valur preżenti mraħħas tal-ammont garantit bl-użu ta' fattur ta' skont mingħajr riskju ta' inadempjenza. L-istituzzjonijiet jistgħu jnaqqsu l-valur tal-iskopertura ta' impenn ta' valur minimu bi kwalunkwe telf rikonoxxut fir-rigward tal-impenn ta' valur minimu skont l-istandard tal-kontabilità applikabbli. L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkolaw l-ammont ta' skopertura ponderata għar-riskju għal skoperturi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ li jirriżultaw minn valur minimu ta' impenji li jissodisfaw il-kondizzjonijiet kollha stabbiliti fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu billi jimmultiplikaw il-valur tal-iskopertura ta' dawk l-iskoperturi b'fattur ta' konverżjoni ta' 20 % u l-ponderazzjoni tar-riskju derivati skont l-Artikolu 132 jew 152. 3. L-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw l-ammont tal-iskopertura ponderat għar-riskju għal skoperturi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ li jirriżultaw minn valur minimu ta' impenji skont il-paragrafu 2 fejn jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
|
(64) |
Fl-Artikolu 144(1), il-punt (g) jiġi sostitwit b'dan li ġej:
|
(65) |
L-Artikolu 152 jiġi sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 152 Trattament ta' skoperturi fil-forma ta' unitajiet jew azzjonijiet f'CIUs 1. L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-ammonti tal-iskopertura ponderata għar-riskju għall-iskoperturi tagħhom fil-forma ta' unitajiet jew azzjonijiet f'CIU billi jimmultiplikaw l-ammont tal-iskopertura ponderata għar-riskju tas-CIU, ikkalkulat skont l-approċċi stabbiliti fil-paragrafi 2 u 5, bil-perċentwal ta' unitajiet jew azzjonijiet miżmuma minn dawk l-istituzzjonijiet. 2. Meta jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 132(3), l-istituzzjonijiet li għandhom biżżejjed informazzjoni dwar l-iskoperturi sottostanti individwali ta' CIU għandhom jirreferu għal dawk l-iskoperturi sottostanti biex jikkalkulaw l-ammont tal-iskopertura ponderata għar-riskju tas-CIU, filwaqt li jivvalutaw ir-riskju tal-iskoperturi sottostanti kollha tas-CIU bħallikieku kienu miżmuma direttament minn dawk l-istituzzjonijiet. 3. B'deroga mill-punt (d) tal-Artikolu 92(3), l-istituzzjonijiet li jikkalkulaw l-ammont tal-iskopertura ponderata għar-riskju tas-CIU skont il-paragrafu 1 jew 2 ta' dan l-Artikolu jistgħu jikkalkulaw ir-rekwiżit ta' fondi proprji għal riskju ta' aġġustament ta' valwazzjoni tal-kreditu ta' skoperturi għal derivattiva ta' dik is-CIU bħala ammont ugwali għal 50 % tar-rekwiżit ta' fondi proprji għal dawk l-iskoperturi għal derivattiva kkalkulati skont it-Taqsimiet 3, 4 jew 5 tal-Kapitolu 6 ta' dan it-Titolu, kif applikabbli. B'deroga mill-ewwel subparagrafu, istituzzjoni tista' teskludi l-iskoperturi għal derivattiva ta' riskju li ma jkunux soġġetti għal dak ir-rekwiżit li kieku kienu mġarrba direttament mill-istituzzjoni, mill-kalkolu tar-rekwiżit ta' fondi proprji għall-aġġustament tal-valwazzjoni tal-kreditu. 4. L-istituzzjonijiet li japplikaw l-approċċ ta' trasparenza skont il-paragrafi 2 u 3 ta' dan l-Artikolu u li jissodisfaw il-kondizzjonijiet għall-użu parzjali permanenti skont l-Artikolu 150, jew li ma jissodisfawx il-kondizzjonijiet għall-użu tal-metodi stabbiliti f'dan il-Kapitolu jew ta' metodu wieħed jew aktar stabbiliti fil-Kapitolu 5 għall-iskoperturi sottostanti tas-CIU kollha jew parti minnhom, għandhom jikkalkulaw l-ammonti ta' skoperturi ponderata għar-riskju u l-ammonti ta' telf mistennija skont il-prinċipji li ġejjin:
Għall-finijiet tal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, meta l-istituzzjoni ma tkunx tista' tiddistingwi bejn l-iskoperturi ta' ekwità privata, l-iskoperturi negozjati f'kambju u skoperturi ta' ekwità oħra, għandha tittratta l-iskoperturi konċernati bħala skoperturi ta' ekwità oħra. 5. Meta jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 132(3), l-istituzzjonijiet li ma għandhomx biżżejjed informazzjoni dwar l-iskoperturi sottostanti individwali ta' CIU jistgħu jikkalkulaw l-ammont tal-iskopertura ponderata għar-riskju għal dawk l-iskoperturi skont l-approċċ ibbażat fuq il-mandat stabbilit fl-Artikolu 132a(2). Madankollu, għall-iskoperturi elenkati fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw l-approċċi stabbiliti fih. 6. Soġġett għall-Artikolu 132b(2), l-istituzzjonijiet li ma japplikawx il-prinċipju taċ-ċar kristall skont il-paragrafi 2 u 3 ta' dan l-Artikolu jew l-approċċ ibbażat fuq il-mandat skont il-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu għandhom japplikaw l-approċċ ta' riżerva msemmi fl-Artikolu 132(2). 7. L-istituzzjonijiet jistgħu jikkalkulaw l-iskopertura mwieżna għar-riskju għall-iskoperturi tagħhom fil-forma ta' unitajiet jew azzjonijiet f'CIU billi jużaw kombinament tal-approċċi msemmija f'dan l-Artikolu, sakemm jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet għall-użu ta' dawk l-approċċi. 8. L-istituzzjonijiet li ma għandhomx data jew informazzjoni xierqa biex jikkalkulaw l-ammont ponderat għar-riskju ta' CIU skont l-approċċi stabbiliti fil-paragrafi 2, 3, 4 u 5 jistgħu jibbażaw ruħhom fuq il-kalkoli ta' parti terza, sakemm jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
L-istituzzjonijiet li jibbażaw ruħhom fuq il-kalkoli ta' parti terza għandhom jimmultiplikaw l-ammonti tal-iskopertura ponderata għar-riskju tal-iskoperturi ta' CIU li jirriżultaw minn dawk il-kalkoli b'fattur ta' 1,2. B'deroga mit-tieni subparagrafu, meta l-istituzzjoni jkollha aċċess mhux ristrett għall-kalkoli dettaljati mwettqa minn parti terza, il-fattur 1,2 ma għandux japplika. L-istituzzjoni għandha tipprovdi dawk il-kalkoli lill-awtorità kompetenti tagħha fuq talba. 9. Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, għandhom japplikaw l-Artikolu 132(5) u (6), u l-Artikolu 132b. Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, għandu japplika l-Artikolu 132c, bl-użu tal-piżijiet tar-riskju kkalkulati skont il-Kapitolu 3 ta' dan it-Titolu.”; |
(66) |
fl-Artikolu 158, jiddaħħal il-paragrafu li ġej: “9a. L-ammont ta' telf mistenni għal impenn ta' valur li jissodisfa r-rekwiżiti kollha stipulati fl-Artikolu 132c(3) għandu jkun żero.”; |
(67) |
L-Artikolu 164 jiġi sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 164 Telf fil-Każ ta' Inadempjenza (LGD) 1 L-istituzzjonijiet għandhom jipprovdu l-istimi proprji tal-LGDs soġġetti għar-rekwiżiti speċifikati fit-Taqsima 6 ta' dan il-Kapitolu u l-permess tal-awtoritajiet kompetenti mogħti skont l-Artikolu 143. Għar-riskju ta' dilwizzjoni ta' riċevibbli mixtrija, għandu jintuża valur tal-LGD ta' 75 %. Jekk istituzzjoni tista' tqassam l-istimi tal-EL tagħha għar-riskju ta' dilwizzjoni tar-riċevibbli mixtrija f'PDs u LGDs b'mod affidabbli, l-istituzzjoni tista' tuża l-istima proprja tal-LGD. 2. Il-protezzjoni ta' kreditu mhux iffinanzjata tista' tiġi rikonoxxuta bħala eliġibbli billi jiġu aġġustati l-istimi tal-PD jew tal-LGD soġġetti għar-rekwiżiti kif speċifikat fl-Artikolu 183(1), (2) u (3) u l-permess tal-awtoritajiet kompetenti b'appoġġ ta' skopertura individwali jew b'appoġġ ta' pool ta' skoperturi. Istituzzjoni ma għandhiex tassenja għal skoperturi ggarantiti PD jew LGD aġġustat b'mod li l-piż ta' riskju aġġustat ikun aktar baxx minn dak ta' skopertura komparabbli u diretta għall-garanti. 3. Għall-finijiet tal-Artikolu 154(2), l-LGD ta' skopertura diretta komparabbli għall-fornitur tal-protezzjoni msemmi fl-Artikolu 153(3) għandu jkun jew l-LGD assoċjat ma' faċilità mhux iħħeġġjata għall-garanti jew il-faċilità mhux iħħeġġjata tad-debitur, skont jekk, fil-każ li kemm il-garanti kif ukoll id-debitur isiru inadempjenti matul il-ħajja tat-tranżazzjoni ħħeġġjata, il-provi disponibbli u l-istruttura tal-garanzija jindikawx jekk l-ammont irkuprat ikunx jiddependi mill-kondizzjoni finanzjarja tal-garanti jew id-debitur, rispettivament. 4. L-LGD medju ponderat skont l-iskopertura għall-iskoperturi kollha fil-livell tal-konsumatur iggarantiti bi proprjetà residenzjali u li ma jibbenefikawx minn garanziji minn gvernijiet ċentrali ma għandux ikun inqas minn 10 %. L-LGD medju ponderat skont l-iskopertura għall-iskoperturi kollha fil-livell tal-konsumatur iggarantiti minn proprjetà immobbli kummerċjali u li ma jibbenefikawx minn garanziji minn gvernijiet ċentrali ma għandux ikun inqas minn 15 %. 5. L-Istati Membri għandhom jiddeżinjaw awtorità li tkun responsabbli għall-applikazzjoni tal-paragrafu 6. Dik l-awtorità għandha tkun l-awtorità kompetenti jew l-awtorità deżinjata. Fejn l-awtorità deżinjata minn Stat Membru għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu hija l-awtorità kompetenti, l-awtorità kompetenti għandha tiżgura li l-korpi u l-awtoritajiet nazzjonali rilevanti li jkollhom mandat makroprudenzjali jiġu infurmati kif dovut bl-intenzjoni tal-awtorità kompetenti li tagħmel użu minn dan l-Artikolu, u jiġu involuti kif jixraq fil-valutazzjoni ta' tħassib ta' stabbiltà finanzjarja fl-Istat Membru tagħha f'konformità mal-paragrafu 6. Fejn l-awtorità deżinjata mill-Istat Membru għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu hija differenti mill-awtorità kompetenti, l-Istati Membru għandu jadottaw id-dispożizzjonijiet meħtieġa biex jiżguraw koordinazzjoni u skambju ta' informazzjoni xierqa bejn l-awtorità kompetenti u l-awtorità deżinjata għall-applikazzjoni xierqa ta' dan l-Artikolu. B'mod partikolari, l-awtoritajiet għandhom jintalbu jikkooperaw mill-qrib u li jikkondividu l-informazzjoni kollha li tista' tkun neċessarja għall-prestazzjoni xierqa tad-dmirijiet imposti fuq l-awtorità deżinjata skont dan l-Artikolu. Dik il-kooperazzjoni għandha timmira li tevita kwalunkwe forma ta' azzjoni duplikata jew inkonsistenti bejn l-awtorità kompetenti u l-awtorità deżinjata, kif ukoll li jkun żgurat li l-interazzjoni ma' miżuri oħra, b'mod partikolari miżuri meħuda skont l-Artikolu 458 ta' dan ir-Regolament u l-Artikolu 133 tad-Direttiva 2013/36/UE, titqies kif jixraq. 6. Abbażi tad-data miġbura skont l-Artikolu 430a u fuq kwalunkwe indikatur rilevanti ieħor, u b'kont meħud tal-iżviluppi li jħarsu 'l quddiem tas-suq tal-proprjetà immobbli, l-awtorità deżinjata skont il-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu għandha perjodikament, u mill-inqas annwalment, tivvaluta jekk il-valuri minimi tal-LGD imsemmija fil-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu, humiex adatti għal skoperturi ggarantiti permezz ta' ipoteki fuq proprjetà residenzjali jew proprjetà immobbli kummerċjali li jinsabu f'parti waħda jew aktar mit-territorju tal-Istat Membru tal-awtorità rilevanti. Meta, abbażi tal-valutazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, l-awtorità deżinjata skont il-paragrafu 5 tikkonkludi li l-valuri minimi tal-LGD imsemmija fil-paragrafu 4 mhumiex adegwati, u jekk tqis li l-inadegwatezza tal-valuri tal-LGD tista' taffettwa b'mod negattiv l-istabbiltà finanzjarja attwali jew futura fl-Istat Membru tagħha, din tista' tiffissa valuri minimi tal-LGD ogħla għal dawk l-iskoperturi li jinsabu f'parti waħda jew aktar mit-territorju tal-Istat Membru tal-awtorità rilevanti. Dawk il-valuri minimi ogħla jistgħu jiġu applikati wkoll fil-livell ta' segment wieħed jew aktar ta' proprjetà ta' skoperturi bħal dawn. L-awtorità deżinjata skont il-paragrafu 5 għandha tinnotifika lill-ABE u lill-BERS qabel tieħu d-deċiżjoni msemmija f'dan il-paragrafu. Fi żmien xahar minn meta jirċievu n-notifika, l-ABE u l-BERS għandhom jipprovdu l-opinjoni tagħhom lill-Istat Membru kkonċernat. L-ABE u l-BERS għandhom jippubblikaw dawk il-valuri tal-LGD. 7. Meta l-awtorità deżinjata skont il-paragrafu 5 tistabbilixxi valuri minimi tal-LGD ogħla skont il-paragrafu 6, l-istituzzjonijiet għandu jkollhom perijodu transizzjonali ta' sitt xhur biex japplikawhom. 8. L-ABE, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-BERS, għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-kondizzjonijiet li l-awtorità deżinjata skont il-paragrafu 5 għandha tqis meta ssir il-valutazzjoni tal-adegwatezza tal-valuri tal-LGD bħala parti mill-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 6. L-ABE għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru 2019. Is-setgħa hija delegata lill-Kummissjoni biex tissupplimenta lil dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. 9. Il-BERS jista', permezz ta' rakkomandazzjonijiet skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1092/2010, u f'kooperazzjoni mill-qrib mal-ABE, jagħti gwida lill-awtoritajiet deżinjati skont il-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu dwar dan li ġej:
10. L-istituzzjonijiet ta' Stat Membru wieħed għandhom japplikaw il-valuri minimi tal-LGD ogħla li jkunu ġew determinati mill-awtoritajiet ta' Stat Membru ieħor skont il-paragrafu 6 għall-iskoperturi korrispondenti kollha tagħhom garantiti permezz ta' ipoteki fuq proprjetà residenzjali jew proprjetà immobbli kummerċjali li jinsabu f'parti jew aktar ta' dak l-Istat Membru.”; |
(68) |
fl-Artikolu 201(1), il-punt (h) jiġi sostitwit b'dan li ġej:
|
(69) |
jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 204a Tipi eliġibbli ta' derivattivi ta' ekwità 1. L-istituzzjonijiet jistgħu jużaw id-derivattivi ta' ekwità li huma swaps tar-redditu totali jew effettivament simili mill-aspett ekonomiku, bħala protezzjoni ta' kreditu eliġibbli għall-uniku skop li jwettqu ħħeġġjar intern. Fejn istituzzjoni tixtri l-protezzjoni tal-kreditu permezz ta' swap tar-redditu totali u tirreġistra l-pagamenti netti rċevuti mas-swap bħala introjtu nett, iżda ma tirreġistrax id-deterjorament fit-tpaċija fil-valur tal-assi li huwa protett jew billi tnaqqas il-valur ġust jew permezz ta' żieda fir-riżervi, dik il-protezzjoni tal-kreditu ma għandhiex tikkwalifika bħala protezzjoni tal-kreditu eliġibbli. 2. Fejn istituzzjoni twettaq ħeġġ interna permezz ta' derivattiv ta' ekwità, sabiex il-ħeġġ intern jikkwalifika bħala protezzjoni tal-kreditu eliġibbli għall-finijiet ta' dan il-Kapitolu, ir-riskju tal-kreditu trasferit fil-portafoll tan-negozjar għandu jiġi ttrasferit lil parti terza jew partijiet terzi. Fejn ikun twettaq ħeġġ intern skont l-ewwel subparagrafu u jkunu ntlaħqu r-rekwiżiti f'dan il-Kapitolu, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw ir-regoli stabbiliti fit-Taqsimiet 4 sa 6 ta' dan il-Kapitolu għall-kalkolu tal-ammonti ta' skopertura ponderata għar-riskju u l-ammonti ta' telf mistennija fejn dawn jakkwistaw protezzjoni mhux iffinanzjata tal-kreditu.”; |
(70) |
L-Artikolu 223 jiġi emendat kif ġej:
|
(71) |
L-Artikolu 272 jiġi emendat kif ġej:
|
(72) |
L-Artikolu 273 jiġi emendat kif ġej:
|
(73) |
jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin: “Artikolu 273a Kondizzjonijiet għall-użu ta' metodi simplifikati għall-kalkolu tal-valur tal-iskopertura 1. Istituzzjoni tista' tikkalkula l-valur tal-iskopertura tal-pożizzjonijiet fid-derivattivi tagħha skont il-metodu stabbilit fit-Taqsima 4, sakemm id-daqs tan-negozju ta' derivattiv fil-karta tal-bilanċ u barra l-karta tal-bilanċ tiegħu huwa daqs jew anqas miż-żewġ livelli ta' limitu li ġejjin abbażi ta' valutazzjoni mwettqa fuq bażi ta' kull xahar permezz tad-data sal-aħħar jum tax-xahar:
2. Istituzzjoni tista' tikkalkula l-valur tal-iskopertura tal-pożizzjonijiet fid-derivattivi skont il-metodu stabbilit fit-Taqsima 5, sakemm id-daqs tan-negozju ta' derivattiv fil-karta tal-bilanċ u barra l-karta tal-bilanċ tiegħu huwa daqs jew anqas miż-żewġ livelli limiti li ġejjin abbażi ta' valutazzjoni mwettqa fuq bażi ta' kull xahar permezz tad-data sal-aħħar jum tax-xahar:
3. Għall-finijiet tal-paragrafi 1 u 2, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw id-daqs tan-negozju ta' derivattiv fil-karta tal-bilanċ u barra l-karta bilanċ tagħhom abbażi tad-data sal-aħħar jum ta' kull xahar skont ir-rekwiżiti li ġejjin:
4. Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1 jew 2, kif applikabbli, meta n-negozju tad-derivattivi fuq bażi konsolidata ma jaqbiżx il-limiti stabbiliti fil-paragrafu 1 jew 2, kif applikabbli, istituzzjoni li tkun inkluża fil-konsolidazzjoni u li jkollha tapplika l-metodu stabbilit fit-Taqsima 3 jew 4, minħabba li taqbeż dawk il-limiti fuq bażi individwali, tista', soġġetta għall-approvazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti, minflok tagħżel li tapplika l-metodu li jkun japplika fuq bażi konsolidata. 5. L-istituzzjonijiet għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti dwar il-metodi stabbiliti fit-Taqsimiet 4 jew 5 li jużaw, jew li jieqfu jużaw, kif applikabbli, biex jikkalkulaw il-valur tal-iskopertura tal-pożizzjonijiet fid-derivattivi tagħhom. 6. L-istituzzjonijiet ma għandhomx jidħlu fi tranżazzjoni ta' derivattiva jew jixtru jew ibiegħu strument derivattiv bl-unika skop li jikkonformaw ma' waħda mill-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 matul il-valutazzjoni ta' kull xahar. Artikolu 273b Nuqqas ta' konformità mal-kondizzjonijiet għall-użu ta' metodi simplifikati għall-kalkolu tal-valur tal-iskopertura tad-derivattivi 1. Istituzzjoni li ma tibqax tissodisfa xi waħda jew aktar mill-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 273a(1) jew (2) għandha tinnotifika mill-ewwel lill-awtorità kompetenti dwar dan. 2. Istituzzjoni għandha tieqaf tikkalkula l-valur tal-iskoperturi tal-pożizzjonijiet fid-derivattivi tagħha f'konformità mat-Taqsima 4 jew 5, kif applikabbli, fi żmien tliet xhur minn meta jseħħ wieħed mill-każijiet li ġejjin:
3. Meta istituzzjoni tkun waqfet tikkalkula l-valuri tal-iskoperturi ta' pożizzjonijiet fid-derivattivi tagħha f'konformità mat-Taqsima 4 jew 5, kif applikabbli, din titħalla biss tibda tikkalkula l-valur tal-iskopertura ta' pożizzjonijiet fid-derivattivi tagħha kif stabbilit fit-Taqsima 4 jew 5, meta turi lill-awtorità kompetenti li ġew issodisfati l-kondizzjonijiet kollha stabbiliti fl-Artikolu 273a(1) jew (2) għal perijodu mhux interrott ta' sena.”; |
(74) |
fil-Kapitolu 6 ta' Titolu II tal-Parti Tlieta, Taqsimiet 3, 4 u 5 jiġu sostitwiti b'dan li ġej: “
Artikolu 274 Valur tal-iskopertura 1. Istituzzjoni tista' tikkalkula valur tal-iskopertura uniku fil-livell tas-sett tan-netting għat-tranżazzjonijiet kollha koperti minn ftehim ta' netting kuntrattwali meta jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
Meta xi waħda mill-kondizzjonijiet stabbiliti fl-ewwel subparagrafu ma tiġix issodisfata, l-istituzzjoni għandha tittratta kull tranżazzjoni bħallikieku kienet sett tan-netting tagħha stess. 2. L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-valur tal-iskopertura ta' sett tan-netting skont l-approċċ standardizzat għar-riskju ta' kreditu tal-kontroparti kif ġej:
3. Il-valur tal-iskopertura ta' sett tan-netting li hu soġġett għal ftehim ta' marġni kuntrattwali għandu jiġi limitat għall-valur tal-iskopertura tas-sett tan-netting li ma hu soġġett għall-ebda forma ta' ftehim ta' marġni. 4. Meta japplika iktar minn ftehim ta' marġni wieħed għall-istess sett tan-netting, l-istituzzjonijiet għandhom jallokaw kull ftehim ta' marġni lill-grupp ta' tranżazzjonijiet fis-sett tan-netting li dak il-ftehim ta' marġni japplika kuntrattwalment għalih u jikkalkulaw valur ta' skopertura b'mod separat għal kull waħda minn dawk it-tranżazzjonijiet fi grupp. 5. L-istituzzjonijiet jistgħu jistabbilixxu l-valur tal-iskopertura ta' sett tan-netting għal żero biex b'hekk jissodisfa l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
6. F'sett tan-netting, l-istituzzjonijiet għandhom jissostitwixxu tranżazzjoni li hija kombinazzjoni lineari definita ta' opzjonijiet ta' call jew ta' put mixtrija jew mibjugħa bl-opzjonijiet uniċi kollha li jiffurmaw dik il-kombinazzjoni lineari, meħuda bħala tranżazzjoni individwali, għall-fini li jiġi kkalkulat il-valur tal-iskopertura tas-sett tan-netting skont din it-Taqsima. Kull tali kombinazzjoni ta' opzjonijiet għandha tiġi trattata bħala tranżazzjoni individwali fis-sett tan-netting li fih hija inkluża l-kombinazzjoni għall-fini li jiġi kkalkulat il-valur tal-iskopertura. 7. Il-valur tal-iskopertura ta' tranżazzjoni ta' derivattivi tal-kreditu jirrappreżenta pożizzjoni twila fis-sottostanti jista' jkun limitat għall-ammont tal-premium pendenti mhux imħallas dment li jkun ttrattat bħala s-sett tan-netting tiegħu stess li mhuwiex soġġett għal ftehim ta' marġni. Artikolu 275 Prezz tas-sostituzzjoni 1. L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-prezz tas-sostituzzjoni RC għas-settijiet tan-netting li mhumiex soġġetti għal ftehim ta' marġni, skont il-formula li ġejja:
2. L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-prezz tas-sostituzzjoni għal settijiet tan-netting uniċi li huma soġġetti għal ftehim ta' marġni skont il-formula li ġejja:
3. L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-prezz tas-sostituzzjoni għal settijiet tan-netting multipli li huma soġġetti għal ftehim tal-istess marġni skont il-formula li ġejja:
fejn:
Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, l-NICAMA jista' jiġi kkalkulat fil-livell tan-negozju, fil-livell tas-sett tan-netting jew fil-livell tas-settijiet tan-netting kollha li japplika għalihom il-ftehim ta' marġni skont il-livell li japplika fih il-ftehim ta' marġni. Artikolu 276 Rikonoxximent u trattament tal-kollateral 1. Għall-finijiet ta' din it-Taqsima, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-ammonti ta' kollateral ta' VM, VMMA, NICA u NICAMA, billi japplikaw ir-rekwiżiti kollha li ġejjin:
2. Għall-kalkolu tal-valur aġġustat għall-volatilità tal-kollateral mogħti li huwa msemmi fil-punt (d) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-istituzzjonijiet għandhom jissostitwixxu l-formula stabbilita fl-Artikolu 223(2) bil-formula li ġejja:
3. Għall-finijiet tal-punt (d) tal-paragrafu 1, l-istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu l-perijodu ta' likwidazzjoni rilevanti għall-kalkolu tal-valur aġġustat għall-volatilità ta' kwalunkwe kollateral irċevut jew sottomess skont wieħed mill-perijodi ta' żmien li ġejjin:
Artikolu 277 Klassifikazzjoni ta' tranżazzjonijiet għall-kategoriji ta' riskju 1. L-istituzzjonijiet għandhom jikklassifikaw kull tranżazzjoni ta' sett tan-netting għal waħda mill-kategoriji ta' riskju li ġejjin biex jiddeterminaw l-iskopertura futura potenzjali tas-sett tan-netting imsemmi fl-Artikolu 278:
2. L-istituzzjonijiet għandhom iwettqu l-klassifikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 fuq il-bażi tal-motivatur tar-riskju primarju ta' tranżazzjoni ta' derivattiv. Il-motivatur tar-riskju primarju għandu jkun l-unika motivatur tar-riskju materjali ta' tranżazzjoni ta' derivattivi. 3. B'deroga mill-paragrafu 2, l-istituzzjonijiet għandhom jikklassifikaw it-tranżazzjonijiet derivattivi li għandhom iktar minn motivatur tar-riskju materjali wieħed għal iktar minn kategorija tar-riskju waħda. Meta l-motivaturi tar-riskju materjali kollha ta' waħda minn dawk it-tranżazzjonijiet jappartjenu għall-istess kategorija ta' riskju, l-istituzzjonijiet għandhom ikunu rikjesti biss jikklassifikaw dik it-tranżazzjoni darba għal dik il-kategorija tar-riskju abbażi tal-iktar motivatur tar-riskju materjali minnhom. Meta l-motivaturi tar-riskju materjali ta' waħda minn dawk it-tranżazzjonijiet jappartjenu għal kategoriji ta' riskju differenti, l-istituzzjonijiet għandhom jikklassifikaw dik it-tranżazzjoni darba għal kull kategorija tar-riskju għal liema t-tranżazzjoni għandha tal-inqas motivatur tar-riskju materjali wieħed, abbażi tal-iktar motivatur tar-riskju materjali f'dik il-kategorija tar-riskju. 4. Minkejja l-paragrafi 1, 2 u 3, meta t-tranżazzjonijiet jiġu kklassifikati għall-kategoriji tar-riskju elenkati fil-paragrafu 1, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin:
5. L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika:
L-ABE għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-28 ta' Diċembru 2019. Is-setgħa hija delegata lill-Kummissjoni biex tissupplimenta lil dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fit-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. Artikolu 277a Settijiet ta' hedging 1. L-istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu s-settijiet ta' hedging rilevanti għal kull kategorija tar-riskju ta' sett tan-netting u jassenjaw kull tranżazzjoni lil dawk is-settijiet ta' hedging kif ġej:
Għall-finijiet tal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, it-tranżazzjonijiet ikklassifikati fil-kategorija ta' riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax li għandhom varjabbli ta' inflazzjoni bħala l-motivatur tar-riskju primarju għandhom jiġu assenjati lil settijiet ta' hedging separati, minbarra s-settijiet ta' hedging stabbiliti għal tranżazzjonijiet ikklassifikati fil-kategorija ta' riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax li ma għandhomx varjabbli ta' inflazzjoni bħala l-motivatur tar-riskju primarju. Dawn it-tranżazzjonijiet għandhom jiġu assenjati lill-istess sett ta' hedging fil-każ biss meta l-motivatur tar-riskju primarju tagħhom, jew l-aktar motivatur tar-riskju materjali fil-kategorija tar-riskju speċifika għat-tranżazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 277(3), huwa denominat fl-istess munita. 2. B'deroga mill-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu settijiet ta' hedging individwali separati f'kull kategorija ta' riskju għat-tranżazzjonijiet li ġejjin:
Għall-finijiet tal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, l-istituzzjonijiet għandhom jassenjaw tranżazzjonijiet lill-istess sett ta' hedging tal-kategorija ta' riskju rilevanti fil-każ biss meta l-motivatur tar-riskju tagħhom, jew l-aktar motivatur tar-riskju materjali fil-kategorija tar-riskju speċifika għat-tranżazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 277(3), huwa identiku. Għall-finijiet tal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, l-istituzzjonijiet għandhom jassenjaw tranżazzjonijiet lill-istess sett ta' hedging tal-kategorija ta' riskju rilevanti fil-każ biss meta l-par motivaturi tar-riskju f'dawk it-tranżazzjonijiet kif imsemmi f'dan il-punt huwa identiku u ż-żewġ motivaturi tar-riskju inklużi f'dan il-par huma korrelatati b'mod pożittiv. Inkella, l-istituzzjonijiet għandhom jassenjaw it-tranżazzjonijiet imsemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu lil wieħed mis-settijiet ta' hedging stabbiliti skont il-paragrafu 1, fuq il-bażi ta' wieħed biss miż-żewġ motivaturi tar-riskju msemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu. 3. L-istituzzjonijiet għandhom jagħmlu disponibbli fuq talba mill-awtoritajiet kompetenti n-numru ta' settijiet ta' hedging stabbiliti skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għal kull kategorija ta' riskju, bil-motivatur tar-riskju primarju, jew l-aktar motivatur tar-riskju materjali fil-kategorija tar-riskju speċifika għat-tranżazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 277(3), jew il-par motivaturi tar-riskju ta' kull wieħed minn dawk is-settijiet ta' hedging u bin-numru ta' tranżazzjonijiet f'kull wieħed minn dawk is-settijiet ta' hedging. Artikolu 278 L-iskopertura futura potenzjali 1. L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-iskopertura futura potenzjali ta' sett tan-netting kif ġej:
fejn:
Għall-fini ta' dan il-kalkolu, l-istituzzjonijiet għandhom jinkludu s-suppliment ta' kategorija ta' riskju partikolari fil-kalkolu tal-iskopertura futura potenzjali ta' sett tan-netting fejn mill-inqas tranżazzjoni waħda mis-sett tan-netting ġiet ikklassifikata f'dik il-kategorija ta' riskju. 2. L-iskopertura futura potenzjali ta' settijiet tan-netting multipli li huma soġġetti għal ftehim ta' marġni wieħed, kif imsemmi fl-Artikolu 275(3), għandha tiġi kkalkulata bħala s-somma tal-iskoperturi futuri potenzjali tas-settijiet tan-netting individwali kollha bħallikieku ma kienu soġġetti għal ebda forma ta' ftehim ta' marġni. 3. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-multiplikatur għandu jiġi kkalkulat kif ġej:
fejn:
Artikolu 279 Kalkolu tal-pożizzjoni ta' riskju Għall-fini ta' kalkolu tas-supplimenti tal-kategorija ta' riskju msemmija fl-Artikoli 280a sa 280f, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-pożizzjoni ta' riskju ta' kull tranżazzjoni ta' sett tan-netting kif ġej:
Artikolu 279a Delta ta' superviżjoni 1. L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw id-delta ta' superviżjoni kif ġej:
2. Għall-finijiet ta' din it-Taqsima, pożizzjoni twila f'motivatur tar-riskju primarju, jew fl-aktar motivatur tar-riskju materjali fil-kategorija tar-riskju speċifika għat-tranżazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 277(3) tfisser li l-valur tas-suq tat-tranżazzjoni jiżdied meta jkun hemm żieda fil-valur ta' dak il-motivatur tar-riskju u pożizzjoni qasira fil-motivatur tar-riskju primarju jew fl-aktar motivatur tar-riskju materjali fil-kategorija tar-riskju speċifika għat-tranżazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 277(3) tfisser li l-valur tas-suq tat-tranżazzjoni jonqos meta jkun hemm żieda fil-valur ta' dak il-motivatur tar-riskju. 3. L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika:
L-ABE għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-28 ta' Diċembru 2019. Is-setgħa hija delegata lill-Kummissjoni biex tissupplimenta lil dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fit-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. Artikolu 279b Ammont nozzjonali aġġustat 1. L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-ammont nozzjonali aġġustat kif ġej:
2. L-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw l-ammont nozzjonali jew in-numru ta' unitajiet tal-istrument sottostanti għall-fini tal-kalkolu tal-ammont nozzjonali aġġustat ta' tranżazzjoni msemmi fil-paragrafu 1 kif ġej:
3. L-istituzzjonijiet għandhom jikkonvertu l-ammont nazzjonali aġġustat ta' tranżazzjoni fil-munita tar-rappurtar tagħhom bir-rata tal-kambju spot prevalenti meta l-ammont nozzjonali aġġustat huwa kkalkulat skont dan l-Artikolu minn ammont nozzjonali kuntrattwali jew prezz tas-suq tan-numru ta' unitajiet tal-istrument sottostanti denominat f'munita oħra. Artikolu 279c Fattur ta' Maturità 1. L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-fattur ta' maturità kif ġej:
2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-maturità li jifdal għandha tkun ugwali għall-perijodu ta' żmien sad-data tal-issettjar mill-ġdid li jmiss għal tranżazzjonijiet li huma strutturati biex tiġi saldata skopertura pendenti wara dati ta' pagament speċifikati u fejn it-termini huma ssettjati mill-ġdid b'tali mod li l-valur tas-suq tal-kuntratt ikun żero f'dawk id-dati ta' pagamenti speċifikati. Artikolu 280 Koeffiċjent tal-fattur ta' superviżjoni tas-sett ta' hedging Għall-fini tal-kalkolu tas-suppliment ta' sett ta' hedging kif imsemmi fl-Artikoli 280a sa 280f, il-koeffiċjent tal-fattur ta' superviżjoni ta' sett ta' hedging ‘є’ għandu jkun dan li ġej:
Artikolu 280a Suppliment tal-kategorija ta' riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax 1. Għall-finijiet tal-Artikolu 278, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw is-suppliment tal-kategorija ta' riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax għal sett tan-netting partikolari kif ġej:
fejn:
2. L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw is-suppliment tas-sett ta' hedging j tal-kategorija ta' riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax:
fejn:
3. Għall-fini tal-kalkolu tal-ammont nozzjonali effettiv tas-sett ta' hedging j, l-istituzzjonijiet għandhom l-ewwel jikklassifikaw kull tranżazzjoni tas-sett ta' hedging lill-bucket ix-xieraq fit-Tabella 2. Dawn għandhom jagħmlu hekk abbażi tad-data ta' tmiem ta' kull tranżazzjoni kif determinat skont il-punt (a) tal-Artikolu 279b(1): Tabella 2
Sussegwentement, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-ammont nozzjonali effettiv tas-sett ta' hedging j skont il-formula li ġejja:
fejn:
fejn:
Artikolu 280b Suppliment tal-kategorija ta' riskju tal-kambju 1. Għall-finijiet tal-Artikolu 278, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw is-suppliment ta' kategorija ta' riskji tal-kambju għal sett tan-netting partikolari kif ġej:
fejn:
2. L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw is-suppliment ta' kategorija ta' riskju tal-kambju għas-sett ta' hedging j kif ġej:
fejn:
fejn:
Artikolu 280c Suppliment tal-kategorija ta' riskju ta' kreditu 1. Għall-finijiet tal-paragrafu 2, l-istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu l-entitajiet referenzjarji tal-kreditu rilevanti tas-sett tan-netting skont dan li ġej:
2. Għall-finijiet tal-Artikolu 278, l-istituzzjoni għandha tikkalkula s-suppliment ta' kategorija ta' riskji ta' kreditu għal sett tan-netting partikolari kif ġej:
fejn:
3. L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw is-suppliment ta' kategorija ta' riskju ta' kreditu għal sett ta' hedging j kif ġej:
fejn:
4. L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw is-suppliment għall-entità referenzjarja ta' kreditu k kif ġej:
fejn:
5. L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-fattur ta' superviżjoni applikabbli għall-entità referenzjarja ta' kreditu k kif ġej:
Artikolu 280d Suppliment tal-kategorija ta' riskju ta' ekwità 1. Għall-finijiet tal-paragrafu 2, l-istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu l-entitajiet referenzjarji ta' ekwità rilevanti tas-sett tan-netting skont dan li ġej:
2. Għall-fini tal-Artikolu 278, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw is-suppliment ta' kategorija ta' riskji ta' ekwità għal sett tan-netting partikolari kif ġej:
fejn:
3. L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw is-suppliment ta' kategorija ta' riskju għal ekwità ta' sett ta' hedging j kif ġej:
fejn:
4. L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw is-suppliment għall-entità referenzjarja ta' ekwità k kif ġej:
fejn:
Artikolu 280e Suppliment ta' kategorija ta' riskju tal-komoditajiet 1. Għall-finijiet tal-Artikolu 278, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw is-suppliment ta' kategorija ta' riskju tal-komoditajiet għal sett tan-netting partikolari kif ġej:
fejn:
2. Għall-fini tal-kalkolu tas-suppliment għal sett ta' hedging tal-komoditajiet ta' sett tan-netting partikolari skont il-paragrafu 4, l-istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu t-tipi referenzjarji ta' komoditajiet rilevanti ta' kull sett ta' hedging. It-tranżazzjonijiet derivattivi tal-komoditajiet għandhom jiġu assenjati lill-istess tip referenzjarju ta' komoditajiet fil-każ biss meta l-istrument tal-komoditajiet sottostanti dawk it-tranżazzjonijiet għandu l-istess natura, irrispettivament mill-post ta' kunsinnja u l-kwalità tal-istrument tal-komoditajiet. 3. Permezz ta' deroga mill-paragrafu 2, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrikjedu lil istituzzjoni li hija esposta b'mod sinifikanti għar-riskju ta' bażi ta' pożizzjonijiet differenti li jikkondividu l-istess natura kif imsemmi fil-paragrafu 2 biex jistabbilixxu t-tipi referenzjarji tal-komoditajiet għal dawk il-pożizzjonijiet li jużaw iktar karatteristiċi minn sempliċiment n-natura tal-istrument tal-komoditajiet sottostanti. F'sitwazzjoni bħal din, it-tranżazzjonijiet derivattivi tal-komoditajiet għandhom jiġu assenjati l-istess tip referenzjarju ta' komoditajiet fil-każ biss meta huma jikkondividu dawk il-karatteristiċi. 4. L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw is-suppliment ta' kategorija ta' riskju għal ekwità ta' sett ta' hedging j kif ġej:
fejn:
5. L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw is-suppliment għat-tip referenzjarju tal-komoditajiet k kif ġej:
fejn:
Artikolu 280f Suppliment tal-kategorija ta' riskji oħrajn 1. Għall-finijiet tal-Artikolu 278, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw is-suppliment ta' kategorija ta' riskji oħrajn għal sett tan-netting partikolari kif ġej:
fejn:
2. Istituzzjoni għandha tikkalkula s-suppliment ta' kategorija ta' riskji oħrajn għas-sett ta' hedging j kif ġej:
fejn:
Artikolu 281 Kalkolu tal-valur tal-iskopertura 1. L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw valur tal-iskopertura uniku fil-livell ta' sett tan-netting f'konformità mat-Taqsima 3, soġġett għall-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu. 2. Il-valur tal-iskopertura ta' sett tan-netting għandu jiġi kkalkulat skont ir-rekwiżiti li ġejjin:
Artikolu 282 Kalkolu tal-valur tal-iskopertura 1. L-istituzzjonijiet jistgħu jikkalkulaw valur tal-iskopertura uniku għat-tranżazzjonijiet kollha fi ftehim tan-netting kuntrattwali meta jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha stabbiliti fl-Artikolu 274(1). Inkella, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw valur tal-iskopertura b'mod separat għal kull transazzjoni, li għandha tiġi ttrattata bħala s-sett tan-netting tagħha stess. 2. Il-valur tal-iskopertura ta' sett tan-netting jew ta' transazzjoni għandu jkun il-prodott ta' 1,4 drabi s-somma tal-prezz tas-sostituzzjoni kurrenti u l-iskopertura futura potenzjali. 3. Il-kost tas-sostituzzjoni kurrenti msemmi fil-paragrafu 2 għandu jiġi kkalkulat kif ġej:
Sabiex jikkalkulaw il-kost tas-sostituzzjoni kurrenti, l-istituzzjonijiet għandhom jaġġornaw il-valuri tas-suq kurrenti tal-inqas darba f'xahar. 4. L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-iskopertura futura potenzjali msemmija fil-paragrafu 2 kif ġej:
Għall-kalkolu tal-iskopertura potenzjali ta' derivattivi ta' rati tal-imgħax u derivattivi ta' kreditu f'konformità mal-punti b(i) u (b)(ii), istituzzjoni tista' tagħżel li tuża l-maturità oriġinali minflok il-maturità residwa tal-kuntratti.”; |
(75) |
fl-Artikolu 283, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej: “4. Għat-tranżazzjonijiet tad-derivati OTC kollha u għat-tranżazzjonijiet b'saldu fit-tul li għalihom istituzzjoni ma rċevietx permess skont il-paragrafu 1 sabiex tuża l-IMM, l-istituzzjoni għandha tuża l-metodi stabbiliti fit-Taqsima 3. Dawk il-metodi jistgħu jintużaw f'kombinazzjoni fuq bażi permanenti fi ħdan grupp.”; |
(76) |
l-Artikolu 298 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 298 Effetti tar-rikonoxximent tan-netting bħala tnaqqis tar-riskju In-netting għall-finijiet tat-Taqsimiet 3 sa 6 għandu jiġi rikonoxxut kif stabbilit f'dawk it-Taqsimiet.”; |
(77) |
fl-Artikolu 299(2), jitħassar il-punt (a); |
(78) |
l-Artikolu 300 huwa emendat kif ġej:
|
(79) |
l-Artikolu 301 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 301 Kamp ta' applikazzjoni materjali 1. Din it-Taqsima tapplika għall-kuntratti u t-tranżazzjonijiet li ġejjin sakemm ikunu pendenti ma' CCP:
Din it-Taqsima ma tapplikax għal skoperturi li jirriżultaw mis-saldu ta' tranżazzjonijiet fi flus. L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw it-trattament stabbilit fit-Titolu V għal skoperturi ta' negozju li jirriżultaw minn dawk it-tranżazzjonijiet u piż tar-riskju ta' 0 % għal kontribuzzjonijiet tal-fond tal-inadempjenza li jkopru dawk it-tranżazzjonijiet biss. L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw it-trattament stabbilit fl-Artikolu 307 għal kontribuzzjonijiet tal-fond tal-inadempjenza li jkopru kwalunkwe kuntratt imniżżel fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu flimkien mat-tranżazzjonijiet fi flus. 2. Għall-finijiet ta' din it-Taqsima, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin:
|
(80) |
fl-Artikolu 302, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej: “2. L-istituzzjonijiet, permezz ta' analiżi tax-xenarji u ttestjar tal-istress xierqa, għandhom jivvalutaw jekk il-livell ta' fondi proprji miżmuma kontra l-iskoperturi għal CCP, inkluż l-iskoperturi potenzjali, futuri jew kontinġenti ta' kreditu, l-iskoperturi minn kontribuzzjonijiet ta' fondi tal-inadempjenza u, meta l-istituzzjoni qiegħda taġixxi bħala membru tal-ikklerjar, l-iskoperturi li jirriżultaw minn arranġamenti kuntrattwali kif stabbiliti fl-Artikolu 304, jirrelatax b'mod adegwat mar-riskji inerenti ta' dawk l-iskoperturi.”; |
(81) |
l-Artikolu 303 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 303 Trattament tal-iskoperturi tal-membri ta' kklerjar għal CCPs 1. Istituzzjoni li taġixxi bħala membru tal-ikklerjar kemm għal finijiet tagħha stess kif ukoll bħala intermedjarju finanzjarju bejn klijent u CCP, għandha tikkalkula r-rekwiżiti ta' fondi proprji għall-iskoperturi tagħha għal CCP kif ġej:
2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, is-somma ta' rekwiżiti ta' fondi proprji ta' istituzzjoni għall-iskoperturi tagħha għal QCCP minħabba skoperturi ta' negozju u kontribuzzjonijiet tal-fond tal-inadempjenza għandha tkun soġġetta għal limitu massimu ugwali għas-somma tar-rekwiżiti ta' fondi proprji li tkun applikata għal dawk l-istess skoperturi jekk is-CCP kienu CCP mhux kwalifikati.”; |
(82) |
l-Artikolu 304 huwa emendat kif ġej:
|
(83) |
l-Artikolu 305 huwa emendat kif ġej:
|
(84) |
l-Artikolu 306 huwa emendat kif ġej:
|
(85) |
l-Artikolu 307 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 307 Rekwiżiti ta' fondi proprji għal kontribuzzjonijiet tal-fond tal-inadempjenza ta' CCP Istituzzjoni li taġixxi bħala membru tal-ikklerjar għandha tapplika t-trattament li ġej għall-iskoperturi tagħha li jirriżultaw mill-kontribuzzjonijiet tagħha għall-fond tal-inadempjenza ta' CCP:
|
(86) |
l-Artikolu 308 huwa emendat kif ġej:
|
(87) |
l-Artikoli 309, 310 u 311 huma sostitwiti b'dan li ġej: “Artikolu 309 Rekwiżit ta' fondi proprji għall-kontribuzzjonijiet prefinanzjati għall-fond tal-inadempjenza f'każ ta' inadempjenza ta' CCP mhux kwalifikanti u għall-kontribuzzjonijiet mhux iffinanzjati ta' CCP mhux kwalifikanti 1. Istituzzjoni għandha tapplika l-formula li ġejja biex tikkalkula r-rekwiżit ta' fondi proprji għall-iskoperturi li jirriżultaw mill-kontribuzzjonijiet prefinanzjati tagħha għall-fond tal-inadempjenza ta' CCP mhux kwalifikanti u minn kontribuzzjonijiet mhux iffinanzjati għal tali CCP:
2. Istituzzjoni għandha tikkalkula l-ammonti ta' skoperturi ppeżati għar-riskju għall-iskoperturi li jirriżultaw mill-kontribuzzjoni ta' dik l-istituzzjoni għall-fond tal-inadempjenza ta' CCP mhux kwalifikanti għall-finijiet tal-Artikolu 92(3) bħala r-rekwiżit ta' fondi proprji, ikkalkulati f'konformità mal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, immultiplikati bi 12,5.’; Artiklu 310 Rekwiżit ta' fondi proprji għal kontribuzzjonijiet mhux iffinanzjati għall-fond tal-inadempjenza ta' QCCP Istituzzjoni għandha tapplika piż ta' riskju ta' 0 % għall-kontribuzzjonijiet mhux iffinanzjati tagħha għall-fond tal-inadempjenza ta' QCCP. Artikolu 311 Rekwiżiti ta' fondi proprji għal skoperturi lil CCPs li ma jibqgħux jissodisfaw ċerti kondizzjonijiet 1. L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw it-trattament stabbilit f'dan l-Artikolu fejn isiru saru jafu, wara tħabbira jew notifika pubblika mill-awtorità kompetenti ta' CCP użata minn dawk l-istituzzjonijiet jew minn dik is-CCP innifisha, li s-CCP mhijiex ser tikkonforma iktar mal-kondizzjonijiet għal awtorizzazzjoni jew rikonoxximent, kif applikabbli. 2. Meta tiġi ssodisfata l-kondizzjoni stabbilita fil-paragrafu 1, l-istituzzjonijiet, fi żmien tliet xhur minn meta saru jafu biċ-ċirkostanza msemmija hemmhekk, jew preċedentement jekk l-awtoritajiet kompetenti ta' dawk l-istituzzjoni jeħtieġu hekk, jagħmlu dan li ġej fir-rigward tal-iskoperturi tagħhom fil-konfront ta' dik is-CCP:
|
(88) |
fl-Artikolu 316(1), jiżdied is-subparagrafu li ġej: “Permezz ta' deroga mill-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, l-istituzzjonijiet jistgħu jagħżlu li ma japplikawx il-kategoriji ta' kontabilità għall-kont ta' qligħ u telf skont l-Artikolu 27 tad-Direttiva 86/635/KEE għal kirjiet finanzjarji u operattivi għall-finijiet tal-kalkolu tal-indikatur rilevanti, u jistgħu minflok:
|
(89) |
fit-Titolu IV tal-Parti Tlieta, il-Kapitolu 1 jiġi sostitwit b'dan li ġej: “KAPITOLU 1 DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI Artikolu 325 Approċċi għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq 1. Istituzzjoni għandha tikkalkula r-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskji tas-suq ta' kull pożizzjoni fil-portafoll tan-negozjar u pożizzjoni fil-portafoll mhux tan-negozjar li huma soġġetti għal riskju tal-kambju jew riskju tal-komoditajiet f'konformità mal-approċċi li ġejjin:
2. Ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq ikkalkulati f'konformità mal-approċċ standardizzat imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 1 għandhom ifissru s-somma tar-rekwiżiti ta' fondi proprji li ġejjin, kif applikabbli:
3. Istituzzjoni li mhijiex eżentata mir-rekwiżiti ta' rappurtar stabbiliti fl-Artikolu 430b f'konformità mal-Artikolu 325a għandhom jirrapportaw il-kalkolu f'konformità mal-Artikolu 430b għall-pożizzjonijiet kollha fil-portafoll tan-negozjar u l-pożizzjonijiet kollha fil-portafoll mhux tan-negozjar li huma soġġetti għal riskju tal-kambju jew riskju tal-komoditajiet f'konformità mal-approċċi li ġejjin:
4. Istituzzjoni tista' tuża f'kombinazzjoni l-approċċi stabbiliti fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu fuq bażi permanenti fi ħdan grupp f'konformità mal-Artikolu 363. 5. L-istituzzjonijiet ma għandhomx jużaw l-approċċ stabbilit fil-punt (b) tal-paragrafu 3 għall-istrumenti fil-portafoll tan-negozjar tagħhom li huma pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni jew pożizzjonijiet inklużi fil-portafoll ta' negozjar ta' korrelazzjoni alternattiva (ACTP) kif stabbilit fil-paragrafi 6, 7 u 8. 6. Il-pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni u d-derivattivi ta' kreditu n-eżmu inadempjenti li jissodisfaw il-kriterji kollha li ġejjin għandhom jiġu inklużi fl-ACTP:
Suq bidirezzjonali jitqies li jeżisti meta jkun hemm offerti bona fide indipendenti għax-xiri u l-bejgħ b'tali mod li prezz relatat li hu raġonevolment relatat mal-aħħar prezz ta' bejgħ jew offerta kompetittiva bona fide kurrenti u kwotazzjonijiet tal-offerti jkunu jistgħu jiġu determinati fi żmien ġurnata u saldati b'dak il-prezz fi żmien relattivament qasir b'konformità mal-prattika tan-negozjar. 7. Il-pożizzjonijiet bi kwalunkwe wieħed mill-istrumenti li ġejjin ma għandhomx jiġu inklużi fl-ACTP:
8. Fil-pożizzjonijiet tal-ACTP, l-istituzzjonijiet jistgħu jinkludu pożizzjonijiet li la huma pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni u lanqas derivattivi ta' kreditu n-eżmu inadempjenti iżda li jiħħeġġjaw pożizzjonijiet oħra f'dak il-portafoll, sakemm jeżisti suq bidirezzjonali likwidu kif deskritt fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 6 għall-istrument jew l-istrumenti sottostanti tiegħu. 9. L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika kif l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkolaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq għal pożizzjonijiet fil-portafoll mhux tan-negozjar li huma soġġetti għal riskju tal-kambju jew riskju tal-komoditajiet f'konformità mal-approċċi stabbiliti fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 3. L-ABE għandha tippreżenta dawk l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-28 ta' Settembru 2020. Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. Artikolu 325a Eżenzjonijiet minn rekwiżiti ta' rappurtar speċifiċi għal riskju tas-suq 1. Istituzzjoni għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta' rappurtar stabbilit fl-Artikolu 430b, dment li d-daqs tan-negozju fil-karta tal-bilanċ u barra l-karta tal-bilanċ li huwa soġġett għar-riskju tas-suq ikun ugwali għal jew inqas għal kull wieħed mil-livelli limitu li ġejjin jew inqas minnhom abbażi ta' valutazzjoni mwettqa kull xahar permezz tad-data sal-aħħar ġurnata tax-xahar:
2. L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw id-daqs tan-negozju tagħhom fil-karta tal-bilanċ u barra l-karta tal-bilanċ li huwasoġġett għar-riskji tas-suq bl-użu tad-data sal-aħħar ġurnata ta' kull xahar f'konformità mar-rekwiżiti li ġejjin:
3. L-istituzzjonijiet għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti meta jikkalkulaw, jew jieqfu jikkalkulaw, ir-rekwiżiti ta' fondi proprji tagħhom għar-riskju tas-suq f'konformità ma' dan l-Artikolu. 4. Istituzzjoni li ma tissodisfax waħda jew iktar mill-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 għandha tinnotifika mill-ewwel lill-awtorità kompetenti dwar dan. 5. L-eżenzjoni mir-rekwiżiti ta' rappurtar stabbiliti fl-Artikolu 430b għandha tieqaf tapplika fi żmien tliet xhur minn kwalunkwe wieħed minn dawn il-każijiet li ġejjin:
6. Meta istituzzjoni tkun saret soġġetta għar-rekwiżiti ta' rappurtar stabbiliti fl-Artikolu 430b f'konformità mal-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu, l-istituzzjoni għandha tkun eżentata minn dawk ir-rekwiżiti ta' rappurtar biss meta turi lill-awtorità kompetenti li l-kondizzjonijiet kollha stabbiliti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu ġew issodisfati għal perijodu ta' sena sħiħa mingħajr ebda interruzzjoni. 7. L-istituzzjonijiet ma għandhomx jidħlu fi, jixtru jew ibigħu pożizzjoni biss bl-iskop li jikkonformaw ma' waħda mill-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 matul il-valutazzjoni ta' kull xahar. 8. Istituzzjoni li hija eliġibbli għat-trattament stabbilit fl-Artikolu 94 għandha tkun eżentata mir-rekwiżiti ta' rappurtar stabbiliti fl-Artikolu 430b. Artikolu 325b Permess għal rekwiżiti konsolidati 1. Soġġett għall-paragrafu 2 u bl-unika skop li jiġu kkalkulati l-pożizzjonijiet netti u r-rekwiżiti ta' fondi proprji f'konformità ma' dan it-Titolu fuq bażi konsolidata, l-istituzzjonijiet jistgħu jużaw il-pożizzjonijiet f'istituzzjoni jew impriża partikolari biex ipaċu l-pożizzjonijiet f'istituzzjoni jew impriża oħra. 2. L-istituzzjonijiet jistgħu japplikaw il-paragrafu 1 biss bil-permess tal-awtoritajiet kompetenti, li għandu jingħata jekk jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
3. Minbarra l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2, meta jkun hemm impriżi li jinsabu f'pajjiżi terzi għandhom jiġu ssodisfati wkoll il-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
|
(90) |
fit-Titolu IV tal-Parti Tlieta, jiddaħħlu l-Kapitoli li ġejjin: “KAPITOLU 1a L-approċċ standardizzat alternattiv
Artikolu 325c Kamp ta' applikazzjoni u struttura tal-approċċ standardizzat alternattiv 1. L-approċċ standardizzat alternattiv kif jinsab f'dan il-Kapitolu għandu jintuża biss għall-finijiet tar-rekwiżit ta' rappurtar stabbilit fl-Artikolu 430b(1). 2. Istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq f'konformita' mal-approċċ standardizzat alternattiv għal portafoll ta' pożizzjonijiet fil-portafoll tan-negozjar jew pożizzjonijiet fil-portafoll mhux tan-negozjar li huma soġġetti għal-kambju barrani u riskju tal-komoditajiet bħala s-somma tat-tliet komponenti li ġejjin:
Artikolu 325d Definizzjonijiet Għall-finijiet ta' dan il-Kapitolu, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
Artikolu 325e Komponenti tal-metodu bbażat fuq is-sensittivitajiet 1. L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw ir-rekwiżit ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq skont il-metodu bbażat fuq is-sensittivitajiet bl-aggregazzjoni tat-tliet tipi li ġejjin ta' rekwiżiti ta' fondi proprji f'konformità mal-Artikolu 325h:
2. Għall-fini tal-kalkolu msemmi fil-paragrafu 1,
Għall-finijiet ta' dan il-Kapitolu, strumenti b'opzjonalità jinkludu, fost l-oħrajn: opzjonijiet, opzjonijiet put, limiti massimi, limiti minimi, opzjonijiet swap, opzjonijiet ta' barriera u opzjonijiet eżotiċi. L-opzjonijiet integrati, bħal prepagamenti jew opzjonijiet attitudinali, għandhom jiġu kkunsidrati bħala opzjonijiet awtonomi għall-fini li jiġu kkalkulati r-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskji tas-suq. Għall-finijiet ta' dan il-Kapitolu, l-istrumenti li l-flussi ta' flus tagħhom jistgħu jiġu vvalutati bħala funzjoni lineari tal-ammont nozzjonali ta' sottostanti għandhom jiġu kkunsidrati bħala strumenti mingħajr dritt ta' għażla. Artikolu 325f Rekwiżiti ta' fondi proprji għal riskji delta u vega 1. L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw il-fatturi ta' riskju delta u vega deskritti fis-Subtaqsima 1 tat-Taqsima 3 biex jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għal riskji delta u vega. 2. L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw il-proċess stabbilit fil-paragrafi 3 sa 8 biex jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għal riskji delta u vega. 3. Għal kull klassi ta' riskju, is-sensittività tal-istrumenti kollha li jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għal riskji delta jew vega għal kull wieħed mill-fatturi ta' riskju delta jew vega applikabbli inklużi f'dik il-klassi ta' riskju għandha tiġi kkalkulata permezz tal-formuli korrispondenti fis-Subtaqsima 2 tat-Taqsima 3. Jekk il-valur ta' strument jiddependi fuq diversi fatturi ta' riskju, is-sensittività għandha tiġi determinata b'mod separat għal kull fattur ta' riskju. 4. Għandhom jiġu assenjati sensittivitajiet lil wieħed mill-buckets “b” fi ħdan kull klassi ta' riskju. 5. Fi ħdan kull bucket “b”, is-sensittivitajiet pożittivi u negattivi għall-istess fattur ta' riskju għandhom jiġu kkalkulati b'mod nett, u dan jagħti lok għal sensittivitajiet netti (sk) għal kull fattur ta' riskju k fi ħdan bucket. 6. Is-sensittivitajiet netti għal kull fattur ta' riskju fi ħdan kull bucket għandhom jiġu mmultiplikati bil-piżijiet tar-riskju korrispondenti stipulati fit-Taqsima 6, u dan jagħti lok għal sensittivitajiet ppeżati għal kull fattur ta' riskju fi ħdan dak il-bucket f'konformità mal-formula li ġejja:
7. Is-sensittivitajiet ppeżati għall-fatturi ta' riskju differenti fi ħdan kull bucket għandhom jiġu aggregati f'konformità mal-formula ta' hawn taħt, fejn il-kwantità fi ħdan il-funzjoni ta' għerq kwadrat hija limitata għal żero, u dan jagħti lok għal sensittività speċifika għall-bucket. Għandhom jintużaw il-korrelazzjonijiet korrispondenti għal sensittivitajiet ppeżati fi ħdan l-istess bucket (ρkl), stipulati fit-Taqsima 6.
8. Is-sensittività speċifika għall-bucket għandha tiġi kkalkulata għal kull bucket fi ħdan klassi ta' riskju f'konformità mal-paragrafi 5, 6 u 7. Ladarba s-sensittività speċifika għall-bucket tkun ġiet ikkalkulata għall-buckets kollha, is-sensittivitajiet ppeżati għal kull fattur ta' riskju fil-buckets għandhom jiġu aggregati f'konformità mal-formula ta' hawn taħt, permezz tal-korrelazzjonijiet korrispondenti γbc għal sensittivitajiet ppeżati f'buckets differenti stipulati fit-Taqsima 6, u dan jagħti lok għar-rekwiżit ta' fondi proprji għall-klassi ta' riskju speċifikament għar-riskju delta jew vega:
fejn
Ir-rekwiżiti ta' fondi proprji tar-riskju għall-klassi ta' riskju delta jew vega speċifiċi għandhom jiġu kkalkulati għal kull klassi ta' riskju f'konformità mal-paragrafi 1 sa 8. Artikolu 325g Rekwiżiti ta' fondi proprji għal riskju kurvatura L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkolaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għal riskju kurvatura f'konformita' mal-l-att delegat imsemmi fl-Artikolu 461a. Artikolu 325h Aggregazzjoni tar-rekwiżiti ta' fondi proprji speċifiċi għall-klassi tar-riskju għal riskji delta, vega u kurvatura 1. L-istituzzjonijiet għandhom jaggregaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji speċifiċi għall-klassi ta' riskju għal riskji delta, vega u kurvatura f'konformità mal-proċess stabbilit fil-paragrafi 2, 3 u 4. 2. Il-proċess biex jiġu kkalkulati r-rekwiżiti ta' fondi proprji speċifiċi għall-klassi ta' riskju delta, riskji vega u ta' kurvatura deskritti fl-Artikoli 325f u 325g għandu jitwettaq tliet darbiet għal kull klassi ta' riskju, kull darba permezz ta' sett differenti ta' parametri ta' korrelazzjoni ρkl (korrelazzjoni bejn il-fatturi ta' riskju fi ħdan bucket) u γbc (korrelazzjoni bejn buckets fi ħdan klassi ta' riskju). Kull wieħed minn dawn it-tliet settijiet għandu jikkorrispondi għal xenarju differenti, kif ġej:
3. L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkolaw is-somma tar-rekwiżiti ta' fondi proprji delta, vega u kurvatura speċifiċi għal kull xenarju biex jistabbilixxu tliet rekwiżiti ta' fondi proprji speċifiċi għax-xenarju. 4. Ir-rekwiżit ta' fondi proprji taħt il-metodu bbażat fuq s-sensittivitajiet għandu jkun l-għola mit-tliet rekwiżiti ta' fondi proprji speċifiċi għax-xenarju li jissemmew fil-paragrafu 3. Artikolu 325i Trattament ta' strumenti indiċi u opzjonijiet b'ħafna strumenti sottostanti L-istituzzjonijiet għandhom jittrattaw l-istrumenti indiċi u l-opzjonijiet b'ħafna strumenti sottostanti f'konformita' mal-att delegat imsemmi fl-Artikolu 461a. Artikolu 325j Trattament ta' impriżi ta' investiment kollettiv L-istituzzjonijiet għandhom jittrattaw lil impriżi ta' investiment kollettiv f'konformita' mal-att delegat imsemmi fl-Artikolu 461a. Artikolu 325k Pożizzjonijiet sottoskritti 1. L-istituzzjonijiet jistgħu jużaw il-proċess stabbilit f'dan l-Artikolu għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq ta' pożizzjonijiet sottoskritti ta' strumenti ta' dejn jew ta' ekwità. 2. L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw wieħed mill-fatturi multiplikanti xierqa elenkati fit-Tabella 1 għas-sensittivitajiet netti tal-pożizzjonijiet sottoskritti kollha f'kull emittent individwali, bl-esklużjoni tal-pożizzjonijiet sottoskritti li huma sottoskritti jew sotto-sottoskritti minn partijiet terzi fuq il-bażi ta' ftehimiet formali, u jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq f'konformità mal-approċċ stabbilit f'dan il-Kapitolu fuq il-bażi tas-sensittivitajiet netti aġġustati. Tabella 1
Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, “ġurnata tax-xogħol 0” tfisser il-ġurnata tax-xogħol li fiha l-istituzzjoni tieħu l-impenn mingħajr kondizzjonijiet li taċċetta kwantità magħrufa ta' titoli bi prezz miftiehem. 3. L-istituzzjonijiet għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti dwar l-applikazzjoni tal-proċess stabbilit f'dan l-Artikolu.
Artikolu 325l Fatturi ta' riskju ġenerali tar-rata tal-imgħax 1. Għall-fatturi ta' riskju ġenerali kollha tar-rata tal-imgħax, inkluż ir-riskju ta' inflazzjoni u r-riskju bażi ta' bejn il-muniti, għandu jkun hemm bucket wieħed għal kull munita, b'kull waħda tinkludi tipi ta' fatturi ta' riskju differenti. Il-fatturi delta ta' riskju ġenerali tar-rata tal-imgħax applikabbli għal strumenti sensittivi għar-rata tal-imgħax għandhom ikunu r-rati mingħajr riskju rilevanti għal kull munita u għal kull waħda mill-maturitajiet li ġejjin: 0,25 sena, 0,5 sena, sena, sentejn, 3 snin, 5 snin, 10 snin, 15-il sena, 20 sena, 30 sena. L-istituzzjonijiet għandhom jassenjaw fatturi ta' riskju lill-punti speċifikati b'interpolazzjoni lineari jew billi jużaw metodu li huwa l-iktar konsistenti mal-funzjonijiet tal-ipprezzar użati mill-funzjoni ta' kontroll tar-riskju indipendenti tal-istituzzjoni biex tirrapporta r-riskju tas-suq jew il-profitti u t-telf lill-maniġment superjuri. 2. L-istituzzjonijiet għandhom jiksbu r-rati mingħajr riskju għal kull munita mill-istrumenti tas-suq monetarju miżmuma fil-portafoll tan-negozjar tal-istituzzjoni li għandhom l-iktar riskju ta' kreditu baxx, bħal swaps tal-indiċi mil-lum għall-għada. 3. Meta l-istituzzjonijiet ma jkunux jistgħu japplikaw l-approċċ imsemmi fil-paragrafu 2, ir-rati mingħajr riskju għandhom ikunu bbażati fuq kurva ta' swaps implikata mis-suq waħda jew iktar użati mill-istituzzjoni biex tipprezza l-pożizzjonijiet skont il-valur tas-suq, bħall-kurvi ta' swaps ta' rati interbankarji offruti. Meta d-data dwar kurvi ta' swaps implikati mis-suq deskritti fil-paragrafu 2 u fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu hija insuffiċjenti, ir-rati mingħajr riskju jistgħu jiġu derivati mill-kurva tal-bonds sovrani l-iktar xierqa għal munita partikolari. Meta l-istituzzjonijiet jużaw il-fatturi ta' riskju ġenerali tar-rata tal-imgħax derivati f'konformità mal-proċedura stabbilita fit-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu għal strumenti tad-dejn sovran, l-istrumenti tad-dejn sovran m'għandhomx ikunu eżenti mir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tal-firxa ta' kreditu. F'dawk il-każijiet, fejn ma jkunx possibbli li tifred ir-rata mingħajr riskju mill-komponent tal-firxa ta' kreditu, is-sensittività għall-fattur ta' riskju għandu jiġi allokat kemm għar-riskju ġenerali tar-rati tal-imgħax kif ukoll għall-klassijiet tar-riskju tal-firxa ta' kreditu. 4. Fil-każ ta' fatturi ta' riskju ġenerali tar-rati tal-imgħax, kull munita għandha tikkostitwixxi bucket separat. L-istituzzjonijiet għandhom jassenjaw fatturi ta' riskju fl-istess bucket, iżda b'maturitajiet differenti, piż ta' riskju differenti, f'konformità mat-Taqsima 6. L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw fatturi ta' riskju addizzjonali għar-riskju tal-inflazzjoni għal strumenti tad-dejn li l-flussi tal-flus tagħhom huma funzjonalment dipendenti fuq ir-rati tal-inflazzjoni. Dawk il-fatturi ta' riskju addizzjonali għandhom jikkonsistu f'vettur wieħed ta' rati tal-inflazzjoni implikati mis-suq ta' maturitajiet differenti għal kull munita. Għal kull strument, il-vettur għandu jinkludi komponenti daqskemm ikun hemm rati tal-inflazzjoni użati bħala varjabbli mill-mudell tal-ipprezzar tal-istituzzjoni għal dak l-istrument. 5. L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw is-sensittività tal-istrument għall-fattur ta' riskju addizzjonali għar-riskju tal-inflazzjoni msemmi fil-paragrafu 4 bħala l-bidla fil-valur tal-istrument, skont il-mudell tal-ipprezzar tiegħu, bħala riżultat ta' ċaqliq ta' punt bażi f'kull wieħed mill-komponenti tal-vettur. Kull munita għandha tikkostitwixxi bucket separat. F'kull bucket, l-istituzzjonijiet għandhom jittrattaw l-inflazzjoni bħala fattur ta' riskju uniku, irrispettivament min-numru ta' komponenti ta' kull vettur. L-istituzzjonijiet għandhom ipaċu s-sensittivitajiet kollha għall-inflazzjoni f'bucket, ikkalkulati kif deskritt f'dan il-paragrafu, sabiex tirriżulta f'sensittività netta waħda għal kull bucket. 6. L-istrumenti tad-dejn li jinvolvu ħlasijiet f'muniti differenti wkoll għandhom ikunu soġġetti għal riskju bażi bejn il-muniti bejn dawk il-muniti. Għall-finijiet tal-metodu bbażat fuq is-sensittivitajiet, il-fatturi ta' riskju li għandhom jiġu applikati mill-istituzzjonijiet għandhom ikunu r-riskju bażi bejn il-muniti ta' kull munita kontra d-dollaru Amerikan jew l-euro. L-istituzzjonijiet għandhom jaħdmu l-bażijiet ta' bejn il-muniti li ma jirrelatawx mal-bażi kontra d-dollaru Amerikan jew il-bażi kontra l-euro bħala “bażi kontra d-dollaru Amerikan” jew “bażi kontra l-euro”. Kull fattur ta' riskju bażi bejn il-muniti għandu jikkonsisti f'vettur wieħed ta' bażi bejn il-muniti ta' maturitajiet differenti għal kull munita. Għal kull strument, il-vettur għandu jinkludi komponenti daqskemm ikun hemm bażijiet bejn il-muniti użati bħala varjabbli mill-mudell tal-ipprezzar tal-istituzzjoni għal dak l-istrument. Kull munita għandha tikkostitwixxi bucket differenti. L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw is-sensittività tal-istrument għall-fattur ta' riskju bażi bejn il-muniti bħala l-bidla fil-valur tal-istrument, skont il-mudell tal-ipprezzar tiegħu, bħala riżultat ta' ċaqliq ta' punt bażi f'kull wieħed mill-komponenti tal-vettur. Kull munita għandha tikkostitwixxi bucket separat. F'kull bucket għandu jkun hemm żewġ fatturi distinti possibbli: bażi kontra l-euro u bażi kontra d-dollaru Amerikan, irrispettivament min-numru ta' komponenti li jkun hemm f'kull vettur bażi bejn il-muniti. In-numru massimu ta' sensittivitajiet netti għal kull bucket għandu jkun tnejn. 7. Il-fatturi vega ta' riskju ġenerali tar-rata tal-imgħax applikabbli għal opzjonijiet b'sottostanti li huma sensittivi għar-rata ġenerali tal-imgħax għandhom ikunu l-volatilitajiet implikati tar-rati mingħajr riskju rilevanti kif deskritt fil-paragrafi 2 u 3, li għandhom jiġu assenjati għal buckets skont il-munita u kklassifikati għal dawn il-maturitajiet li ġejjin f'kull bucket: 0,5 sena, sena, 3 snin, 5 snin, 10 snin. Għandu jkun hemm bucket wieħed għal kull munita. Għall-finijiet ta' netting, l-istituzzjonijiet għandhom iqisu l-volatilitajiet implikati marbuta mal-istess rati mingħajr riskju u kklassifikati għall-istess maturitajiet biex jikkostitwixxu l-istess fattur ta' riskju. Meta l-istituzzjonijiet jikklassifikaw il-volatilitajiet implikati għall-maturitajiet kif imsemmi f'dan il-paragrafu, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin:
8. Il-fatturi ta' riskju ġenerali tar-rata tal-imgħax tal-kurvatura li għandhom jiġu applikati mill-istituzzjonijiet għandhom jikkonsistu minn vettur wieħed ta' rati mingħajr riskju, li jirrappreżentaw kurva tar-rendiment mingħajr riskju speċifika, għal kull munita. Kull munita għandha tikkostitwixxi bucket differenti. Għal kull strument, il-vettur għandu jinkludi komponenti daqskemm ikun hemm maturitajiet differenti ta' rati mingħajr riskju użati bħala varjabbli mill-mudell tal-ipprezzar tal-istituzzjoni għal dak l-istrument. 9. L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw is-sensittività tal-istrument għal kull fattur ta' riskju użat fil-formola tar-riskju tal-kurvatura f'konformità mal-Artikolu 325g. Għall-finijiet tar-riskju ta' kurvatura, l-istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw vetturi li jikkorrispondu għal kurvi tar-rendiment differenti u b'numru differenti ta' komponenti bħall-istess fattur ta' riskju, sakemm dawk il-vetturi jikkorrispondu għall-istess munita. L-istituzzjonijiet għandhom ipaċu s-sensittivitajiet għall-istess fattur ta' riskju. Għandu jkun hemm sensittività netta waħda għal kull bucket. M'għandux ikun hemm rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tal-kurvatura għall-inflazzjoni u għar-riskji bażi bejn il-muniti. Artikolu 325m Fatturi ta' riskju tal-firxa tal-kreditu għal nontitolizzazzjoni 1. Il-fatturi delta ta' riskju tal-firxa tal-kreditu li għandhom jiġu applikati mill-istituzzjonijiet għal strumenti ta' nontitolizzazzjoni li huma sensittivi għall-firxa tal-kreditu għandhom ikunu r-rati tal-firxa tal-kreditu tal-emittent ta' dawk l-istrumenti, inferiti mill-istrumenti tad-dejn u mis-swaps ta' inadempjenza tal-kreditu rilevanti, u kklassifikati għal kull waħda mill-maturitajiet li ġejjin: 0,5 sena, sena, 3 snin, 5 snin, 10 snin. L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw fattur ta' riskju wieħed għal kull emittent u maturità, irrispettivament minn jekk dawk ir-rati ta' firxa tal-kreditu tal-emittent humiex inferiti mill-istrumenti tad-dejn jew mis-swaps ta' inadempjenza tal-kreditu. Il-buckets għandhom ikunu buckets settorjali, kif imsemmi fit-Taqsima 6, u kull bucket għandu jinkludi l-fatturi ta' riskju kollha allokati għas-settur rilevanti. 2. Il-fatturi vega ta' riskju tal-firxa tal-kreditu li għandhom jiġu applikati mill-istituzzjonijiet għal opzjonijiet b'sottostanti ta' nontitolizzazzjoni li huma sensittivi għall-firxa tal-kreditu għandhom ikunu l-volatilitajiet implikati tar-rati tal-firxa tal-kreditu tal-emittent tas-sottostanti inferiti kif stabbilit fil-paragrafu 1, li għandhom jiġu kklassifikati għall-maturitajiet li ġejjin f'konformità mal-maturità tal-opzjoni soġġetta għar-rekwiżiti ta' fondi proprji: 0,5 sena, sena, 3 snin, 5 snin, 10 snin. L-istess buckets għandhom jintużaw bħall-buckets li ntużaw għar-riskju delta tal-firxa tal-kreditu għan-nontitolizzazzjoni. 3. Il-fatturi ta' riskju tal-firxa tal-kreditu tal-kurvatura li għandhom jiġu applikati mill-istituzzjonijiet għall-istrumenti ta' nontitolizzazzjoni għandhom jikkonsistu minn vettur wieħed ta' rati tal-firxa tal-kreditu, li jirrappreżentaw kurva tal-firxa tal-kreditu speċifika għall-emittent. Għal kull strument, il-vettur għandu jinkludi komponenti daqskemm ikun hemm maturitajiet differenti ta' rati tal-firxa tal-kreditu użati bħala varjabbli mill-mudell tal-ipprezzar tal-istituzzjoni għal dak l-istrument. L-istess buckets għandhom jintużaw bħall-buckets li ntużaw għar-riskju delta tal-firxa tal-kreditu għan-nontitolizzazzjoni. 4. L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw is-sensittività tal-istrument għal kull fattur ta' riskju użat fil-formola tar-riskju tal-kurvatura f'konformità mal-Artikolu 325g. Għall-finijiet tar-riskju ta' kurvatura, l-istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw vetturi inferiti mill-istrumenti tad-dejn jew mis-swaps ta' inadempjenza tal-kreditu rilevanti u b'numru differenti ta' komponenti bħall-istess fattur ta' riskju dment li dawk il-vetturi jikkorrispondu għall-istess emittent. Artikolu 325n Fatturi ta' riskju tal-firxa tal-kreditu għal nontitolizzazzjoni 1. L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw il-fatturi ta' riskju tal-firxa tal-kreditu msemmija fil-paragrafu 3 għall-pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni li huma inklużi fil-ACTP, kif imsemmi fl-Artikolu 325(6), (7) u (8), L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw il-fatturi ta' riskju tal-firxa tal-kreditu tat-titolizzazzjonijiet mhux tal-ACTP imsemmija fil-paragrafu 5 għall-pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni li ma humiex inklużi fil-ACTP, kif imsemmi fl-Artikolu 325(6), (7) u (8). 2. Il-buckets applikabbli għar-riskju tal-firxa tal-kreditu għal titolizzazzjonijiet li huma inklużi fl-ACTP għandhom ikunu l-istess bħall-buckets applikabbli għar-riskju tal-firxa tal-kreditu għal nontitolizzazzjonijiet, kif imsemmi fit-Taqsima 6. Il-buckets applikabbli għar-riskju tal-firxa tal-kreditu għal titolizzazzjonijiet li ma humiex inklużi fil-ACTP għandhom ikunu speċifiċi għal dik il-kategorija ta' klassi tar-riskju, kif imsemmi fit-Taqsima 6. 3. Il-fatturi ta' riskju tal-firxa tal-kreditu li għandhom jiġu applikati mill-istituzzjonijiet għal pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni li huma inklużi fil-ACTP huma dawn li ġejjin:
4. L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw is-sensittività tal-pożizzjoni tat-titolizzazzjoni għal kull fattur ta' riskju użat fil-formola tar-riskju tal-kurvatura s_ik kif speċifikat fl-Artikolu 325g. Għall-finijiet tar-riskju ta' kurvatura, l-istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw vetturi inferiti jew mill-istrumenti tad-dejn jew mis-swaps ta' inadempjenza tal-kreditu rilevanti u b'numru differenti ta' komponenti bħall-istess fattur ta' riskju, sakemm dawk il-vetturi jikkorrispondu għall-istess emittent. 5. Il-fatturi ta' riskju tal-firxa tal-kreditu li għandhom jiġu applikati mill-istituzzjonijiet għal pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni li ma humiex inklużi fil-ACTP għandhom jirreferu għall-firxa tas-segment iktar milli l-firxa tal-istrumenti sottostanti u għandhom ikunu dawn li ġejjin:
Artikolu 325o Fatturi tar-riskju tal-ekwità 1. Il-buckets għall-fatturi kollha tar-riskju tal-ekwità għandhom ikunu l-buckets settorjali msemmija fit-Taqsima 6. 2. Il-fatturi delta tar-riskju tal-ekwità li għandhom jiġu applikati mill-istituzzjonijiet għandhom ikunu l-prezzijiet spot kollha tal-ekwità u r-ratirepo tal-ekwità. Għall-finijiet tar-riskju tal-ekwità, kurva repo tal-ekwità speċifika għandha tikkostitwixxi fattur ta' riskju uniku, li jkun espress bħala vettur ta' rati repo għal maturitajiet differenti. Għal kull strument, il-vettur għandu jinkludi komponenti daqskemm ikun hemm maturitajiet differenti ta' rati repo li jintużaw bħala varjabbli mill-mudell tal-ipprezzar tal-istituzzjoni għal dak l-istrument. L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw is-sensittività ta' strument għal fattur ta' riskju tal-ekwità bħala l-bidla fil-valur tal-istrument, skont il-mudell tal-ipprezzar tiegħu, bħala riżultat ta' ċaqliq ta' punt bażi f'kull wieħed mill-komponenti tal-vettur. L-istituzzjonijiet għandhom ipaċu s-sensittivitajiet għall-fattur ta' riskju tar-rata repo tal-istess titolu tal-ekwità, irrispettivament min-numru ta' komponenti ta' kull vettur. 3. Il-fatturi vega ta' riskju tal-ekwità li għandhom jiġu applikati mill-istituzzjonijiet għal opzjonijiet b'sottostanti li huma sensittivi għall-ekwità għandhom ikunu l-volatilitajiet implikati tal-prezzijiet spot tal-ekwità, li għandhom jiġu kklassifikati għall-maturitajiet li ġejjin f'konformità mal-maturitajiet tal-opzjonijiet korrispondenti soġġett għar-rekwiżiti ta' fondi proprji: 0,5 sena, sena, 3 snin, 5 snin, 10 snin. Ma għandux ikun hemm rekwiżiti ta' fondi proprji għal riskju vega għal rati repo tal-ekwità. 4. Il-fatturi ta' riskju ta' kurvatura tal-ekwità li għandhom jiġu applikati mill-istituzzjonijiet għal opzjonijiet b'sottostanti li huma sensittivi għall-ekwità huma l-prezzijiet spot kollha tal-ekwità, irrispettivament mill-maturità tal-opzjonijiet korrispondenti. M'għandux ikun hemm rekwiżiti ta' fondi proprji ta' riskju kurvatura għar-rati repo tal-ekwità. Artikolu 325p Fatturi tar-riskju tal-komodità 1. Il-buckets għall-fatturi kollha tar-riskju tal-komoditajiet għandhom ikunu l-buckets settorjali msemmija fit-Taqsima 6. 2. Il-fatturi delta tar-riskju tal-komoditajiet li għandhom jiġu applikati mill-istituzzjonijiet għall-istrumenti sensittivi għall-komoditajiet għandhom ikunu l-prezzijiet spot kollha tal-komoditajiet għal kull tip ta' komodità u għal kull waħda minn dawn il-maturitajiet: 0,25 sena, 0,5 sena, sena, sentejn, 3 snin, 5 snin, 10 snin, 15-il sena, 20 sena, 30 sena. L-istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw biss żewġ prezzijiet tal-komoditajiet fuq l-istess tip ta' komodità, u bl-istess maturitàbiex jikkostitwixxu l-istess fattur ta' riskju meta s-sett ta' termini legali rigward il-post ta' kunsinna huma identiċi. 3. Il-fatturi vega ta' riskju tal-komoditajiet li għandhom jiġu applikati mill-istituzzjonijiet għal opzjonijiet b'sottostanti li huma sensittivi għall-komoditajiet għandhom ikunu l-volatilitajiet implikati tal-prezzijiet tal-komoditajiet għal kull tip ta' komodità, li għandhom jiġu kklassifikati għall-maturitajiet li ġejjin f'konformità mal-maturitajiet tal-opzjonijiet korrispondenti soġġett għar-rekwiżiti ta' fondi proprji: 0,5 sena, sena, 3 snin, 5 snin, 10 snin. L-istituzzjonijiet għandhom iqisu s-sensittivitajiet għall-istess tip ta' komodità u allokati għall-istess maturità bħala fattur ta' riskju uniku, li l-istituzzjonijiet għandhom imbagħad ipaċu. 4. Il-fatturi ta' riskju ta' kurvatura tal-komoditajiet li għandhom jiġu applikati mill-istituzzjonijiet għal opzjonijiet b'sottostanti li huma sensittivi għall-komoditajiet għandhom ikunu sett wieħed ta' prezzijiet tal-komoditajiet b'maturitajiet differenti għal kull tip ta' komodità, espressi bħala vettur. Għal kull strument, il-vettur għandu jinkludi komponenti daqskemm ikun hemm prezzijiet ta' dik il-komodità li jintużaw bħala varjabbli mill-mudell tal-ipprezzar tal-istituzzjoni għal dak l-istrument. L-istituzzjonijiet m'għandhomx jiddifferenzjaw bejn il-prezzijiet ta' komoditajiet skont il-post ta' kunsinna. Is-sensittività tal-istrument għal kull fattur ta' riskju użat fil-formola tar-riskju tal-kurvatura sik għandha tiġi kkalkulata kif speċifikat fl-Artikolu 325g. Għall-fini tar-riskju ta' kurvatura, l-istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw vetturi li għandhom numru differenti ta' komponenti biex jikkostitwixxu l-istess fattur ta' riskju, sakemm dawk il-vetturi jikkorrispondu għall-istess tip ta' komodità. Artikolu 325q Fatturi ta' riskju tal-kambju 1. Il-fatturi delta tar-riskju tal-kambju li għandhom jiġu applikati mill-istituzzjonijiet għall-istrumenti sensittivi għall-kambju għandhom ikunu r-rati tal-kambju spot kollha bejn il-munita li fiha huwa ddenominat l-istrument u l-munita tar-rappurtar tal-istituzzjoni. Għandu jkun hemm bucket wieħed għal kull sett ta' muniti akkoppjati, li jkun jinkludi fattur ta' riskju uniku u sensittività netta unika. 2. Il-fatturi vega ta' riskju tal-kambju li għandhom jiġu applikati mill-istituzzjonijiet għal opzjonijiet b'sottostanti li huma sensittivi għall-kambju għandhom ikunu l-volatilitajiet implikati tar-rati tal-kambju bejn il-muniti akkoppjati msemmija fil-paragrafu 1. Dawk il-volatilitajiet implikati tar-rati tal-kambju għandhom jiġu kklassifikati għal dawn il-maturitajiet li ġejjin f'konformità mal-maturitajiet tal-opzjonijiet korrispondenti soġġett għar-rekwiżiti ta' fondi proprji: 0,5 sena, sena, 3 snin, 5 snin, 10 snin. 3. Il-fatturi ta' riskju ta' kurvatura tal-kambju li għandhom jiġu applikati mill-istituzzjonijiet għal opzjonijiet b'sottostanti li huma sensittivi għall-kambju għandhom ikunu l-istess bħal dawk imsemmija fil-paragrafu 1. 4. L-istituzzjonijiet m'għandhomx jintalbu jiddistingwu bejn varjanti onshore u offshore ta' munita għall-fatturi kollha ta' riskju delta, vega u ta' kurvatura tal-kambju.
Artikolu 325r Sensittivitajiet għar-riskju delta 1. L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw fatturi delta ta' riskju ġenerali tar-rata tal-imgħax (GIRR) kif ġej:
2. L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw is-sensittivitajiet delta tar-riskju tal-firxa tal-kreditu għall-pożizzjonijiet kollha ta' titolizzazzjoni u nontitolizzazzjoni kif ġej:
fejn:
3. L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw is-sensittivitajiet ta' riskju delta tal-ekwità kif ġej:
4. L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw is-sensittivitajiet ta' riskju delta tal-komoditajiet għal kull fattur ta' riskju k kif ġej:
fejn:
5. L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw is-sensittivitajiet ta' riskju delta tal-kambju għal kull fattur ta' riskju tal-kambju k kif ġej:
fejn:
Artikolu 325s Sensittivitajiet għar-riskju vega 1. L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw is-sensittività għar-riskju vega ta' opzjoni għal fattur ta' riskju partikolari k kif ġej:
fejn:
2. Fil-każ ta' klassijiet tar-riskju fejn il-fatturi ta' riskju vega għandhom dimensjoni ta' maturità, iżda fejn ir-regoli biex jiġu kklassifikati l-fatturi ta' riskju mhumiex applikabbli għaliex l-opzjonijiet m'għandhomx maturità, l-istituzzjonijiet għandhom jikklassifikaw dawk il-fatturi ta' riskju għall-itwal maturità preskritta. Dawk l-opzjonijiet għandhom ikunu soġġetti għaż-żieda ta' riskji residwi. 3. Fil-każ ta' opzjonijiet li m'għandhomx prezz tal-eżerċitar jew barriera u opzjonijiet li għandhom prezzijiet tal-eżerċitar jew barrieri multipli, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw il-klassifikazzjoni għall-prezzijiet tal-eżerċitar u l-maturità użati internament mill-istituzzjoni biex tipprezza l-opzjoni. Dawk l-opzjonijiet għandhom ikunu soġġetti wkoll għas-suppliment tar-riskji residwi. 4. L-istituzzjonijiet m'għandhomx jikkalkulaw ir-riskju vega għas-segmenti tat-titolizzazzjoni inklużi fl-ACTP, kif imsemmija fl-Artikolu 325(6), (7) u (8) li m'għandhomx volatilità implikata. Ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju delta u tal-kurvatura għandhom jinħadmu għal dawk is-segmenti tat-titolizzazzjoni. Artikolu 325t Rekwiżiti dwar komputazzjonijiet tas-sensittività 1. L-istituzzjonijiet għandhom jidderivaw sensittivitajiet mill-mudelli tal-ipprezzar tal-istituzzjoni li jservu bħala bażi għar-rappurtar tal-profitt u t-telf lill-maniġment superjuri, permezz tal-formuli stabbiliti f'din is-Subtaqsima. Permezz ta' deroga mill-ewwel subparagrafu, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jeħtieġu li istituzzjoni li ngħatat il-permess tuża l-approċċ mudell intern alternattiv stabbilit fil-Kapitolu 1b tuża l-funzjonijiet ta' pprezzar tas-sistema ta' kejl tar-riskju tal-approċċ mudell intern tagħhom fil-kalkolu ta' sensittivitajiet skont dan il-Kapitolu għall-kalkolu u r-rappurtar tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq f'konformità mal-Artikolu 430b(3). 2. Meta jikkalkulaw is-sensittivitajiet għar-riskju delta tal-istrumenti b'opzjonalità kif imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 325e(2), l-istituzzjonijiet jistgħu jassumu li l-fatturi ta' riskju ta' volatilità implikata jibqgħu kostanti. 3. Meta jikkalkulaw is-sensittivitajiet għar-riskju vega tal-istrumenti b'opzjonalità kif imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 325e(2), għandhom japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin:
4. L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw is-sensittivitajiet kollha ħlief għas-sensittivitajiet għall-aġġustamenti tal-valwazzjoni tal-kreditu. 5. Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1, soġġetta għall-permess mill-awtoritajiet kompetenti, istituzzjoni tista' tuża definizzjonijiet alternattivi ta' sensittivitajiet għar-riskju delta fil-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji ta' pożizzjoni ta' portafoll tan-negozjar skont dan il-Kapitolu, dment li l-istituzzjoni tissodisfa l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
6. Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1, soġġetta għall-permess mill-awtoritajiet kompetenti, istituzzjoni tista' tikkalkula sensittivitajiet vega abbażi ta' trasformazzjoni lineari ta' definizzjonijiet alternattivi fil-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji ta' pożizzjoni ta' portafoll tan-negozjar skont dan il-Kapitolu, dment li l-istituzzjoni tissodisfa ż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin:
Artikolu 325u Rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskji residwi 1. Minbarra r-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq stabbiliti fit-Taqsima 2, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw rekwiżiti ta' fondi proprji addizzjonali għal strumenti esposti għal riskji residwi f'konformità ma' dan l-Artikolu. 2. L-istrumenti jkunu meqjusa esposti għal riskji residwi meta jissodisfaw kwalunkwe waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin:
3. L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji addizzjonali msemmija fil-paragrafu 1 bħala s-somma tal-ammonti nozzjonali grossi tal-istrumenti msemmija fil-paragrafu 2 multiplikata bil-piżijiet tar-riskju li ġejjin:
4. B'deroga mill-paragrafu 1, l-istituzzjoni m'għandhiex tapplika r-rekwiżit ta' fondi proprji għal riskji residwi għal strument li jissodisfa kwalunkwe waħda minn dawn il-kondizzjonijiet li ġejjin:
5. L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex jiġi speċifikat x'inhu sottostanti eżotiku u liema strumenti huma strumenti li għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika għandhom riskji residwi oħra għall-finijiet tal-paragrafu 2. Meta tiżviluppa dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji, l-ABE għandha teżamina jekk ir-riskju ta' lonġevità, it-temp, id-diżastri naturali u l-volatilità rrealizzata fil-futur għandhomx jitqiesu bħala sottostanti eżotiċi. L-ABE għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-28 ta' Ġunju 2021. Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
Artikolu 325v Definizzjonijiet u dispożizzjonijiet ġenerali 1. Għall-finijiet ta' din it-Taqsima, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
2. Ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' inadempjenza għandhom japplikaw għal strumenti tad-dejn u tal-ekwità, għal strumenti derivattivi li jkollhom dawk l-istrumenti bħala sottostanti u għal derivattivi, li l-gwadanji jew il-valuri ġusti tagħhom huma affettwati mill-inadempjenza ta' obbligant għajr il-kontroparti għall-istrument derivattiv innifsu. L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta' riskju ta' inadempjenza b'mod separat għal kull wieħed mit-tipi ta' strumenti li ġejjin: nontitolizzazzjonijiet, titolizzazzjonijiet li ma humiex inklużi fil-ACTP u titolizzazzjonijiet li huma inklużi fil-ACTP. Ir-rekwiżiti finali ta' fondi proprji sabiex ir-riskju ta' inadempjenza jiġi applikat mill-istituzzjoni għandhom ikunu s-somma ta' dawk it-tliet komponenti.
Artikolu 325w Ammonti grossi ta' inadempjenza immedjata u mhux mistennija 1. L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-ammonti grossi ta' JTD għal kull skopertura twila għall-istrumenti tad-dejn kif ġej:
2. L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-ammonti grossi ta' JTD għal kull skopertura qasira għall-istrumenti tad-dejn kif ġej:
3. Għall-finijiet tal-kalkolu stabbilit fil-paragrafi 1 u 2, l-LGD għall-istrumenti tad-dejn li għandu jiġi applikat mill-istituzzjonijiet għandu jkun dan li ġej:
4. Għall-finijiet tal-kalkoli stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2, l-ammonti nozzjonali għandhom jiġu determinati kif ġej:
5. Għall-iskoperturi għal strumenti tal-ekwità, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-ammonti grossi ta' JTD kif ġej, minflok jużaw il-formuli msemmija fil-paragrafi 1 u 2:
6. L-istituzzjonijiet għandhom jassenjaw LGD ta' 100 % għal strumenti tal-ekwità għall-finijiet tal-kalkolu stabbilit fil-paragrafu 5. 7. Fil-każ ta' skoperturi għar-riskju ta' inadempjenza li jirriżulta minn strumenti derivattivi li l-gwadanji tagħhom fil-każ ta' inadempjenza tal-obbligant mhumiex relatati mal-ammont nozzjonali ta' strument speċifiku maħruġ minn dan l-obbligant jew għal-LGD tal-obbligant jew strument maħruġ minn dan l-obbligant, l-istituzzjonijiet għandhom jużaw metodoloġiji alternattivi biex jistmaw l-ammonti grossi ta' JTD. 8. L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika:
L-ABE għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-28 ta' Ġunju 2021. Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. Artikolu 325x Ammonti netti ta' inadempjenza immedjata u mhux mistennija 1. L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-ammonti netti ta' JTD billi jpaċu l-ammonti grossi ta' JTD ta' skoperturi qosra u skoperturi twal. It-tpaċija għandha tkun possibbli bejn skoperturi għall-istess obbligant meta l-iskoperturi qosra jkollhom l-istess superjorità bħal, jew superjorità iktar baxxa, l-iskoperturi twal. 2. It-tpaċija għandha tkun sħiħa jew parzjali skont il-maturitajiet tal-iskoperturi ta' tpaċija:
3. Meta t-tpaċija ma tkunx possibbli l-ammonti grossi ta' JTD għandhom ikunu ugwali għall-ammonti netti ta' JTD fil-każ ta' skoperturi b'maturitajiet ta' sena jew iktar. L-ammonti grossi ta' JTD b'maturitajiet ta' inqas minn sena għandhom jiġu multiplikati bil-proporzjon tal-maturità tal-iskopertura relattiv għal sena, b'minimu ta' tliet xhur, biex jiġu kkalkulati l-ammonti netti ta' JTD. 4. Għall-finijiet tal-paragrafi 2 u 3, pjuttost għandhom jiġu kkunsidrati l-maturitajiet tal-kuntratti tad-derivattivi milli dawk tas-sottostanti tagħhom. L-iskoperturi għall-ekwità ta' flus għandhom jiġu assenjati maturità ta' sena jew ta' tliet xhur, skont id-diskrezzjoni tal-istituzzjoni. Artikolu 325y Kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' inadempjenza 1. L-ammonti netti ta' JTD, irrispettivament mit-tip ta' kontroparti, għandhom jiġu mmultiplikati bil-piżijiet tar-riskju ta' inadempjenza li jikkorrispondu mal-kwalità kreditizja tagħhom kif speċifikat fit-Tabella 2: Tabella 2
2. L-iskoperturi li kienu jirċievu piż tar-riskju ta' 0 % skont l-Approċċ Standardizzat għar-riskju ta' kreditu f'konformità mal-Kapitolu 2 tat-Titolu II għandhom jirċievu piż tar-riskju ta' inadempjenza ta' 0 % għar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' inadempjenza. 3. L-ammonti netti ta' JTD ippeżati għandhom ikunu allokati lill-buckets segwenti: kumpaniji, sovrani, u gvernijiet/muniċipalitajiet lokali. 4. L-ammonti netti ta' JTD ippeżati għandhom jiġu aggregati f'kull bucket f'konformità mal-formula li ġejja:
Għall-finijiet tal-kalkolu tad-DRCb u l-WtS, il-pożizzjonijiet twal u qosra għandhom jiġu aggregati għall-pożizzjonijiet kollha f'bucket irrispettivament mill-iskala tal-kwalità kreditizja li għaliha jkunu ġew allokati dawk il-pożizzjonijiet, biex jipproduċu r-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' inadempjenza speċifiċi għall-bucket. 5. Ir-rekwiżit finali ta' fondi proprji għar-riskju ta' inadempjenza għan-nontitolizzazzjonijiet għandu jiġi kkalkulat bħala s-somma sempliċi tar-rekwiżiti ta' fondi proprji fil-livell tal-bucket.
Artikolu 325z Ammonti ta' inadempjenza immedjata u mhux mistennija 1. L-ammonti grossi ta' inadempjenza immedjata u mhux mistennija għall-iskoperturi ta' titolizzazzjoni għandhom ikunu l-valur tas-suq tagħhom jew, jekk ma jkunx disponibbli l-valur tas-suq tagħhom, il-valur ġust tagħhom determinat skont il-qafas kontabilistiku applikabbli. 2. L-ammonti netti ta' inadempjenza immedjata u mhux mistennija għandhom jiġu ddeterminati bit-tpaċija ta' ammonti grossi twal ta' inadempjenza immedjata u mhux mistennija ammonti grossi qosra ta' inadempjenza immedjata u mhux mistennija. It-tpaċija għandha tkun possibbli biss bejn skoperturi ta' titolizzazzjoni bl-istess pool ta' assi sottostanti u li jappartjenu għall-istess segment. M'għandha tkun permessa l-ebda tpaċija bejn skoperturi ta' titolizzazzjoni b'pools ta' assi sottostanti differenti, anke meta l-punti ta' attakkament u ta' distakkament huma l-istess. 3. Meta, permezz ta' skoperturi ta' titolizzazzjoni eżistenti li jitqassmu jew li jiġu kkombinati, skoperturi ta' titolizzazzjoni eżistenti oħra jistgħu jiġu replikati b'mod perfett, ħlief għad-dimensjoni tal-maturità, l-iskoperturi li jirriżultaw minn dak it-tqassim jew mill-kombinament jistgħu jintużaw minflok skoperturi ta' titolizzazzjoni eżistenti għall-finijiet tat-tpaċija. 4. Meta, permezz ta' skoperturi eżistenti f'ismijiet sottostanti li jitqassmu jew li jiġu kkombinati, l-istruttura kollha tas-segment ta' skopertura ta' titolizzazzjoni eżistenti tista' tiġi replikata b'mod perfett, l-iskoperturi li jirriżultaw minn dak it-tqassim jew mill-kombinament jistgħu jintużaw minflok l-iskoperturi ta' titolizzazzjoni eżistenti għall-finijiet tat-tpaċija. Meta l-ismijiet sottostanti jintużaw b'dan il-mod, dawn għandhom jitneħħew mit-trattament ta' riskju ta' inadempjenza tan-nontitolizzazzjoni. 5. L-Artikolu 325x għandu japplika kemm għal skoperturi ta' titolizzazzjoni eżistenti kif ukoll għal skoperturi ta' titolizzazzjoni użati skont il-paragrafu 3 jew 4 ta' dan l-Artikolu. Il-maturitajiet rilevanti għandhom ikunu dawk tas-segmenti ta' titolizzazzjoni. Artikolu 325aa Kalkolu tar-rekwiżit ta' fondi proprji għar-riskju ta' inadempjenza għal titolizzazzjonijiet 1. L-ammonti netti ta' JTD għall-iskoperturi ta' titolizzazzjoni għandhom jiġu mmultiplikati bi 8 % tal-piż tar-riskju li japplika għall-iskopertura ta' titolizzazzjoni rilevanti, inkluż it-titolizzazzjonijiet STS, fil-portafoll mhux tan-negozjar skont il-ġerarkija ta' approċċi stabbiliti fit-Taqsima 3 tal-Kapitolu 5 tat-Titolu II u irrispettivament mit-tip ta' kontroparti. 2. Maturità ta' sena għandha tiġi applikata għas-segmenti kollha, fejn il-piżijiet ta' riskju huma kkalkulati f'konformità mas-SEC-IRBA u s-SEC-ERBA. 3. L-ammonti ta' JTD ippeżati għar-riskju għal skoperturi ta' titolizzazzjoni ta' flus individwali għandhom ikunu limitati għall-valur ġust tal-pożizzjoni. 4. L-ammonti netti ta' JTD ippeżati għar-riskju għandhom jiġu assenjati għall-buckets li ġejjin:
Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-11-il klassi tal-assi huma ABCP, self/leases għal karozzi, titoli abbażi ta' ipoteki residenzjali (RMBS), karti tal-kreditu, titoli abbażi ta' ipoteka kummerċjali (CMBS), obbligi fuq self kollateralizzat, obbligu kwadrat ta' dejn kollateralizzat (CDO kwadrat), intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (“SMEs”), self għall-istudenti, bejgħ bl-imnut ieħor, bejgħ bl-ingrossa ieħor. L-erba' reġjuni huma l-Asja, l-Ewropa, l-Amerka ta' Fuq, u l-bqija tad-dinja. 5. Sabiex tiġi assenjata skopertura ta' titolizzazzjoni għal bucket, l-istituzzjonijiet għandhom jiddependu fuq klassifikazzjoni użata b'mod komuni fis-suq. L-istituzzjonijiet għandhom jassenjaw kull skopertura ta' titolizzazzjoni għal bucket wieħed biss imsemmija fil-paragrafu 4. Kwalunkwe skopertura ta' titolizzazzjoni li l-istituzzjoni ma tkunx tista' tassenja għal bucket għal klassi ta' assi jew reġjun għandha tiġi assenjata għall-klassi ta' assi “bl-imnut oħrajn”, “bl-ingrossa oħrajn” jew għall-bqija tad-dinja, rispettivament. 6. L-ammonti netti ppeżati ta' JTD għandhom jiġu aggregati f'kull bucket bl-istess mod bħar-riskju ta' inadempjenza ta' skoperturi ta' nontitolizzazzjoni, bl-użu tal-formula fl-Artikolu 325y(4), li tirriżulta fir-rekwiżit ta' fondi proprji għar-riskju ta' inadempjenza għal kull bucket. 7. Ir-rekwiżit finali ta' fondi proprji għar-riskju ta' inadempjenza għal titolizzazzjonijiet mhux inklużi fl-Actp għandu jiġi kkalkulat bħala s-somma sempliċi tar-rekwiżiti ta' fondi proprji fil-livell tal-bucket.
Artikolu 325ab Kamp ta' applikazzjoni 1. Għall-ACTP, ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għandhom jinkludu r-riskju ta' inadempjenza għal skoperturi ta' titolizzazzjoni u għall-iħħeġġjar mhux tat-titolizzazzjoni. Dak l-iħħeġġjar għandu jitneħħa mill-kalkoli tar-riskju ta' inadempjenza għan-nontitolizzazzjoni. M'għandux ikun hemm benefiċċju ta' diversifikazzjoni bejn rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' inadempjenza għan-nontitolizzazzjonijiet, rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' inadempjenza għal titolizzazzjonijiet mhux inklużi fl-Actp u rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' inadempjenza għal titolizzazzjonijiet inklużi fl-Actp. 2. Għal derivattivi tal-kreditu u tal-ekwità ta' nontitolizzazzjoni nnegozjati, l-ammonti ta' JTD skont il-kostitwenti individwali għandhom jiġu ddeterminati bl-applikazzjoni ta' approċċ taċ-ċar kristall. Artikolu 325ac Ammonti ta' inadempjenza immedjata u mhux mistennija għall-ACTP 1. Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:
2. L-ammonti grossi ta' JTD għall-iskoperturi ta' titolizzazzjoni u l-iskoperturi mhux ta' titolizzazzjoni fil-PNK għandhom ikunu l-valur tas-suq tagħhom jew, jekk ma jkunx disponibbli l-valur tas-suq tagħhom, il-valur ġust tagħhom determinat skont il-qafas kontabilistiku applikabbli. 3. Il-prodotti li fihom ikun hemm nuqqas Neżmu tal-obbligi għandhom jiġu ttrattati bħala prodotti ssegmentati bil-punti ta' attakkament u distakkament li ġejjin:
4. L-ammonti netti ta' JTD u mhux mistennija għandhom jiġu ddeterminati bit-tpaċija ta' ammonti grossi twal ta' JTD u mhux mistennija ammonti grossi qosra ta' JTD u mhux mistennija. It-tpaċija għandha tkun possibbli biss bejn skoperturi li mill-bqija huma identiċi ħlief għall-maturità. It-tpaċija għandha tkun possibbli biss kif ġej:
Artikolu 325ad Kalkolu tar-rekwiżit ta' fondi proprji għar-riskju ta' inadempjenza għall-ACTP 1. L-ammonti netti ta' JTD għandhom jiġu multiplikati bi:
2. L-ammonti netti ta' JTD ippeżati għar-riskju għandhom jiġu assenjati għal buckets li jikkorrispondu għal indiċi. 3. L-ammonti netti ta' JTD ippeżati għandhom jiġu aggregati f'kull bucket f'konformità mal-formula li ġejja:
4. L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' inadempjenza għall-ACTP billi jużaw il-formula li ġejja:
fejn:
Artikolu 325ae Piżijiet tar-riskju għar-riskju ġenerali taċ-ċaqliq fir-rati tal-imgħax 1. Għal muniti mhux inklużi fl-iktar subkategorija likwida tal-muniti kif imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 325bd(7), il-piżijiet tar-riskju tas-sensittivitajiet għall-fatturi ta' riskju tar-rata mingħajr riskju għal kull bucket fit-Tabella 3 għandhom ikunu speċifikati skont l-att delegat imsemmi fl-Artikolu 461a. Tabella 3
2. Piż tar-riskju komuni kemm għas-sensitivitajiet kollha għall-fatturi tar-riskju tal-inflazzjoni kif ukoll għal dawk tal-bażi bejn il-muniti għandu jkun speċifikat fl-att delegat imsemmi fl-Artikolu 461a. 3. Għall-muniti inklużi fl-iktar subkategorija likwida tal-muniti kif imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 325bd(7) u l-munita domestika tal-istituzzjoni, il-piżijiet tar-riskju tal-fatturi tar-riskju tar-rata mingħajr riskju għandhom ikunu l-piżijiet tar-riskju msemmija fit-Tabella 3 diviżi bi √2. Artikolu 325af Korrelazzjonijiet intrabucket għar-riskju ġenerali taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax 1. Bejn żewġ sensitivitajiet ippeżati ta' fatturi tar-riskju ġenerali taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax WSk u WSl fi ħdan l-istess bucket, u bl-istess maturità assenjata iżda li tikkorrispondi għal kurvi differenti, il-korrelazzjoni ρkl għandha tiġi stabbilita għal 99,90 %. 2. Bejn żewġ sensitivitajiet ippeżati ta' fatturi tar-riskju ġenerali taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax WSk u WSl fi ħdan l-istess bucket, li jikkorrispondu għall-istess kurva, iżda li jkollhom maturitajiet differenti, il-korrelazzjoni għandha tiġi stabbilita f'konformità mal-formula li ġejja:
fejn:
3. Bejn żewġ sensitivitajiet ippeżati ta' fatturi tar-riskju ġenerali taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax WSk u WSl fi ħdan l-istess bucket, li jikkorrispondu għal kurvi differenti u li jkollhom maturitajiet differenti, il-korrelazzjoni ρklgħandha tkun ugwali għall-parametru ta' korrelazzjoni speċifikat fil-paragrafu 2 multiplikat b'99.90 %. 4. Bejn kwalunkwe sensittività ppeżata ta' fatturi tar-riskju ġenerali taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax WSk u kwalunkwe sensittività ppeżata ta' fatturi ta' riskju tal-inflazzjoni WSl, il-korrelazzjoni għandha tiġi stabbilita għal 40 %. 5. Bejn kwalunkwe sensittività ppeżata ta' fatturi ta' riskju tal-bażi ta' bejn il-muniti WSk u kwalunkwe sensittività ppeżata partikolari ta' fatturi tar-riskju ġenerali taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax WSl, inkluż fattur ta' riskju ieħor tal-bażi ta' bejn il-muniti, il-korrelazzjoni għandha tiġi stabbilita għal 0 %. Artikolu 325ag Korrelazzjonijiet bejn buckets għar-riskju ġenerali taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax 1. Il-parametru γbc = 50 % għandu jintuża biex jaggrega l-fatturi tar-riskju li jappartjenu għal buckets differenti. 2. Il-parametru γbc = 80 % għandu jintuża biex jiġi aggregat fattur ta' riskju tar-rata tal-imgħax ibbażat fuq munita kif imsemmi fl-Artikolu 325av(3) u fattur ta' riskju tar-rata tal-imgħax ibbażat fuq l-ewro. Artikolu 325ah Piżijiet tar-riskju għar-riskju ta' firxiet tal-kreditu għan-nontitolizzazzjonijiet 1. Il-piżijiet tar-riskju għas-sensittivitajiet għall-fatturi ta' riskju ta' firxa tal-kreditu (mhux titolizzazzjonijiet) għandhom ikunu l-istess għall-maturitajiet kollha (0.5 ta' sena, sena, 3 snin, 5 snin, 10 snin) f'kull bucket fit-Tabella 4: Tabella 4
2. Biex jassenjaw skopertura għar-riskju fil-konfromt ta' settur, l-istituzzjonijiet għandhom jiddependu fuq klassifikazzjoni li tkun użata ta' spiss fis-suq għar-raggruppament ta' emittenti skont is-settur. L-istituzzjonijiet għandhom jassenjaw kull emittent għal wieħed mill-buckets ta' settur fit-Tabella 4. L-iskoperturi għar-riskju minn kwalunkwe emittent li istituzzjoni ma tistax tassenja għal settur b'dan il-mod għandhom jiġu assenjati għall-bucket 18 fit-Tabella 4. Artikolu 325ai Korrelazzjonijiet intrabucket għar-riskju ta' firxiet tal-kreditu għan-nontitolizzazzjonijiet 1. Il-parametru ta' korrelazzjoni ρkl bejn żewġ sensittivitajiet WSk u WSl fl-istess bucket għandu jiġi stabbilit kif ġej:
2. Il-parametri ta' korrelazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu ma għandhomx japplikaw għall-bucket 18 imsemmi fit-Tabella 4 tal-Artikolu 325ah(1). Ir-rekwiżit kapitali għall-formula tal-aggregazzjoni tar-riskju delta fil-bucket 18 għandu jkun ugwali għas-somma tal-valuri assoluti tas-sensitivitajiet ippeżati netti allokati għal dak il-bucket:
Artikolu 325aj Korrelazzjonijiet bejn il-buckets għar-riskju ta' firxiet tal-kreditu għan-nontitolizzazzjonijiet Il-parametru ta' korrelazzjoni γbc li japplika għall-aggregazzjoni ta' sensitivitajiet bejn buckets differenti għandu jiġi stabbilit kif ġej:
Artikolu 325ak Piżijiet tar-riskju għal titolizzazzjonijiet tar-riskju ta' firxiet tal-kreditu inklużi fl-ACTP Il-piżijiet tar-riskju għas-sensittivitajiet għall-fatturi ta' riskju ta' firxa tal-kreditu għal titolizzazzjonijiet inklużi fl-ACTP għandhom ikunu l-istess għall-maturitajiet kollha (0,5 ta' sena, sena, 3 snin, 5 snin, 10 snin) f'kull bucket u għandhom jiġu speċifikati għal kull bucket fit-Tabella 6 skont l-att delegat imsemmi fl-Artikolu 461a: Tabella 6
Artikolu 325al Korrelazzjonijiet għal titolizzazzjonijiet tar-riskju ta' firxiet tal-kreditu inklużi fl-ACTP 1. Il-korrelazzjoni tar-riskju delta ρkl għandha tkun derivata f'konformità mal-Artikolu 325ai, ħlief li, għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, ρkl (bażi) għandu jkun ugwali għal 1 fejn iż-żewġ sensitivitajiet ikunu relatati mal-istess kurvi, f'każijiet oħra għandha tkun ugwali għal 99.00 %. 2. Il-korrelazzjoni γbcc għandha tiġi derivata f'konformità mal-Artikolu 325aj. Artikolu 325am Piżijiet tar-riskju għal titolizzazzjonijiet tar-riskju ta' firxiet tal-kreditu mhux inklużi fl-ACTP 1. Il-piżijiet tar-riskju għas-sensittivitajiet għall-fatturi ta' riskju tal-firxa tal-kreditu għal titolizzazzjoni mhux inkluża fl-ACTP għandhom ikunu l-istess għall-maturitajiet kollha (0,5 ta' sena, sena, 3 snin, 5 snin, 10 snin) f'kull bucket fit-Tabella 7 u għandhom jiġu speċifikati għal kull bucket fit-Tabella 7 skont l-att delegat imsemmi fl-Artikolu 461a: Tabella 7
2. Biex jassenjaw skopertura għar-riskju fil-konfromt ta' settur, l-istituzzjonijiet għandhom jiddependu fuq klassifikazzjoni li tkun użata ta' spiss fis-suq għar-raggruppament ta' emittenti skont is-settur. L-istituzzjonijiet għandhom jassenjaw kull segment għal waħda mill-buckets tas-settur fit-Tabella 7. L-iskoperturi għar-riskju minn kwalunkwe segment li istituzzjoni ma tistax tassenja għal settur b'din il-manjiera għandhom jiġu assenjati għal bucket 25. Artikolu 325an Korrelazzjonijiet intrabucket għal titolizzazzjonijiet tar-riskju ta' firxiet tal-kreditu mhux inklużi fl-ACTP 1. Bejn żewġ sensittivitajiet WSk u WSl fl-istess bucket, il-parametru ta' korrelazzjoni ρkl għandu jiġi stabbilit kif ġej:
2. Il-parametri ta' korrelazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 m'għandhomx japplikaw għall-bucket 25 fit-Tabella 7 tal-Artikolu 325am(1). Ir-rekwiżit ta' fondi proprji għall-formula tal-aggregazzjoni tar-riskju delta fil-bucket 25 għandu jkun ugwali għas-somma tal-valuri assoluti tas-sensittivitajiet ippeżati netti allokati għal dak il-bucket:
Artikolu 325ao Korrelazzjonijiet bejn il-buckets għal titolizzazzjonijiet tar-riskju ta' firxiet tal-kreditu mhux inklużi fl-ACTP 1. Il-parametru ta' korrelazzjoni γbcgħandu japplika għall-aggregazzjoni ta' sensitivitajiet bejn buckets differenti u għandu jiġi stabbilit għal 0 %. 2. Ir-rekwiżit ta' fondi proprji għall-bucket 25 għandu jiżdied mal-kapital globali tal-livell tal-klassi tar-riskju, bl-ebda diversifikazzjoni jew effetti ta' ħħeġġjar rikonoxxuti ma' kwalunkwe bucket ieħor. Artikolu 325ap Piżijiet tar-riskju għar-riskju tal-ekwità 1. Il-piżijiet tar-riskju għas-sensitivitajiet għall-fatturi ta' riskju ta' ekwità u rata repo tal-ekwità għandhom ikunu speċifikati għal kull bucket fit-Tabella 8 skont l-att delegat imsemmi fl-Artikolu 461a: Tabella 8
2. Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, dak li jikkostitwixxi kapitalizzazzjoni tas-suq żgħira u kbira għandu jiġi speċifikat fl-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-Artikolu 325bd(7). 3. Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, l-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika x'jikkostitwixxi suq emerġenti u biex tispeċifika x'jikkostitwixxi ekonomija avvanzata. L-ABE għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-28 ta' Ġunju 2021. Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. 4. Meta jassenjaw skopertura għar-riskju għal settur, l-istituzzjonijiet għandhom jiddependu fuq klassifikazzjoni użata b'mod komuni fis-suq għar-raggruppament ta' emittenti skont is-settur. L-istituzzjonijiet għandhom jassenjaw kull emittent għal waħda mill-buckets tas-settur fit-Tabella 8 u għandhom jassenjaw l-emittenti kollha mill-istess industrija għall-istess settur. L-iskoperturi għar-riskju minn kwalunkwe emittent li istituzzjoni ma tistax tassenja għal settur b'dan il-mod għandhom jiġu assenjati għall-bucket 11 fit-Tabella 8. L-emittenti tal-ekwità multinazzjonali jew multisettorjali għandhom jiġu assenjati għal bucket partikolari fuq il-bażi tal-iktar reġjun u settur materjali li fih jopera l-emittent tal-ekwità. Artikolu 325aq Korrelazzjonijiet intrabucket għar-riskju tal-ekwità 1. Il-parametru ta' korrelazzjoni tar-riskju delta ρkl bejn iż-żewġ sensitivitajiet WSk uWSl fl-istess bucket għandu jiġi stabbilit għal 99,90 % fejn waħda tkun sensittività għall-prezz spot ta' ekwità u l-oħra tkun sensittività għar-rata repo ta' ekwità, fejn it-tnejn ikunu relatati mal-istess isem l-emittent tal-ekwità. 2. F'każijiet oħra ħlief il-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1, il-parametru ta' korrelazzjoni ρkl bejn iż-żewġ sensitivitajiet WSk u WSl għall-prezz spot tal-ekwità fl-istess bucket għandu jiġi stabbilit kif ġej:
3. Il-parametru ta' korrelazzjoni ρkl bejn iż-żewġ sensittivitajiet WSk u WSl fl-istess bucket għandu jiġi stabbilit f'konformità mal-paragrafu 2. 4. Bejn iż-żewġ sensittivitajiet WSk u WSl l-istess bucket fejn waħda tkun sensittività għal prezz spot tal-ekwità u l-oħra sensittività għal rata repo tal-ekwità u ż-żewġ sensitivitajiet jirrelataw ma' isem ta' emittent tal-ekwità differenti, il-parametru ta' korrelazzjoni ρkl għandu jiġi stabbilit fil-parametri ta' korrelazzjoni speċifikati fil-paragrafu 2, immultiplikat b'99,90 %. 5. Il-parametri ta' korrelazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 sa 4 m'għandhomx japplikaw għall-bucket 11. Ir-rekwiżit kapitali għall-formula tal-aggregazzjoni tar-riskju delta fi ħdan il-bucket 11 għandu jkun ugwali għas-somma tal-valuri assoluti tas-sensittivitajiet ippeżati netti allokati għal dak il-bucket:
Artikolu 325ar Korrelazzjonijiet bejn buckets għar-riskju tal-ekwità Il-parametru ta' korrelazzjoni γbc għandu japplika għall-aggregazzjoni ta' sensittivitajiet bejn buckets differenti. Huwa għandu jiġi stabbilit għal 15 % meta ż-żewġ buckets jaqgħu fi ħdan il-buckets 1 sa 10. Artikolu 325as Piżijiet tar-riskju għar-riskju tal-komoditajiet Il-piżijiet tar-riskju għas-sensitivitajiet għall-fatturi ta' riskju tal-komoditajiet għandhom ikunu speċifikati għal kull bucket fit-Tabella 9 skont l-att delegat imsemmi fl-Artikolu 461a: Tabella 9
Artikolu 325at Korrelazzjonijiet intrabucket għar-riskju tal-komoditajiet 1. Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, kwalunkwe żewġ komoditajiet għandhom jitqiesu komoditajiet distinti meta fis-suq jeżistu żewġ kuntratti li huma differenzjati biss mill-komodità sottostanti li għandha titwassal skont kull kuntratt. 2. Il-parametru ta' korrelazzjoni ρkl bejn żewġ sensittivitajiet WSk u WSl fl-istess bucket għandu jiġi stabbilit kif ġej:
3. Il-korrelazzjonijiet intrabucket ρkl (komodità) huma: Tabella 10
4. Minkejja l-paragrafu 1, japplikaw id-dispożizzjonijiet li ġejjin:
Artikolu 325au Korrelazzjonijiet bejn buckets għar-riskju tal-komoditajiet Il-parametru ta' korrelazzjoni γbc li japplika għall-aggregazzjoni ta' sensitivitajiet bejn buckets differenti għandu jiġi stabbilit għal:
Artikolu 325av Piżijiet tar-riskju għar-riskju tal-kambju 1. Il-piżijiet tar-riskju għas-sensitivitajiet kollha għall-fatturi ta' riskju tal-kambju għandhom ikunu speċifikati fl-att delegat imsemmi fl-Artikolu 461a. 2. Il-piż tar-riskju tal-fatturi tar-riskju tal-kambju li jikkonċernaw muniti akkoppjati li jkunu komposti mill-euro u mill-munita ta' Stat Membru li qed jipparteċipa fit-tieni stadju tal-unjoni ekonomika u monetarja (ERM II) għandha tkun waħda minn dawn li ġejjin:
3. Minkejja l-paragrafu 2, il-ponderazzjoni tar-riskju tal-fatturi tar-riskju tal-kambju li jikkonċernaw il-muniti msemmija fil-paragrafu 2 li jipparteċipaw fl-ERM II b'faxxa ta' fluttwazzjoni li formalment intlaħaq qbil dwarha idjaq mill-faxxa standard ta' bejn wieħed u ieħor 15 % għandha tkun ugwali għall-fluttwazzjoni massima tal-perċentwal f'din il-faxxa idjaq. 4. Il-piż tar-riskju tal-fatturi tar-riskju tal-kambju inklużi fl-iktar subkategorija likwida tal-muniti akkoppjati kif imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 325bd(7) għandha tkun il-ponderazzjoni tar-riskju msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu diviża bi √2. 5. Fejn id-data ta' kuljum dwar ir-rata tal-kambju għat-tliet snin preċedenti turi li muniti akkoppjati magħmula mill-euro u munita li ma tkunx l-euro ta' Stat Membru jkunu kostanti u li l-istituzzjoni hija dejjem kapaċi tiffaċċa firxa offerta/talba ta' żero fuq in-negozju rispettiv relatat ma' dawk il-muniti akkoppjati, l-istituzzjoni tista' tapplika l-piż tar-riskju msemmi fil-paragrafu 1 diviż bi 2, sakemm din għandha l-permess espliċitu mill-awtorità kompetenti tagħha biex tagħmel dan. Artikolu 325aw Korrelazzjonijiet għar-riskju tal-kambju Parametru ta' korrelazzjoni uniformi γbc ugwali għal 60 % għandu japplika għall-aggregazzjoni ta' sensitivitajiet għar-riskju tal-kambju.
Artikolu 325ax Piżijiet tar-riskju vega u ta' kurvatura 1. Il-fatturi ta' riskju vega għandhom jużaw il-buckets delta msemmija fis-Subtaqsima 1. 2. Il-piż tar-riskju għal fattur tar-riskju vega partikolari k għandu jiġi determinat bħala sehem tal-valur attwali ta' dak il-fattur tar-riskju k, li jirrappreżenta l-volatilità implikata ta' sottostanti, kif deskritt fit-Taqsima 3. 3. Is-sehem imsemmi fil-paragrafu 2 għandu jkun dipendenti fuq il-likwidità preżunta ta' kull tip ta' fattur tar-riskju f'konformità mal-formula li ġejja:
fejn:
4. Il-buckets użati fil-kuntest tar-riskju delta fis-Subtaqsima 1 għandhom jintużaw fil-kuntest tar-riskju ta' kurvatura sakemm mhux speċifikat mod ieħor f'dan il-Kapitolu. 5. Għall-fatturi ta' riskju tal-kambju u ta' kurvatura tal-ekwità, il-piżijiet tar-riskju ta' kurvatura għandhom ikunu ċaqliq relattiv ugwali għall-piżijiet tar-riskju delta msemmija fis-Subtaqsima 1. 6. Għall-fatturi ta' riskju tar-rata tal-imgħax ġenerali, tal-firxa tal-kreditu u tal-komoditajiet, il-ponderazzjoni tar-riskju ta' kurvatura għandha tkun iċ-ċaqliq parallel tal-punti kollha għal kull kurva abbażi tal-ogħla ponderazzjoni tar-riskju delta msemmija fis-Subtaqsima 1 għall-klassi ta' riskju rilevanti. Artikolu 325ay Korrelazzjonijiet tar-riskju vega u ta' kurvatura 1. Bejn is-sensittivitajiet tar-riskju vega fl-istess bucket tal-klassi tar-riskju ġenerali tar-rata ta' imgħax (GIRR), il-parametru ta' korrelazzjoni rkl għandu jiġi stabbilit kif ġej:
fejn:
2. Bejn is-sensittivitajiet tar-riskju vega fi ħdan bucket tal-klassijiet l-oħra ta' riskju, il-parametru ta' korrelazzjoni ρkl għandu jiġi stabbilit kif ġej:
fejn:
3. Fir-rigward tas-sensittivitajiet għar-riskju vega bejn buckets f'klassi ta' riskju (GIRR u mhux GIRR), l-istess parametri ta' korrelazzjoni għal γbc, kif speċifikat għall-korrelazzjonijiet delta għal kull klassi ta' riskju fit-Taqsima 4, għandhom jintużaw fil-kuntest tar-riskju vega. 4. Ma għandu jkun hemm l-ebda diversifikazzjoni jew benefiċċju tal-iħħeġġjar rikonoxxut fl-approċċ standardizzat bejn il-fatturi ta' riskju vega u l-fatturi ta' riskju delta. L-imposti għar-riskju vega u l-imposti għar-riskju delta għandhom jiġu aggregati b'addizzjoni sempliċi. 5. Il-korrelazzjonijiet tar-riskju ta' kurvatura għandhom ikunu l-kwadrat tal-korrelazzjonijiet tar-riskju delta korrispondenti ρkl u γbc imsemmi fis-Subtaqsima 1. KAPITOLU 1b Approċċ mudell intern alternattiv
Artikolu 325az Approċċ mudell intern alternattiv u permess għall-użu ta' mudelli interni alternattivi 1. L-approċċ mudell intern alternattiv kif jinsab f'dan il-Kapitolu għandu jintuża biss għall-finijiet tar-rekwiżit ta' rappurtar stabbilit fl-Artikolu 430b(3). 2. Wara li tiġi vverifikata l-konformità tal-istituzzjonijiet mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 325bh, 325bi u 325bj, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu permess lil dawk l-istituzzjonijiet biex jikkalkulaw ir-rekwiżiti tagħhom ta' fondi proprji għall-portafoll tal-pożizzjonijiet kollha assenjati lill-postijiet tan-negozjar billi jużaw il-mudelli interni alternattivi tagħhom skont l-Artikolu 325ba, sakemm jiġu ssodisfati r-rekwiżiti kollha li ġejjin:
Għall-finijiet tal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, in-nuqqas ta' inklużjoni tal-post tan-negozjar fl-ambitu tal-approċċ mudell intern alternattiv m'għandux ikun motivat mill-fatt li r-rekwiżit ta' fondi proprji kkalkulat skont l-approċċ standardizzat alternattiv stipulat fil-punt (a) tal-Artikolu 325(3) ikun inqas mir-rekwiżit ta' fondi proprji kkalkulat skont l-approċċ mudell intern alternattiv; 3. L-istituzzjonijiet li rċevew il-permess biex jintuża l-approċċ mudell intern alternattivgħandhom jirrappurtaw lill-awtoritajiet kompetenti f'konformità mal-Artikolu 430b(3). 4. Istituzzjoni li tkun ingħatat il-permess imsemmi fil-paragrafu 2 għandha immedjatament tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti tagħha li wieħed mill-postijiet tan-negozjar tagħha ma għadux jissodisfa mill-inqas wieħed mir-rekwiżiti stabbiliti f'dak il-paragrafu. Dik l-istituzzjoni m'għandhiex iktar titħalla tapplika dan il-Kapitolu għall-ebda waħda mill-pożizzjonijiet assenjati għal dak il-post tan-negozjar u għandha tikkalkula r-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq f'konformità mal-approċċ stabbilit fil-Kapitolu 1a għall-pożizzjonijiet kollha assenjati għal dak il-post tan-negozjar mill-iktar data tar-rappurtar kmieni u sakemm l-istituzzjoni turi lill-awtoritajiet kompetenti li l-post tan-negozjar jissodisfa mill-ġdid ir-rekwiżiti kollha stabbiliti fil-paragrafu 2. 5. B'deroga mill-paragrafu 4, f'ċirkostanzi straordinarji l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu lil istituzzjoni tkompli tuża l-mudelli interni alternattivi tagħha għall-finijiet tal-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq ta' post tan-negozjar li ma jkunx għadu jissodisfa l-kondizzjonijiet imsemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu u tal-Artikolu 325bg(1). Meta l-awtoritajiet kompetenti jeżerċitaw dik id-diskrezzjoni, għandhom jinnotifikaw lill-ABE u jissostanzjaw id-deċiżjoni tagħhom. 6. Għal pożizzjonijiet assenjati għall-postijiet tan-negozjar li għalihom istituzzjoni ma tkunx ingħatat permess kif imsemmi fil-paragrafu 2, ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq għandhom jiġu kkalkulati minn dik l-istituzzjoni f'konformità mal-Kapitolu 1a ta' dan it-Titolu. Għall-finijiet ta' dak il-kalkolu, dawk il-pożizzjonijiet kollha għandhom jitqiesu fuq bażi awtonoma bħala portafoll separat. 7. Bidliet materjali fl-użu ta' mudelli interni alternattivi li l-istituzzjoni tkun irċeviet permess li tuża, l-estensjoni tal-użu ta' mudelli interni alternattivi li l-istituzzjoni tkun irċeviet permess li tuża, u bidliet materjali fl-għażla mill-istituzzjoni tas-subsett tal-fatturi ta' riskju mudellabbli msemmija fl-Artikolu 325bc(2), għandhom jeħtieġu permess separat mill-awtoritajiet kompetenti tagħha. L-istituzzjonijiet għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti bl-estensjonijiet u l-bidliet l-oħra kollha fl-użu tal-mudelli interni alternattivi li għalihom l-istituzzjoni tkun irċeviet permess. 8. L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika:
L-ABE għandha tippreżenta dawk l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-28 ta' Ġunju 2024. Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. 9. L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika ċ-ċirkostanzi straordinarji li taħthom l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu istituzzjoni:
L-ABE għandha tippreżenta dawk l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-28 ta' Ġunju 2024. Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. Artikolu 325ba Rekwiżiti ta' fondi proprji meta jintużaw mudelli interni alternattivi 1. Istituzzjoni li tuża mudell intern alternattiv għandha tikkalkula r-rekwiżiti ta' fondi proprji għall-portafoll tal-pożizzjonijiet kollha assenjati għall-postijiet tan-negozjar li għalihom l-istituzzjoni ngħatat permess kif imsemmi fl-Artikolu 325az(2) bħala l-ogħla minn dawn li ġejjin:
2. L-istituzzjonijiet li għandhom pożizzjonijiet fi strumenti ta' dejn u ekwità negozjati li jkunu inklużi fil-kamp ta' applikazzjoni tal-mudell intern tar-riskju ta' inadempjenza u assenjati għall-postijiet tan-negozjar imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jissodisfaw rekwiżit ta' fondi proprji addizzjonali, espress bħala l-ogħla mill-valuri li ġejjin:
Artikolu 325bb Miżura tar-riskju tan-nuqqas mistenni 1. L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-miżura tar-riskju tan-nuqqas mistenni imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 325ba(1) għal kwalunkwe data partikolari “t” u għal kwalunkwe portafoll partikolari ta' pożizzjonijiet tal-portafoll tan-negozjar kif ġej:
fejn:
2. L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw biss xenarji ta' xokkijiet futuri għas-sett speċifiku ta' fatturi ta' riskju mudellabbli applikabbli għall-miżura ta' kull nuqqas parzjali mistenni, kif stabbilit fl-Artikolu 325bc, meta jiddeterminaw il-miżura ta' kull nuqqas parzjali mistenni għall-kalkolu tal-miżura tar-riskju tan-nuqqas mistenni f'konformità mal-paragrafu 1. 3. Meta tal-inqas tranżazzjoni waħda tal-portafoll ikollha tal-inqas fattur ta' riskju mudellabbli wieħed li jkun ġie kklassifikat għall-kategorija wiesgħa tal-fatturi ta' riskju i f'konformità mal-Artikolu 325bd, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-miżura ta' nuqqas mistenni mingħajr restrizzjonijiet għall-kategorija wiesgħa tal-fatturi ta' riskju i u jinkluduha fil-formula għall-miżura tar-riskju tan-nuqqas mistenni msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. 4. Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1, istituzzjoni tista' tnaqqas il-frekwenza ta' kalkolu tal-miżuri ta' nuqqas mistenni mingħajr restrizzjonijiet u tal-miżuri tan-nuqqasijiet parzjali mistennija , u għal kategoriji wiesgħa tal-fatturi ta' riskju i ta' kuljum għal kull ġimgħa, sakemm jiġu sodisfatti ż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin:
Artikolu 325bc Kalkoli tan-nuqqas parzjali mistenni 1. L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-miżuri kollha tan-nuqqasijiet parzjali mistennija msemmija fl-Artikolu 325bb(1) kif ġej:
2. Għall-finijiet tal-kalkolu tal-miżuri tan-nuqqas parzjali mistenni u imsemmija fl-Artikolu 325bb(1), flimkien mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-istituzzjonijiet għandhom jissodisfaw dawn ir-rekwiżiti li ġejjin:
3. Għall-fini tal-kalkolu tal-miżuri tan-nuqqasijiet parzjali mistennija u imsemmija fl-Artikolu 325bb(1), l-istituzzjonijiet għandhom, flimkien mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, jissodisfaw dawn ir-rekwiżiti li ġejjin:
4. Għall-fini tal-kalkolu tal-miżuri tan-nuqqasijiet parzjali mistennija u imsemmija fl-Artikolu 325bb(1), l-istituzzjonijiet għandhom, flimkien mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, jissodisfaw dawn ir-rekwiżiti li ġejjin:
5. Għall-kalkolu ta' miżura partikolari ta' nuqqas parzjali mistenni msemmija fl-Artikolu 325bb(1), l-istituzzjonijiet għandhom iżommu l-valuri tal-fatturi ta' riskju mudellabbli li għalihom ma kinux meħtieġa li japplikaw xenarji ta' xokkijiet futuri għal dik il-miżura ta' nuqqas parzjali mistenni skont il-paragrafi 2, 3 u 4 ta' dan l-Artikolu. Artikolu 325bd Perijodi ta' likwidità 1. L-istituzzjonijiet għandhom jikklassifikaw kull fattur ta' riskju ta' pożizzjonijiet assenjati għall-postijiet ta' negozjar li għalihom ikunu ngħataw permess kif imsemmi fl-Artikolu 325az(2), jew li għalihom ikunu fil-proċess li jingħataw dan il-permess, għal waħda mill-kategoriji wiesgħa ta' fatturi ta' riskju elenkati fit-Tabella 2 u għal waħda mis-subkategoriji wiesgħa ta' fatturi ta' riskju elenkati f'dik it-Tabella. 2. Il-perijodu ta' likwidità ta' fattur ta' riskju tal-pożizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandu jkun il-perijodu ta' likwidità tas-subkategorija wiesgħa korrispondenti ta' fatturi ta' riskju li għalihom ikun ġie kklassifikat. 3. B'deroga mill-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, għal post tan-negozjar partikolari, istituzzjoni tista' tiddeċiedi li tissostitwixxi l-perijodu ta' likwidità ta' subkategorija wiesgħa ta' fatturi ta' riskju elenkata fit-Tabella 2 ta' dan l-Artikolu b'wieħed mill-perijodi itwal ta' likwidità elenkati fit-Tabella 1 tal-Artikolu 325bc. Meta istituzzjoni tieħu din id-deċiżjoni, il-perijodu ta' likwidità itwal għandu japplika għall-fatturi ta' riskju mudellabbli kollha tal-pożizzjonijiet assenjati għal dak il-post tan-negozjar li jkun ġie kklassifikat għal dik is-subkategorija wiesgħa ta' fatturi ta' riskju għall-fini tal-kalkolu tal-miżuri ta' nuqqas parzjali mistenni f'konformità mal-punt (c) tal-Artikolu 325bc(1). Istituzzjoni għandha tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti bil-postijiet tan-negozjar u s-subkategoriji wiesgħa ta' fatturi ta' riskju li għalihom tiddeċiedi li tapplika t-trattament imsemmi fl-ewwel subparagrafu. 4. Għall-fini tal-kalkolu tal-valuri tal-miżuri tan-nuqqasijiet parzjali mistennija f'konformità mal-punt (c) tal-Artikolu 325bc(1), il-perijodu ta' likwidità effettiv ta' fattur ta' riskju mudellabbli partikolari ta' pożizzjoni partikolari fil-portafoll tan-negozjar għandu jiġi kkalkulat kif ġej:
fejn:
5. Muniti akkoppjati li jkunu komposti mill-euro u l-munita ta' Stat Membru li qed jipparteċipa fl-ERM II għandhom jiġu inklużi fl-iktar subkategorija likwida tal-muniti akkoppjati tal-kategorija wiesgħa ta' fatturi ta' riskju tal-kambju tat-Tabella 2. 6. Istituzzjoni għandha tivverifika l-adegwatezza tal-immappjar imsemmi fil-paragrafu 1 tal-inqas fuq bażi ta' kull xahar. 7. L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika:
L-ABE għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-28 ta' Marzu 2020. Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. Tabella 2
Artikolu 325be Valutazzjoni tal-mudellabbiltà tal-fatturi ta' riskju 1. L-istituzzjonijiet għandhom jivvalutaw, il-mudellabbiltà tal-fatturi kollha ta' riskju tal-pożizzjonijiet assenjati għall-postijiet ta' negozjar li għalihom ikunu ngħataw il-permess imsemmi fl-Artikolu 325az(2) jew ikunu fil-proċess li jingħataw dak il-permess. 2. Bħala parti mill-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq f'konformità mal-Artikolu 325bk għal dawk il-fatturi ta' riskju li mhumiex mudellabbli. 3. L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-kriterji biex jiġi vvalutat il-mudellabbiltà ta' fatturi tar-riskju f'konformità mal-paragrafu 1 u biex tispeċifika l-frekwenza ta' dik il-valutazzjoni. L-ABE għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-28 ta' Marzu 2020. Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. Artikolu 325bf Rekwiżiti tal-ittestjar retrospettiv regolatorju u fatturi ta' multiplikazzjoni 1. Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, “qabża fil-valur” tfisser bidla ta' ġurnata fil-valur ta' portafoll magħmul mill-pożizzjonijiet kollha assenjati għall-post tan-negozjar li jaqbeż in-numru tal-valur fir-riskju relatat ikkalkulat abbażi tal-mudell intern alternattiv tal-istituzzjoni f'konformità mar-rekwiżiti li ġejjin:
2. L-istituzzjonijiet għandhom jgħoddu l-qabżiet fil-valur ta' kuljum fuq il-bażi tal-ittestjar retrospettiv tat-tibdil ipotetiku u attwali fil-valur tal-portafoll magħmul mill-pożizzjonijiet kollha assenjati għall-post tan-negozjar. 3. Il-post tan-negozjar ta' istituzzjoni għandu jitqies li jissodisfa r-rekwiżiti tal-ittestjar retrospettiv fejn in-numru ta' qabżiet fil-valur għal dak il-post tan-negozjar li seħħew matul l-iktar 250 ġurnata tax-xogħol reċenti ma jaqbiżx l-ebda waħda minn dawn li ġejjin:
4. L-istituzzjonijiet għandhom jgħoddu l-qabżiet fil-valur ta' kuljum f'konformità ma' dan li ġej:
5. Istituzzjoni għandha tikkalkula, f'konformità mal-paragrafi 6 u 7 ta' dan l-Artikolu, il-fattur tal-multiplikazzjoni (mc) imsemmi fl-Artikolu 325ba għall-portafoll tal-pożizzjonijiet kollha assenjati għall-postijiet tan-negozjar li għalihom tkun ingħatat permess biex tuża mudelli interni alternattivi msemmija fl-Artikolu 325az(2). 6. Il-fattur ta' multiplikazzjoni (mc) għandu jkun is-somma tal-valur ta' 1,5 u suppliment bejn 0 u 0,5 f'konformità mat-Tabella 3. Għall-portafoll imsemmi fil-paragrafu 5, dan is-suppliment għandu jiġi kkalkulat abbażi tan-numru ta' qabżiet fil-valur li jkunu seħħew matul l-iktar 250 ġurnata tax-xogħol reċenti kif evidenzjat mill-ittestjar retrospettiv tal-istituzzjoni tan-numru tal-valur fir-riskju kkalkulat f'konformità mal-punt (a) ta' dan is-subparagrafu. Il-kalkolu tas-suppliment għandu jkun soġġett għar-rekwiżiti li ġejjin:
F'ċirkostanzi straordinarji, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jillimitaw is-suppliment għal dak li jirriżulta mill-qabżiet fil-valur taħt l-ittestjar retrospettiv ta' tibdil ipotetiku fejn in-numru tal-qabżiet fil-valur taħt l-ittestjar retrospettiv ta' tibdil attwali ma jirriżultax min-nuqqasijiet fil-mudell intern. 7. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jimmonitorjaw l-adegwatezza tal-fattur ta' multiplikazzjoni msemmi fil-paragrafu 5 u l-konformità tal-postijiet tan-negozjar mar-rekwiżiti tal-ittestjar retrospettiv imsemmi fil-paragrafu 3. L-istituzzjonijiet għandhom jinnotifikaw minnufih, lill-awtoritajiet kompetenti dwar il-qabżiet fil-valur li jirriżultaw mill-programm tagħhom ta' ttestjar retrospettiv u jipprovdu spjega għal dawk il-qabżiet fil-valur, u fi kwalunkwe każ għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti b'dan mhux aktar tard minn ħamest ijiem tax-xogħol wara li sseħħ il-qabża fil-valur. 8. Permezz ta' deroga mill-paragrafi 2 u 6 ta' dan l-Artikolu, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu li istituzzjoni ma tgħoddx qabża tal-valur meta bidla ta' ġurnata fil-valur tal-portafoll tagħha li jaqbeż in-numru tal-valur fir-riskju relatat ikkalkulat permezz tal-mudell intern ta' dik l-istituzzjoni tkun attribwibbli għal fattur ta' riskju mhux mudellabbli. Biex tagħmel dan, l-istituzzjoni għandha turi lill-awtorità kompetenti tagħha li l-miżura ta' riskju tax-xenarju ta' stress ikkalkulata f'konformità mal-Artikolu 325bk għal dan il-fattur tar-riskju mhux mudellabbli hija ogħla mid-differenza pożittiva bejn il-bidla fil-valur tal-portafoll tal-istituzzjoni u n-numru tal-valur fir-riskju relatat. 9. L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-elementi tekniċi li għandhom jiġu inklużi fit-tibdil reali u ipotetiku fil-valur tal-portafoll ta' istituzzjoni għall-finijiet ta' dan l-Artikolu. L-ABE għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-28 ta' Marzu 2020. Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. Artikolu 325bg Rekwiżit ta' attribuzzjoni ta' profitti u telf 1. Il-post tan-negozjar ta' istituzzjoni jissodisfa r-rekwiżiti tal-attribuzzjoni ta' P&L meta dak il-post tan-negozjar jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan l-Artikolu. 2. Ir-rekwiżit tal-attribuzzjoni P&L għandu jiżgura li t-tibdiliet teoretiċi fil-valur tal-portafoll tal-post tan-negozjar, fuq il-bażi tal-mudell tal-kejl tar-riskju tal-istituzzjoni, ikunu qrib biżżejjed għat-tibdiliet ipotetiċi fil-valur tal-portafoll tal-post tan-negozjar, fuq il-bażi tal-mudell tal-ipprezzar tal-istituzzjoni. 3. Għal kull pożizzjoni ta' post tan-negozjar partikolari, il-konformità ta' istituzzjoni mar-rekwiżit tal-attribuzzjoni P&L għandha twassal għall-identifikazzjoni ta' lista preċiża ta' fatturi ta' riskju li jitqiesu adatti għall-verifika tal-konformità tal-istituzzjoni mar-rekwiżit tal-ittestjar retrospettiv stabbilit fl-Artikolu 325bf. 4. L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika:
L-ABE għandha tippreżenta dawk l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-28 ta' Marzu 2020. Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. Artikolu 325bh Rekwiżiti għall-kejl tar-riskju 1. L-istituzzjonijiet li jużaw mudell intern għall-kalkolu tar-riskju li jintuża għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq kif imsemmi fl-Artikolu 325ba għandhom jiżguraw li dak il-mudell jissodisfa r-rekwiżiti kollha li ġejjin:
2. L-istituzzjonijiet jistgħu jużaw korrelazzjonijiet empiriċi fil-kategoriji wiesgħa ta' fatturi ta' riskju u, għall-finijiet tal-kalkolu tal-miżura ta' nuqqas mistenni mingħajr restrizzjonijiet UESt kif imsemmi fl-Artikolu 325bb(1), fil-kategoriji wiesgħa ta' fatturi ta' riskju biss fejn l-approċċ tal-istituzzjoni għall-kejl ta' dawk il-korrelazzjonijiet huwa validu, konsistenti mal-perijodi ta' likwidità applikabbli, u implimentat b'integrità. 3. Sat-28 ta' Settembru 2020, l-ABE għandha toħroġ linji gwida, f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, li jispeċifikaw il-kriterji għall-użu tal-inputs tad-data fil-mudell tal-kejl tar-riskju msemmija fl-Artikolu 325bc. Artikolu 325bi Rekwiżiti kwalitattivi 1. Kwalunkwe mudell tal-kejl tar-riskju intern użat għall-finijiet ta' dan il-Kapitolu għandu jkun kunċettwalment validu, għandu jkun ikkalkulat u implimentat b'integrità, u għandu jkun konformi mar-rekwiżiti kwalitattivi kollha li ġejjin:
Għall-finijiet tal-punt (h) tal-ewwel subparagrafu, impriża ta' parti terza tfisser impriża li tipprovdi servizzi ta' awditjar jew ta' konsulenza lil istituzzjonijiet u li għandha persunal li għandu biżżejjed ħiliet fil-qasam tar-riskju tas-suq fl-attivitajiet tan-negozjar. 2. L-analiżi msemmija fil-punt (h) tal-paragrafu 1 għandu jinkludi kemm l-attivitajiet tal-unitajiet ta' negozjar kummerċjali kif ukoll l-unità indipendenti għall-kontroll tar-riskji. L-istituzzjoni għandha twettaq analiżi tal-proċess ġenerali tal-ġestjoni tar-riskju tagħha mill-inqas darba fis-sena. Dik l-analiżi għandha tivvaluta dan li ġej:
3. L-istituzzjonijiet għandhom jaġġornaw it-tekniki u l-prattiki li jużaw għal kwalunkwe mill-mudelli tal-kejl tar-riskju interni użati għall-finijiet ta' dan il-Kapitolu biex jittieħed kont tal-evoluzzjoni ta' tekniki ġodda u l-aħjar prattiki li jiżviluppaw fir-rigward ta' dawk il-mudelli tal-kejl tar-riskju interni. Artikolu 325bj Validazzjoni interna 1. L-istituzzjonijiet għandhom ikollhom fis-seħħ proċessi li jiżguraw li kwalunkwe mudell tal-kejl tar-riskju intern użat għall-finijiet ta' dan il-Kapitolu jkun ġie validat adegwatament minn partijiet ikkwalifikati sewwa li jkunu indipendenti mill-proċess tal-iżvilupp, sabiex jiżguraw li kwalunkwe mudelli bħal dan ikun kunċettwalment validu u jkopri b'mod adegwat ir-riskji materjali kollha. 2. L-istituzzjonijiet għandhom iwettqu l-validazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 fiċ-ċirkostanzi li ġejjin:
3. Il-validazzjoni tal-mudelli tal-kejl tar-riskju intern ta' istituzzjoni m'għandhiex tkun limitata għar-rekwiżiti tal-ittestjar retrospettiv u l-attribuzzjoni P&L, iżda għandha, bħala minimu, tinkludi dan li ġej:
Artikolu 325bk Kalkolu tal-miżura tar-riskju tax-xenarju ta' stress 1. Il-“kejl tar-riskju tax-xenarju ta' stress ta' fattur ta' riskju mhux mudellabbli partikolari” jfisser it-telf li jseħħ fil-pożizzjonijiet kollha tan-negozjar jew il-pożizzjonijiet kollha mhux tan-negozjar li huma soġġetti għal riskju tal-kambju jew riskju tal-komoditajiet tal-portafoll li jinkludi dak il-fattur ta' riskju mhux mudellabbli meta xenarju estrem ta' xokkijiet futuri jiġi applikat għal dak il-fattur ta' riskju. 2. L-istituzzjonijiet għandhom jiżviluppaw xenarji estremi adatti ta' xokkijiet futuri għall-fatturi ta' riskju mhux mudellabbli kollha, għas-sodisfazzjon tal-awtoritajiet kompetenti tagħhom. 3. L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika:
Fl-iżvilupp ta' dawk l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji, l-ABE għandha tqis ir-rekwiżit li l-livell ta' rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq ta' fattur ta' riskju mhux mudellabbli kif stabbilit f'dan l-Artikolu għandu jkun għoli daqs il-livell tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq li kien ikkalkulat taħt dan il-Kapitolu kieku dak il-fattur ta' riskju kien mudellabbli. L-ABE għandha tippreżenta dawk l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-28 ta' Settembru 2020. Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
Artikolu 325bl Kamp ta' applikazzjoni tal-mudell intern għar-riskju ta' inadempjenza 1. Il-pożizzjonijiet kollha ta' istituzzjoni li jkunu ġew assenjati għal postijiet tan-negozjar li għalihom l-istituzzjoni tkun ingħatat permess kif imsemmi fl-Artikolu 325az(2) għandhom ikunu soġġetti għal rekwiżit ta' fondi proprji għar-riskju ta' inadempjenza meta dawk il-pożizzjonijiet ikun fihom tal-inqas fattur ta' riskju wieħed li kien ikklassifikat għall-kategoriji wiesgħa ta' fatturi ta' riskju “ekwità” jew “firxa ta' kreditu” f'konformità mal-Artikolu 325bd(1). Dak ir-rekwiżit ta' fondi proprji, li huwa inkrementali għar-riskji koperti mir-rekwiżiti ta' fondi proprji msemmija fl-Artikolu 325ba(1), għandu jiġi kkalkulat bl-użu tal-mudell intern tal-istituzzjoni għar-riskju ta' inadempjenza. Dak il-mudell li għandu jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti f'din it-Taqsima. 2. Għal kull waħda mill-pożizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, istituzzjoni għandha tidentifika emittent wieħed ta' strumenti ta' dejn u ta' ekwità negozjati relatat ma' tal-inqas fattur ta' riskju wieħed. Artikolu 325bm Permess biex jintuża mudell intern għar-riskju ta' inadempjenza 1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu permess lil istituzzjoni biex tuża mudell intern għar-riskju ta' inadempjenza biex ikkalkula r-rekwiżiti ta' fondi proprji msemmija fl-Artikolu 325ba(2) għall-pożizzjonijiet kollha tal-portafoll tan-negozjar imsemmija fl-Artikolu 325bl li jkunu attribwiti għal post tan-negozjar li għalih il-mudell intern għar-riskju ta' inadempjenza jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 325bi, 325bj, 325bn, 325bo u 325bp. 2. Meta l-post tan-negozjar ta' istituzzjoni, li għalih tal-inqas waħda mill-pożizzjonijiet tal-portafoll tan-negozjar imsemmija fl-Artikolu 325bl tkun ġiet assenjata, ma jkunx jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq tal-pożizzjonijiet kollha f'dak il-post tan-negozjar għandhom jiġu kkalkulati f'konformità mal-approċċ stabbilit fil-Kapitolu 1a. Artikolu 325bn Rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' inadempjenza bl-użu ta' mudell intern għar-riskju ta' inadempjenza 1. L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' inadempjenza bl-użu ta' mudell intern għar-riskju ta' inadempjenza għall-portafoll tal-pożizzjonijiet kollha tal-portafoll tan-negozjar imsemmija fl-Artikolu 325bl kif ġej:
2. L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw ir-rekwiżit ta' fondi proprji għar-riskju ta' inadempjenza bl-użu ta' mudell intern għar-riskju ta' inadempjenza kif imsemmi fil-paragrafu 1 tal-inqas fuq il-bażi ta' kull ġimgħa. 3. Permezz ta' deroga mill-punti (a) u (c) tal-paragrafu 1, istituzzjoni tista' tissostitwixxi l-perijodu ta' żmien ta' sena b'perijodu ta' żmien ta' sittin ġurnata għall-finijiet tal-kalkolu tar-riskju ta' inadempjenza ta' xi wħud mill-pożizzjonijiet ta' ekwità jew kollha kemm huma, fejn adatt. F'każ bħal dan, il-kalkolu tal-korrelazzjonijiet ta' inadempjenza bejn il-prezzijiet tal-ekwità u l-probabbiltajiet ta' inadempjenza għandu jkun konsistenti ma' perijodu ta' żmien ta' sittin ġurnata u l-kalkolu tal-korrelazzjonijiet ta' inadempjenza bejn il-prezzijiet tal-ekwità u l-prezzijiet tal-bonds għandu jkun konsistenti ma' perijodu ta' żmien ta' sena. Artikolu 325bo Rikonoxximent tal-ħeġġijiet f'mudell intern għar-riskju ta' inadempjenza 1. L-istituzzjonijiet jistgħu jinkorporaw ħeġġijiet fil-mudell intern għar-riskju ta' inadempjenza tagħhom u jistgħu jinnettjaw pożizzjonijiet fejn il-pożizzjonijiet twal u l-pożizzjonijiet qosra jirrelataw għall-istess strument finanzjarju. 2. Fil-mudelli interni għar-riskju ta' inadempjenza tagħhom l-istituzzjonijiet jistgħu jirrikonoxxu biss l-effetti tal-iħħeġġjar jew tad-diversifikazzjoni assoċjati ma' pożizzjonijiet twal u qosra li jinvolvu strumenti differenti jew titoli differenti tal-istess debitur, kif ukoll pożizzjonijiet twal u qosra f'emittenti differenti bl-immudellar espliċitu tal-pożizzjonijiet twal u qosra totali fl-istrumenti differenti, inkluż l-immudellar ta' riskji bażi bejn l-emittenti differenti. 3. Fil-mudelli interni għar-riskju ta' inadempjenza tagħhom, l-istituzzjonijiet għandhom ikopru r-riskji materjali bejn istrument ta' ħħeġġjar u l-istrument iħħeġġjat li jistgħu jseħħu matul l-intervall bejn il-maturità ta' istrument ta' ħħeġġjar u l-perijodu ta' żmien ta' sena, kif ukoll il-potenzjal għal riskji ta' bażi sinifikanti fl-istrateġiji tal-iħħeġġjar li jirriżulta minn differenzi fit-tip ta' prodott, il-prijorità fl-istruttura kapitali, il-klassifikazzjonijiet interni jew esterni, il-maturità, il-kumulu (vintage) u differenzi oħra. L-istituzzjonijiet għandhom jirrikonoxxu istrument ta' ħħeġġjar biss sakemm dan ikun jista' jinżamm anki waqt li d-debitur javviċina avveniment ta' kreditu jew avveniment ieħor. Artikolu 325bp Rekwiżiti partikolari għal mudell intern għar-riskju ta' inadempjenza 1. Il-mudell intern għar-riskju ta' inadempjenza msemmi fl-Artikolu 325bm(1) għandu jkun kapaċi jimmudella l-inadempjenza ta' emittenti individwali kif ukoll l-inadempjenza simultanja ta' emittenti multipli, u għandu jikkunsidra l-impatt ta' dawk l-inadempjenzi fil-valuri tas-suq tal-pożizzjonijiet li huma inklużi fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dak il-mudell. Għal dak il-għan, l-inadempjenza ta' kull emittent individwali għandha tiġi mmudellata bl-użu ta' żewġ tipi ta' fatturi ta' riskju sistematiku. 2. Il-mudell intern għar-riskju ta' inadempjenza għandu jirrifletti ċ-ċiklu ekonomiku, inkluż id-dipendenza bejn ir-rati ta' rkupru u l-fatturi ta' riskju sistematiku msemmi fil-paragrafu 1. 3. Il-mudell intern għar-riskju ta' inadempjenza għandu jirrifletti l-impatt nonlineari ta' opzjonijiet u pożizzjonijiet oħra b'imġiba nonlineari materjali fir-rigward tal-bidliet fil-prezzijiet. L-istituzzjonijiet għandhom jagħtu kunsiderazzjoni adatta lill-ammont ta' riskju tal-mudell inerenti fil-valutazzjoni u l-istima tar-riskji tal-prezzijiet assoċjati ma' dawk il-prodotti. 4. Il-mudell intern għar-riskju ta' inadempjenza għandu jkun ibbażat fuq data li tkun oġġettiva u aġġornata. 5. Biex tiġi simulata l-inadempjenza tal-emittenti fil-mudell intern għar-riskju ta' inadempjenza, l-istimi tal-istituzzjoni tal-probabbiltajiet ta' inadempjenza għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:
6. Biex tiġi simulata l-inadempjenza tal-emittenti fil-mudell intern għar-riskju ta' inadempjenza, l-istimi tal-istituzzjoni tat-telf fil-każ ta' inadempjenza għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:
7. Bħala parti mill-analiżi u l-validazzjoni indipendenti tal-mudelli interni li jużaw għall-finijiet ta' dan il-Kapitolu, inkluż is-sistema tal-kalkolu tar-riskji, l-istituzzjonijiet għandhom:
It-testijiet imsemmija fil-punt (b) ma għandhomx ikunu limitati għall-firxa ta' avvenimenti passati esperjenzati. 8. Il-mudell intern għar-riskju ta' inadempjenza għandu jirrifletti kif adatt il-konċentrazzjonijiet tal-emittent u l-konċentrazzjonijiet li jistgħu jinqalgħu fi ħdan u bejn klassijiet ta' prodotti taħt kondizzjonijiet ta' stress. 9. Il-mudell intern għar-riskju ta' inadempjenza għandu jkun konsistenti mal-metodoloġiji interni tal-ġestjoni tar-riskju tal-istituzzjoni għall-identifikazzjoni, il-kalkolu u l-ġestjoni tar-riskji tan-negozju. 10. L-istituzzjonijiet għandu jkollhom politiki u proċeduri definiti b'mod ċar biex jiddeterminaw is-suppożizzjonijiet tal-inadempjenza għall-korrelazzjonijiet bejn emittenti differenti f'konformità mal-punt (c) tal-Artikolu 325bn(1) u l-għażla preferuta ta' metodu biex jiġu stmati l-probabbiltajiet ta' inadempjenza fil-punt (e) tal-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu u t-telf li jirriżulta mill-inadempjenza fil-punt (d) tal-paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu. 11. L-istituzzjonijiet għandhom jiddokumentaw il-mudelli interni tagħhom sabiex is-suppożizzjonijiet ta' korrelazzjoni u suppożizzjonijiet oħra tal-immudellar ikunu trasparenti għall-awtoritajiet kompetenti. 12. L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika r-rekwiżiti li l-metodoloġija interna ta' istituzzjoni jew sorsi esterni jridu jissodisfaw biex jiġu stmati l-probabbiltajiet ta' inadempjenza u t-telf fil-każ ta' inadempjenza f'konformità mal-punt (e) tal-paragrafu 5 u l-punt (d) tal-paragrafu 6. L-ABE għandha tippreżenta dawk l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-28 ta' Settembru 2020. Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.”; |
(91) |
fl-Artikolu 384(1), id-definizzjoni ta' hija sostitwita b'dan li ġej:
|
(92) |
l-Artikolu 385 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 385 Alternattiva għall-użu ta' metodi CVA għall-kalkolu ta' rekwiżiti ta' fondi proprji Bħala alternattiva għall-Artikolu 384, għal strumenti msemmija fl-Artikolu 382 u soġġett għall-kunsens minn qabel mill-awtorità kompetenti, istituzzjonijiet li jużaw il-Metodu tal-Iskopertura Oriġinali kif stabbilit fl-Artikolu 282 jistgħu japplikaw fattur ta' multiplikazzjoni ta' 10 għall-ammonti tal-iskopertura ppeżati għar-riskju li jirriżultaw għar-riskju ta' kreditu tal-kontroparti għal dawk l-iskoperturi minflok jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju CVA.”; |
(93) |
l-Artikolu 390 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 390 Kalkolu tal-valur ta' skopertura 1. L-iskoperturi totali għal grupp ta' klijenti konnessi għandhom jiġu kalkulati billi jingħaddu l-iskoperturi għall-klijenti individwali f'dak il-grupp. 2. L-iskoperturi kumplessivi għall-klijenti individwali għandhom jiġu kalkulati billi jingħaddu l-iskoperturi fil-portafoll tan-negozjar u l-iskoperturi fil-portafoll mhux tan-negozjar. 3. Għal skoperturi fil-portafoll tan-negozjar, l-istituzzjonijiet jistgħu:
Għall-finijiet tal-punti (a) u (b), jistgħu jiġu allokati strumenti finanzjarji f'buckets abbażi ta' gradi differenti ta' superjorità sabiex tiġi determinata s-superjorità relattiva tal-pożizzjonijiet. 4. L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-valuri tal-iskopertura tal-kuntratti tad-derivattivi elenkati fl-Anness II u ta' kuntratti tad-derivattivi ta' kreditu li jkunu daħlu fihom direttament ma' klijent f'konformità ma' wieħed mill-metodi stabbiliti fit-Taqsimiet 3, 4 u 5 tal-Kapitolu 6 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta, kif applikabbli. L-iskoperturi li jirriżultaw mit-tranżazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 378, 379 u 380 għandhom jiġu kalkulati bil-mod stabbilit f'dawk l-Artikoli. Meta jikkalkulaw il-valur tal-iskopertura għall-kuntratti msemmija fl-ewwel subparagrafu, fejn dawk il-kuntratti jkunu allokati fil-portafoll tan-negozjar, l-istituzzjonijiet għandhom ikunu konformi wkoll mal-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 299. B'deroga mill-ewwel subparagrafu, l-istituzzjonijiet li għandhom permess jużaw il-metodi msemmija fit-Taqsima 4 tal-Kapitolu 4 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta u t-Taqsima 6 tal-Kapitolu 6 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta jistgħu jużaw dawk il-metodi għall-kalkolu tal-valur tal-iskopertura għal tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli. 5. L-istituzzjonijiet għandhom iżidu mal-iskopertura totali għal klijent l-iskoperturi li jirriżultaw minn kuntratti tad-derivattivi elenkati fl-Anness II u minn kuntratti tad-derivattivi ta' kreditu, fejn il-kuntratt ma kienx daħal fih b'mod dirett ma' dak il-klijent iżda l-istrument sottostanti ta' dejn jew ta' ekwità kien maħruġ minn dak il-klijent. 6. L-iskoperturi ma għandhom jinkludu l-ebda minn dawn li ġejjin:
7. Biex tiġi determinata l-iskopertura ġenerali lil klijent jew grupp ta' klijenti konnessi, fir-rigward ta' klijenti li għalihom l-istituzzjoni jkollha skoperturi permezz tat-tranżazzjonijiet imsemmija fil-punti (m) u (o) tal-Artikolu 112 jew permezz ta' tranżazzjonijiet oħrajn fejn ikun hemm skopertura għal assijiet sottostanti, l-istituzzjoni għandha tivvaluta l-iskoperturi sottostanti tagħha b'kont meħud tas-sustanza ekonomika tal-istruttura tat-tranżazzjoni u r-riskji inerenti fl-istruttura tat-tranżazzjoni nfisha, sabiex jiġi determinat jekk din tikkostitwixxix skopertura addizzjonali. 8. L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika:
L-ABE għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-1 ta' Jannar 2014. Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. 9. Għall-finijiet tal-paragrafu 5, l-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika kif jiġu determinati l-iskoperturi li jirriżultaw minn kuntratti tad-derivattivi elenkati fl-Anness II u minn kuntratti ta' derivattivi ta' kreditu, fejn il-kuntratt ma sarx direttament ma' klijent iżda l-istrument sottostanti ta' dejn jew ta' ekwità kien maħruġ minn dak il-klijent għall-inklużjoni tagħhom fl-iskoperturi għall-klijent. L-ABE għandha tippreżenta dawk l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-28 ta' Marzu 2020. Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.”; |
(94) |
fl-Artikolu 391, għandu jiżdied il-paragrafu li ġej: “Għall-finijiet tal-ewwel paragrafu, il-Kummissjoni tista' tadotta, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, u soġġett għall-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 464(2), deċiżjonijiet dwar jekk pajjiż terz japplikax rekwiżiti superviżorji u regolatorji prudenzjali li tal-inqas ikunu ekwivalenti għal dawk applikati fl-Unjoni.”; |
(95) |
l-Artikolu 392 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 392 Definizzjoni ta' skopertura kbira L-iskopertura ta' istituzzjoni għal klijent jew grupp ta' klijenti konnessi għandha tiġi kkunsidrata bħala skopertura kbira meta l-valur tal-iskopertura jkun ugwali għal jew jaqbeż l-10 % tal-kapital ta' Grad 1 tagħha.”; |
(96) |
l-Artikolu 394 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 394 Rekwiżiti ta' rappurtar 1. L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw din l-informazzjoni li ġejja lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom għal kull skopertura kbira li jżommu, inkluż skoperturi kbar eżentati mill-applikazzjoni tal-Artikolu 395(1):
L-istituzzjonijiet li huma soġġetti għall-Kapitolu 3 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta għandhom jirrapportaw l-akbar 20 skopertura tagħhom lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom fuq bażi konsolidata, bl-esklużjoni tal-iskoperturi eżentati mill-applikazzjoni tal-Artikolu 395(1). L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw ukoll skoperturi ta' valur akbar minn jew ugwali għal EUR 300 miljun iżda inqas minn 10 % tal-kapital ta' Grad 1 tal-istituzzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom fuq bażi konsolidata. 2. Flimkien mal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw l-informazzjoni li ġejja lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom b'rabta mal-akbar 10 skoperturi tagħhom lill-istituzzjonijiet fuq bażi konsolidata, kif ukoll l-akbar 10 skoperturi tagħhom lill-entitajiet bankarji paralleli li jwettqu attivitajiet bankarji barra mill-qafas regolat fuq bażi konsolidata, inkluż l-iskoperturi kbar eżentati mill-applikazzjoni tal-Artikolu 395(1):
3. L-istituzzjonijiet għandhom jirrappurtaw l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom mill-inqas fuq bażi ta' kull sitt xhur. 4. L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-kriterji għall-identifikazzjoni tal-entitajiet bankarji paralleli msemmija fil-paragrafu 2. Fl-iżvilupp ta' dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji, l-ABE għandha tqis l-iżviluppi internazzjonali u l-istandards maqbula internazzjonalment dwar sistema bankarja parallela u għandha tqis jekk:
L-ABE għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-28 ta' Ġunju 2020. Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.”; |
(97) |
l-Artikolu 395 huwa emendat kif ġej:
|
(98) |
l-Artikolu 396 huwa emendat kif ġej:
|
(99) |
fl-Artikolu 397, fil-Kolonna 1 tat-Tabella 1, it-terminu 'kapital eliġibbli' huwa sostitwit bit-terminu 'kapital ta' Grad 1'; |
(100) |
l-Artikolu 399 huwa emendat kif ġej:
|
(101) |
l-Artikolu 400 huwa emendat kif ġej:
|
(102) |
l-Artikolu 401 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 401 Kalkolu tal-effett tal-użu ta' tekniki ta' mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu 1. Għall-kalkolu tal-valur ta' skoperturi għall-finijiet tal-Artikolu 395(1), istituzzjoni tista' tuża l-valur tal-iskopertura kompletament aġġustat (E*) kif kalkulat taħt il-Kapitolu 4 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta, billi tiġi kunsidrata l-mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu, l-aġġustamenti fil-volatilità, u kwalunkwe diskrepanza fil-maturità msemmija f'dak il-Kapitolu. 2. Bl-eċċezzjoni ta' istituzzjonijiet li jużaw il-Metodu Ssimplifikat tal-Kollateral Finanzjarju, għall-finijiet tal-ewwel paragrafu, l-istituzzjonijiet għandhom jużaw il-Metodu Komprensiv tal-Kollateral Finanzjarju, irrispettivament mill-metodu użat għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' kreditu. B'deroga mill-paragrafu 1, l-istituzzjonijiet li għandhom permess jużaw il-metodi msemmija fit-Taqsima 4 tal-Kapitolu 4 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta u t-Taqsima 6 tal-Kapitolu 6 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta, jistgħu jużaw dawk il-metodi għall-kalkolu tal-valur tal-iskopertura tat-tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli 3. Fil-kalkolu tal-valur tal-iskoperturi għall-finijiet tal-Artikolu 395(1), l-istituzzjonijiet għandhom iwettqu testijiet perjodiċi tal-istress tal-konċentrazzjonijiet tar-riskju ta' kreditu tagħhom, inkluż fir-rigward tal-valur realizzabbli ta' kwalunkwe kollateral meħud. It-testijiet perjodiċi tal-istress imsemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jindirizzaw ir-riskji li jirriżultaw minn bidliet potenzjali fil-kondizzjonijiet tas-suq li jistgħu jaffettwaw b'mod negattiv l-adegwatezza tal-fondi proprji tal-istituzzjonijiet u riskji li jirriżultaw mir-realizzazzjoni ta' kollateral f'sitwazzjonijiet ta' stress. It-testijiet tal-istress imwettqa għandhom ikunu adegwati u adatti għall-valutazzjoni ta' dawk ir-riskji. L-istituzzjonijiet għandhom jinkludu dan li ġej fl-istrateġiji tagħhom biex jindirizzaw ir-riskju ta' konċentrazzjoni:
4. Meta istituzzjoni tnaqqas skopertura għal klijent li juża teknika ta' mitigazzjoni tar-riskju ta' kreditu eliġibbli f'konformità mal-Artikolu 399(1), l-istituzzjoni, bil-mod stabbilit fl-Artikolu 403, għandha tittratta l-parti tal-iskopertura li biha l-iskopertura għall-klijent tkun tnaqqset bħala li ġġarrbet għall-fornitur tal-protezzjoni iktar milli għall-klijent.”; |
(103) |
l-Artikolu 402, il-paragrafi 1 u 2 huma sostitwiti b'dan li ġej: “1. Għall-kalkolu talvaluri tal-iskoperturi għall-finijiet tal-Artikolu 395, l-istituzzjonijiet, għajr meta dan ikun ipprojbit mill-liġi nazzjonali applikabbli, jistgħu jnaqqsu l-valur ta' skopertura jew kwalunkwe parti ta' skopertura li hija totalment iggarantita permezz ta' proprjetà residenzjali skont l-Artikolu 125(1) bl-ammont mirhun tal-valur tas-suq jew tas-self b'ipoteka tal-proprjetà immobbli kkonċernata, iżda b'mhux iktar minn 50 % tal-valur tas-suq jew 60 % tal-valur tas-self b'ipoteka f'dawk l-Istati Membri li stabbilixxew kriterji rigorużi għall-valutazzjoni tal-valur tas-self b'ipoteka f'dispożizzjonijiet statutorji jew regolatorji, sakemm jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
2. Għall-kalkolu tal-valuri tal-iskoperturi għall-finijiet tal-Artikolu 395, istituzzjoni tista', għajr meta dan ikun ipprojbit mill-liġi nazzjonali applikabbli, jistgħu jnaqqsu l-valur ta' skopertura jew kwalunkwe parti ta' skopertura li hija totalment iggarantita permezz ta' proprjetà immobbli kummerċjali skont l-Artikolu 126(1) bl-ammont mirhun tal-valur tas-suq jew tas-self b'ipoteka tal-proprjetà immobbli kkonċernata, iżda b'mhux iktar minn 50 % tal-valur tas-suq jew 60 % tal-valur tas-self b'ipoteka f'dawk l-Istati Membri li stabbilixxew kriterji rigorużi għall-valutazzjoni tal-valur tas-self b'ipoteka f'dispożizzjonijiet statutorji jew regolatorji, sakemm jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
|
(104) |
l-Artikolu 403 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 403 Approċċ ta' sostituzzjoni 1. Meta skopertura għal klijent tkun garantita minn parti terza, jew hija garantita minn kollateral maħruġ minn parti terza, istituzzjoni għandha:
L-approċċ imsemmi fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu ma għandux jintuża minn istituzzjoni fejn ikun hemm diskrepanza bejn il-maturità tal-iskopertura u l-maturità tal-protezzjoni. Għall-finijiet ta' din il-Parti, istituzzjoni tista' tuża kemm il-Metodu Komprensiv tal-Kollateral Finanzjarju u t-trattament stipulat fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu f'dawk il-każi biss fejn hija awtorizzata tuża kemm il-Metodu Komprensiv tal-Kollateral Finanzjarju u l-Metodu Ssimplifikat tal-Kollateral Finanzjarju għall-finijiet tal-Artikolu 92. 2. Fejn istituzzjoni tapplika l-punt (a) tal-paragrafu 1, l-istituzzjoni:
3. Għall-finijiet tal-punt (b) tal-paragrafu 1, istituzzjoni tista' tissostitwixxi l-ammont fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu bl-ammont fil-punt (b) ta' dan il-paragrafu, sakemm il-kondizzjonijiet stipulati fil-punti (c), (d) u (e) ta' dan il-paragrafu huma ssodisfati:
4. L-ABE għandha toħroġ linji gwida, f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, li jispeċifikaw il-kondizzjonijiet għall-applikazzjoni tat-trattament imsemmi fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, inkluż il-kondizzjonijiet u l-frekwenza għad-determinazzjoni, il-monitoraġġ u r-reviżjoni tal-limiti msemmija fil-punt (b) ta' dak il-paragrafu. L-ABE għandha tippubblika dawk il-linji gwida sal-31 ta' Diċembru 2019.”; |
(105) |
fil-Parti Sitta, l-intestatura tat-Titolu I hija sostitwita b'dan li ġej: “DEFINIZZJONIJIET U REKWIŻITI TAL-LIKWIDITÀ”; |
(106) |
l-Artikolu 411 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 411 Definizzjonijiet Għall-finijiet ta' din il-Parti, id-definizzjonijiet li ġejjin japplikaw:
|
(107) |
l-Artikolu 412 huwa emendat kif ġej:
|
(108) |
l-Artikoli 413 u 414 huma sostitwiti b'dan li ġej: “Artikolu 413 Rekwiżit ta' finanzjament stabbli 1. L-istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li l-assi għal perijodu fit-tul u elementi mhux riflessi fil-karta tal-bilanċ jiġu trattati b'mod adegwat b'sett varjat ta' strumenti ta' finanzjament li huma stabbli kemm taħt kondizzjonijiet normali kif ukoll taħt kondizzjonijiet ta' stress. 2. Id-dispożizzjonijiet stabbiliti fit-Titolu III għandhom japplikaw b'mod esklussiv għall-fini tal-ispeċifikazzjoni tal-obbligi ta' rappurtar stabbiliti fl-Artikolu 415 sakemm l-obbligi ta' rappurtar stabbiliti f'dak l-Artikolu għall-proporzjon ta' finanzjament stabbli nett stabbilit fit-Titolu IV ġew speċifikati u introdotti fid-dritt tal-Unjoni. 3. Id-dispożizzjonijiet stabbiliti fit-Titolu IV għandhom japplikaw għall-fini tal-ispeċifikazzjoni tar-rekwiżit ta' finanzjament stabbli stabbilit fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u l-obbligi ta' rappurtar għall-istituzzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 415. 4. L-Istati Membri jistgħu jżommu jew jintroduċu dispożizzjonijiet nazzjonali fil-qasam ta' rekwiżiti ta' finanzjament stabbli qabel ma jsiru applikabbli standards minimi vinkolanti għar-rekwiżiti ta' finanzjament stabbli nett stabbiliti fil-paragrafu 1. Artikolu 414 Konformità mar-rekwiżiti tal-likwidità Istituzzjoni li ma tissodisfax, jew li ma tistenniex li ser tissodisfa, ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 412 jew fl-Artikolu 413(1), inkluż matul żmien ta' stress, għandha tinforma mmedjatament lill-awtoritajiet kompetenti dwar dan u għandha tippreżenta lill-awtoritajiet kompetenti mingħajr dewmien bla bżonn pjan biex isseħħ mill-ġdid filwaqt il-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 412 jew l-Artikolu 413(1), kif adatt. Sakemm tiġi stabbilita mill-ġdid il-konformità, l-istituzzjoni għandha kuljum tirrapporta l-elementi msemmija fit-Titolu III, fit-Titolu IV, fl-att ta' implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 415(3) jew (3a) jew fl-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1), kif adatt, mhux aktar tard minn tmiem il-ġurnata tax-xogħol, sakemm l-awtorità kompetenti ma tawtorizzax frekwenza anqas tar-rappurtar u skadenza itwal tar-rappurtar. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu biss dawn l-awtorizzazzjonijiet fuq il-bażi tas-sitwazzjoni individwali tal-istituzzjoni, filwaqt li jittieħed kont tal-iskala u l-kumplessità tal-attivitajiet tal-istituzzjoni. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jissorveljaw l-implimentazzjoni tat-tali pjan ta' stabbiliment mill-ġdid u jekk ikun meħtieġ għandhom jesiġu stabbiliment mill-ġdid tal-konformità iktar rapidu.”; |
(109) |
l-Artikolu 415 huwa emendat kif ġej:
|
(110) |
l-Artikolu 416 huwa emendat kif ġej:
|
(111) |
l-Artikolu 419 huwa emendat kif ġej:
|
(112) |
l-Artikolu 422 huwa emendat kif ġej:
|
(113) |
fl-Artikolu 423, il-paragrafi 2 u 3 huma sostitwiti ma' dawn li ġejjin: “2. Istituzzjoni għandha tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti bil-kuntratti kollha li jkunu saru fejn il-kondizzjonijiet kuntrattwali tagħhom iwasslu għal flussi 'l barra ta' likwidità jew ħtiġijiet addizzjonali ta' kollateral, fi żmien 30 jum wara degradazzjoni materjali fil-kwalità tal-kreditu tal-istituzzjoni. Meta l-awtoritajiet kompetenti jikkunsidraw dawk il-kuntratti bħala materjali għall-flussi 'l barra potenzjali ta' likwidità tal-istituzzjoni, għandhom jeħtieġu li l-istituzzjoni żżid fluss 'il barra addizzjonali għal dawk il-kuntratti, li għandu jikkorrispondi għall-ħtiġijiet kollaterali addizzjonali li jirriżultaw minn degradazzjoni materjali fil-kwalità tal-kreditu tagħha, bħal deklassament ta' tliet livelli fil-valutazzjoni tal-kreditu esterna tagħha. L-istituzzjoni għandha regolarment tirrevedi d-daqs ta' din id-degradazzjoni materjali fid-dawl ta' dak li hu rilevanti taħt il-kuntratti li tkun daħlet għalihom, u għandha tinnotifika r-riżultat tar-reviżjoni tagħha lill-awtoritajiet kompetenti. 3. L-istituzzjoni għandha żżid fluss'il barra addizzjonali li għandha tikkorrispondi għall-ħtiġijiet kollaterali li jirriżultaw mill-impatt ta' xenarju negattiv tas-suq fuq it-tranżazzjonijiet ta' derivattivi tagħha jekk ikunu materjali. L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kondizzjonijiet li bihom il-kunċett tal-materjalità jista' jiġi applikat u li jispeċifikaw il-metodi għall-kalkolu tal-fluss 'il barra addizzjonali. L-ABE għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-31 ta' Marzu 2014. Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fit-tieni subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.”; |
(114) |
fl-Artikolu 424, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej: “4. L-ammont impenjat ta' faċilità ta' likwidità li jkun ġie pprovdut lil SSPE bil-għan li jippermetti lil dik l-SSPE tixtri assi, għajr it-titoli, mingħand klijenti li mhumiex klijenti finanzjarji għandu jiġi multiplikat b'10 %, sakemm l-ammont impenjat jaqbeż l-ammont ta' assi attwalment mixtrija mill-klijenti u li l-ammont massimu li jista' jiġi prelevat ikun kuntrattwalment limitat għall-ammont ta' assi attwalment mixtrija.”; |
(115) |
fl-Artikolu 425(2), il-punt (c) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
(116) |
fil-Parti Sitta, it-titolu li ġej jiddaħħal wara l-Artikolu 428: “TITOLU IV IL-PROPORZJON TA' FINANZJAMENT STABBLI NETT KAPITOLU 1 Il-proporzjon ta' finanzjament stabbli nett Artikolu 428a Applikazzjoni fuq bażi konsolidata Meta l-proporzjon ta' finanzjament stabbli nett stipulat f'dan it-Titolu japplika fuq bażi konsolidata f'konformità mal-Artikolu 11(4), għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet li ġejjin:
Artikolu 428b Il-proporzjon ta' finanzjament stabbli nett 1. Ir-rekwiżit ta' finanzjament stabbli nett stabbilit fl-Artikolu 413(1) għandu jkun ugwali għall-proporzjon tal-finanzjament stabbli disponibbli ta' istituzzjoni kif imsemmi fil-Kapitolu 3 għall-finanzjament stabbli meħtieġ tal-istituzzjoni kif imsemmi fil-Kapitolu 4, u għandu jiġi espress bħala perċentwali. L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-proporzjon ta' finanzjament stabbli nett tagħhom f'konformità mal-formula li ġejja:
2. L-istituzzjonijiet għandhom iżommu proporzjon ta' finanzjament stabbli nett ta' mill-inqas 100 %, ikkalkulat fil-munita tar-rappurtar għat-tranżazzjonijiet tagħhom kollha, irrispettivament mid-denominazzjoni tal-munita attwali tagħhom. 3. Meta, fi kwalunkwe ħin, il-proporzjon ta' finanzjament stabbli nett ta' istituzzjoni jkun waqa' taħt il-100 %, jew jista' raġonevolment ikun mistenni li ser jaqa' taħt il-100 %, għandu japplika r-rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 414. L-istituzzjoni għandu jkollha l-għan li tirrestawra l-proporzjon ta' finanzjament stabbli nett tagħha għal-livell imsemmi fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw ir-raġunijiet għan-nuqqas tal-istituzzjoni li tikkonforma mal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu qabel ma jieħdu kwalunkwe miżura superviżorja. 4. L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw u jimmonitorjaw il-proporzjon ta' finanzjament stabbli nett tagħhom fil-munita tar-rappurtar għat-tranżazzjonijiet tagħhom kollha, irrispettivament mid-denominazzjoni tal-munita attwali tagħhom, u separatament għat-tranżazzjonijiet tagħhom denominati f'kull waħda mill-muniti li huma soġġetti għal rappurtar separat f'konformità mal-Artikolu 415(2). 5. L-istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li d-distribuzzjoni tal-profil ta' finanzjament tagħhom skont id-denominazzjoni tal-munita tkun ġeneralment konsistenti mad-distribuzzjoni tal-assi tagħhom skont il-munita. Fejn adatt, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jeħtieġu lill-istituzzjonijiet jirrestrinġu l-ispariġġi bejn il-muniti billi jistabbilixxu limiti għall-proporzjon ta' finanzjament stabbli meħtieġ f'munita partikolari li jistgħu jintlaħqu mill-finanzjament stabbli disponibbli li mhuwiex denominat f'dik il-munita. Dik ir-restrizzjoni tista' tiġi applikata biss għal munita li tkun soġġetta għal rappurtar separat f'konformità mal-Artikolu 415(2). Fid-determinazzjoni tal-livell ta' kwalunkwe restrizzjoni fuq spariġġi bejn il-muniti li tista' tiġi applikata f'konformità ma' dan l-Artikolu, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw tal-inqas:
Kull restrizzjoni fuq l-ispariġġi bejn il-muniti, imposta f'konformità ma' dan l-Artikolu, għandha tikkostitwixxi rekwiżit ta' likwidità speċifiku kif msemmi fl-Artikolu 105 tad-Direttiva 2013/36/UE. KAPITOLU 2 Regoli ġenerali għall-kalkolu tal-proporzjon ta' finanzjament stabbli nett Artikolu 428c Kalkolu tal-proporzjon ta' finanzjament stabbli nett 1. Sakemm mhux speċifikat mod ieħor f'dan it-Titolu, l-istituzzjonijiet għandhom iqisu l-assi, l-obbligazzjonijiet u l-elementi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ fuq bażi grossa. 2. Għall-fini tal-kalkolu tal-proporzjon ta' finanzjament stabbli nett tagħhom, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw il-fatturi ta' finanzjament stabbli adatt stipulat fil-Kapitoli 3 u 4 għall-valur tal-kontabbiltà tal-assi, l-obbligazzjonijiet u l-elementi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ tagħhom, sakemm mhux speċifikat mod ieħor f'dan it-Titolu. 3. L-istituzzjonijiet ma għandhomx jgħoddu għal darbtejn il-finanzjament stabbli meħtieġ u l-finanzjament stabbli disponibbli. Sakemm fejn speċifikat mod ieħor f'dan it-Titolu, fejn element jista' jiġi allokat lil iktar minn kategorija waħda ta' finanzjament stabbli meħtieġ, għandu jiġi allokat lill-kategorija ta' finanzjament stabbli meħtieġ li tipproduċi l-akbar finanzjament stabbli kuntrattwali meħtieġ għal dak l-element. Artikolu 428d Kuntratti tad-derivattivi 1. L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw dan l-Artikolu biex jikkalkulaw l-ammont ta' finanzjament stabbli meħtieġ għal kuntratti tad-derivattivi kif imsemmi fil-Kapitoli 3 u 4. 2. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 428ah(2), l-istituzzjonijiet għandhom jieħdu kont tal-valur ġust ta' pożizzjonijiet derivattivi fuq bażi netta meta dawn il-pożizzjonijiet jkunu inklużi fl-istess sett tan-netting li jissodisfa r-rekwiżiti stipulat fl-Artikolu 429c(1). Meta dak ma jkunx il-każ, l-istituzzjonijiet għandhom iqisu l-valur ġust ta' pożizzjonijiet derivattivi fuq bażi grossa u għandhom jittrattaw dawk il-pożizzjonijiet derivattivi bħala li jappartjenu għas-sett tan-netting tagħhom stess għall-finijiet tal-Kapitolu 4. 3. Għall-finijiet ta' dan it-Titolu, il-'valur ġust ta' sett tan-netting' ifisser is-somma tal-valuri ġusti tat-tranżazzjonijiet kollha inklużi f'sett tan-netting. 4. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 428ah(2), il-kuntratti tad-derivattivi kollha elenkati fil-punti 2(a) sa (e) tal-Anness II li jinvolvu skambju sħiħ ta' ammonti prinċipali fl-istess data għandhom jiġu kalkulati fuq bażi netta bejn il-muniti, inkluż għall-fini tar-rappurtar f'munita li tkun soġġetta għal rappurtar separat f'konformità mal-Artikolu 415(2), anke fejn dawk it-tranżazzjonijiet mhumiex inklużi fl-istess sett ta' netting li jissodisfa r-rekwiżiti stipulat fl-Artikolu 429c(1). 5. Il-flus li jiġu riċevuti bħala kollateral biex jimmitigaw l-iskopertura ta' pożizzjoni derivattiva għandhom jiġu trattati kif adatt u m'għandhomx jiġu trattati bħala depożiti li japplika għalihom il-Kapitolu 3. 6. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiddeċiedu, bl-approvazzjoni tal-bank ċentrali rilevanti, li jneħħu l-impatt tal-kuntratti derivattivi fuq il-kalkolu tal-proporzjon ta' finanzjament stabbli nett, inkluż permezz tad-determinazzjoni ta' fatturi ta' finanzjament stabbli meħtieġ u ta' provvedimenti u telf, dment li jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
Meta sussidjarja li jkollha l-uffiċċju prinċipali tagħha f'pajjiż terz tibbenefika mir-rinunzja msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-liġi nazzjonali ta' dak il-pajjiż terz li jistabbilixxi r-rekwiżit ta' finanzjament stabbli nett, dik ir-rinunzja mit-tneħħija msemmija fl-ewwel subparagrafu, dik ir-rinunzja kif speċifikata fil-liġi nazzjonali tal-pajjiż terz għandha titqies għall-finijiet ta' konsolidazzjoni. Artikolu 428e Netting tat-tranżazzjonijiet tas-self garantit u tat-tranżazzjonijiet immotivati mis-suq kapitali Assi u obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli ma' kontroparti unika għandhom jiġu kalkulati fuq bażi netta, dment li dawk l-assi u l-obbligazzjonijiet jikkonformaw mal-kondizzjonijiet tan-netting stipulat fl-Artikolu 429b(4). Artikolu 428f Assi u obbligazzjonijiet interdipendenti 1. Soġġett għall-approvazzjoni minn qabel tal-awtoritajiet kompetenti, istituzzjoni tista' titratta assi u obbligazzjoni bħala interdipendenti, dment li jiġu ssodisfatti l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
2. Assi u obbligazzjonijiet għandhom jitqiesu li jissodisfaw il-kondizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 1 u jitqiesu bħala interdipendenti fejn huma marbuta direttament mal-prodotti jew is-servizzi li ġejjin:
3. L-ABE għandha timmonitorja l-assi u l-obbligazzjonijiet, kif ukoll il-prodotti u s-servizzi li huma ttrattati bħala assi u obbligazzjonijiet interdipendenti skont il-paragrafi 1 u 2, biex tiddetermina jekk u sa fejn huma ssodisfati l-kriterji ta' adegwatezza stabbiliti fil-paragrafu 1. L-ABE għandha tirrapporta lill-Kummissjoni dwar ir-riżultati ta' dak il-monitoraġġ u għandha tagħti parir lill-Kummissjoni dwar jekk hijiex meħtieġa emenda għall-kondizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 1 jew emenda għal-lista ta' prodotti u servizzi fil-paragrafu 2. Artikolu 428g Depożiti fi skemi ta' protezzjoni istituzzjonali u netwerks kooperattivi Meta istituzzjoni tappartjeni għal skema ta' protezzjoni istituzzjonali tat-tip imsemmi fl-Artikolu 113(7), għal netwerk li jkun eliġibbli għar-rinunzja prevista fl-Artikolu 10, jew għal netwerk kooperattiv fi Stat Membru, id-depożiti ta' domanda li l-istituzzjoni żżomm mal-istituzzjoni ċentrali u li l-istituzzjoni depożitanti tqis bħala assi likwidi skont l-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1) għandhom ikunu soġġetti għal dawn li ġejjin:
Artikolu 428h Trattament preferenzjali fi ħdan grupp jew fi ħdan skema ta' protezzjoni istituzzjonali 1. B'deroga mill-Kapitoli 3 u 4, fejn ma japplikax l-Artikolu 428g, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw lill-istituzzjonijiet fuq bażi ta' każ b'każ sabiex japplikaw fattur ta' finanzjament stabbli disponibbli ogħla jew fattur ta' finanzjament stabbli meħtieġ iktar baxx għall-assi, l-obbligazzjonijiet u l-faċilitajiet impenjati ta' kreditu jew ta' likwidità, dment li jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
2. Meta l-istituzzjoni u l-kontroparti jkunu stabbiliti fi Stati Membri differenti, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrinunzjaw għall-kondizzjoni stabbilita fil-punt (d) tal-paragrafu 1, dment li, minbarra l-kriterji stipulati fil-paragrafu 1, ikunu ssodisfati l-kriterji li ġejjin:
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkonsultaw ma' xulxin f'konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 20(1) biex jiddeterminaw jekk humiex sodisfatti l-kriterji addizzjonali stipulati f'dan il-paragrafu. KAPITOLU 3 Finanzjament stabbli disponibbli Taqsima 1 Dispożizzjonijiet Ġenerali Artikolu 428i Kalkolu tal-ammont ta' finanzjament stabbli disponibbli Sakemm mhux speċifikat mod ieħor f'dan il-Kapitolu, l-ammont ta' finanzjament stabbli disponibbli għandu jiġi kalkulat billi jiġi multiplikat il-valur ta' kontabbiltà ta' diversi kategoriji jew tipi ta' obbligazzjonijiet u fondi proprji bil-fatturi ta' finanzjament stabbli disponibbli li għandhom jiġu applikati taħt it-Taqsima 2. L-ammont totali ta' finanzjament stabbli disponibbli għandu jkun is-somma tal-ammonti ponderati ta' obbligazzjonijiet u fondi proprji. Bonds u titoli ta' dejn oħra li jinħarġu mill-istituzzjoni, mibjugħa b'mod esklussiv fis-suq tal-konsumatur, u miżmuma f'kont fil-livell ta' konsumatur, jistgħu jkunu ttrattati bħala li jappartjenu għall-kategorija adatta ta' depożiti fil-livell tal-konsumatur. Il-limitazzjonijiet għandhom ikunu fis-seħħ, b'tali mod li dawk l-istrumenti ma jistgħux jinxtraw u jinżammu minn partijiet oħra għajr klijenti fil-livell tal-konsumaturi. Artikolu 428j Maturità residwa ta' obbligazzjoni jew ta' fondi proprji 1. Sakemm mhux speċifikat mod ieħor f'dan il-Kapitolu, l-istituzzjonijiet għandhom iqisu l-maturità kuntrattwali residwa tal-obbligazzjonijiet u l-fondi proprji tagħhom biex jiddeterminaw il-fatturi ta' finanzjament stabbli disponibbli li għandhom jiġu applikati taħt it-Taqsima 2. 2. L-istituzzjonijiet għandhom jieħdu kont tal-opzjonijiet eżistenti biex jiddeterminaw il-maturità residwa ta' obbligazzjoni jew ta' fondi proprji. Huma għandhom jagħmlu dan fuq is-suppożizzjoni li l-kontroparti tifdi opzjonijiet ta' xiri fl-iktar data kmieni possibbli. Għal opzjonijiet li jistgħu jiġu eżerċitati fid-diskrezzjoni tal-istituzzjoni, l-istituzzjoni u l-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu kont ta' fatturi ta' reputazzjoni li jistgħu jillimitaw il-kapaċità tal-istituzzjoni li ma teżerċitax l-opzjoni, b'mod partikolari l-aspettattivi tas-suq li l-istituzzjonijiet għandhom jifdu ċerti obbligazzjonijiet qabel il-maturità tagħhom. 3. L-istituzzjonijiet għandhom jittrattaw depożiti b'perijodi ta' notifika fissi f'konformità mal-perijodu ta' notifika tagħhom, u għandhom jittrattaw id-depożiti ta' żmien fiss f'konformità mal-maturità residwa tagħhom. B'deroga mill-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, l-istituzzjonijiet m'għandhomx iqisu opzjonijiet għall-prelevamenti kmieni, meta d-depożitant irid iħallas penali materjali għal prelevamenti kmieni li jseħħu f'anqas minn sena, it-tali penali kif stabbilit fl-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1), biex jiddeterminaw il-maturità residwa ta' depożiti fil-livell ta' konsumatur ta' żmien fiss. 4. Sabiex jiddeterminaw il-fatturi ta' finanzjament stabbli disponibbli li għandhom jiġu applikati taħt it-Taqsima 2, l-istituzzjonijiet għandhom jittrattaw kwalunkwe porzjon ta' obbligazzjonijiet li jkollhom maturità residwa ta' sena jew iktar li timmatura f'inqas minn sitt xhur u kwalunkwe porzjon minn tali obbligazzjonijiet li jimmaturaw bejn sitt xhur u inqas minn sena bħala li għandhom maturità residwa ta' inqas minn sitt xhur u bejn sitt xhur u inqas minn sena, rispettivament. Taqsima 2 Fatturi ta' finanzjament stabbli disponibbli Artikolu 428k Fattur ta' 0 % ta' finanzjament stabbli disponibbli 1. Sakemm mhux speċifikat mod ieħor fl-Artikoli 428l sa 428o, l-obbligazzjonijiet kollha mingħajr maturità dikjarata, inkluż pożizzjonijiet qosra u pożizzjonijiet b'maturità miftuħa, għandhom ikunu soġġetti għal fattur ta' 0 % ta' finanzjament stabbli disponibbli, bl-eċċezzjoni ta' dawn li ġejjin:
2. Obbligazzjonijiet ta' taxxa differita u interessi minoritarji kif imsemmi fil-paragrafu 1 għandhom ikunu soġġetti għal wieħed mill-fatturi li ġejjin:
3. L-obbligazzjonijiet li ġejjin għandhom ikunu soġġetti għal fattur ta' 0 % ta' finanzjament stabbli disponibbli:
4. L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw fattur ta' 0 % ta' finanzjament stabbli disponibbli għall-valur assolut tad-differenza, jekk negattiv, bejn is-somma tal-valuri ġusti tas-settijiet kollha tan-netting b'valur ġust pożittiv u s-somma tal-valuri ġusti tas-settijiet kollha tan-netting b'valur ġust negattiv kalkulat f'konformità mal-Artikolu 428d. Ir-regoli li ġejjin għandhom japplikaw għall-kalkolu msemmi fl-ewwel subparagrafu:
Artikolu 428l Fattur ta' 50 % ta' finanzjament stabbli disponibbli L-obbligazzjonijiet li ġejjin għandhom ikunu soġġetti għal fattur ta' 50 % ta' finanzjament stabbli disponibbli:
Artikolu 428m Fattur ta' 90 % ta' finanzjament stabbli disponibbli Id-depożiti ta' domanda fil-livell ta' konsumatur, id-depożiti fil-livell ta' konsumatur b' perijodu ta' notifika fiss ta' inqas minn sena u d-depożiti fil-livell ta' konsumatur ta' żmien fiss li għandhom maturità residwa ta' inqas minn sena li jissodisfaw il-kriterji rilevanti għal depożiti oħra fil-livell tal-konsumatur stipulati fl-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1) għandhom ikunu soġġetti għal fattur ta' 90 % ta' finanzjament stabbli disponibbli. Artikolu 428n Fattur ta' 95 % ta' finanzjament stabbli disponibbli Id-depożiti ta' domanda fil-livell ta' konsumatur, id-depożiti fil-livell ta' konsumatur b' perijodu ta' notifika fiss ta' inqas minn sena u d-depożiti fil-livell ta' konsumatur ta' żmien fiss li għandhom maturità residwa ta' inqas minn sena li jissodisfaw il-kriterji rilevanti għal depożiti stabbli fil-livell tal-konsumatur stipulati fl-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1) għandhom ikunu soġġetti għal fattur ta' 95 % ta' finanzjament stabbli disponibbli. Artikolu 428o Fattur ta' 100 % ta' finanzjament stabbli disponibbli L-obbligazzjonijiet u l-elementi u l-istrumenti kapitali li ġejjin għandhom ikunu soġġetti għal fattur ta' 100 % ta' finanzjament stabbli disponibbli:
KAPITOLU 4 Finanzjament stabbli meħtieġ Taqsima 1 Dispożizzjonijiet ġenerali Artikolu 428p Kalkolu tal-ammont ta' finanzjament stabbli meħtieġ 1. Sakemm mhux speċifikat mod ieħor f'dan il-Kapitolu, l-ammont ta' finanzjament stabbli meħtieġ għandu jiġi kalkulat billi jiġi multiplikat il-valur ta' kontabbiltà ta' diversi kategoriji jew tipi ta' assi u elementi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ bil-fatturi ta' finanzjament stabbli meħtieġ li għandhom jiġu applikati f'konformità mat-Taqsima 2. L-ammont totali ta' finanzjament stabbli meħtieġ għandu jkun is-somma tal-ammonti ponderati ta' assi u elementi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ. 2. L-assi li l-istituzzjonijiet ikunu ssellfu, inkluż fi tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli għandhom jiġu esklużi mill-kalkolu tal-ammont ta' finanzjament stabbli meħtieġ fejn dawk l-assi huma kontabilizzati fil-karta tal-bilanċ tal-istituzzjoni u l-istituzzjoni ma jkollhiex is-sjieda benefiċjarja tal-assi. L-assi li l-istituzzjonijiet ikunu ssellfu, inkluż fi tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli, għandhom ikunu soġġetti għall-fatturi ta' finanzjament stabbli meħtieġ li għandhom jiġu applikati taħt it-Taqsima 2 fejn dawk l-assi mhumiex kontabilizzati fil-karta tal-bilanċ tal-istituzzjoni iżda l-istituzzjoni ma jkollhiex is-sjieda benefiċjarja tal-assi. 3. L-assi li l-istituzzjonijiet ikunu sellfu, inkluż fi tranżazzjonijiet ta' finanzjament ta' titoli li fuqhom l-istituzzjoni żżomm is-sjieda benefiċjarja għandhom jitqiesu bħala assi aggravati għall-finijiet ta' dan il-Kapitolu u għandhom ikunu soġġetti għall-fattur ta' finanzjament stabbli meħtieġ li għandu jiġi applikat taħt it-Taqsima 2, anke fejn l-assi ma jibqgħux fuq il-karta tal-bilanċ tal-istituzzjoni. Inkella, it-tali assi għandhom jiġu esklużi mill-kalkolu tal-ammont ta' finanzjament stabbli meħtieġ. 4. Assi li huma aggravati għal maturità residwa ta' sitt xhur jew aktar għandhom jiġu assenjati jew il-fattur ta' finanzjament stabbli meħtieġ li jkun applikat taħt it-Taqsima 2 għal dawk l-assi li kieku kellhom jinżammu mhux aggravati jew inkella l-fattur ta' finanzjament stabbli meħtieġ li huwa altrimenti applikabbli għal dawk l-assi aggravati, skont liema fattur huwa ogħla. L-istess għandu japplika meta l-maturità residwa tal-assi aggravat tkun iqsar mill-maturità residwa tat-tranżazzjoni li tkun is-sors ta' aggravar. Assi li jkun fadlilhom inqas minn sitt xhur fil-perijodu ta' aggravar, għandhom ikunu soġġetti għall-fatturi ta' finanzjament stabbli meħtieġ li għandhom jiġu applikati taħt it-Taqsima 2 għall-istess assi li kieku kellhom jinżammu mhux aggravati. 5. Meta istituzzjoni tuża mill-ġdid jew twiegħed mill-ġdid assi li kienet issellfet, inkluż fi tranżazzjonijiet ta' finanzjament ta' titoli, u dan l-assi ikun kontabilizzat bħala li ma jidhirx fil-karta tal-bilanċ, it-tranżazzjoni li fir-rigward tagħha jkun issellef dak l-assi għandha tiġi ttrattata bħala aggravata, dment li t-tranżazzjoni ma tistax timmatura mingħajr ma l-istituzzjoni tirritorna l-assi mislufa. 6. L-assi li ġejjin ma għandhomx jitqiesu li jkunu aggravati:
7. F'każ ta' operazzjonijiet mhux standard u temporanji mwettqa mill-BĊE jew il-bank ċentrali ta' Stat Membru jew il-bank ċentrali ta' pajjiż terz sabiex jissodisfa l-mandat tiegħu f'perijodu ta' stress finanzjarju fis-suq kollu jew f'ċirkostanzi makroekonomiċi eċċezzjonali, l-assi li ġejjin jistgħu jirċievu fattur ta' finanzjament stabbli meħtieġ imnaqqas:
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw, bi qbil mal-bank ċentrali li jkun il-kontroparti għat-tranżazzjoni, il-fattur ta' finanzjament stabbli meħtieġ li għandu jiġi applikat għall-assi msemmija fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu. Għall-assi aggravati kif imsemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, il-fattur ta' finanzjament stabbli meħtieġ li għandu jiġi applikat ma għandux ikun aktar baxx mill-fattur ta' finanzjament stabbli meħtieġ li japplika taħt it-Taqsima 2 għal dawk l-assi kieku kellhom jinżammu mhux aggravati. Meta japplikaw fattur ta' finanzjament stabbli meħtieġ imnaqqas f'konformità mat-tieni subparagrafu, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jissorveljaw mill-qrib l-impatt ta' dak il-fattur imnaqqas fuq il-pożizzjonijiet ta' finanzjament stabbli tal-istituzzjonijiet u għandhom jieħdu l-miżuri superviżorji adatti fejn meħtieġ. 8. Sabiex jiġi evitat kwalunkwe għadd doppju, l-istituzzjonijiet għandhom jeskludu assi li huma assoċjati ma' kollateral li huwa rikonoxxut bħala marġni ta' varjazzjoni mdaħħla f'konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 428k(4) u 428ah(2), rikonoxxut bħala marġni inizjali mdaħħla, jew rikonoxxut bħala kontribuzzjoni għall-fond ta' inadempjenza ta' CCP f'konformità mal-punti (a) u (b) tal-Artikolu 428ag minn partijiet oħra tal-kalkolu tal-ammont ta' finanzjament stabbli meħtieġ f'konformità ma' dan il-Kapitolu. 9. L-istituzzjonijiet għandhom jinkludu valuti barranin u komoditajiet li għalihom tkun saret ordni tax-xiri fil-kalkolu tal-ammont ta' strumenti finanzjarji ta' finanzjament stabbli meħtieġ. Huma għandhom jeskludu strumenti finanzjarji, valuti barranin u komoditajiet li għalihom tkun saret ordni tal-bejgħ mill-kalkolu tal-ammont ta' finanzjament stabbli meħtieġ, dment li dawk it-tranżazzjonijiet ma jkunux riflessi bħala derivattivi jew tranżazzjonijiet ta' finanzjament garantit fil-karta tal-bilanċ tal-istituzzjonijiet u li dawk it-tranżazzjonijiet għandhom jiġu riflessi fil-karta tal-bilanċ tal-istituzzjonijiet meta jiġu saldati. 10. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiddeterminaw il-fatturi ta' finanzjament stabbli meħtieġ li għandhom jiġu applikati għal skoperturi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ li mhumiex imsemmija f'dan il-Kapitolu biex jiġi żgurat li l-istituzzjonijiet iżommu ammont adatt ta' finanzjament stabbli disponibbli għall-porzjon ta' dawk l-iskoperturi li jkunu mistennija li jkunu jeħtieġu finanzjament fuq il-perijodu ta' sena tal-proporzjon ta' finanzjament stabbli nett. Biex jiddeterminaw dawk il-fatturi, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu kont, b'mod partikolari, tad-dannu materjali fir-reputazzjoni lill-istituzzjoni li jista' jirriżulta mill-fatt li ma jipprovdux dan il-finanzjament. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrapportaw it-tipi ta' skoperturi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ li għalihom ikunu determinaw il-fatturi ta' finanzjament stabbli meħtieġ lill-ABE mill-inqas darba fis-sena. F'dak ir-rapport għandhom jinkludu spjegazzjoni tal-metodoloġija applikata biex tiddetermina dawk il-fatturi. Artikolu 428q Maturità residwa ta' assi 1. Sakemm mhux speċifikat mod ieħor f'dan il-Kapitolu, l-istituzzjonijiet għandhom jieħdu kont tal-maturità kuntrattwali residwa tal-assi u t-tranżazzjonijiet li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ tagħhom meta jiddeterminaw il-fatturi ta' finanzjament stabbli meħtieġ li għandhom jiġu applikati għall-assi u l-elementi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ tagħhom taħt it-Taqsima 2. 2. L-istituzzjonijiet għandhom jittrattaw assi li ġew segregati f'konformità mal-Artikolu 11(3) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 f'konformità mal-iskopertura sottostanti ta' dawk l-assi. L-istituzzjonijiet għandhom, madankollu, jissoġġettaw dawk l-assi għal fatturi ogħla ta' finanzjament stabbli meħtieġ skont it-terminu ta' aggravar li għandu jiġi determinat mill-awtoritajiet kompetenti, li għandhom jikkunsidraw jekk l-istituzzjoni hix kapaċi li b'mod liberu tiddisponi minn jew tiskambja tali assi u għandha tqis it-terminu tal-obbligazzjonijiet għall-klijenti tal-istituzzjonijiet li jirrigwardahom dak ir-rekwiżit ta' segregazzjoni. 3. Meta jikkalkulaw il-maturità residwa ta' assi, l-istituzzjonijiet għandhom jieħdu kont, abbażi tas-suppożizzjoni li l-emittent jew il-kontroparti ser teżerċita xi opzjoni biex testendi l-maturità ta' assi. Għal opzjonijiet li li jistgħu jiġu eżerċitati fid-diskrezzjoni tal-istituzzjoni, l-istituzzjoni u l-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu kont ta' fatturi ta' reputazzjoni li jistgħu jillimitaw il-kapaċità tal-istituzzjoni li ma teżerċitax l-opzjoni, b'mod partikolari l-aspettattivi tas-swieq u tal-klijenti li l-istituzzjoni għandha testendi l-maturità ta' ċerti assi fid-data tal-maturità tagħhom. 4. Sabiex jiddeterminaw il-fatturi ta' finanzjament stabbli meħtieġa li għandhom jiġu applikati f'konformità mat-Taqsima 2, għall-amortizzazzjoni ta' self b'maturità kuntrattwali residwa ta' sena jew iktar, kwalunkwe porzjon li jimmatura f'inqas minn sitt xhur u kwalunkwe porzjon li jimmatura bejn sitt xhur u inqas minn sena għandu jiġi ttrattat bħala li għandu maturità residwa ta' inqas minn sitt xhur u bejn sitt xhur u inqas minn sena, rispettivament. Taqsima 2 Fatturi ta' finanzjament stabbli meħtieġ Artikolu 428r Fattur ta' 0 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ 1. L-assi li ġejjin għandhom ikunu soġġetti għal fattur ta' 0 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ:
L-istituzzjonijiet għandhom jieħdu kont tal-flejjes dovuti msemmija fil-punt (g) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu fuq bażi netta fejn japplika l-Artikolu 428e. 2. B'deroga mill-punt (c) tal-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiddeċiedu, bil-ftehim tal-bank ċentrali rilevanti, li japplikaw fattur ta' finanzjament stabbli meħtieġ ogħla għar-riżervi meħtieġa, billi jitqies, b'mod partikolari, il-punt sa fejn jeżistu r-rekwiżiti tar-riżervi fuq perijodu ta' sena u għalhekk jeħtieġu finanzjament stabbli assoċjat. Għal sussidjarji li jkollhom l-uffiċċju prinċipali f'pajjiż terz, fejn ir-riżervi meħtieġa tal-bank ċentrali jkunu soġġetti għal fattur ta' finanzjament stabbli meħtieġ ogħla taħt ir-rekwiżit ta' finanzjament stabbli nett stipulat fil-liġi nazzjonali ta' dak il-pajjiż terz, dak il-fattur ta' finanzjament stabbli meħtieġ ogħla għandu jitqies għall-finijiet ta' konsolidazzjoni. Artikolu 428s Fattur ta' 5 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ 1. L-assi u l-elementi li ġejjin li ma jidhrux fuq il-karta bilanċ għandhom ikunu soġġetti għal fattur ta' 5 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ:
L-istituzzjonijiet għandhom jieħdu kont tal-flejjes dovuti msemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu fuq bażi netta fejn japplika l-Artikolu 428e. 2. Għas-settijiet kollha tan-netting ta' kuntratti tad-derivattivi, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw fattur ta' 5 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ għall-valur ġust assolut ta' dawk is-settijiet tan-netting ta' kuntratti tad-derivattivi, gross minn kwalunkwe kollateral depożitat, meta dawk is-settijiet tan-netting ikollhom valur ġust negattiv. Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, l-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw il-valur ġust bħala gross minn kwalunkwe kollateral iddepożitat jew pagamenti ta' saldu u rċevuti relatati ma' bidliet fil-valwazzjoni tas-suq ta' tali kuntratti. Artikolu 428t Fattur ta' 7 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ Assi mhux aggravati li huma eliġibbli bħala bonds koperti ta' kwalità estremament għolja ta' livell 1 skont l-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1) għandhom ikunu soġġetti għal 7 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ, irrispettivament minn jekk jikkonformawx mar-rekwiżiti operazzjonali u mar-rekwiżiti dwar il-kompożizzjoni tar-riżerva ta' likwidità kif stipulati f'dak l-att delegat. Artikolu 428u Fattur ta' 7,5 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ Prodotti relatati mal-finanzjament tal-kummerċ li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ kif imsemmija fl-Anness I b'maturità residwa ta' mill-inqas sitt xhur iżda inqas minn sena għandhom ikunu soġġetti għal fattur ta' 7,5 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ. Artikolu 428v Fattur ta' 10 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ L-assi u l-elementi li ġejjin li ma jidhrux fuq il-karta bilanċ għandhom ikunu soġġetti għal fattur ta' 10 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ:
Artikolu 428w Fattur ta' 12 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ Ishma mhux aggravati jew unitajiet f'CIUs li jkunu eliġibbli għal haircut ta' 12 % għall-kalkolu tal-proporzjon tal-kopertura tal-likwidità skont l-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1) għandhom ikunu soġġetti għal fattur ta' 12 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ, irrispettivament minn jekk jikkonformawx mar-rekwiżiti operazzjonali u mar-rekwiżiti dwar il-kompożizzjoni tar-riżerva ta' likwidità kif stipulati f'dak l-att delegat. Artikolu 428x Fattur ta' 15 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ Assi mhux aggravati li huma eliġibbli bħala assi ta' livell 2A skont l-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1) għandhom ikunu soġġetti għal 15 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ, irrispettivament minn jekk jikkonformawx mar-rekwiżiti operazzjonali u mar-rekwiżiti dwar il-kompożizzjoni tar-riżerva ta' likwidità kif stipulati f'dak l-att delegat. Artikolu 428y Fattur ta' 20 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ Ishma mhux aggravati jew unitajiet f'CIUs li jkunu eliġibbli għal haircut ta' 20 % għall-kalkolu tal-proporzjon tal-kopertura tal-likwidità skont l-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1) għandhom ikunu soġġetti għal fattur ta' 20 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ, irrispettivament minn jekk jikkonformawx mar-rekwiżiti operazzjonali u mar-rekwiżiti dwar il-kompożizzjoni tar-riżerva ta' likwidità kif stipulati f'dak l-att delegat. Artikolu 428z Fattur ta' 25 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ Titolizzazzjonijiet ta' livell 2B mhux aggravati skont l-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1) għandhom ikunu soġġetti għal 25 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ, irrispettivament minn jekk jikkonformawx mar-rekwiżiti operazzjonali u mar-rekwiżiti dwar il-kompożizzjoni tar-riżerva ta' likwidità kif stipulati f'dak l-att delegat. Artikolu 428aa Fattur ta' 30 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ L-assi li ġejjin għandhom ikunu soġġetti għal fattur ta' 30 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ:
Artikolu 428ab Fattur ta' 35 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ L-assi li ġejjin għandhom ikunu soġġetti għal fattur ta' 35 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ:
Artikolu 428ac Fattur ta' 40 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ Ishma mhux aggravati jew unitajiet f'CIUs li jkunu eliġibbli għal haircut ta' 40 % għall-kalkolu tal-proporzjon tal-kopertura tal-likwidità skont l-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1) għandhom ikunu soġġetti għal fattur ta' 40 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ, irrispettivament minn jekk jikkonformawx mar-rekwiżiti operazzjonali u mar-rekwiżiti dwar il-kompożizzjoni tar-riżerva ta' likwidità kif stipulati f'dak l-att delegat. Artikolu 428ad Fattur ta' 50 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ L-assi li ġejjin għandhom ikunu soġġetti għal fattur ta' 50 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ:
Artikolu 428ae Fattur ta' 55 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ Ishma mhux aggravati jew unitajiet f'CIUs li jkunu eliġibbli għal haircut ta' 55 % għall-kalkolu tal-proporzjon tal-kopertura tal-likwidità skont l-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1) għandhom ikunu soġġetti għal fattur ta' 55 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ, irrispettivament minn jekk jikkonformawx mar-rekwiżiti operazzjonali u mar-rekwiżiti dwar il-kompożizzjoni tar-riżerva ta' likwidità kif stipulati f'dak l-att delegat. Artikolu 428af Fattur ta' 65 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ L-assi li ġejjin għandhom ikunu soġġetti għal fattur ta' 65 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ:
Artikolu 428ag Fattur ta' 85 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ L-assi u l-elementi li ġejjin li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ għandhom ikunu soġġetti għal fattur ta' 85 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ:
Artikolu 428ah Fattur ta' 100 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ 1. L-assi li ġejjin għandhom ikunu soġġetti għal fattur ta' 100 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ:
2. L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw fattur ta' 100 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ għad-differenza, jekk pożittiva, bejn is-somma tal-valuri ġusti tas-settijiet kollha tan-netting b'valur ġust pożittiv u s-somma tal-valuri ġusti tas-settijiet kollha tan-netting b'valur ġust negattiv kalkulat f'konformità mal-Artikolu 428d. Ir-regoli li ġejjin għandhom japplikaw għall-kalkolu msemmi fl-ewwel subparagrafu:
KAPITOLU 5 Deroga għal istituzzjonijiet żgħar u mhux kumplessi Artikolu 428ai Deroga għal istituzzjonijiet żgħar u mhux kumplessi B'deroga mill-Kapitoli 3 u 4, istituzzjonijiet żgħar u mhux kumplessi jistgħu jagħżlu, bil-permess minn qabel tal-awtorità kompetenti tagħhom, li jikkalkulaw il-proporzjon bejn il-finanzjament stabbli disponibbli ta' istituzzjoni kif imsemmi fil-Kapitolu 6, u l-finanzjament stabbli meħtieġ tal-istituzzjoni kif imsemmi fil-Kapitolu 7, espress bħala perċentwal. Awtorità kompetenti tista' titlob istituzzjoni żgħira u mhux kumplessa biex tikkonforma mar-rekwiżit ta' finanzjament stabbli nett abbażi tal-finanzjament stabbli disponibbli ta' istituzzjoni kif imsemmi fil-Kapitolu 3 u l-finanzjament stabbli meħtieġ kif imsemmi fil-Kapitolu 4 fejn tqis li l-metodoloġija ssimplifikata mhijiex adegwata biex taqbad ir-riskji ta' finanzjament ta' dik l-istituzzjoni. KAPITOLU 6 Finanzjament stabbli disponibbli għall-kalkolu ssimplifikat tal-proporzjon ta' finanzjament stabbli nett Taqsima 1 Dispożizzjonijiet ġenerali Artikolu 428aj Kalkolu ssimplifikat tal-ammont ta' finanzjament stabbli disponibbli 1. Sakemm mhux speċifikat mod ieħor f'dan il-Kapitolu, l-ammont ta' finanzjament stabbli disponibbli għandu jiġi kalkulat billi jiġi multiplikat il-valur ta' kontabbiltà ta' diversi kategoriji jew tipi ta' obbligazzjonijiet u fondi proprji bil-fatturi ta' finanzjament stabbli disponibbli li għandhom jiġu applikati taħt it-Taqsima 2. L-ammont totali ta' finanzjament stabbli disponibbli għandu jkun is-somma tal-ammonti ponderati ta' obbligazzjonijiet u fondi proprji. 2. Bonds u titoli ta' dejn oħra li jinħarġu mill-istituzzjoni, jinbiegħu b'mod esklussiv fis-suq tal-konsumatur, u jinżammu f'kont fil-livell ta' konsumatur, jistgħu jkunu ttrattati bħala li jappartjenu f'kategorija adatta ta' depożiti fil-livell tal-konsumatur. Għandhom ikunu fis-seħħ limitazzjonijiet, b'tali mod li dawk l-istrumenti ma jistgħux jinxtraw u jinżammu minn partijiet oħra għajr klijenti fil-livell tal-konsumaturi. Artikolu 428ak Maturità residwa ta' obbligazzjoni jew fondi proprji 1. Sakemm mhux speċifikat mod ieħor f'dan il-Kapitolu, l-istituzzjonijiet għandhom iqisu l-maturità kuntrattwali residwa tal-obbligazzjonijiet u l-fondi proprji tagħhom biex jiddeterminaw il-fatturi ta' finanzjament stabbli disponibbli li għandhom jiġu applikati taħt it-Taqsima 2. 2. L-istituzzjonijiet għandhom jieħdu kont tal-opzjonijiet eżistenti biex jiddeterminaw il-maturità residwa ta' obbligazzjoni jew tal-fondi proprji. Huma għandhom jagħmlu dan fuq is-suppożizzjoni li l-kontroparti tifdi opzjonijiet ta' xiri fl-iktar data kmieni possibbli. Għal opzjonijiet li jistgħu jiġu eżerċitati fid-diskrezzjoni tal-istituzzjoni, l-istituzzjoni u l-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu kont ta' fatturi ta' reputazzjoni li jistgħu jillimitaw il-kapaċità ta' istituzzjoni li ma teżerċitax l-opzjoni, b'mod partikolari l-aspettattivi tas-suq li l-istituzzjonijiet għandhom jifdu ċerti obbligazzjonijiet qabel il-maturità tagħhom. 3. L-istituzzjonijiet għandhom jittrattaw depożiti b'perijodi ta' notifika fissi f'konformità mal-perijodu ta' notifika tagħhom, u għandhom jittrattaw id-depożiti ta' żmien fiss f'konformità mal-maturità residwa tagħhom. B'deroga mill-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, l-istituzzjonijiet m'għandhomx iqisu opzjonijiet għall-prelevamenti kmieni, meta d-depożitant irid iħallas penali materjali għal prelevamenti kmieni li jseħħu f'anqas minn sena, it-tali penali kif stabbilit fl-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1), biex jiddeterminaw il-maturità residwa ta' depożiti fil-livell ta' konsumatur ta' żmien fiss. 4. Sabiex jiddeterminaw il-fatturi ta' finanzjament stabbli disponibbli li għandhom jiġu applikati taħt it-Taqsima 2, għall-obbligazzjonijiet b'maturità kuntrattwali residwa ta' sena jew iktar, kwalunkwe porzjon li jimmatura f'inqas minn sitt xhur u kwalunkwe porzjon li jimmatura bejn sitt xhur u inqas minn sena għandu jiġi ttrattat bħala li għandu maturità residwa ta' inqas minn sitt xhur u bejn sitt xhur u inqas minn sena, rispettivament. Taqsima 2 Fatturi ta' finanzjament stabbli disponibbli Artikolu 428al Fattur ta' 0 % ta' finanzjament stabbli disponibbli 1. Sakemm mhux speċifikat mod ieħor f'din it-Taqsima, l-obbligazzjonijiet kollha mingħajr maturità dikjarata, inkluż pożizzjonijiet qosra u pożizzjonijiet b'maturità miftuħa, għandhom ikunu soġġetti għal fattur ta' 0 % ta' finanzjament stabbli disponibbli, bl-eċċezzjoni ta' dawn li ġejjin:
2. Obbligazzjonijiet ta' taxxa differita u interessi minoritarji kif imsemmi fil-paragrafu 1 għandhom ikunu soġġetti għal wieħed mill-fatturi li ġejjin:
3. L-obbligazzjonijiet li ġejjin għandhom ikunu soġġetti għal fattur ta' 0 % ta' finanzjament stabbli disponibbli:
4. L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw fattur ta' 0 % ta' finanzjament stabbli disponibbli għall-valur assolut tad-differenza, jekk negattiv, bejn is-somma tal-valuri ġusti tas-settijiet kollha tan-netting b'valur ġust pożittiv u s-somma tal-valuri ġusti tas-settijiet kollha tan-netting b'valur ġust negattiv kalkulat f'konformità mal-Artikolu 428d. Ir-regoli li ġejjin għandhom japplikaw għall-kalkolu msemmi fl-ewwel subparagrafu:
Artikolu 428am Fattur ta' 50 % ta' finanzjament stabbli disponibbli L-obbligazzjonijiet li ġejjin għandhom ikunu soġġetti għal fattur ta' 50 % ta' finanzjament stabbli disponibbli:
Artikolu 428an Fattur ta' 90 % ta' finanzjament stabbli disponibbli Id-depożiti ta' domanda fil-livell ta' konsumatur, id-depożiti fil-livell ta' konsumatur b' perijodu ta' notifika fiss ta' inqas minn sena u d-depożiti fil-livell ta' konsumatur ta' żmien fiss li għandhom maturità residwa ta' inqas minn sena li jissodisfaw il-kriterji rilevanti għal depożiti oħrajn fil-livell tal-konsumatur stipulati fl-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1) għandhom ikunu soġġetti għal fattur ta' 90 % ta' finanzjament stabbli disponibbli. Artikolu 428ao Fattur ta' 95 % ta' finanzjament stabbli disponibbli Id-depożiti ta' domanda fil-livell ta' konsumatur, id-depożiti fil-livell ta' konsumatur b' perijodu ta' notifika fiss ta' inqas minn sena u d-depożiti fil-livell ta' konsumatur ta' żmien fiss li għandhom maturità residwa ta' inqas minn sena li jissodisfaw il-kriterji rilevanti għal depożiti stabbli fil-livell tal-konsumatur stipulati fl-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1) għandhom ikunu soġġetti għal fattur ta' 95 % ta' finanzjament stabbli disponibbli. Artikolu 428ap Fattur ta' 100 % ta' finanzjament stabbli disponibbli L-obbligazzjonijiet u l-elementi u l-istrumenti kapitali li ġejjin għandhom ikunu soġġetti għal fattur ta' 100 % ta' finanzjament stabbli disponibbli:
KAPITOLU 7 Finanzjament stabbli meħtieġ għall-kalkolu ssemplifikat tal-proporzjon ta' finanzjament stabbli nett Taqsima 1 Dispożizzjonijiet ġenerali Artikolu 428aq Kalkolu ssemplifikat tal-ammont ta' finanzjament stabbli meħtieġ 1. Sakemm mhux speċifikat mod ieħor f'dan il-Kapitolu, għall-istituzzjonijiet żgħar u mhux kumplessi l-ammont ta' finanzjament stabbli meħtieġ għandu jiġi kalkulat billi jiġi multiplikat il-valur ta' kontabbiltà ta' diversi kategoriji jew tipi ta' assi u elementi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ bil-fatturi ta' finanzjament stabbli meħtieġ li għandhom jiġu applikati f'konformità mat-Taqsima 2. L-ammont totali ta' finanzjament stabbli meħtieġ għandu jkun is-somma tal-ammonti ponderati ta' assi u elementi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ. 2 L-assi li l-istituzzjonijiet ikunu ssellfu, inkluż fi tranżazzjonijiet ta' finanzjament ta' titoli, li jkunu kontabilizzati fil-karta tal-bilanċ tagħhom u li fuqhom ma għandhomx sjieda benefiċjarja għandhom jiġu esklużi mill-kalkolu tal-ammont ta' finanzjament stabbli meħtieġ. L-assi li l-istituzzjonijiet ikunu ssellfu, inkluż fi tranżazzjonijiet ta' finanzjament ta' titoli, li ma jkunux kontabilizzati fil-karta tal-bilanċ tagħhom iżda li fuqhom għandhom sjieda benefiċjarja għandhom jiġu soġġetti għall-fatturi ta' finanzjament stabbli meħtieġ li għandhom jiġu applikati skont it-Taqsima 2. 3. L-assi li l-istituzzjonijiet ikunu sellfu, inkluż fi tranżazzjonijiet ta' finanzjament ta' titoli, li fuqhom iżommu s-sjieda benefiċjarja, anke fejn ma jibqgħux fil-karta tal-bilanċ tagħhom, għandhom jitqiesu bħala assi aggravati għall-finijiet ta' dan il-Kapitolu u għandhom ikunu soġġetti għall-fatturi ta' finanzjament stabbli meħtieġ li għandhom jiġu applikati taħt it-Taqsima 2. Inkella, tali assi għandhom jiġu esklużi mill-kalkolu tal-ammont ta' finanzjament stabbli meħtieġ. 4. Assi li huma aggravati għal maturità residwa ta' sitt xhur jew aktar għandhom jiġu assenjati jew il-fattur ta' finanzjament stabbli meħtieġ li jkun applikat taħt it-Taqsima 2 għal dawk l-assi li kieku kellhom jinżammu mhux aggravati jew inkella l-fattur ta' finanzjament stabbli meħtieġ li huwa altrimenti applikabbli għal dawk l-assi aggravati, skont liema fattur huwa ogħla. L-istess għandu japplika meta l-maturità residwa tal-assi aggravat tkun iqsar mill-maturità residwa tat-tranżazzjoni li tkun is-sors ta' aggravar. Assi li jkun fadlilhom inqas minn sitt xhur fil-perijodu ta' aggravar, għandhom ikunu soġġetti għall-fatturi ta' finanzjament stabbli meħtieġ li għandhom jiġu applikati taħt it-Taqsima 2 għall-istess assi li kieku kellhom jinżammu mhux aggravati. 5. Meta istituzzjoni tuża mill-ġdid jew twiegħed mill-ġdid assi li kienet issellfet, inkluż fi tranżazzjonijiet ta' finanzjament ta' titoli, u dan ikun kontabilizzat bħala li ma jidhirx fil-karta tal-bilanċ, it-tranżazzjoni li permezz tagħha ssellef dak l-assi għandha tiġi ttrattata bħala aggravata sa fejn din it-tranżazzjoni ma tistax timmatura mingħajr ma l-istituzzjoni tirritorna l-assi misluf. 6. L-assi li ġejjin ma għandhomx jitqiesu li jkunu aggravati:
Għall-finijiet tal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, l-istituzzjonijiet għandhom jassumu li l-assi fil-grupp ikunu aggravati f'ordni ta' likwidità li tiżdied abbażi tal-klassifikazzjoni tal-likwidità stipulata fl-att delegat stipulat fl-Artikolu 460(1), li tibda mill-assi li mhumiex eliġibbli għar-riżerva ta' likwidità. 7. Fil-każ ta' operazzjonijiet temporanji mhux standard imwettqa mill-BĊE jew mill-bank ċentrali ta' Stat Membru jew mill-bank ċentrali ta' pajjiż terz sabiex iwettaq il-mandat tiegħu f'perijodu ta' stress finanzjarju fis-suq kollu jew ta' ċirkostanzi makroekonomiċi eċċezzjonali, l-assi li ġejjin jistgħu jirċievu fattur ta' finanzjament stabbli meħtieġ imnaqqas:
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw, bi qbil mal-bank ċentrali li jkun il-kontroparti għat-tranżazzjoni, il-fattur ta' finanzjament stabbli meħtieġ li għandu jiġi applikat għall-assi msemmija fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu. Għall-assi aggravati msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, il-fattur ta' finanzjament stabbli meħtieġ li għandu jiġi applikat ma għandux ikun aktar baxx mill-fattur ta' finanzjament stabbli meħtieġ li japplika skont it-Taqsima 2 għal dawk l-assi li kieku kellhom jinżammu mhux aggravati. Meta japplikaw fattur ta' finanzjament stabbli meħtieġ imnaqqas f'konformità mat-tieni subparagrafu, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jissorveljaw mill-qrib l-impatt ta' dak il-fattur imnaqqas fuq il-pożizzjonijiet ta' finanzjament stabbli tal-istituzzjonijiet u jieħdu l-miżuri superviżorji adatti fejn meħtieġ. 8. L-istituzzjonijiet għandhom jeskludu assi assoċjati ma' kollateral rikonoxxut bħala marġni ta' varjazzjoni li ddaħħal f'konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 428k(4) u l-Artikolu 428ah(2) jew bħala marġni inizjali li ddaħħal jew bħala kontribuzzjoni għall-fond ta' inadempjenza ta' CCP f'konformità mal-punti (a) u (b) tal-Artikolu 428ag minn partijiet oħra tal-kalkolu tal-ammont ta' finanzjament stabbli meħtieġ f'konformità ma' dan il-Kapitolu sabiex jiġi evitat kwalunkwe għadd doppju. 9. L-istituzzjonijiet għandhom jinkludu fil-kalkolu tal-ammont ta' strumenti finanzjarji ta' finanzjament stabbli meħtieġ, muniti barranin u komoditajiet li għalihom tkun saret ordni tax-xiri. Huma għandhom jeskludu mill-kalkolu tal-ammont ta' strumenti finanzjarji ta' finanzjament stabbli meħtieġ, muniti barranin u komoditajiet li għalihom tkun saret ordni tal-bejgħ, dment li dawk it-tranżazzjonijiet ma jkunux riflessi bħala derivattivi jew tranżazzjonijiet ta' finanzjament garantit fil-karta tal-bilanċ tal-istituzzjonijiet u li dawk it-tranżazzjonijiet għandhom jiġu riflessi fil-karta tal-bilanċ tal-istituzzjonijiet meta jiġu saldati. 10. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiddeterminaw il-fatturi ta' finanzjament stabbli meħtieġ li għandhom jiġu applikati għal skoperturi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ li mhumiex imsemmija f'dan il-Kapitolu biex jiġi żgurat li l-istituzzjonijiet iżommu ammont adatt ta' finanzjament stabbli disponibbli għall-porzjon ta' dawk l-iskoperturi li jkunu mistennija li jkunu jeħtieġu finanzjament fuq il-perijodu ta' sena tal-proporzjon ta' finanzjament stabbli nett. Biex jiddeterminaw dawk il-fatturi, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu kont, b'mod partikolari, tad-dannu materjali fir-reputazzjoni għall-istituzzjoni li jista' jirriżulta mill-fatt li ma jipprovdux dan il-finanzjament. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrapportaw lill-ABE t-tipi ta' skoperturi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ li għalihom ikunu determinaw il-fatturi ta' finanzjament stabbli meħtieġ mill-inqas darba fis-sena. F'dak ir-rapport għandhom jinkludu spjegazzjoni tal-metodoloġija applikata biex tiddetermina dawk il-fatturi. Artikolu 428ar Maturità residwa ta' assi 1. Sakemm mhux speċifikat mod ieħor f'dan il-Kapitolu, l-istituzzjonijiet għandhom jieħdu kont tal-maturità kuntrattwali residwa tal-assi u t-tranżazzjonijiet li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ tagħhom meta jiddeterminaw il-fatturi ta' finanzjament stabbli meħtieġ li għandhom jiġu applikati għall-assi u l-elementi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ tagħhom taħt it-Taqsima 2. 2. L-istituzzjonijiet għandhom jittrattaw assi li ġew segregati f'konformità mal-Artikolu 11(3) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 f'konformità mal-iskopertura sottostanti ta' dawk l-assi. L-istituzzjonijiet għandhom, madankollu, jissoġġettaw dawk l-assi għal fatturi ogħla ta' finanzjament stabbli meħtieġ, skont it-terminu ta' aggravar li għandu jiġi determinat mill-awtoritajiet kompetenti, li għandhom jikkunsidraw jekk l-istituzzjoni hix kapaċi li b'mod liberu tiddisponi minn jew tiskambja tali assi u għandha tqis it-terminu tal-obbligazzjonijiet għall-klijenti tal-istituzzjonijiet li jirrigwardahom dak ir-rekwiżit ta' segregazzjoni. 3. Meta jikkalkulaw il-maturità residwa ta' assi, l-istituzzjonijiet għandhom jieħdu kont, abbażi tas-suppożizzjoni li l-emittent jew il-kontroparti ser teżerċita xi opzjoni biex testendi l-maturità ta' assi. Għal opzjonijiet li jistgħu jiġu eżerċitati fid-diskrezzjoni tal-istituzzjoni, l-istituzzjoni u l-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu kont ta' fatturi ta' reputazzjoni li jistgħu jillimitaw il-kapaċità tal-istituzzjoni li ma teżerċitax l-opzjoni, b'mod partikolari billi jqisu l-aspettattivi tas-swieq u tal-klijenti li l-istituzzjoni għandha testendi l-maturità ta' ċerti assi fid-data tal-maturità tagħhom. 4. Sabiex jiddeterminaw il-fatturi ta' finanzjament stabbli meħtieġa li għandhom jiġu applikati f'konformità mat-Taqsima 2, għall-amortizzazzjoni ta' self b'maturità kuntrattwali residwa ta' sena jew iktar, il-porzjonijiet li jimmaturaw f'inqas minn sitt xhur u bejn sitt xhur u inqas minn sena għandu jiġi ttrattat bħala li għandhom maturità residwa ta' inqas minn sitt xhur u bejn sitt xhur u inqas minn sena rispettivament. Taqsima 2 Fatturi ta' finanzjament stabbli meħtieġ Artikolu 428as Fattur ta' 0 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ 1. L-assi li ġejjin għandhom ikunu soġġetti għal fattur ta' 0 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ:
2. B'deroga mill-punt (b) tal-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiddeċiedu, bil-ftehim tal-bank ċentrali rilevanti, li japplikaw fattur ta' finanzjament stabbli meħtieġ ogħla għar-riżervi meħtieġa, billi jitqies, b'mod partikolari, il-punt sa fejn jeżistu r-rekwiżiti tar-riżervi fuq perijodu ta' sena u għalhekk jeħtieġu finanzjament stabbli assoċjat. Għal sussidjarji li jkollhom l-uffiċċju prinċipali f'pajjiż terz, fejn ir-riżervi meħtieġa tal-bank ċentrali jkunu soġġetti għal fattur ta' finanzjament stabbli meħtieġ ogħla taħt ir-rekwiżit ta' finanzjament stabbli nett stipulat fil-liġi nazzjonali ta' dak il-pajjiż terz, dak il-fattur ta' finanzjament stabbli meħtieġ ogħla għandu jitqies għall-finijiet ta' konsolidazzjoni. Artikolu 428at Fattur ta' 5 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ 1. Il-porzjon mhux prelevat ta' faċilitajiet ta' kreditu u ta' likwidità impenjati speċifikati fl-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1) għandu jkun soġġett għal fattur ta' 5 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ. 2. Għas-settijiet kollha tan-netting ta' kuntratti tad-derivattivi, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw fattur ta' 5 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ għall-valur ġust assolut ta' dawk is-settijiet tan-netting ta' kuntratti tad-derivattivi, gross minn kwalunkwe kollateral depożitat, meta dawk is-settijiet tan-netting ikollhom valur ġust negattiv. Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, l-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw il-valur ġust bħala gross minn kwalunkwe kollateral depożitat jew pagamenti ta' saldu u rċevuti relatati ma' bidliet fil-valwazzjoni tas-suq ta' kuntratti bħal dawn. Artikolu 428au Fattur ta' 10 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ L-assi u l-elementi li ġejjin li ma jidhrux fuq il-karta bilanċ għandhom ikunu soġġetti għal fattur ta' 10 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ:
Artikolu 428av Fattur ta' 20 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ Assi mhux aggravati li huma eliġibbli bħala assi tal-Livell 2A skont l-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1), u ishma mhux aggravati jew unitajiet f'CIUs skont dak l-att delegat għandhom ikunu suġġetti għal fattur ta' 20 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ, irrispettivament minn jekk jikkonformawx mar-rekwiżiti operazzjonali u mar-rekwiżiti dwar il-kompożizzjoni tar-riżerva ta' likwidità kif stipulati f'dak l-att delegat. Artikolu 428aw Fattur ta' 50 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ L-assi li ġejjin għandhom ikunu soġġetti għal fattur ta' 50 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ:
Artikolu 428ax Fattur ta' 55 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ Assi li huma eliġibbli bħala assi tal-livell 2B skont l-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1), u ishma jew unitajiet f'CIUs skont dak l-att delegat għandhom ikunu soġġetti għal fattur ta' 55 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ, irrispettivament minn jekk jikkonformawx mar-rekwiżiti operazzjonali u mar-rekwiżiti dwar il-kompożizzjoni tar-riżerva ta' likwidità kif stipulati f'dak l-att delegat, dment li jkunu aggravati inqas minn sena. Artikolu 428ay Fattur ta' 85 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ L-assi u l-elementi li ġejjin li ma jidhrux fuq il-karta bilanċ għandhom ikunu soġġetti għal fattur ta' 85 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ:
Artikolu 428az Fattur ta' 100 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ 1. L-assi li ġejjin għandhom ikunu soġġetti għal fattur ta' 100 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ:
2. L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw fattur ta' 100 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ għad-differenza, jekk pożittiva, bejn is-somma tal-valuri ġusti tas-settijiet kollha tan-netting b'valur ġust pożittiv u s-somma tal-valuri ġusti tas-settijiet kollha tan-netting b'valur ġust negattiv kalkulat f'konformità mal-Artikolu 428d. Ir-regoli li ġejjin għandhom japplikaw għall-kalkolu msemmi fl-ewwel subparagrafu:
|
(117) |
Il-Parti Sebgħa hija sostitwita b'dan li ġej: “PARTI SEBGĦA LIEVA FINANZJARJA Artikolu 429 Kalkolu tal-proporzjon ta' lieva finanzjarja 1. L-istituzzjonijiet jikkalkulaw il-proporzjon ta' lieva finanzjarja tagħhom skont il-metodoloġija stipulata fil-paragrafi 2, 3 u 4. 2. Il-proporzjon ta' lieva finanzjarja għandu jiġi kalkulat bħala l-miżura tal-kapital ta' istituzzjoni diviża bil-miżura tal-iskopertura totali ta' din l-istituzzjoni u għandu jiġi espress bħala perċentwal. L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-proporzjon ta' lieva finanzjarja fid-data ta' referenza tar-rappurtar. 3. Għall-finijiet tal-paragrafu 2, il-miżura tal-kapital għandha tkun il-kapital ta' Grad 1. 4. Għall-finijiet tal-paragrafu 2, il-miżura tal-iskopertura totali għandha tkun is-somma tal-valuri tal-iskopertura ta':
L-istituzzjonijiet għandhom jittrattaw tranżazzjonijiet ta' saldu twil f'konformità mal-punti (a) sa (d) tal-ewwel subparagrafu, kif applikabbli. L-istituzzjonijiet jistgħu jnaqqsu l-valuri tal-iskopertura msemmija fil-punti (a) u (d) tal-ewwel subparagrafu bl-ammont korrispondenti ta' aġġustamenti ġenerali fir-riskju ta' kreditu għal elementi li jidhru u dawk li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ, rispettivament, soġġett għal limitu ta' 0 fejn l-aġġustamenti fir-riskju ta' kreditu jkunu naqqsu l-kapital ta' Grad 1. 5. B'deroga mill-punt (d) tal-paragrafu 4, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet li ġejjin:
It-trattament stipulat fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu għandu japplika wkoll għal istituzzjoni li taġixxi bħala klijent ta' livell għoli li jiggarantixxi l-prestazzjoni tal-iskoperturi tan-negozju tal-klijent tagħha. Għall-finijiet tal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu u tat-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu, l-istituzzjonijiet jistgħu jikkunsidraw entità affiljata bħala klijent biss meta dik l-entità tkun barra mill-ambitu tal-konsolidazzjoni regolatorja fil-livell li fih ir-rekwiżit stipulat fil-punt (d) tal-Artikolu 92(3) ikun applikat. 6. Għall-finijiet tal-punt (e) tal-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu u l-Artikolu 429g, ''xiri jew bejgħ fi żmien regolari'' tfisser xiri jew bejgħ ta' titolu taħt kuntratti li għalihom it-termini jeħtieġu konsenja tat-titolu fil-perijodu stabbilit ġeneralment mil-liġi jew konvenzjoni fis-suq ikkonċernat. 7. Sakemm ma jkunx espressament previst mod ieħor f'din il-Parti, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-miżura tal-iskopertura totali skont il-prinċipji li ġejjin:
8. B'deroga mill-punt (b) tal-paragrafu 7, l-istituzzjonijiet jistgħu jnaqqsu l-valur tal-iskopertura ta' self ta' prefinanzjament jew self intermedju bil-bilanċ pożittiv fuq il-kont tat-tfaddil tad-debitur li lilu ngħata s-self u jinkludu biss l-ammont li jirriżulta fil-miżura tal-iskopertura totali, dment li jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
“Self ta' prefinanzjament” jew “self intermedju” jfissru self li jingħata lil min jissellef għal perijodu limitat ta' żmien sabiex jitnaqqsu l-lakuni fil-finanzjament tal-mutwatarju sakemm jingħata s-self finali f'konformità mal-kriterji stabbiliti fil-liġi settorjali li tirregola dawn it-tranżazzjonijiet. Artikolu 429a Skoperturi esklużi mill-miżura tal-iskopertura totali 1. B'deroga mill- Artikolu 429(4), istituzzjoni tista' teskludi kwalunkwe skopertura li ġejja mill-miżura tal-iskopertura totali tagħha:
Għall-finijiet tal-punt (m) tal-ewwel subparagrafu, l-istituzzjonijiet għandhom jinkludu kwalunkwe skopertura miżmuma fil-miżura tal-iskopertura totali. 2. Għall-finijiet tal-punti (d) u (e) tal-paragrafu 1, 'istituzzjoni ta' kreditu għall-iżvilupp pubbliku' tfisser istituzzjoni ta' kreditu li tissodisfa l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
Għall-finijiet tal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, l-objettivi ta' politika pubblika jistgħu jinkludu l-għoti ta' finanzjament għal finijiet promozzjonali jew ta' żvilupp lil setturi ekonomiċi jew żoni ġeografiċi speċifiċi tal-Istat Membru rilevanti. Għall-finijiet tal-punti (d) u (e) tal-ewwel subparagrafu, u mingħajr preġudizzju għar-regoli tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat u l-obbligi tal-Istati Membri skont dan, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, fuq talba ta' istituzzjoni, jittrattaw unità indipendenti u awtonoma mil-lat organizzattiv, strutturali u finanzjarju ta' dik l-istituzzjoni bħala istituzzjoni ta' kreditu għall-iżvilupp pubbliku, dment li l-unità tissodisfa l-kondizzjonijiet kollha elenkati fl-ewwel subparagrafu u li tali trattament ma jaffettwax l-effettività tas-superviżjoni ta' dik l-istituzzjoni. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw mingħajr dewmien lill-Kummissjoni u l-ABE bi kwalunkwe deċiżjoni li tittratta, għall-finijiet ta' dan is-subparagrafu, unità ta' istituzzjoni bħala istituzzjoni ta' kreditu għall-iżvilupp pubbliku. L-awtorità kompetenti għandha tirrieżamina ta' kull sena tali deċiżjoni. 3. Għall-finijiet tal-punti (d) u (e) tal-paragrafu 1 u l-punt (d) tal-paragrafu 2, 'self promozzjonali' ifisser self mogħti minn istituzzjoni ta' kreditu għall-iżvilupp pubbliku jew entità stabbilita mill-gvern ċentrali, gvern reġjonali jew awtorità lokali ta' Stat Membru, direttament jew permezz ta' istituzzjoni ta' kreditu intermedja fuq bażi mhux kompetittiva u mingħajr skop ta' qligħ, biex jiġu promossi l-objettivi tal-politika pubblika tal-gvern ċentrali, gvern reġjonali jew awtorità lokali fi Stat Membru. 4. L-istituzzjonijiet ma għandhomx jeskludu l-iskoperturi tan-negozju msemmija fil-punti (g) u (h) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, meta ma tiġix issodisfata l-kondizzjoni stipulata fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 429(5). 5. L-istituzzjonijiet jistgħu jeskludu l-iskoperturi elenkati fil-punt (n) tal-paragrafu 1 fejn ikunu ssodisfati ż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin:
6. L-iskoperturi li għandhom jiġu esklużi skont il-punt (n) tal-paragrafu 1 għandhom jissodisfaw iż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin:
7. B'deroga mill-punt (d) tal-Artikolu 92(1), fejn istituzzjoni teskludi l-iskoperturi msemmija fil-punt (n) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, hija għandha tissodisfa fi kwalunkwe ħin ir-rekwiżit ta' proporzjon ta' lieva finanzjarja aġġustat li ġej għat-tul ta' żmien tal-esklużjoni:
fejn:
Artikolu 429b Kalkolu tal-valur tal-iskopertura tal-assi 1. L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-valur tal-iskopertura tal-assi, eskluż il-kuntratti tad-derivattivi elenkati fl-Anness II, id-derivattivi tal-kreditu u l-pożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 429e f'konformità mal-prinċipji li ġejjin:
2. Arranġament ta' pooling ta' flus offrut minn istituzzjoni ma jiksirx il-kondizzjoni stipulata fil-punt (b) tal-Artikolu 429(7) biss meta l-arranġament jissodisfa ż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin:
Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu u tal-paragrafu 3, arranġament ta' pooling ta' flus tfisser arranġament fejn il-bilanċi ta' kreditu jew ta' debitu ta' diversi kontijiet individwali jiġu kombinati għall-finijiet tal-ġestjoni tal-flus jew tal-likwidità. 3. B'deroga mill-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, arranġament ta' pooling ta' flus li ma jissodisfax il-kondizzjoni stipulata fil-punt (b) ta' dak il-paragrafu, iżda li jissodisfa l-kondizzjoni stipulata fil-punt (a) ta' dak il-paragrafu, ma jiksirx il-kondizzjoni stipulata fil-punt (b) tal-Artikolu 429(7), dment li l-arranġament jissodisfa l-kondizzjonijiet addizzjonali kollha li ġejjin:
4. B'deroga mill-punt (b) tal-paragrafu 1, l-istituzzjonijiet jistgħu jikkalkolaw il-valur tal-iskopertura tal-flus riċevibbli u l-flus pagabbli taħt tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli mal-istess kontroparti fuq bażi netta biss meta jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
5. Għall-finijiet tal-punt (c) tal-paragrafu 4, l-istituzzjonijiet jistgħu jqisu li mekkaniżmu ta' saldu jirriżulta fl-ekwivalenti funzjonali ta' saldu nett biss jekk, fid-data tas-saldu, ir-riżultat nett tal-flussi ta' flus kontanti tat-tranżazzjonijiet taħt dak il-mekkaniżmu jkun ugwali għall-ammont nett uniku taħt saldu nett u jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
Il-kondizzjoni stipulata fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tiġi ssodisfata biss meta l-falliment ta' kwalunkwe tranżazzjoni ta' finanzjament tat-titoli fil-mekkaniżmu ta' saldu jista' jdewwem is-saldu tal-komponent tal-flus kontanti korrispondenti biss jew jista' joħloq obbligu għall-mekkaniżmu ta' saldu, appoġġat minn faċilità ta' kreditu assoċjata. Meta jkun hemm falliment tal-komponent tat-titoli ta' tranżazzjoni ta' finanzjament tat-titoli fil-mekkaniżmu ta' saldu fi tmiem il-perijodu għas-saldu fil-mekkaniżmu ta' saldu, l-istituzzjonijiet għandhom jaqsmu din it-tranżazzjoni u l-komponent tal-flus kontanti korrispondenti mis-sett tan-netting u jittrattawhom fuq bażi grossa. Artikolu 429c Kalkolu tal-valur tal-iskopertura tad-derivattivi 1. L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-valur tal-iskopertura tal-kuntratti tad-derivattivi elenkati fl-Anness II u tad-derivattivi tal-kreditu, inkluż dawk li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ, f'konformità mal-metodu stipulat fit-Taqsima 3 tal-Kapitolu 6 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta. Meta jikkalkolaw il-valur tal-iskopertura, l-istituzzjonijiet jistgħu jieħdu kont tal-effetti ta' kuntratti għan-novazzjoni u arranġamenti oħra ta' netting f'konformità mal-Artikolu 295. L-istituzzjonijiet ma għandhomx jieħdu kont ta' netting bejn prodotti differenti, iżda jistgħu jinnettjaw fil-kategorija tal-prodott kif imsemmi fil-punt (25)(c) tal-Artikolu 272 u d-derivattivi tal-kreditu fejn ikunu soġġetti għal ftehim ta' netting kuntrattwali bejn prodotti differenti kif imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 295. L-istituzzjonijiet għandhom jinkludu fil-miżura tal-iskopertura totali opzjonijiet mibjugħa anki meta l-valur tal-iskopertura tagħhom jista' jiġi stabbilit għal żero f'konformità mat-trattament stabbilit fl-Artikolu 274(5). 2. Meta d-dispożizzjoni ta' kollateral relatata ma' kuntratti tad-derivattivi tnaqqas l-ammont ta' assi skont il-qafas ta' kontabbiltà applikabbli, l-istituzzjonijiet għandhom ireġġgħu lura dak it-tnaqqis. 3. Għall-finijiet tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-istituzzjonijiet li jikkalkulaw l-ispiża ta' sostituzzjoni ta' kuntratti tad-derivattivi f'konformità mal-Artikolu 275 jistgħu jirrikonoxxu biss kollateral riċevut fi flus kontanti mingħand il-kontropartijiet tagħhom bħala l-marġni ta' varjazzjoni msemmi fl-Artikolu 275, meta l-qafas ta' kontabbiltà applikabbli ma jkunx diġà rrikonoxxa l-marġni ta' varjazzjoni bħala tnaqqis tal-valur tal-iskopertura u meta jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
Meta istituzzjoni tipprovdi kollateral fi flus kontanti lil kontroparti u dak il-kollateral jissodisfa l-kondizzjonijiet stipulati fil-punti (a) sa (e) tal-ewwel subparagrafu, l-istituzzjoni għandha tikkunsidra dak il-kollateral bħala l-marġni ta' varjazzjoni ddepożitat mal-kontroparti u għandha tinkludih fil-kalkolu tal-ispiża ta' sostituzzjoni. Għall-finijiet tal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, istituzzjoni għandha tiġi kunsidrata li ssodisfat il-kondizzjoni stipulata fih meta l-marġni ta' varjazzjoni jiġi skambjat fl-għodwa tal-jum ta' negozjar wara l-jum ta' negozjar li fih ġie stipulat il-kuntratt tad-derivattivi, dment li l-iskambju jkun ibbażat fuq il-valur tal-kuntratt fi tmiem il-jum ta' negozjar li fih ġie stipulat il-kuntratt. Għall-finijiet tal-punt (d) tal-ewwel subparagrafu, meta tinqala' tilwima dwar il-marġni, l-istituzzjonijiet jistgħu jirrikonoxxu l-ammont ta' kollateral mhux kontestat li jkun ġie skambjat. 4. Għall-finijiet tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-istituzzjonijiet ma għandhomx jinkludu kollateral riċevut fil-kalkolu tal-NICA kif definit fil-punt (12a) tal-Artikolu 272, ħlief fil-każ ta' kuntratti tad-derivattivi ma' klijenti meta dawk il-kuntratti jiġu kklerjati minn QCCP. 5. Għall-finijiet tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu l-valur tal-multiplikatur użat fil-kalkolu tal-iskopertura futura potenzjali f'konformità mal-Artikolu 278(1) għal wieħed, ħlief fil-każ ta' kuntratti tad-derivattivi ma' klijenti meta dawk il-kuntratti jiġu kklerjati minn QCCP. 6. B'deroga mill-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-istituzzjonijiet jistgħu jużaw il-metodu stipulat fit-Taqsima 4 jew 5 tal-Kapitolu 6 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta biex jiddeterminaw il-valur tal-iskopertura tal-kuntratti tad-derivattivi elenkati fil-punti 1 u 2 tal-Anness II, iżda biss meta jużaw ukoll dak il-metodu biex jiddeterminaw il-valur tal-iskopertura ta' dawk il-kuntratti bl-għan li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-fondi proprji stipulati fl-Artikolu 92. Meta l-istituzzjonijiet japplikaw wieħed mill-metodi msemmija fl-ewwel subparagrafu, ma għandhomx inaqqsu l-miżura tal-iskopertura totali bl-ammont tal-marġni li jkunu rċevew. Artikolu 429d Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar il-kalkolu tal-valur tal-iskopertura tad-derivattivi ta' kreditu sottoskritti 1. Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, ''derivattiv ta' kreditu sottoskritt'' tfisser kwalunkwe strument finanzjarju li permezz tiegħu istituzzjoni effettivament tipprovdi protezzjoni tal-kreditu inkluż swaps ta' inadempjenza ta' kreditu, swaps ta' redditu totali u opzjonijiet fejn l-istituzzjoni jkollha l-obbligu li tipprovdi protezzjoni tal-kreditu taħt il-kondizzjonijiet speċifikati fil-kuntratt tal-opzjonijiet. 2. Minbarra l-kalkolu stabbilit fl-Artikolu 429c, l-istituzzjonijiet għandhom jinkludu fil-kalkolu tal-valur tal-iskopertura ta' derivattivi ta' kreditu sottoskritti l-ammonti nozzjonali effettivi msemmija fid-derivattivi ta' kreditu sottoskritti mnaqqsa minn kwalunkwe bidla negattiva ta' valur ġust li tkun ġiet inkorporata fil-kapital ta' Grad 1 fir-rigward ta' dawk id-derivattivi ta' kreditu sottoskritti. L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-ammont nozzjonali effettiv tad-derivattivi ta' kreditu sottoskritti billi jaġġustaw l-ammont nozzjonali ta' dawk id-derivattivi biex jirrifletti l-iskopertura reali tal-kuntratti li għandhom effett ta' lieva finanzjarja jew b'mod ieħor imsaħħa bl-istruttura tat-tranżazzjoni. 3. L-istituzzjonijiet jistgħu jnaqqsu b'mod sħiħ jew parzjalment il-valur tal-iskopertura kkalkolat f'konformità mal-paragrafu 2 bl-ammont nozzjonali effettiv tad-derivattivi ta' kreditu mixtrija, dment li jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
Għall-finijiet tal-kalkolu tal-iskopertura futura potenzjali f'konformità mal-Artikolu 429c(1), l-istituzzjonijiet jistgħu jeskludu mis-sett tan-netting il-porzjon ta' derivattiv ta' kreditu sottoskritt li ma jkunx paċut f'konformità mal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu u li għalih l-ammont nozzjonali effettiv ikun inkluż fil-miżura tal-iskopertura totali. 4. Għall-finijiet tal-punt (b) tal-paragrafu 3, ''terminu materjali'' tfisser kwalunkwe karatteristika tad-derivattiv ta' kreditu li tkun rilevanti għall-valutazzjoni tiegħu, inkluż il-livell ta' subordinazzjoni, l-opzjonalità, l-avvenimenti ta' kreditu, l-entità jew il-grupp ta' entitajiet ta' referenza sottostanti, u l-obbligu ta' referenza sottostanti jew il-ġabra ta' obbligi, bl-eċċezzjoni tal-ammont nozzjonali u l-maturità residwa tad-derivattiv ta' kreditu. Żewġ ismijiet ta' referenza għandhom ikunu l-istess biss meta jirreferu għall-istess entità legali. 5. B'deroga mill-punt (b) tal-paragrafu 3, l-istituzzjonijiet jistgħu jużaw derivattivi ta' kreditu mixtrija fuq pool ta' ismijiet ta' referenza biex ipaċu derivattivi ta' kreditu sottoskritt fuq ismijiet ta' referenza individwali fi ħdan dak il-pool meta dak il-pool ta' entitajiet ta' referenza u l-livell ta' subordinazzjoni fiż-żewġ tranżazzjonijiet ikunu l-istess. 6. L-istituzzjonijiet ma għandhomx inaqqsu l-ammont nozzjonali effettiv tad-derivattivi ta' kreditu sottoskritt meta jixtru protezzjoni tal-kreditu permezz ta' swap tar-redditu totali u jirreġistraw il-pagamenti netti riċevuti bħala introjtu nett, iżda ma jirreġistraw l-ebda deterjorazzjoni ta' tpaċija fil-valur tad-derivattiv ta' kreditu sottoskritt fil-kapital ta' Grad 1. 7. Fil-każ ta' derivattivi ta' kreditu mixtrija fuq ġabra ta' obbligi ta' referenza, l-istituzzjonijiet jistgħu jnaqqsu l-ammont nozzjonali effettiv tad-derivattivi ta' kreditu sottoskritt fuq l-obbligazzjonijiet ta' referenza individwali bl-ammont nozzjonali effettiv tad-derivattivi ta' kreditu mixtrija f'konformità mal-paragrafu 3 biss meta l-protezzjoni mixtrija tkun ekonomikament ekwivalenti għax-xiri ta' protezzjoni b'mod separat fuq kull waħda mill-obbligazzjonijiet individwali fil-ġabra. Artikolu 429e Suppliment tar-riskju ta' kreditu tal-kontroparti għal tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli 1. Flimkien mal-kalkolu tal-valur tal-iskopertura ta' tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli, inkluż dawk li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ f'konformità mal-Artikolu 429b(1), l-istituzzjonijiet għandhom jinkludu fil-miżura tal-iskopertura totali suppliment għal riskju ta' kreditu ta' kontroparti kkalkolat f'konformità mal-paragrafu 2 jew 3 ta' dan l-Artikolu, kif applikabbli. 2. L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw is-suppliment għal tranżazzjonijiet ma' kontroparti li ma jkunux soġġetti għal ftehim prinċipali ta' netting li jissodisfa l-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 206 fuq il-bażi skont it-tranżazzjoni f'konformità mal-formula li ġejja:
fejn:
ekwivalenti għal żero fejn Ei jkun il-flus kontanti mislufa lil kontroparti u l-flus kontanti assoċjati riċevibbli ma jkunux eliġibbli għat-trattament tan-netting stipulat fl-Artikolu 429b(4). 3. L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw is-suppliment għal tranżazzjonijiet ma' kontroparti li jkunu soġġetti għal ftehim prinċipali ta' netting li jissodisfa l-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 206 fuq il-bażi skont il-ftehim f'konformità mal-formula li ġejja:
fejn:
4. Għall-finijiet tal-paragrafi 2 u 3, it-terminu kontroparti jinkludi wkoll aġenti tripartitiċi li jirċievu kollateral f'depożitu u jamministraw il-kollateral fil-każ ta' tranżazzjonijiet tripartitiċi. 5. B'deroga mill-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-istituzzjonijiet jistgħu jużaw il-metodu stipulat fl-Artikolu 222, soġġett għal limitu ta' 20 % għall-ponderazzjoni tar-riskju applikabbli, biex jiddeterminaw is-suppliment għat-tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli inkluż dawk li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ. L-istituzzjonijiet jistgħu jużaw dan il-metodu biss meta jużawh ukoll biex jikkalkolaw il-valur tal-iskopertura ta' dawk it-tranżazzjonijiet bl-għan li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji kif stipulati fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 92(1). 6. Meta tinkiseb kontabbiltà tal-bejgħ għal tranżazzjoni ta' riakkwist skont il-qafas ta' kontabbiltà applikabbli, l-istituzzjoni għandha treġġa' lura l-elementi ta' kontabbiltà kollha relatati mal-bejgħ. 7. Meta istituzzjoni taġixxi bħala aġent bejn żewġ partijiet fi tranżazzjoni ta' finanzjament tat-titoli, inkluż tranżazzjoni li ma tidhirx fil-karta tal-bilanċ, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet li ġejjin għall-kalkolu tal-miżura tal-iskopertura totali tal-istituzzjoni:
Artikolu 429f Kalkolu tal-valur tal-iskopertura ta' elementi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ 1. L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw, f'konformità mal-Artikolu 111(1), il-valur tal-iskopertura tal-elementi li ma jidhrux fuq il-karta bilanċjali, eskluż kuntratti tad-derivattivi elenkati fl-Anness II, derivattivi tal-kreditu, tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli u pożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 429d. Fejn impenn jirreferi għall-estensjoni ta' impenn ieħor, għandu japplika l-Artikolu 166(9). 2. B'deroga mill-paragrafu 1, l-istituzzjonijiet jistgħu jnaqqsu l-ammont ekwivalenti tal-iskopertura ta' kreditu ta' element li ma jidhirx fil-karta tal-bilanċ bl-ammont korrispondenti ta' aġġustamenti speċifiċi tar-riskju ta' kreditu. Il-kalkolu għandu jkun soġġett għal minimu ta' żero. 3. B'deroga mill-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw fattur ta' konverżjoni ta' 10 % għall-elementi b'riskju baxx li ma jidhrux fil-karta bilanċ imsemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 111(1). Artikolu 429g Kalkolu tal-valur tal-iskopertura ta' xiri u bejgħ fi żmien regolari li jkunu qed jistennew saldu 1. L-istituzzjonijiet għandhom jittrattaw flus kontanti relatati ma' bejgħ fi żmien regolari u titoli relatati ma' xiri fi żmien regolari li jibqgħu fil-karta tal-bilanċ sad-data ta' saldu bħala assi f'konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 429(4). 2. L-istituzzjonijiet li, f'konformità mal-qafas tal-kontabbiltà applikabbli, japplikaw kontabbiltà skont id-data tan-negozju għal xiri u bejgħ fi żmien regolari li jkunu qed jistennew saldu għandhom ireġġgħu lura kwalunkwe tpaċija bejn flus kontanti riċevibbli għal bejgħ fi żmien regolari li jistenna saldu u flus kontanti pagabbli għal xiri fi żmien regolari li jistenna saldu permess taħt dak il-qafas. Wara li l-istituzzjonijiet ikunu reġġgħu lura t-tpaċija ta' kontabbiltà, jistgħu jpaċu bejn dak il-flus kontanti riċevibbli u l-flus kontanti pagabbli meta kemm il-bejgħ kif ukoll ix-xiri fi żmien regolari relatati jkunu saldati fuq bażi ta' kunsenja kontra ħlas. 3. L-istituzzjonijiet li, f'konformità mal-qafas ta' kontabbiltà applikabbli, japplikaw kontabbiltà skont id-data tas-saldu għal xiri u bejgħ fi żmien regolari li jkunu qed jistennew saldu għandhom jinkludu fil-miżura tal-iskopertura totali l-valur nominali sħiħ tal-impenji li għandhom jitħallsu relatati ma' xiri fi żmien regolari. L-istituzzjonijiet jistgħu jpaċu l-valur nominali sħiħ tal-impenji li għandhom jitħallsu relatati max-xiri fi żmien regolari mal-valur nominali sħiħ tal-flus kontanti riċevibbli relatati mal-bejgħ fi żmien regolari li jistenna saldu biss meta jiġu ssodisfati ż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin:
(*13) Id-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2008 dwar ftehim ta' kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE (ĠU L 133, 22.5.2008, p. 66).”" |
(118) |
tiddaħħal il-Parti li ġejja wara l-Artikolu 429g: “PARTI SEBGĦA A REKWIŻITI TA' RAPPURTAR Artikolu 430 Rappurtar dwar ir-rekwiżiti prudenzjali u informazzjoni finanzjarja 1. L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom dwar:
L-istituzzjonijiet eżentati f'konformità mal-Artikolu 6(5) ma għandhomx ikunu soġġetti għar-rekwiżit ta' rappurtar dwar il-proporzjon ta' lieva finanzjarja stipulat fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu fuq bażi individwali. 2. Minbarra r-rappurtar dwar il-proporzjon ta' lieva finanzjarja msemmi fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 u sabiex l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jwettqu monitoraġġ tal-volatilità tal-proporzjon ta' lieva finanzjarja, b'mod partikolari madwar dati ta' referenza tar-rappurtar, l-istituzzjonijiet kbar għandhom jirrapportaw komponenti speċifiċi tal-proporzjon ta' lieva finanzjarja lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom abbażi ta' medji matul il-perijodu tar-rappurtar u d-data użata biex jiġu kkalkolati dawk il-medji. 3. Minbarra r-rappurtar dwar ir-rekwiżiti prudenzjali msemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-istituzzjonijiet għandhom jirrappurtaw informazzjoni finanzjarja lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom meta jkunu waħda minn dawn li ġejjin:
4. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jeħtieġu li l-istituzzjonijiet tal-kreditu li jiddeterminaw il-fondi proprji tagħhom fuq bażi kkonsolidata f'konformità mal-istandards internazzjonali tal-kontabbiltà skont l-Artikolu 24(2) biex jirrapportaw informazzjoni finanzjarja f'konformità ma' dan l-Artikolu. 5. Ir-rappurtar dwar informazzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafi 3 u 4 għandu jinkludi biss informazzjoni li hija meħtieġa biex tiġi pprovduta stampa komprensiva tal-profil tar-riskju tal-istituzzjoni u tar-riskji sistemiċi li l-istituzzjoni tippreżenta lis-settur finanzjarju jew l-ekonomija reali kif stipulat fir-Regolament (UE) Nru 1093/2010. 6. Ir-rekwiżiti ta' rappurtar stabbiliti f'dan l-Artikolu għandhom jiġu applikati għall-istituzzjonijiet b'mod proporzjonat, b'kont meħud tar-rapport imsemmi fil-paragrafu 8, wara li jiġu kkunsidrati d-daqs, il-kumplessità u n-natura tagħhom u l-livell ta' riskju tal-attivitajiet tagħhom. 7. L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni biex tispeċifika l-formati u l-mudelli uniformi ta' rappurtar, l-istruzzjonijiet u l-metodoloġija dwar kif jintużaw dawk il-mudelli, il-frekwenza u d-dati tar-rappurtar, id-definizzjonijiet u s-soluzzjonijiet tal-IT għar-rappurtar imsemmi fil-paragrafi 1 sa 4. Kwalunkwe rekwiżit ta' rappurtar ġdid indikat f'tali standards tekniċi ta' implimentazzjoni ma għandux ikun applikabbli qabel sitt xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu. Għall-finijiet tal-paragrafu 2, l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni għandhom jispeċifikaw liema komponenti tal-proporzjon ta' lieva finanzjarja għandhom jiġu rrapportati bl-użu tal-valuri fi tmiem il-ġurnata jew fi tmiem ix-xahar. Għal dan il-għan, l-ABE għandha tieħu kont taż-żewġ punti li ġejjin:
L-ebda rekwiżit ta' rappurtar ġdid ma għandu jkun applikabbli qabel sitt xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu. L-ABE għandha tissottometti lill-Kummissjoni l-abbozzi ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija f'dan il-paragrafu sat-28 ta' Ġunju 2021, ħlief fir-rigward ta' dawn li ġejjin:
Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa li tadotta dawk l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. 8. L-ABE għandha tivvaluta l-ispejjeż u l-benefiċċji tar-rekwiżiti tar-rappurtar stipulati fir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014 (*14) f'konformità ma' dan il-paragrafu u tirrapporta s-sejbiet tagħha lill-Kummissjoni sat-28 ta' Ġunju 2020. Din il-valutazzjoni għandha titwettaq b'mod partikolari fir-rigward ta' istituzzjonijiet żgħar u mhux kumplessi. Għal dawk l-għanijiet, ir-rapport għandu:
L-ABE għandha takkumpanja dak ir-rapport bl-abbozzi ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 7. 9. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkonsultaw lill-ABE dwar jekk l-istituzzjonijiet, għajr dawk imsemmija fil-paragrafi 3 u 4, għandhomx jirrapportaw dwar l-informazzjoni finanzjarja fuq bażi konsolidata f'konformità mal-paragrafu 3, dment li jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni biex tispeċifika l-formati u l-mudelli li l-istituzzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jużaw għall-finijiet stipulati fih. Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa li tadotta dawk l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu f'konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. 10. Fejn awtorità kompetenti tqis li l-informazzjoni mhux koperta mill-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 7 hija neċessarja għall-iskopijiet stipulati fil-paragrafu 5, hija għandha tinnotifika lill-ABE u lill-BERS dwar l-informazzjoni addizzjonali li hija tqis li huwa neċessarju li tiġi inkluża fl-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija f'dak il-paragrafu. 11. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jneħħu r-rekwiżit li jiġi ppreżentat xi wieħed mill-punti ta' data stipulati fil-mudelli ta' rappurtar speċifikati fl-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija f'dan l-Artikolu meta dawk il-punti ta' data jkunu duplikattivi. Għal dawn il-finijiet, il-punti ta' data duplikattivi għandhom jirreferu għal kwalunkwe punt ta' data li huwa diġà disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti permezz ta' mezzi oħra għajr bil-ġbir ta' dawk il-mudelli ta' rappurtar, inkluż fejn dawk il-punti ta' data jistgħu jinkisbu minn data li hija diġà disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti f'formati jew livelli ta' granularità differenti; l-awtorità kompetenti tista' tagħti biss ir-rinunzji msemmija f'dan il-paragrafu jekk id-data riċevuta, miġbura jew aggregata permezz ta' dawn il-metodi alternattivi tkun identika għal dawk il-punti tad-data li nkella jkollhom jiġu rrapportati f'konformità mal-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni rispettivi. L-awtoritajiet kompetenti, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni u l-awtoritajiet nominati għandhom jużaw l-iskambju tad-data kull fejn ikun possibbli biex jitnaqqsu r-rekwiżiti ta' rappurtar. Id-dispożizzjonijiet dwar l-iskambju ta' informazzjoni u s-segretezza professjonali kif stabbiliti fit-Taqsima II tal-Kapitolu I tat-Titolu VII tad-Direttiva 2013/36/UE għandhom japplikaw. Artikolu 430a Obbligi ta' rappurtar speċifiċi 1. L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom fuq bażi annwali d-data aggregata li ġejja għal kull suq ta' proprjetà immobbli nazzjonali li huma esposti għalih:
2. Id-data msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi rrapportata lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljarju tal-istituzzjoni rilevanti. Fejn istituzzjoni jkollha fergħa fi Stat Membru ieħor, id-data li tikkonċerna dik il-fergħa għandha wkoll tiġi rrapportata lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti. Id-data għandha tiġi rrapportata separatament għal kull suq tal-proprjetà immobbli fl-Unjoni li għalih tkun esposta l-istituzzjoni rilevanti. 3. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jippubblikaw kull sena fuq bażi aggregata d-data speċifikata fil-punti (a) sa (f) tal-paragrafu 1, flimkien ma' data storika, meta disponibbli. Awtorità kompetenti għandha, fuq it-talba ta' awtorità kompetenti oħra fi Stat Membru jew mill-ABE tipprovdi lil dik l-awtorità kompetenti jew lill-ABE informazzjoni aktar dettaljata dwar il-kondizzjoni tas-swieq tal-proprjetà residenzjali jew tal-proprjetà immobbli kummerċjali f'dak l-Istat Membru. Artikolu 430b Rekwiżiti ta' rappurtar speċifiċi għar-riskji tas-suq 1. Mid-data ta' applikazzjoni tal-att delegat imsemmi fl-Artikolu 461a, l-istituzzjonijiet li la jissodisfaw il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 94(1) u lanqas il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 325a(1) għandhom tirrapporta, għall-pożizzjonijiet kollha fil-portafoll tan-negozjar tagħhom u l-pożizzjonijiet kollha fil-portafoll mhux tan-negozjar tagħhom li huma soġġetti għal riskji tal-kambju jew tal-komoditajiet, ir-riżultati tal-kalkoli abbażi tal-użu tal-approċċ standardizzat alternattiv stabbiliti fil-Kapitolu 1a tat-Titolu IV tal-Parti Tlieta fuq l-istess bażi li biha tali istituzzjoni jirrapportaw l-obbligi stipulati fil-punti (b)(i) u (c) tal-Artikolu 92(3). 2. L-istituzzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandhom jirrapportaw separatament il-kalkoli stipulati fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 325c(2) għall-portafoll tal-pożizzjonijiet fil-portafoll tan-negozjar jew il-pożizzjonijiet fil-portafoll mhux tan-negozjar kollha li huma soġġetti għal riskji tal-kambju u tal-komoditajiet. 3. Minbarra r-rekwiżit stipulat fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, minn tmiem il-perijodu ta' tliet snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ tal-aħħar standards tekniċi regolatorji msemmija fl-Artikoli 325bd(7), 325be(3), 325bf(9), 325bg(4), l-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw, għal dawk il-pożizzjonijiet assenjati għal postijiet ta' negozjar li għalihom l-istituzzjonijiet ikunu ngħataw permess mill-awtoritajiet kompetenti biex jużaw l-approċċ tal-mudell intern alternattiv f'konformità mal-Artikolu 325az(2), ir-riżultati tal-kalkoli abbażi tal-użu tal-approċċ stabbilit fil-Kapitolu 1b tat-Titolu IV tal-Parti Tlieta fuq l-istess bażi li tali istituzzjonijiet jirrapportaw biha l-obbligi stabbiliti fil-punti (b)(i) u (c) tal-Artikolu 92(3). 4. Għall-finijiet tar-rekwiżit ta' rappurtar fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, l-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw separatament il-kalkoli stipulati fil-punti (a)(i), (a)(ii), (b)(i) u (b)(ii) tal-Artikolu 325ba(1) u għall-portafoll tal-pożizzjonijiet fil-portafoll tan-negozjar jew il-pożizzjonijiet fil-portafoll mhux tan-negozjar kollha li huma soġġetti għal riskji tal-kambju u tal-komoditajiet assenjati lill-postijiet tan-negozjar li għalihom l-istituzzjoni tkun ngħatat permess mill-awtoritajiet kompetenti biex tuża l-approċċ tal-mudell intern alternattiv f'konformità mal-Artikolu 325az(2). 5. L-istituzzjonijiet jistgħu jużaw flimkien l-approċċi msemmija fil-paragrafi 1 u 3 fi ħdan grupp, dment li l-kalkolu skont l-approċċ imsemmi fil-paragrafu 1 ma jaqbiżx 90 % tal-kalkolu totali. Inkella, l-istituzzjoni għandha tuża l-approċċ msemmi fil-paragrafu 1 għall-pożizzjonijiet fil-portafoll tan-negozjar kollha tagħha jew il-pożizzjonijiet fil-portafoll mhux tan-negozjar kollha tagħha li huma soġġetti għal riskju tal-kambju jew tal-komoditajiet. 6. L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni, biex tispeċifika il-mudelli uniformi ta' rappurtar, l-istruzzjonijiet u l-metodoloġija dwar kif jintużaw il-mudelli, il-frekwenza u d-dati tar-rappurtar, id-definizzjonijiet u s-soluzzjonijiet tal-IT għar-rappurtar imsemmi f'dan l-Artikolu. L-ebda rekwiżit ta' rappurtar ġdid stipulat f'tali standards tekniċi ta' implimentazzjoni ma għandu jkun applikabbli qabel sitt xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu. L-ABE għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni sat-30 ta' Ġunju 2020. Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa li tadotta dawk l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. Artikolu 430c Rapport dwar il-fattibilità fir-rigward tas-sistema integrata ta' rappurtar 1. L-ABE għandha tħejji rapport dwar il-fattibilità fir-rigward tal-iżvilupp ta' sistema konsistenti u integrata għall-ġbir ta' data statistika, data dwar ir-riżoluzzjoni u data prudenzjali, u tirrapporta s-sejbiet tagħha lill-Kummissjoni sat-28 ta' Ġunju 2020. 2. Meta tabbozza r-rapport dwar il-fattibilità, l-ABE għandha tinvolvi lil awtoritajiet kompetenti, kif ukoll lil awtoritajiet li huma responsabbli għall-iskemi ta' garanzija tad-depożiti, ir-riżoluzzjoni u b'mod partikolari s-SEBĊ. Ir-rapport għandu jqis il-ħidma preċedenti tas-SEBĊ fir-rigward tal-ġabriet tad-data integrata għandu jkun ibbażat fuq analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji globali li jinkludi bħala minimu:
3. Sa sena wara l-preżentazzjoni tar-rapport imsemmi f'dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha, jekk xieraq u b'kont meħud tar-rapport ta' fattibbiltà tal-ABE, tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill proposta leġislattiva għall-istabbiliment ta' sistema standardizzata u integrata ta' rappurtar għal rekwiżiti ta' rappurtar. (*14) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014 tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward tar-rappurtar superviżorju ta' istituzzjonijiet skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 191, 28.6.2014, p. 1).”;" |
(119) |
Il-Parti Tmienja hija sostitwita b'dan li ġej: “PARTI TMIENJA DIVULGAZZJONI MILL-ISTITUZZJONIJIET TITOLU I PRINĊIPJI ĠENERALI Artikolu 431 Rekwiżiti u politiki ta' divulgazzjoni 1. L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw pubblikament l-informazzjoni msemmija fit-Titoli II u III f'konformità mad-dispożizzjonijiet stabbiliti f'dan it-Titolu, soġġett għall-eċċezzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 432. 2. L-istituzzjonijiet li jkunu ngħataw il-permess mill-awtoritajiet kompetenti taħt il-Parti Tlieta għall-istrumenti u l-metodoloġiji msemmijin fit-Titolu III ta' din il-Parti għandhom jiddivulgaw pubblikament l-informazzjoni stabbilita fih. 3. Il-korp maniġerjali jew il-maniġment superjuri għandu jadotta politiki formali biex jikkonforma mar-rekwiżiti ta' divulgazzjoni stabbiliti f'din il-Parti u jdaħħal fis-seħħ u jsostni proċessi, sistemi u kontrolli interni biex jivverifika li d-divulgazzjonijiet tal-istituzzjonijiet ikunu adatti u konformi mar-rekwiżiti stabbiliti f'din il-Parti. Mill-inqas membru wieħed tal-korp maniġerjali jew il-maniġment superjuri għandu jiċċertifika bil-miktub li l-istituzzjoni rilevanti għamlet id-divulgazzjonijiet meħtieġa taħt din il-Parti f'konformità mal-politiki formali u l-proċessi, is-sistemi u l-kontrolli interni. L-attestazzjoni bil-miktubu l-elementi ewlenin tal-politiki formali tal-istituzzjoni biex ikun hemm konformità mar-rekwiżiti ta' divulgazzjoni għandhom ikunu inklużi fid-divulgazzjonijiet tal-istituzzjonijiet. L-informazzjoni li għandha tiġi divulgata f'konformità ma' din il-Parti għandha tkun soġġetta għall-istess livell ta' verifika interna bħal dak applikabbli għar-rapport maniġerjali inkluż fir-rapport finanzjarju tal-istituzzjoni. L-istituzzjonijiet għandu jkollhom ukoll politiki fis-seħħ biex jivverifikaw li d-divulgazzjonijiet tagħhom jikkomunikaw il-profil tar-riskju tagħhom b'mod komprensiv lil parteċipanti tas-suq. Meta l-istituzzjonijiet isibu li d-divulgazzjonijiet meħtieġa skont din il-Parti ma jikkomunikawx il-profil tar-riskju b'mod komprensiv lil parteċipanti tas-suq, għandhom jiddivulgaw pubblikament l-informazzjoni flimkien mal-informazzjoni meħtieġa li tkun divulgata taħt din il-Parti. Madankollu,, l-istituzzjonijiet għandhom jenħtieġu jiddivulgaw biss informazzjoni li tkun sinifikattiva u mhux riżervata jew kunfidenzjali kif imsemmi fl-Artikolu 432. 4. Id-divulgazzjonijiet kwantitattivi kollha għandhom ikunu akkumpanjati minn narrattiva kwalitattiva u kwalunkwe informazzjoni supplimentari oħra li tista' tenħtieġ sabiex l-utenti ta' dik l-informazzjoni jifhmu d-divulgazzjonijiet kwantitattivi, filwaqt li tiġi nnotata b'mod partikolari kwalunkwe bidla sinifikanti fi kwalunkwe divulgazzjoni partikolari meta mqabbel mal-informazzjoni li tinsab fid-divulgazzjonijiet preċedenti. 5. L-istituzzjonijiet għandhom, jekk jintalbu, jispjegaw id-deċiżjonijiet ta' klassifikazzjoni tagħhom lill-SMEs u lil applikanti korporattivi oħra għal self, filwaqt li jipprovdu spjegazzjoni bil-miktub meta jintalbu jagħmlu dan. Il-prezzijiet amministrattivi ta' dik l-ispjegazzjoni għandhom ikunu proporzjonali mad-daqs tas-self. Artikolu 432 Informazzjoni mhux sinifikattiva, proprjetarja jew kunfidenzjali 1. Bl-eċċezzjoni tad-divulgazzjonijiet stabbiliti fil-punt (c) tal-Artikolu 435(2) u fl-Artikoli 437 u 450, l-istituzzjonijiet jistgħu jħallu barra divulgazzjoni waħda jew aktar minn dawk elenkati fit-Titoli II u III meta l-informazzjoni pprovduta minn dawk id-divulgazzjonijiet ma titqiesx bħala materjali. L-informazzjoni fid-divulgazzjonijiet għandha titqies bħala materjali meta l-ommissjoni jew ir-rappurtar skorrett tagħha jista' jibdel jew jinfluwenza l-valutazzjoni jew id-deċiżjoni ta' utent ta' dik l-informazzjoni li jiddependi fuqha bl-għan li jieħu deċiżjonijiet ekonomiċi. L-ABE għandha toħroġ linji gwida, f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, dwar kif l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw il-materjalità b'rabta mar-rekwiżiti ta' divulgazzjoni tat-Titoli II u III. 2. L-istituzzjonijiet jistgħu jħallu barra wkoll element wieħed jew iktar mill-informazzjoni msemmija fit-Titoli II u III jekk dawk l-elementi jinkludu informazzjoni li titqies bħala proprjetarja jew kunfidenzjali f'konformità ma' dan il-paragrafu, ħlief għad-divulgazzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 437 u 450. L-informazzjoni għandha titqies bħala proprjetarja għall-istituzzjonijiet meta d-divulgazzjoni pubblikament tagħha timmina l-pożizzjoni kompetittiva tagħhom. L-informazzjoni proprjetarja tista' tinkludi informazzjoni dwar prodotti jew sistemi li tnaqqas il-valur tal-investimenti ta' istituzzjonijiet imsemmijin fiha, jekk tiġi kondiviża mal-kompetituri. L-informazzjoni għandha titqies bħala kunfidenzjali meta l-istituzzjonijiet ikunu obbligati minn klijenti jew relazzjonijiet ta' kontropartijiet oħra li jżommu kunfidenzjali dik l-informazzjoni. L-ABE għandha toħroġ linji gwida, f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, dwar kif l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw il-proprjetarjetà u l-kunfidenzjalità b'rabta mar-rekwiżiti ta' divulgazzjoni tat-Titoli II u III. 3. Fil-każijiet eċċezzjonali msemmijin fil-paragrafu 2, l-istituzzjoni konċernata għandha tiddikjara fid-divulgazzjonijiet tagħha l-fatt li elementi speċifiċi ta' informazzjoni mhumiex qed jiġu divulgati u r-raġuni għal dan in-nuqqas ta' divulgazzjoni ta' dawk l-elementi, u tippubblika informazzjoni aktar ġenerali dwar is-suġġett tar-rekwiżit ta' divulgazzjoni, ħlief meta dak is-suġġett ikun, fih innifsu, proprjetarju jew kunfidenzjali. Artikolu 433 Frekwenza u portata tad-divulgazzjonijiet L-istituzzjonijiet għandhom jippubblikaw id-divulgazzjonijiet meħtieġa taħt it-Titoli II u III bil-mod stipulat fl-Artikoli 433a, 443b u 433c. Id-divulgazzjonijiet annwali għandhom jiġu pubblikati fl-istess data bħad-data li fiha l-istituzzjonijiet jippubblikaw id-dikjarazzjonijiet finanzjarji tagħhom jew kemm jista' jkun malajr warajha. Id-divulgazzjonijiet semiannwali u trimestrali għandhom jiġu pubblikati fl-istess data bħad-data li fiha l-istituzzjonijiet jippubblikaw ir-rapporti finanzjarji tagħhom għall-perijodu korrispondenti fejn applikabbli jew kemm jista' jkun malajr warajha. Kwalunkwe dewmien bejn id-data ta' pubblikazzjoni tad-divulgazzjonijiet meħtieġa taħt din il-Parti u d-dikjarazzjonijiet finanzjarji rilevanti għandu jkun raġonevoli u, fi kwalunkwe każ, ma għandux jaqbeż il-limitu ta' żmien stabbilit mill-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 106 tad-Direttiva 2013/36/UE. Artikolu 433a Divulgazzjonijiet minn istituzzjonijiet kbar 1. Istituzzjonijiet kbar għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni deskritta hawn taħt bil-frekwenza li ġejja:
2. B'deroga mill-paragrafu 1, istituzzjonijiet kbar ħlief G-SIIs li jkunu istituzzjonijiet mhux elenkati għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni deskritta hawn taħt bil-frekwenza li ġejja:
3. Istituzzjonijiet kbar li huma soġġetti għall-Artikolu 92a jew 92b għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni meħtieġa taħt l-Artikolu 437a fuq bażi semiannwali, ħlief għall-metrika ewlenija msemmija fil-punt (h) tal-Artikolu 447, li għandha tiġi divulgata fuq bażi trimestrali. Artikolu 433b Divulgazzjonijiet minn istituzzjonijiet żgħar u mhux kumplessi 1. Istituzzjonijiet żgħar u mhux kumplessi għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni deskritta hawn taħt bil-frekwenza li ġejja:
2. B'deroga mill-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, istituzzjonijiet żgħar u mhux kumplessi li jkunu istituzzjonijiet mhux elenkati għandhom jiddivulgaw il-metrika ewlenija msemmija fl-Artikolu 447 fuq bażi annwali. Artikolu 433c Divulgazzjonijiet minn istituzzjonijiet oħra 1. Istituzzjonijiet li ma jkunux soġġetti għall-Artikolu 433a jew 433b għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni deskritta hawn taħt bil-frekwenza li ġejja:
2. B'deroga mill-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, istituzzjonijiet oħra li jkunu istituzzjonijiet mhux elenkati għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni li ġejja fuq bażi annwali:
Artikolu 434 Mezzi ta' divulgazzjonijiet 1. L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni kollha meħtieġa taħt it-Titoli II u III f'format elettroniku u f'mezz jew post waħdieni. Il-mezz jew post waħdieni għandu jkun dokument awtonomu li jipprovdi sors aċċessibbli faċilment ta' informazzjoni prudenzjali għal utenti ta' dik l-informazzjoni jew sezzjoni distintiva inkluża fi jew mehmuża mad-dikjarazzjonijiet finanzjarji jew ir-rapporti finanzjarji tal-istituzzjonijiet li jkun fihom id-divulgazzjonijiet meħtieġa u jkunu faċilment identifikabbli għal dawk l-utenti. 2. L-istituzzjonijiet għandhom jagħmlu disponibbli fis-sit web tagħhom jew, fin-nuqqas ta' sit web, fi kwalunkwe post ieħor adatt arkivju tal-informazzjoni meħtieġa li għandha tiġi divulgata f'konformità ma' din il-Parti. Dak l-arkivju għandu jinżamm aċċessibbli għal perijodu ta' żmien li ma għandux ikun inqas mill-perijodu ta' ħżin stabbilit mil-liġi nazzjonali għall-informazzjoni inkluża fir-rapporti finanzjarji tal-istituzzjonijiet. Artikolu 434a Formati ta' divulgazzjoni uniformi L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni li jispeċifikaw formati ta' divulgazzjoni uniformi, u struzzjonijiet assoċjati li f'konformità magħhom għandhom isiru d-divulgazzjonijiet meħtieġa taħt it-Titoli II u III. Dawk il-formati ta' divulgazzjoni uniformi għandhom jikkomunikaw informazzjoni komprensiva u komparabbli biżżejjed għall-utenti ta' dik l-informazzjoni biex jivvalutaw il-profili tar-riskju tal-istituzzjonijiet u l-grad ta' konformità tagħhom mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Partijiet Wieħed sa Sebgħa. Biex jiffaċilitaw il-komparabbiltà tal-informazzjoni, l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni għandu jkollhom l-għan li jżommu l-konsistenza tal-formati ta' divulgazzjoni ma' standards internazzjonali dwar id-divulgazzjonijiet. Il-formati ta' divulgazzjoni uniformi għandhom ikunu tabulari fejn adatt. L-ABE għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni sat-28 ta' Ġunju 2020. Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa li tadotta dawk l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni f'konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. TITOLU II KRITERJI TEKNIĊI DWAR TRASPARENZA U DIVULGAZZJONI Artikolu 435 Divulgazzjoni ta' objettivi u politiki tal-ġestjoni tar-riskju 1. L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw l-objettivi u l-politiki ta' ġestjoni tar-riskju tagħhom għal kull kategorija separata ta' riskju, inkluż ir-riskji msemmijin f'dan it-Titolu. Dawk id-divulgazzjonijiet għandhom jinkludu:
2. L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni li ġejja fir-rigward ta' arranġamenti dwar il-governanza:
Artikolu 436 Divulgazzjoni tal-kamp ta' applikazzjoni L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni li ġejja fir-rigward tal-kamp tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament kif ġej:
Artikolu 437 Divulgazzjoni ta' fondi proprji L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni li ġejja fir-rigward tal-fondi proprji tagħhom:
Artikolu 437a Divulgazzjoni ta' fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli L-istituzzjonijiet li huma soġġetti għall-Artikolu 92a jew 92b għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni li ġejja fir-rigward tal-fondi proprji jew l-obbligazzjonijiet eliġibbli tagħhom:
Artikolu 438 Divulgazzjoni tar-rekwiżiti ta' fondi proprji u l-ammonti ta' skoperturi ponderati għar-riskju L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni li ġejja fir-rigward tal-konformità tagħhom mal-Artikolu 92 ta' dan ir-Regolament u mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 73 u l-punt(a) tal-Artikolu 104(1) tad-Direttiva 2013/36/UE:
Artikolu 439 Divulgazzjoni ta' skoperturi għal riskju ta' kreditu ta' kontroparti L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni li ġejja fir-rigward tal-iskopertura tagħhom għal riskju ta' kreditu tal-kontroparti kif imsemmi fil-Kapitolu 6 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta:
Fejn il-bank ċentrali ta' Stat Membru jipprovdi l-assistenza ta' likwidità fil-forma ta' tranżazzjonijiet ta' swap kollaterali, l-awtorità kompetenti tista' teżenta l-istituzzjonijiet mir-rekwiżit fil-punti (d) u (e) tal-ewwel subparagrafu meta dik l-awtorità' kompetenti tqis li d-divulgazzjoni tal-informazzjoni msemmija fihom tista' tikxef li ġiet ipprovduta assistenza ta' likwidità ta' emerġenza. Għal dawk il-finijiet, l-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi livelli limiti adatti u kriterji objettivi. Artikolu 440 Divulgazzjoni ta' buffers kapitali kontroċikliċi L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni li ġejja fir-rigward tal-konformità tagħhom mar-rekwiżit għal buffer kapitali kontroċikliku kif imsemmi fil-Kapitolu 4 tat-Titolu VII tad-Direttiva 2013/36/UE:
Artikolu 441 Divulgazzjoni tal-indikaturi ta' importanza sistemika globali Il-G-SIIs għandhom jiddivulgaw, fuq bażi annwali, il-valuri tal-indikaturi użati biex jiddeterminaw il-punteġġ tagħhom f'konformità mal-metodoloġija ta' identifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 131 tad-Direttiva 2013/36/UE. Artikolu 442 Divulgazzjoni ta' skoperturi għal riskju ta' kreditu u riskju ta' dilwizzjoni L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni li ġejja fir-rigward tal-iskoperturi tagħhom għar-riskju ta' kreditu u r-riskju ta' dilwizzjoni:
Artikolu 443 Divulgazzjoni ta' assi aggravati u ta' assi mhux aggravati L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw informazzjoni dwar l-assi aggravati u ta' assi mhux aggravati tagħhom. Għal dawk il-finijiet, l-istituzzjonijiet għandhom jużaw l-ammont riportat għal kull klassi ta' skopertura diżaggregat skont il-kwalità tal-assi u l-ammont totali tal-ammont riportat li jkun aggravat u mhux aggravat. Id-divulgazzjoni ta' informazzjoni dwar assi aggravati u mhux aggravati ma għandhiex tiżvela assistenza ta' likwidità ta' emerġenza pprovduta minn banek ċentrali. Artikolu 444 Divulgazzjoni tal-użu tal-approċċ standardizzat L-istituzzjonijiet li jikkalkulaw l-ammonti ta' skopertura ponderata għar-riskju f'konformità mal-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta, għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni li ġejja għal kull waħda mill-klassijiet ta' skopertura stipulati fl-Artikolu 112:
Artikolu 445 Divulgazzjoni ta' skoperturi għar-riskju tas-suq L-istituzzjonijiet li jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji tagħhom f'konformità mal-punti (b) u (c) tal-Artikolu 92(3) għandhom jiddivulgaw dawk ir-rekwiżiti b'mod separat għal kull riskju msemmi f'dawk il-punti. Barra minn hekk, ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju speċifiku tar-rata tal-imgħax tal-pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni għandhom jiġu divulgati b'mod separat. Artikolu 446 Divulgazzjoni tal-ġestjoni tar-riskju operazzjonali L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni li ġejja dwar il-ġestjoni tar-riskju operazzjonali tagħhom:
Artikolu 447 Divulgazzjoni tal-metrika ewlenija L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw il-metrika ewlenija li ġejja f'format tabulari:
Artikolu 448 Divulgazzjoni tal-iskoperturi għar-riskju tar-rata tal-imgħax fuq pożizzjonijiet mhux miżmuma fil-portafoll tan-negozjar 1. Mit-28 ta' Ġunju 2021, l-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni kwantitattiva u kwalitattiva li ġejja dwar ir-riskji li jirriżultaw minn bidliet potenzjali fir-rati ta' imgħax li jaffettwaw kemm il-valur ekonomiku tal-ekwità kif ukoll l-introjtu mill-imgħax nett tal-attivitajiet fil-portafoll mhux kummerċjali tagħhom imsemmijin fl-Artikolu 84 u l-Artikolu 98(5) tad-Direttiva 2013/36/UE:
2. Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, ir-rekwiżiti stipulati fil-punti (c) u (e)(i) sa (e)(iv) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu ma għandhomx japplikaw għall-istituzzjonijiet li jużaw il-metodoloġija standardizzata jew il-metodoloġija standardizzata simplifikata kif hemm isemmi fl-Artikolu 84(1) tad-Direttiva 2013/36/UE. Artikolu 449 Divulgazzjoni tal-iskoperturi għall-pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni L-istituzzjonijiet li jikkalkulaw l-ammonti ta' skopertura ponderata għar-riskju f'konformità mal-Kapitolu 5 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta jew ir-rekwiżiti ta' fondi proprji f'konformità mal-Artikolu 337 jew 338 għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni li ġejja b'mod separat għall-attivitajiet tal-portafoll tan-negozjar u l-portafoll mhux tan-negozjar tagħhom:
Artikolu 449a Divulgazzjoni ta' riskji ambjentali, soċjali u ta' governanza (riskji ESG) Mit-28 ta' Ġunju 2022, istituzzjonijiet kbar li jkunu ħarġu titoli ammessi għan-negozjar f'suq regolat ta' kwalunkwe Stat Membru, kif definit fil-punt (21) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE, għandhom jiddivulgaw informazzjoni dwar riskji ESG, inkluż riskji fiżiċi u riskji ta' transizzjoni, kif definiti fir-rapport imsemmi fl-Artikolu 98(8) tad-Direttiva 2013/36/UE. L-informazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu għandha tiġi divulgata fuq bażi annwali għall-ewwel sena u kull sentejn minn hemm 'il quddiem. Artikolu 450 Divulgazzjoni tal-politika ta' remunerazzjoni 1. L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni li ġejja dwar il-politika u l-prattiki tagħhom ta' remunerazzjoni għal dawk il-kategoriji ta' persunal li l-attivitajiet professjonali tagħhom ikollhom impatt materjali fuq il-profil tar-riskju tal-istituzzjonijiet:
Għall-finijiet tal-punt (k) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, l-istituzzjonijiet li jibbenefikaw mit-tali deroga għandhom jindikaw jekk jibbenefikawx minn dik id-deroga abbażi tal-punt (a) jew (b) tal-Artikolu 94(3) tad-Direttiva 2013/36/UE. Huma għandhom jindikaw ukoll għal liema mill-prinċipji tar-remunerazzjoni japplikaw id-deroga/i, in-numru ta' membri tal-persunal li jibbenefikaw mid-deroga/i u r-remunerazzjoni totali tagħhom, maqsuma f'remunerazzjoni fissa u varjabbli. 2. Għal istituzzjonijiet kbar, l-informazzjoni kwantitattiva dwar ir-rimunerazzjoni tal-korp maniġerjali kollettiv tal-istituzzjonijiet imsemmijin f'dan l-Artikolu għandha wkoll tkun disponibbli għall-pubbliku, filwaqt li ssir differenzjazzjoni bejn membri eżekuttivi u dawk mhux eżekuttivi. L-istituzzjonijiet għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stipulati f'dan l-Artikolu b'mod li jkun adatt għad-daqs, l-organizzazzjoni interna u n-natura, l-ambitu u l-kumplessità tal-attivitajiet tagħhom u mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*15). Artikolu 451 Divulgazzjoni tal-proporzjon ta' lieva finanzjarja 1. L-istituzzjonijiet li huma soġġetti għall-Parti Sebgħa għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni li ġejja dwar il-proporzjon ta' lieva finanzjarja tagħhom kif kalkulat f'konformità mal-Artikolu 429 u l-ġestjoni tagħhom tar-riskju ta' lieva finanzjarja eċċessiv:
2. L-istituzzjonijiet ta' kreditu għall-iżvilupp pubbliku kif definiti fl-Artikolu 429a(2) għandhom jiddivulgaw il-proporzjon ta' lieva finanzjarja mingħajr l-aġġustament għall-miżura tal-iskopertura totali determinat f'konformità mal-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 429a(1). 3. Minbarra l-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, istituzzjonijiet kbar għandhom jiddivulgaw il-proporzjon ta' lieva finanzjarja u d-diżaggregazzjoni tal-miżura tal-iskopertura totali msemmija fl-Artikolu 429(4) abbażi tal-medji kkalkulati skont l-att ta' implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 430(7). Artikolu 451a Divulgazzjoni ta' rekwiżiti ta' likwidità 1. L-istituzzjonijiet li huma soġġetti għall-Parti Sitta għandhom jiddivulgaw informazzjoni dwar il-proporzjon ta' kopertura tal-likwidità, il-proporzjon ta' finanzjament stabbli nett u l-ġestjoni tar-riskju tal-likwidità tagħhom f'konformità ma' dan l-Artikolu. 2. L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni li ġejja fir-rigward tal-proporzjon tal-kopertura tal-likwidità tagħhom kif kalkulat f'konformità mal-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1):
3. L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni li ġejja fir-rigward tal-proporzjon ta' finanzjament stabbli nett tagħhom kif kalkulat f'konformità mat-Titolu IV tal-Parti Sitta:
4. L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw l-arranġamenti, is-sistemi, il-proċessi u l-istrateġiji fis-seħħ biex jidentifikaw, ikejlu, jimmaniġġaw u jimmonitorjaw ir-riskju tal-likwidità tagħhom f'konformità mal-Artikolu 86 tad-Direttiva 2013/36/UE. TITOLU III REKWIŻITI TA' KWALIFIKA GĦALL-UŻU TA' STRUMENTI JEW METODOLOĠIJI PARTIKOLARI Artikolu 452 Divulgazzjoni tal-użu tal-Approċċ IRB għar-riskju tal-kreditu L-istituzzjonijiet li jikkalkulaw l-ammonti ta' skopertura ponderata għar-riskju skont l-Approċċ IRB għar-riskju ta' kreditu għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni li ġejja:
Għall-finijiet tal-punt (b) ta' dan l-Artikolu, l-istituzzjonijiet għandhom jużaw il-valur ta' skopertura kif definit fl-Artikolu 166. Artikolu 453 Divulgazzjoni tal-użu ta' tekniki ta' mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu L-istituzzjonijiet li jużaw tekniki ta' mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni li ġejja:
Artikolu 454 Divulgazzjoni tal-użu tal-Approċċi Avvanzati ta' Kejl għar-riskju operazzjonali L-istituzzjonijiet li jużaw l-Approċċi Avvanzati ta' Kejl stipulati fl-Artikoli 321 sa 324 għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji tagħhom għar-riskju operazzjonali għandhom jiddivulgaw deskrizzjoni tal-użu tagħhom ta' assigurazzjoni u ta' mekkaniżmi oħra ta' trasferiment tar-riskju għall-fini ta' mitigazzjoni ta' dak ir-riskju. Artikolu 455 Użu tal-mudelli interni tar-riskju tas-suq L-istituzzjonijiet li jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta' kapital tagħhom skont l-Artikolu 363 għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni li ġejja:
(*15) Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).”;" |
(120) |
fl-Artikolu 456, jiżdied il-punt li ġej:
|
(121) |
fl-Artikolu 457, il-punt (i) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
(122) |
L-Artikolu 458 huwa emendat kif ġej:
|
(123) |
l-Artikolu 460 jiġi emendat kif ġej:
|
(124) |
jiddaħħal l-artikolu li ġej: “Artikolu 461a Approċċ standardizzat alternattiv għar-riskju tas-suq Għall-finijiet tar-rekwiżiti ta' rappurtar previsti fl-Artikolu 430b(1), il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 462, biex temenda dan ir-Regolament billi twettaq aġġustamenti tekniċi fl-Artikoli 325e, 325g sa 325j, 325p, 325q, 325ae, 325ak, 325am, 325ap sa 325at, 325av, 325ax, u tispeċifika l-ponderazzjoni tar-riskju tal-bucket 11 tat-Tabella 4 fl-Artikolu 325ah u l-ponderazzjonijiet tar-riskju ta' bonds koperti maħruġa minn istituzzjonijiet ta' kreditu f'pajjiżi terzi f'konformità mal-Artikolu 325ah, u l-korrelazzjoni ta' bonds koperti maħruġa minn istituzzjonijiet ta' kreditu f'pajjiżi terzi f'konformità mal-Artikolu 325aj tal-approċċ standardizzat alternattiv stipulat fil-Kapitolu 1a tat-Titolu IV tal-Parti Tlieta, waqt li tqis l-iżviluppi fl-istandards regolatorji internazzjonali. Il-Kummissjoni għandha tadotta l-att delegat imsemmi fil-paragrafu 1 sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2019.”; |
(125) |
L-Artikolu 462 jiġi sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 462 Eżerċizzju tad-delega 1. Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu. 2. Is-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikoli 244(6) u 245(6), u fl-Artikoli 456 sa 460 u fl-Artikolu 461a għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perijodu ta' żmien indeterminat mit-28 ta' Ġunju 2013. 3. Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikoli 244(6) u 245(6), u fl-Artikoli 456 sa 460 u fl-Artikolu 461a tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega ta' setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. M'għandhiex taffettwa l-validità tal-atti delegati li jkunu diġà fis-seħħ. 4. Qabel tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nnominati minn kull Stat Membru f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. 5. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifika simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. 6. Att delegat adottat skont l-Artikoli 244(6) u 245(6), u l-Artikoli 456 sa 460 u fl-Artikolu 461a għandu jidħol biss fis-seħħ jekk ma tiġi espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill f'perijodu ta' tliet xhur min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu infurmaw lill-Kummissjoni bil-fatt li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż bi tliet xhur fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.”; |
(126) |
fl-Artikolu 471, il-paragrafu 1 jiġi sostitwit b'dan li ġej: “1. B'deroga mill-Artikolu 49(1), matul il-perijodu mill-31 ta' Diċembru 2018 sal-31 ta' Diċembru 2024, l-istituzzjonijiet jistgħu jagħżlu li ma jnaqqsux holdings ta' ekwità f'impriżi tal-assigurazzjoni, impriżi tar-riassigurazzjoni u kumpanniji azzjonarji tal-assigurazzjoni meta jintlaħqu l-kondizzjonijiet li ġejjin:
|
(127) |
L-Artikolu 493 jiġi emendat kif ġej:
|
(128) |
L-Artikolu 494 jiġi sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 494 Dispożizzjonijiet transizzjonali dwar ir-rekwiżit għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli 1. B'deroga mill-Artikolu 92a, sa mis-27 ta' Ġunju 2019 sal-31 ta' Diċembru 2021, l-istituzzjonijiet identifikati bħala entitajiet ta' riżoluzzjoni li jkunu G-SIIs jew parti minn G-SII għandhom dejjem jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli:
2. B'deroga mill-Artikolu 72b(3), sa mis-27 ta' Ġunju 2019 sal-31 ta' Diċembru 2021, l-ammont kemm l-istrumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli msemmija fl-Artikolu 72b(3) jistgħu jiġu inklużi fl-elementi ta' obbligazzjonijiet eliġibbli għandu jkun sa 2,5 % tal-ammont totali ta' skopertura għar-riskju kalkulat f'konformità mal-Artikolu 92(3) u (4). 3. B'deroga mill-Artikolu 72b(3), sakemm l-awtorità ta' riżoluzzjoni tivvaluta għall-ewwel darba l-konformità mal-kondizzjoni stipulata fil-punt (c) ta' dak il-paragrafu, l-obbligazzjonijiet għandhom jikkwalifikaw bħala strumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli sa ammont aggregat li, sal-31 ta' Diċembru 2021, ma jaqbiżx 2,5 % u, wara dik id-data, 3,5 % tal-ammont totali ta' skopertura għar-riskju kalkulat f'konformità mal-Artikolu 92(3) u (4), dment li jissodisfaw il-kondizzjonijiet stipulati fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 72b(3).”; |
(129) |
jiddaħħlu l-artikoli li ġejjin: “Artikolu 494a Anterjorità ta' ħruġ permezz ta' entitajiet bi skop speċjali 1. B'deroga mill-Artikolu 52, l-istrumenti kapitali mhux maħruġa direttament minn istituzzjoni għandhom jikkwalifikaw bħala strumenti ta' Grad 1 Addizzjonali sal-31 ta' Diċembru 2021 biss meta jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
2. B'deroga mill-Artikolu 63, strumenti kapitali mhux maħruġa direttament minn istituzzjoni għandhom jikkwalifikaw bħala strumenti ta' Grad 2 sal-31 ta' Diċembru 2021 biss meta jintlaħqu l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
Artikolu 494b Anterjorità ta' strumenti ta' fondi proprji u strumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli 1. B'deroga mill-Artikoli 51 u 52, l-istrumenti maħruġa qabel is-27 ta' Ġunju 2019 għandhom jikkwalifikaw bħala strumenti ta' Grad 1 Addizzjonali sa mhux iktar tard mit-28 ta' Ġunju 2025, meta jilħqu l-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 51 u 52, ħlief għall-kondizzjonijiet imsemmija fil-punti (p), (q) u (r) tal-Artikolu 52(1). 2. B'deroga mill-Artikoli 62 u 63, l-istrumenti maħruġa qabel is-27 ta' Ġunju 2019 għandhom jikkwalifikaw bħala strumenti ta' Grad 2 sa mhux aktar tard mit-28 ta' Ġunju 2025 fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju] meta jilħqu l-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 62 u 63, ħlief għall-kondizzjonijiet imsemmija fil-punti (n), (o) u (p) tal-Artikoli 63. 3. B'deroga mill-punt (a) tal-Artikolu 72a(1), l-obbligazzjonijiet maħruġa qabel is-27 ta' Ġunju 2019 għandhom jikkwalifikaw bħala elementi ta' obbligazzjonijiet eliġibbli meta jilħqu l-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 72b, ħlief għall-kondizzjonijiet imsemmija fil-punt (b)(ii) u l-punti (f) sa (m) tal-Artikolu 72b(2).”; |
(130) |
l-Artikolu 497 jiġi sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 497 Rekwiżiti ta' fondi proprji għal skoperturi għal CCPs 1. Meta CCP ta' pajjiż terz tapplika għal rikonoxximent f'konformità mal-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, l-istituzzjonijiet jistgħu jikkunsidraw dik is-CCP bħala QCCP mid-data li fiha ppreżentat l-applikazzjoni tagħha għal rikonoxximent lill-ESMA u sa waħda mid-dati li ġejjin:
2. Sal-iskadenza tad-data ta' skadenza msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, meta CCP imsemmija f'dak il-paragrafu ma jkollhiex fond ta' inadempjenza u ma jkollhiex fis-seħħ arranġament vinkolanti mal-membri ta' kklerjar tagħha li jippermettilha tuża l-marġni inizjali kollu jew parti minnu riċevut mill-membri ta' kklerjar tagħha daqs li kieku kienu kontribuzzjonijiet prefinanzjati, l-istituzzjoni għandha tissostitwixxi l-formula għall-kalkolu tar-rekwiżit ta' fondi proprji fl-Artikolu 308(2) ma' din li ġejja:
fejn:
3. F'ċirkostanzi eċċezzjonali, meta jkun meħtieġ u proporzjonat sabiex jiġi evitat tfixkil għas-swieq finanzjarji internazzjonali, il-Kummissjoni tista' tadotta, b'atti ta' implimentazzjoni, u soġġett għall-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 464(2), deċiżjoni biex testendi darba, bi 12-il xahar, id-dispożizzjonijiet transizzjonali stipulati fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.”; |
(131) |
fl-Artikolu 498(1), l-ewwel subparagrafu jiġi sostitwit b'dan li ġej: “1. Id-dispożizzjonijiet dwar ir-rekwiżiti ta' fondi proprji kif stipulati f'dan ir-Regolament ma għandhomx japplikaw għal ditti tal-investiment li n-negozju ewlieni tagħhom jikkonsisti b'mod esklussiv mill-forniment ta' servizzi tal-investiment jew f'attivitajiet relatati mal-istrumenti finanzjarji stipulati fil-punti (5), (6), (7), (9), (10) u (11) tat-Taqsima C tal-Anness I għad-Direttiva 2014/65/UE u li fil-31 ta' Diċembru 2006 ma kienetx tapplika għalihom id-Direttiva 2004/39/KE.”; |
(132) |
L-Artikolu 499(3) huwa mħassar; |
(133) |
l-Artikoli 500 u 501 huma sostitwiti b'dan li ġej: “Artikolu 500 Aġġustament għal disponimenti fuq skala kbira 1. B'deroga mill-punt (a) tal-Artikolu 181(1), istituzzjoni tista' taġġusta l-istimi tagħha tal-LGD billi tpaċi parzjalment jew għalkollox l-effett ta' disponimenti fuq skala kbira ta' skoperturi inadempjenti fuq LGDs realizzati sad-differenza bejn il-medja tal-istimi tal-LGD għal skoperturi inadempjenti komparabbli li jkunu għadhom ma ġewx likwidati b'mod finali u l-medja tal-LGDs realizzati inkluż abbażi tat-telf realizzat minħabba d-disponimenti fuq skala kbira, hekk kif jintlaħqu l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
L-aġġustament imsemmi fl-ewwel subparagrafu jista' jsir biss sat-28 ta' Ġunju 2022 u l-effetti tiegħu jistgħu jdumu sakemm l-iskoperturi korrispondenti jkunu inklużi fl-istimi tal-LGD tal-istituzzjoni stess. 2. L-istituzzjonijiet għandhom jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti mingħajr dewmien meta tkun intlaħqet il-kondizzjoni tal-punt (c) tal-paragrafu 1. Artikolu 501 Aġġustament ta' skoperturi ponderati għar-riskju li mhumiex inadempjenti ta' SMEs 1. L-istituzzjonijiet għandhom jaġġustaw l-ammonti ta' skopertura ponderata għar-riskju għal skoperturi mhux inadempjenti għal SME (RWEA), li jiġu kalkulati f'konformità mal-Kapitolu 2 jew 3 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta, kif applikabbli, f'konformità mal-formula li ġejja:
fejn:
2. Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu:
(*17) Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta' Mejju 2003 dwar id-definizzjoni ta' intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju (ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36).”;" |
(134) |
jiddaħħal l-artikolu li ġej: “Artikolu 501a Aġġustament għar-rekwiżiti ta' fondi proprji għal riskju tal-kreditu għall-iskoperturi għal entitajiet li joperaw jew jiffinanzjaw strutturi jew faċilitajiet fiżiċi, sistemi u netwerks li jipprovdu jew jappoġġaw servizzi pubbliċi essenzjali 1. Rekwiżiti ta' fondi proprji għal riskju tal-kreditu kalkulat f'konformità mat-Titolu II, Parti III għandhom jiġu multiplikati b'fattur ta' 0,75, dment li l-iskopertura tkun konformi mal-kriterji kollha li ġejjin:
2. Għall-finijiet ta' punt (e) tal-paragrafu 1, il-flussi ta' flus ġenerati ma għandhomx jitqiesu bħala prevedibbli sakemm parti sostanzjali tad-dħul ma tissodisfax il-kondizzjonijiet li ġejjin:
3. L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw lill-awtoritajiet kompetenti kull sitt xhur dwar l-ammont totali ta' skoperturi lill-entitajiet ta' proġetti tal-infrastruttura kkalkulat f'konformità mal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. 4. Il-Kummissjoni għandha, sat-28 ta' Ġunju 2022 tirrapporta dwar l-impatt tar-rekwiżiti ta' fondi proprji stabbiliti f'dan ir-Regolament fuq is-self lill-entitajiet ta' proġetti tal-infrastruttura u għandha tippreżenta dak ir-rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, flimkien ma' proposta leġislattiva, jekk adatt. 5. Għall-finijiet tal-paragrafu 4, l-ABE għandha tirrapporta dwar dan li ġej lill-Kummissjoni:
Artikolu 501b Deroga mir-rekwiżiti tar-rappurtar B'deroga mill-Artikolu 430, matul il-perijodu bejn id-data ta' applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet rilevanti ta' dan ir-Regolament u d-data tal-ewwel rimessa tar-rapporti speċifikati fl-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija f'dak l-Artikolu, awtorità kompetenti tista' tirrinunzja mir-rekwiżit tar-rappurtar ta' informazzjoni fil-format speċifikat fil-mudelli li jinsabu fl-att ta' implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 430(7) meta dawk il-mudelli ma jkunux ġew aġġornati biex jirriflettu d-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.”; |
(135) |
fil-Parti Għaxra, l-artikolu li ġej jiddaħħal wara t-Titolu II: RAPPORTI U ANALIŻI: “Artikolu 501c It-trattament prudenzjali ta' skoperturi relatati ma' objettivi ambjentali u/jew soċjali L-ABE, wara li tikkonsulta lill-BERS, għandha tivvaluta, abbażi tad-data disponibbli u s-sejbiet tal-Grupp ta' Esperti ta' Livell Għoli tal-Kummissjoni dwar il-Finanzjament Sostenibbli jekk ikunx ġustifikat trattament prudenzjali dedikat tal-iskoperturi relatati mal-assi jew l-attivitajiet assoċjati sostanzjalment ma' objettivi ambjentali u/jew soċjali. B'mod partikolari, l-ABE għandha tivvaluta:
L-ABE għandha tippreżenta rapport dwar is-sejbiet tagħha lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni sat-28 ta' Ġunju 2025. Abbażi ta' dak ir-rapport, il-Kummissjoni għandha tissottometti, jekk ikun xieraq, proposta leġislattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.”; |
(136) |
jiddaħħal l-artikolu li ġej: “Artikolu 504a Holdings ta' strumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli Sat-28 ta' Ġunju 2022 l-ABE għandha tagħti rapport lill-Kummissjoni dwar l-ammonti u d-distribuzzjoni tal-holdings ta' strumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli fost l-istituzzjonijiet identifikati bħala G-SIIs jew O-SIIs u dwar l-impedimenti potenzjali għar-riżoluzzjoni u r-riskju ta' kontaġju fir-rigward ta' dawk il-holdings. Abbażi tar-rapport mill-ABE, il-Kummissjoni għandha, sat-28 ta' Ġunju 2023, tagħti rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar it-trattament adatt ta' tali holdings, akkumpanjat minn proposta leġislattiva, fejn ikun adatt.”; |
(137) |
l-Artikolu 507 jiġi sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 507 Skoperturi kbar 1. L-ABE għandha timmonitorja l-użu tal-eżenzjonijiet stipulati fil-punt (b) tal-Artikolu 390(6), il-punti (f) sa (m) tal-Artikolu 400(1), il-punt (a) u l-punti (c) sa (g), (i), (j) u (k) tal-Artikolu 400(2) u sat-28 ta' Ġunju 2021 tippreżenta rapport lill-Kummissjoni li jivvaluta l-impatt kwantitattiv li jkollha t-tneħħija ta' dawk l-eżenzjonijiet jew l-istabbiliment ta' limitu fuq l-użu tagħhom. Dak ir-rapport għandu jivvaluta, b'mod partikolari, għal kull eżenzjoni prevista f'dawk l-Artikoli:
2. Sal-31 ta' Diċembru 2023, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni tad-derogi msemmija fl-Artikoli 390(4) u 401(2) dwar il-metodi għall-kalkolu ta' valur tal-iskopertura ta' tranżazzjonijiet tal-finanzjament ta' titolizzazzjonijiet, u b'mod partikolari l-ħtieġa li jittieħed kont tal-emendi fl-istandards internazzjonali li jiddeterminaw il-metodi għal tali kalkolu.”; |
(138) |
fl-Artikolu 510, jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin: “4. L-ABE għandha timmonitorja l-ammont ta' finanzjament stabbli meħtieġ li jkopri r-riskju ta' finanzjament marbut mal-kuntratti tad-derivattivi elenkati fl-Anness II u ta' derivattivi ta' kreditu matul l-orizzont ta' sena tal-proporzjon nett ta' finanzjament stabbli, b'mod partikolari r-riskju ta' finanzjament futur għal dawk il-kuntratti tad-derivattivi stipulati fl-Artikoli 428s(2) u 428at(2), u tirrapporta lill-Kummissjoni dwar l-opportunità li jiġi adottat fattur ta' finanzjament stabbli meħtieġ ogħla jew miżura iktar sensittiva għar-riskju sat-28 ta' Ġunju 2024. Dak ir-rapport għandu mill-inqas jivvaluta:
5. Jekk l-istandards internazzjonali jaffettwaw it-trattament ta' kuntratti tad-derivattivi elenkati fl-Anness II u d-derivattivi ta' kreditu għall-kalkolu tal-proporzjon ta' finanzjament stabbli nett, il-Kummissjoni għandha, jekk adatt u filwaqt li tieħu kont tar-rapport imsemmi fil-paragrafu 4, dawk il-bidliet ta' standards internazzjonali u d-diversità tas-settur bankarju fl-Unjoni, tippreżenta proposta leġislattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar kif jiġu emendati d-dispożizzjonijiet rigward it-trattament ta' kuntratti tad-derivattivi elenkati fl-Anness II u derivattivi ta' kreditu għall-kalkolu tal-proporzjon ta' finanzjament stabbli nett kif stipulat fit-Titolu IV tal-Parti Sitta biex jittieħed kont aħjar tar-riskju ta' finanzjament marbut ma' dawk it-tranżazzjonijiet. 6. L-ABE għandha timmonitorja l-ammont ta' finanzjament stabbli meħtieġ biex ikopri r-riskju ta' finanzjament marbut ma' tranżazzjonijiet ta' finanzjament ta' titoli, inkluż lil assi riċevuti jew mogħtija f'dawk it-tranżazzjonijiet, u ma' tranżazzjonijiet mhux garantiti b'maturità residwa ta' inqas minn sitt xhur ma' klijenti finanzjarji u tirrapporta lill-Kummissjoni dwar l-adegwatezza ta' dak it-trattament sat-28 ta' Ġunju 2023. Dak ir-rapport għandu mill-inqas jivvaluta:
7. Sat-28 ta' Ġunju 2024, il-Kummissjoni għandha, fejn ikun adatt u filwaqt li tieħu kont tar-rapport imsemmi fil-paragrafu 6, kwalunkwe standard internazzjonali u d-diversità tas-settur bankarju fl-Unjoni, tippreżenta proposta leġislattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar kif jiġu emendati d-dispożizzjonijiet rigward it-trattament ta' tranżazzjonijiet ta' finanzjament ta' titoli, inkluż tal-assi riċevuti jew mogħtija f'dawk it-tranżazzjonijiet, u t-trattament ta' tranżazzjonijiet mhux garantiti b'maturità residwa ta' inqas minn sitt xhur ma' klijenti finanzjarji għall-kalkolu tal-proporzjon ta' finanzjament stabbli nett kif stabbilit fit-Titolu IV tal-Parti Sitta fejn tkun tqisu adatt fir-rigward tal-impatt tat-trattament eżistenti fuq il-proporzjoni ta' finanzjament stabbli nett tal-istituzzjonijiet u biex jittieħed kont aħjar tar-riskju ta' finanzjament marbut ma' dawk it-tranżazzjonijiet. 8. Sat-28 ta' Ġunju 2025, il-fatturi ta' finanzjament stabbli meħtieġ applikati għat-tranżazzjonijiet imsemmija fil-punt (g) tal-Artikolu 428r(1), fil-punt (c) tal-Artikolu 428s(1) u fil-punt (b) tal-Artikolu 428v, għandhom jiżdiedu minn 0 % għal 10 %, minn 5 % għal 15 % u minn 10 % għal 15 % rispettivament, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor f'att leġislattiv adottat abbażi ta' proposta mill-Kummissjoni, f'konformità mal-paragrafu 7 ta' dan l-Artikolu. 9. L-ABE għandha tagħmel monitoraġġ fuq l-ammont ta' finanzjament stabbli meħtieġ biex ikopri r-riskju tal-finanzjament marbut mal-holdings tal-istituzzjonijiet ta' titoli biex jiħħeġġjaw kuntratti tad-derivattivi. L-ABE għandha toħroġ rapport dwar jekk hux adatt it-trattament sat-28 ta' Ġunju 2023. Dak ir-rapport għandu mill-inqas jivvaluta:
10. Sat-28 ta' Ġunju 2023 jew sena wara ftehim dwar standards internazzjonali li jkun żviluppat mill-BCBS, skont liema jiġi l-ewwel, il-Kummissjoni għandha, fejn adatt u b'kont meħud tar-rapport imsemmi fil-paragrafu 9, kwalunkwe standard internazzjonali żviluppat mill-BCBS, id-diversità tas-settur bankarju fl-Unjoni u l-għanijiet tal-unjoni tas-swieq kapitali, tressaq proposta leġislattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar kif għandhom jiġu emendati d-dispożizzjonijiet rigward it-trattament emendat it-trattament tal-holdings tal-istituzzjonijiet ta' titoli biex jiħħeġġjaw kuntratti tad-derivattivi għall-kalkolu tal-proporzjon ta' finanzjament stabbli nett kif stipulat fit-Titolu IV tal-Parti Sitta fejn hija tikkunsidra li jkun adatt fir-rigward tal-impatt tat-trattament eżistenti fuq il-proporzjon ta' finanzjament stabbli nett tal-istituzzjonijiet u biex jittieħed kont aħjar tar-riskju tal-finanzjament marbut ma' dawk it-tranżazzjonijiet. 11. L-ABE għandha tivvaluta jekk ikunx ġustifikat li jitnaqqas il-fattur ta' finanzjament stabbli meħtieġ għal assi użati biex jipprovdu servizzi ta' kklerjar u saldu ta' metalli prezzjużi bħad-deheb, il-fidda, il-platinu u l-palladju jew assi użati għall-forniment ta' tranżazzjonijiet ta' finanzjament ta' metalli prezzjużi bħad-deheb, il-fidda, il-platinu u l-platinu ta' terminu ta' 180 ġurnata jew inqas. L-ABE għandha tippreżenta r-rapport tagħha lill-Kummissjoni sat-28 ta' Ġunju 2021.”; |
(139) |
l-Artikolu 511 jiġi sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 511 Lieva finanzjarja 1. Il-Kummissjoni għandha sal-31 ta' Diċembru 2020 tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar jekk:
2. Għall-finijiet tar-rapport imsemmi fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tieħu kont ta' żviluppi internazzjonali u standards maqbula internazzjonalment. Fejn adatt, dak ir-rapport għandu jiġi akkumpanjat minn proposta leġislattiva.”; |
(140) |
l-Artikolu 513 jiġi sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 513 Regoli makroprudenzjali 1. Sat-30 ta' Ġunju 2022, u kull ħames snin wara, il-Kummissjoni għandha, wara konsultazzjoni tal-BERS u l-ABE, tanalizza jekk ir-regoli makroprudenzjali f'dan ir-Regolament u fid-Direttiva 2013/36/UE humiex suffiċjenti biex jittaffew ir-riskji sistemiċi fis-setturi, ir-reġjuni u l-Istati Membri inkluż il-valutazzjoni ta':
2. Sal-31 ta' Diċembru 2022, u kull ħames snin wara, il-Kummissjoni għandha, fuq il-bażi tal-konsultazzjoni mal-BERS u l-ABE, tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 u, fejn adatt, tippreżenta proposta leġislattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.”; |
(141) |
l-Artikolu 514 jiġi sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 514 Metodu għall-kalkolu tal-valur ta' skopertura ta' tranżazzjonijiet derivattivi 1. L-ABE għandha, sat-28 ta' Ġunju 2023, tirrapporta lill-Kummissjoni dwar l-impatt u l-kalibrazzjoni relattiva tal-approċċi stipulati fit-Taqsimiet 3, 4 u 5 tal-Kapitolu 6 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta biex jikkalkulaw il-valuri ta' skopertura ta' tranżazzjonijiet tad-derivattivi. 2. Abbażi tar-rapport mill-ABE, il-Kummissjoni għandha, fejn adatt, tippreżenta proposta leġislattiva biex temenda l-approċċi stipulati fit-Taqsimiet 3, 4 u 5 tal-Kapitolu 6 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta.”; |
(142) |
jiddaħħal l-artikolu li ġej: “Artikolu 518a Analiżi tad-dispożizzjonijiet ta' inadempjenza indiretta Sat-28 ta' Ġunju 2022, il-Kummissjoni għandha tanalizza u tivvaluta jekk ikunx adatt rekwiżit li obbligazzjonijiet eliġibbli jkunu jistgħu jiġu rikapitalizzati internament mingħajr ma jiġu skattati klawżoli ta' inadempjenza indiretta f'kuntratti oħra, bil-ħsieb li kemm jista' jkun tissaħħaħ l-effettività tal-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna u jiġi valutat jekk għandhiex tkun inkluża dispożizzjoni ta' ebda inadempjenza indiretta li tirreferi għal obbligazzjonijiet eliġibbli fit-termini jew il-kuntratti li jirregolaw obbligazzjonijiet oħra. Fejn adatt, dik l-analiżi u l-valutazzjoni għandhom ikunu akkumpanjati minn proposta leġislattiva.”; |
(143) |
jiddaħħal l-artikolu li ġej: “Artikolu 519b Rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq 1. Sat-30 ta' Settembru 2019, l-ABE għandha tirrapporta dwar l-impatt, fuq l-istituzzjonijiet tal-Unjoni, tal-istandards internazzjonali biex tikkalkula r-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq. 2. Sat-30 ta' Ġunju 2020, il-Kummissjoni għandha, b'kont meħud tar-riżultati tar-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 u l-istandards internazzjonali u l-approċċi stipulati fil-Kapitoli 1a u 1b tat-Titolu IV tal-Parti Tlieta, tippreżenta rapport flimkien ma' proposta leġislattiva, fejn xieraq, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar kif għandhom jiġu implimentati standards internazzjonali dwar rekwiżiti adegwati ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq.”; |
(144) |
fil-Parti Għaxra, jiddaħħal it-titolu li ġej: “TITOLU IIa IMPLEMENTAZZJONI TAR-REGOLI Artikolu 519c Għodda ta' konformità 1. L-ABE għandha tiżviluppa għodda elettronika bil-għan li tiffaċilita l-konformità tal-istituzzjonijiet ma' dan ir-Regolament u d-Direttiva 2013/36/UE, kif ukoll ma' standards tekniċi regolatorji, standards, linji gwida u mudelli tekniċi ta' implimentazzjoni adottati biex jimplimentaw dan ir-Regolament u dik id-Direttiva. 2. L-għodda msemmija fil-paragrafu 1 għandha mill-inqas tippermetti lil kull istituzzjoni:
|
(145) |
l-Anness II jiġi emendat kif jinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Emendi għar-Regolament (UE) Nru 648/2012
Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 jiġi emendat kif ġej:
(1) |
fl-Artikolu 50a, il-paragrafu 2 jiġi sostitwit b'dan li ġej: “2. CCP għandha tikkalkula l-kapital ipotetiku (KCCP) kif ġej:
fejn:
|
(2) |
L-Artikolu 50b jiġi sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 50b Regoli ġenerali għall-kalkolu tal-KCCP Għall-finijiet tal-kalkolu ta' KCCP imsemmi fl-Artikolu 50a(2), għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet li ġejjin:
Għall-finijiet tal-punt (a)(ii) ta' dan l-Artikolu, is-CCP għandha tuża l-metodu speċifikat fl-Artikolu 223 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 bl-aġġustamenti superviżorji għall-volatilità stipulati fl-Artikolu 224 ta' dak ir-Regolament biex tikkalkola l-valur ta' skopertura.”; |
(3) |
fl-Artikolu 50c(1), jitħassru l-punti (d) u (e); |
(4) |
fl-Artikolu 50d, jitħassar il-punt (c); |
(5) |
fl-Artikolu 89, il-paragrafu 5a jiġi sostitwit b'dan li ġej: “5a. Matul il-perijodu tranżitorju stipulat fl-Artikolu 497 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, CCP imsemmija f'dak l-Artikolu għandha tinkludi fl-informazzjoni li għandha tirrapporta f'konformità mal-Artikolu 50c(1) ta' dan ir-Regolament l-ammont totali ta' marġni inizjali, kif definit fil-punt 140 tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, li tkun irċeviet mill-membri ta' kklerjar tagħha meta jiġu sodisfatti ż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin:
|
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ u data ta' applikazzjoni
1. Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
2. Dan ir-Regolament għandu japplika mit-28 ta' Ġunju 2021, bl-eċċezzjonijiet elenkati fil-paragrafi 3 sa 8.
3. Il-punti li ġejjin tal-Artikolu 1 ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw mis-27 ta' Ġunju 2019:
(a) |
il-punt (1), li fih id-dispożizzjonijiet dwar l-ambitu u s-setgħat superviżorji; |
(b) |
il-punt (2), li fih id-definizzjonijiet, sakemm ma jkunux jirrigwardaw esklużivament dispożizzjonijiet li japplikaw f'konformità ma' dan l-Artikolu minn data differenti, f'liema każ huma għandhom japplikaw minn tali data differenti; |
(c) |
il-punti (3)(b), (6)(c), (8), il-punt (9), fir-rigward tal-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, il-punt (12), fir-rigward tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 18(1), il-punti (14) sa (17), (19) sa (44), (47), (128) u (129), li fihom id-dispożizzjonijiet relatati mal-fondi proprji u d-dispożizzjonijiet dwar l-introduzzjoni tar-rekwiżiti l-ġodda għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli; |
(d) |
il-punt (9), fir-rigward tad-dispożizzjonijiet dwar l-impatt ta' regoli ġodda dwar it-titolizzazzjoni stipulati fl-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; |
(e) |
il-punt (57), li fih id-dispożizzjonijiet dwar il-ponderazzjonijiet tar-riskju għall-banek ta' żvilupp multilaterali, u l-punt (58), li fih id-dispożizzjonijiet dwar il-ponderazzjonijiet tar-riskju għall-organizzazzjonijiet internazzjonali; |
(f) |
il-punt (53), fir-rigward tal-Artikolu 104b tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, il-punti (89) u (90), il-punt (118), fir-rigward tal-Artikolu 430b tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, u l-punt (124), li fihom id-dispożizzjonijiet dwar ir-rekwiżiti tar-rappurtar għar-riskju tas-suq; |
(g) |
il-punt (130), li fih id-dispożizzjonijiet dwar ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għal skoperturi tas-CCP; |
(h) |
il-punt (133), fir-rigward tad-dispożizzjonijiet dwar disponimenti fuq skala kbira stipulati fl-Artikolu 500 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; |
(i) |
il-punt (134), fir-rigward tal-Artikolu 501b tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, li fih id-dispożizzjonijiet dwar ir-rinunzja tar-rappurtar; |
(j) |
il-punt (144), li fih id-dispożizzjonijiet dwar l-għodda ta' konformità; |
(k) |
id-dispożizzjonijiet li jeħtieġu li l-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej jew il-BERS jippreżentaw lill-Kummissjoni abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji jew ta' implimentazzjoni u rapporti, id-dispożizzjonijiet li jeħtieġu li l-Kummissjoni tipproduċi rapporti, id-dispożizzjonijiet li jagħtu s-setgħa lill-Kummissjoni tadotta atti delegati jew atti ta' implimentazzjoni, id-dispożizzjonijiet dwar ir-reviżjoni u dwar proposti leġiżlattivi u d-dispożizzjonijiet li jeħtieġu lill-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej sabiex joħorġu linji gwida, jiġifieri l-punt (2)(b); il-punt (12), fir-rigward tal-Artikolu 18(9) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; il-punt (18)(b); il-punt (31), fir-rigward tal-Artikolu 72b(7) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; il-punt (38), fir-rigward tal-Artikolu 78a(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; il-punt (57)(b); il-punt (60), fir-rigward tal-Artikolu 124(4) u (5) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; il-punt (63), fir-rigward tal-Artikolu 132a(4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; il-punt (67), fir-rigward tal-Artikolu 164(8) u (9) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; il-punt (74), fir-rigward tal-Artikoli 277(5) u 279a(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; il-punt (89), fir-rigward tal-Artikolu 325(9) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; il-punt (90), fir-rigward tal-Artikoli 325u(5), 325w(8), 325ap(3), 325az(8) u (9), 325bd(7), 325be(3), 325bf(9), 325bg(4), 325bh(3), 325bk(3), 325bp(12) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; il-punt (93), fir-rigward tal-Artikolu 390(9) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; il-punt (94); il-punt (96), fir-rigward tal-Artikolu 394(4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; il-punt (98)(b); il-punt (104), fir-rigward tal-Artikolu 403(4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; il-punt (109)(b); il-punt (111)(b); il-punt (118), fir-rigward tal-Artikoli 430(7) u (8), 430b(6) u l-Artikolu 430c tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; il-punt (119), fir-rigward tal-Artikolu 432(1) u (2) u l-Artikolu 434a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; il-punt (123); il-punt (124); il-punt (125); il-punt (134), fir-rigward tal-Artikolu 501a(4) u (5) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; il-punt (135),; il-punt (136); il-punt (137); il-punt (138); il-punt (139); il-punt (140); il-punt (141), fir-rigward tal-Artikolu 514(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; il-punt (142); u l-punt (143). |
Mingħajr preġudizzju għall-punt (f) tal-ewwel subparagrafu, id-dispożizzjonijiet dwar id-divulgazzjoni u dwar ir-rappurtar għandhom japplikaw mid-data ta' applikazzjoni tar-rekwiżit li għalih tirreferi d-divulgazzjoni jew ir-rappurtar.
4. Il-punti li ġejjin tal-Artikolu 1 ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw mit-28 ta' Diċembru 2020:
(a) |
il-punti (6)(a), (6)(b), (6)(d), il-punti (7) u (12), fir-rigward tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 18(1) u l-Artikolu 18(2) sa (8) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, li fihom id-dispożizzjonijiet dwar il-konsolidazzjoni prudenzjali; |
(b) |
il-punt (60), li fih id-dispożizzjonijiet dwar skoperturi iggarantiti minn ipoteki fuq proprjetà immobbli, il-punt (67), li fih id-dispożizzjonijiet dwar it-telf fil-każ ta' inadempjenza, u l-punt (122), li fih id-dispożizzjonijiet dwar ir-riskju makroprudenzjali jew sistemiku identifikat fil-livell ta' Stat Membru. |
5. Il-punt 46(b) tal-Artikolu 1 ta' dan ir-Regolament, li fih id-dispożizzjonijiet dwar l-introduzzjoni ta' rekwiżit ġdid għal fondi proprji għall-G-SIIs għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2022.
6. Il-punt (53), fir-rigward tal-Artikolu 104a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, u l-punti (55) u (69) tal-Artikolu 1 ta' dan ir-Regolament, li fih id-dispożizzjonijiet dwar l-introduzzjoni tar-rekwiżit ġdid għal fondi proprji għar-risku tas-suq, għandhom japplikaw mit-28 ta' Ġunju 2023.
7. Il-punt (18) tal-Artikolu 1 ta' dan ir-Regolament, fir-rigward tal-punt (b) tal-Artikolu 36(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, li fih id-dispożizzjoni dwar l-eżenzjoni minn tnaqqis ta' assi ta' software valutati b'mod prudenti, għandu japplika minn 12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tal-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-Artikolu 36(4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.
8. Il-punt (126) tal-Artikolu 1 ta' dan ir-Regolament, li fih dispożizzjonijiet dwar l-eżenzjonijiet minn tnaqqis ta' holdings ta' ekwità, għandu japplika b'mod retrospettiv mill-1 ta' Jannar 2019.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Mejju 2019.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
A. TAJANI
Għall-Kunsill
Il-President
G. CIAMBA
(2) ĠU C 209, 30.6.2017, p. 36.
(3) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' April 2019 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u deċiżjoni tal-Kunsill tal-14 ta' Mejju 2019.
(4) Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).
(5) Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).
(7) Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).
(8) Id-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta' istituzzjonijiet ta' kreditu u ditti ta' investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KEE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/UE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 190).
(9) Ir-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta' Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (ĠU L 225, 30.7.2014, p. 1).
(10) Id-Direttiva 2010/76/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li temenda d-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE dwar ir-rekwiżiti kapitali għall-kotba tal-kummerċ u għar-rititolizzazzjonijiet, u r-reviżjoni superviżorja tal-politika dwar ir-rimunerazzjoni (ĠU L 329, 14.12.2010, p. 3).
(11) Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).
(12) Ir-Regolament (UE) Nru 909/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 2014 dwar titjib fis-saldu tat-titoli fl-Unjoni Ewropea u dwar depożitorji ċentrali tat-titoli u li jemenda d-Direttivi 98/26/KE u 2014/65/UE u r-Regolament (UE) Nru 236/2012 (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 1).
(13) ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.
(14) Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet (ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1).
ANNESS
L-Anness II jiġi emendat kif ġej:
(1) |
fil-punt 1, il-punt (e) jiġi sostitwit b'dan li ġej:
|
(2) |
fil-punt 2, il-punt (d) jiġi sostitwit b'dan li ġej:
|
(3) |
il-punt 3 jiġi sostitwit b'dan li ġej:
|