17.5.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 131/51 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/627
tal-15 ta' Marzu 2019
li jistabbilixxi arranġamenti prattiċi uniformi għat-twettiq ta' kontrolli uffiċjali fuq prodotti mill-annimali maħsuba għall-konsum mill-bniedem skont ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2074/2005 fir-rigward tal-kontrolli uffiċjali
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta' regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 18(8) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2017/625 jistabbilixxi regoli għall-kontrolli uffiċjali u għal attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri sabiex tiġi verifikata l-konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, fost oħrajn fil-qasam tas-sikurezza tal-ikel f'kull stadju tal-produzzjoni, tal-ipproċessar u tad-distribuzzjoni. B'mod partikolari, jipprevedi kontrolli uffiċjali fir-rigward ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum mill-bniedem. Barra minn hekk, iħassar ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 (2) b'effett mill-14 ta' Diċembru 2019. Attwalment dak ir-Regolament jistabbilixxi regoli speċifiċi għall-kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum mill-bniedem, inklużi rekwiżiti dwar arranġamenti prattiċi uniformi għat-twettiq tal-kontrolli. |
(2) |
Ir-regoli stabbiliti f'dan ir-Regolament jenħtieġ li jiżguraw kontinwazzjoni tar-rekwiżiti biex tiġi żgurata l-verifika tal-konformità tal-operaturi tan-negozju tal-ikel mar-regoli għall-immaniġġar sikur ta' prodotti ta' oriġini mill-annimali, b'mod partikolari kif stabbilit f'dawn li ġejjin:
|
(3) |
L-arranġamenti prattiċi għat-twettiq ta' kontrolli uffiċjali fuq prodotti ta' oriġini mill-annimali jenħtieġ li jiġu kkunsidrati fejn ikun hemm il-ħtieġa ta' livell minimu ta' kontrolli uffiċjali sabiex jiġu indirizzati perikli u riskji uniformi rikonoxxuti li jistgħu jiġu kkawżati minn prodotti ta' oriġini mill-annimali, li jkopru l-aspetti kollha li huma importanti għall-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u, fejn xieraq, is-saħħa tal-annimali u t-trattament xieraq tal-annimali. Dawn jenħtieġ li jkunu bbażati fuq l-aktar informazzjoni rilevanti reċenti disponibbli u evidenza xjentifika mill-opinjonijiet tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (l-EFSA). |
(4) |
Fil-31 ta' Awwissu 2011, l-EFSA adottat opinjoni xjentifika dwar il-perikli għas-saħħa tal-bniedem li jridu jkunu koperti mill-ispezzjoni tal-laħam (il-ħnieżer) (23). Ir-rakkomandazzjonijiet ta' dik l-opinjoni tqiesu fir-rekwiżiti għall-ispezzjonijiet tal-laħam tal-majjal stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 854/2004 u jenħtieġ li jinżammu fir-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament. |
(5) |
Fit-23 ta' Mejju 2012, l-EFSA adottat opinjoni xjentifika dwar il-perikli għas-saħħa tal-bniedem li jridu jkunu koperti mill-ispezzjoni tal-laħam (il-pollam) (24). Dik l-opinjoni tidentifika l-Campylobacter spp. u s-Salmonella spp. bħala l-perikli ewlenin li jridu jkunu koperti mill-ispezzjonijiet tal-laħam tat-tjur permezz ta' sistema integrata ta' assigurazzjoni tas-sikurezza tal-ikel, li tista' tinkiseb permezz ta' titjib tal-informazzjoni dwar il-katina tal-ikel (FCI) u interventi bbażati fuq ir-riskju. |
(6) |
Fis-6 ta' Ġunju 2013, l-EFSA adottat opinjoni xjentifika dwar il-perikli għas-saħħa tal-bniedem li jridu jkunu koperti mill-ispezzjoni tal-laħam (l-annimali bovini) (25). Dik l-opinjoni tidentifika s-Salmonella spp. u l-Escherichia coli (E. Coli) li tipproduċi l-veroċitotossina patoġenika bħala l-aktar perikli rilevanti għall-ispezzjonijiet tal-laħam f'annimali bovini. Tirrakkomanda l-ommissjoni ta' palpazzjoni u ta' inċiżjoni waqt l-ispezzjoni post-mortem ta' annimali soġġetti għal tbiċċir ta' rutina, peress li dan jista' jnaqqas it-tixrid u l-kontaminazzjoni kroċjata mal-perikoli bijoloġiċi ta' prijorità għolja. Madankollu, jenħtieġ li jinżammu l-palpazzjonijiet u l-inċiżjonijiet waqt l-ispezzjoni post-mortem, li huma meħtieġa biex tiġi mistħarrġa l-okkorrenza tat-tuberkulożi u taċ-ċistiċerkożi kkawżata mit-Taenia saginata (id-duda). |
(7) |
Fis-6 ta' Ġunju 2013 ukoll, l-EFSA adottat opinjoni xjentifika dwar il-perikli għas-saħħa tal-bniedem li jridu jkunu koperti mill-ispezzjoni tal-laħam tan-nagħaġ u tal-mogħoż (26). Dik l-opinjoni tidentifika l-E. coli li tipproduċi l-veroċitotossina patoġenika bħala l-aktar periklu rilevanti għall-ispezzjonijiet tal-laħam fin-nagħaġ u fil-mogħoż. Tirrakkomanda wkoll, sakemm ikun possibbli, l-ommissjoni ta' palpazzjonijiet u inċiżjonijiet waqt l-ispezzjoni post-mortem ta' nagħaġ u mogħoż soġġetti għal tbiċċir ta' rutina. Madankollu, għal raġunijiet ta' sorveljanza tas-saħħa tal-annimali u tal-bniedem, jenħtieġ li jinżammu l-palpazzjonijiet u l-inċiżjonijiet għas-sorveljanza tat-tuberkulożi u tal-fascioliasis fil-każ ta' annimali akbar fl-età. |
(8) |
Fis-6 ta' Ġunju 2013 ukoll, l-EFSA adottat opinjoni xjentifika dwar il-perikli għas-saħħa tal-bniedem li jridu jkunu koperti mill-ispezzjoni tal-laħam (is-solipedi) (27). Dik l-opinjoni tirrakkomanda l-użu ta' spezzjoni viżwali biss fis-solipedi, li jista' jkollha effett favorevoli sinifikanti fuq l-istatus mikrobijoloġiku tal-laħam tal-karkassi tas-solipedi. Din l-ispezzjoni x'aktarx li ma taffettwax is-sorveljanza globali tal-mard tal-annimali. |
(9) |
Fis-6 ta' Ġunju 2013 ukoll, l-EFSA adottat opinjoni xjentifika dwar l-ispezzjoni tal-laħam tal-kaċċa mrobbija. Dik l-opinjoni tirrakkomanda l-ommissjoni ta' palpazzjoni u inċiżjoni sakemm ma jinstabux anormalitajiet, filwaqt li fl-istess ħin tenfasizza li tali ommissjoni jista' jkollha konsegwenzi għas-sorveljanza globali tat-tuberkulożi. |
(10) |
Ir-rakkomandazzjonijiet stabbiliti f'dawn l-opinjonijiet tal-EFSA jenħtieġ li jittieħdu inkunsiderazzjoni meta jiġu stabbiliti l-arranġamenti prattiċi uniformi għat-twettiq ta' kontrolli uffiċjali fuq prodotti ta' oriġini mill-annimali maħsuba għall-konsum mill-bniedem. Jenħtieġ li jitqies ukoll l-impatt possibbli fuq il-kummerċ ma' pajjiżi terzi. Fl-istess waqt, jenħtieġ li tiġi żgurata tranżizzjoni bla xkiel mir-rekwiżiti attwali, kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 854/2004. |
(11) |
Dawn l-arranġamenti prattiċi jenħtieġ li japplikaw għall-kontrolli uffiċjali fuq prodotti ta' oriġini mill-annimali stabbiliti fl-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2017/625 u fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/624 (28). Dawn l-arranġamenti prattiċi għat-twettiq tal-kontrolli uffiċjali jenħtieġ li jkunu uniformi u jiffaċilitaw l-applikazzjoni tar-rekwiżiti għal livell minimu ta' kontrolli uffiċjali, b'kont meħud tad-daqs tan-negozji ż-żgħar kif stabbilit fl-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2017/625 bl-użu ta' livell limitu b'mod nondiskriminatorju. |
(12) |
Billi l-istruttura tal-biċċeriji u tal-istabbilimenti li jipproċessaw il-kaċċa tvarja fost l-Istati Membri, il-livell limitu jenħtieġ li jkun ibbażat fuq l-għadd ta' annimali mbiċċra jew ipproċessati, jew jekk jintwera li dan jirrappreżenta perċentwal limitat u fiss tal-laħam imqiegħed fis-suq. L-Artikolu 17(6) tar-Regolament (KE) Nru 1099/2009 jiddefinixxi unitajiet ta' bhejjem u jistabbilixxi rati ta' konverżjoni biex l-għadd ta' annimali ta' ċerti speċijiet jiġi espress f'dawn l-unitajiet ta' bhejjem. Dawn id-dispożizzjonijiet jenħtieġ li jintużaw biex, sa fejn ikun possibbli, jiġu stabbiliti livelli limiti u jiġu armonizzati derogi minn ċerti rekwiżiti abbażi tad-daqs ta' biċċerija. |
(13) |
Ir-rekwiżiti speċifiċi għall-verifiki mill-awtoritajiet kompetenti għandhom jinżammu wkoll biex jiġi żgurat l-awditjar prattiku uniformi tal-konformità mar-rekwiżiti tal-Unjoni fuq prodotti ta' oriġini mill-annimali. L-awditjar huwa ta' interess partikolari għall-verifika tar-rekwiżiti ġenerali u speċifiċi marbuta mal-iġjene u l-applikazzjoni ta' proċeduri bbażati fuq analiżi tal-perikli u punti kritiċi ta' kontroll (HACCP). |
(14) |
Il-verifika tal-konformità mar-rekwiżiti dwar il-marki ta' identifikazzjoni fit-Taqsima I tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, kif attwalment stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 854/2004, jenħtieġ li tinżamm sabiex ikun jista' jsir traċċar b'lura tal-annimali. |
(15) |
L-ispezzjonijiet ante-mortem u post-mortem huma essenzjali biex tiġi verifikata l-konformità mar-rekwiżiti dwar is-saħħa tal-bniedem u tal-annimali kif ukoll it-trattament xieraq tal-annimali. Sabiex jiġi żgurat tal-anqas l-istess livell ta' protezzjoni għas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali kif ukoll il-benessri tal-annimali kif previst fir-Regolament (KE) Nru 854/2004 u l-kummerċ ġust f'suq miftuħ, hemm bżonn li jiġu stabbiliti rekwiżiti prattiċi uniformi għal dawn l-ispezzjonijiet, inklużi każijiet fejn il-kontrolli uffiċjali jsiru taħt ir-responsabbiltà tal-veterinarju uffiċjali. Fir-rigward tal-kontrolli uffiċjali fuq il-laħam frisk, dawn l-ispezzjonijiet jenħtieġ li jiġu ssupplimentati minn kontrolli dokumentarji adegwati, kontrolli fuq ir-rimi mingħajr periklu ta' materjal speċifikat riskjuż, kif definit fl-Artikolu 3(1)(g) tar-Regolament (KE) Nru 999/2001, u fuq prodotti sekondarji oħra mill-annimali, u ttestjar fil-laboratorju fejn xieraq. |
(16) |
Huwa importanti li jiġu identifikati każijiet ta' nonkonformità suspettata u stabbilita fejn l-awtoritajiet kompetenti jridu jieħdu miżuri fir-rigward ta' ċerti prodotti ta' oriġini mill-annimali. In-nonkonformità mal-prattiki ta' iġjene tajba jenħtieġ li twassal ukoll għal azzjoni korrettiva mill-awtoritajiet kompetenti. |
(17) |
Il-marka tas-saħħa definita fil-punt 51 fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2017/625 tkopri l-laħam ta' ċerti speċijiet u tiċċertifika li l-laħam huwa tajjeb għall-konsum mill-bniedem. Ir-rekwiżiti tekniċi tal-marka tas-saħħa u l-arranġamenti prattiċi għall-applikazzjoni tagħha jenħtieġ li jiġu stabbiliti b'mod speċifiku u uniformi sabiex jindikaw li l-laħam huwa tajjeb għall-konsum mill-bniedem u biex jiġi evitat kwalunkwe tfixkil għall-kummerċ. |
(18) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2074/2005 (29) jistabbilixxi inter alia miżuri ta' implimentazzjoni għall-organizzazzjoni ta' kontrolli uffiċjali skont ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 fir-rigward ta' metodi tal-ittestjar rikonoxxuti għall-bijotossini tal-baħar fil-molluski bivalvi ħajjin, il-metodi ta' ttestjar għall-ħalib mhux ipproċessat u għall-ħalib ittrattat bis-sħana, il-kontrolli uffiċjali fuq il-prodotti tas-sajd u l-ispezzjoni tal-laħam. Huwa xieraq li l-miżuri ta' implimentazzjoni kollha għall-organizzazzjoni tal-kontrolli uffiċjali jinġiebu kollha flimkien f'dan ir-Regolament u jiġu inklużi dawk mir-Regolament (KE) Nru 2074/2005. Dawn jenħtieġ li jitħassru fir-Regolament (KE) Nru 2074/2005. |
(19) |
Il-kundizzjonijiet attwali għall-klassifikazzjoni u għall-monitoraġġ taż-żoni kklassifikati ta' produzzjoni u ta' żamma ta' molluski bivalvi ħajjin urew li huma effettivi u jiżguraw livell għoli ta' protezzjoni għall-konsumaturi. Għalhekk jenħtieġ li jinżammu. |
(20) |
Il-metodu ta' referenza għall-analiżi tal-E. coli fil-molluski bivalvi ħajjin, kif attwalment stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 854/2004, jenħtieġ li jinżamm. |
(21) |
Il-limiti għall-bijotossini marini huma stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 853/2004. B'mod partikolari, il-punt 2 fil-Kapitolu V tas-Sezzjoni VII tal-Anness III ta' dak ir-Regolament jipprevedi li l-kwantitajiet totali (imkejla fil-ġisem kollu jew f'kull parti li tittiekel separatament) ta' bijotossini marini fil-molluski bivalvi ħajjin ma jridux jaqbżu l-limiti stabbiliti f'dak il-Kapitolu. |
(22) |
Ir-rekwiżiti speċifiċi għat-twettiq ta' kontrolli uffiċjali u l-frekwenza minima uniformi għal dawn il-kontrolli fuq il-ħalib mhux ipproċessat u fuq il-prodotti tal-ħalib jenħtieġ li jiġu stabbiliti sabiex jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur u kompetizzjoni ġusta bejn l-operaturi tan-negozju tal-ikel. |
(23) |
Ir-rekwiżiti speċifiċi għat-twettiq tal-kontrolli uffiċjali u l-frekwenza minima uniformi għal dawn il-kontrolli fuq il-prodotti tas-sajd jenħtieġ li jiġu stabbiliti sabiex jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni għall-konsumaturi u kompetizzjoni ġusta bejn l-operaturi tan-negozju tal-ikel. Dawk il-kontrolli jenħtieġ li talanqas jinkludu kontrolli regolari fuq il-kundizzjonijiet tal-iġjene waqt il-ħatt u l-ewwel bejgħ, spezzjonijiet regolari tal-bastimenti u tal-istabbilimenti, inkluż tal-irkantijiet u tas-swieq bl-ingrossa tal-ħut, kif ukoll kontrolli fuq il-ħżin u t-trasport. Jenħtieġ li jiġu stabbiliti wkoll rekwiżiti speċifiċi għall-kontroll tal-bastimenti. |
(24) |
Dawk il-kontrolli jenħtieġ li jinkludu wkoll arranġamenti prattiċi fir rigward ta' eżamijiet organolettiċi, indikaturi tal-freskezza, kontrolli fuq l-istamina, ir-residwi u l-kontaminanti u kontrolli mikrobijoloġiċi. Jenħtieġ li tingħata attenzjoni speċjali lill-kontrolli tal-parassiti u lill-prodotti tas-sajd velenużi. Il-prodotti tas-sajd li ma jissodisfawx dawn ir-rekwiżiti ta' iġjene jenħtieġ li jiġu ddikjarati bħala mhux tajbin għall-konsum mill-bniedem. |
(25) |
Jenħtieġ li jiġu stabbiliti wkoll rekwiżiti speċjali li jikkonċernaw il-kontrolli uffiċjali fuq prodotti tas-sajd maqbuda minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Stati Membri li jidħlu fl-Unjoni wara li jkunu ġew trasferiti f'pajjiżi terzi bil-faċilitajiet ta' ħżin jew mingħajrhom. |
(26) |
L-interess fil-produzzjoni u fit-tqegħid fis-suq ta' laħam tar-rettili aktar ma jmur qiegħed jikber. Sabiex tiġi żgurata s-sikurezza tal-laħam tar-rettili, huwa rilevanti li, minbarra r-regoli ġenerali eżistenti dwar l-iġjene stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 852/2004 u l-kontrolli għat-Trichinella stabbiliti fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1375, jiġu introdotti kontrolli uffiċjali speċifiċi waqt it-tbiċċir. |
(27) |
Ir-Regolament (KE) Nru 2074/2005 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan. |
(28) |
Billi r-Regolament (UE) 2017/625 iħassar ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 b'effett mill-14 ta' Diċembru 2019, dan ir-Regolament għandu japplikaw wkoll minn dik id-data. |
(29) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
TITOLU I
SUĠĠETT, KAMP TA' APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta' applikazzjoni
Dan ir-Regolament jistabbilixxi arranġamenti prattiċi uniformi għat-twettiq ta' kontrolli uffiċjali u azzjonijiet fir-rigward tal-produzzjoni ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum mill-bniedem. Dawn il-kontrolli u l-azzjonijiet uffiċjali għandhom jitwettqu mill-awtoritajiet kompetenti b'kont meħud tar-rekwiżiti tal-Artikolu 18(2), (3) u (5) tar-Regolament (UE) 2017/625 u tar-Regolament Delegat (UE) 2019/624.
Ir-regoli speċifiċi jkopru:
(a) |
ir-rekwiżiti speċifiċi u l-frekwenza minima uniformi ta' kontrolli uffiċjali fuq kwalunkwe prodott li joriġina mill-annimali, fir-rigward ta' awditjar u marki ta' identifikazzjoni; |
(b) |
ir-rekwiżiti speċifiċi u l-frekwenza minima uniformi ta' kontrolli uffiċjali fuq il-laħam frisk, inklużi rekwiżiti speċifiċi għall-awditjar u l-kompiti speċifiċi fir-rigward tal-kontrolli fuq il-laħam frisk; |
(c) |
il-miżuri li jridu jittieħdu f'każijiet ta' nonkonformità tal-laħam frisk mar-rekwiżiti tal-Unjoni għall-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u għas-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali; |
(d) |
ir-rekwiżiti tekniċi u l-arranġamenti prattiċi dwar il-marka tas-saħħa msemmija fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 853/2004; |
(e) |
ir-rekwiżiti speċifiċi u l-frekwenza minima uniformi ta' kontrolli uffiċjali fuq il-ħalib, fuq il-kolostru, fuq il-prodotti tal-ħalib u fuq prodotti li fihom il-kolostru; |
(f) |
il-kundizzjonijiet għall-klassifikazzjoni u għall-monitoraġġ taż-żoni kklassifikati ta' produzzjoni u ta' żamma ta' molluski bivalvi ħajjin, inklużi d-deċiżjonijiet li jridu jittieħdu wara l-monitoraġġ taż-żoni kklassifikati ta' produzzjoni u ta' żamma; |
(g) |
ir-rekwiżiti speċifiċi u l-frekwenza minima uniformi ta' kontrolli uffiċjali fuq il-prodotti tas-sajd. |
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1) |
“laħam frisk” tfisser laħam frisk kif definit fil-punt 1.10 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004; |
(2) |
“kolostru” tfisser kolostru kif definit fil-punt 1 tat-Taqsima IX tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004; |
(3) |
“prodotti tal-ħalib” tfisser prodotti mill-ħalib kif definit fil-punt 7.2 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004; |
(4) |
“prodotti li fihom il-kolostru” tfisser prodotti li fihom il-kolostru kif definit fil-punt 2 tat-Taqsima IX tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004; |
(5) |
“żona ta' produzzjoni” tfisser arja ta' produzzjoni kif definit fil-punt 2.5 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004; |
(6) |
“żona fejn jinżammu l-molluski” tfisser arja ta' ripożizzjoni kif definit fil-punt 2.6 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004; |
(7) |
“molluski bivalvi” tfisser molluski bivalvi kif definit fil-punt 2.1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004; |
(8) |
“prodotti tas-sajd” tfisser prodotti tas-sajd kif definit fil-punt 3.1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004; |
(9) |
“stabbiliment” tfisser stabbiliment kif definit fl-Artikolu 2(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 852/2004; |
(10) |
“operatur tan-negozju tal-ikel” tfisser operatur ta' negozju tal-ikel kif definit fl-Artikolu 3(3) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (30); |
(11) |
“kriterju mikrobijoloġiku” tfisser kriterju mikrobijoloġiku kif definit fl-Artikolu 2(b) tar-Regolament (KE) Nru 2073/2005; |
(12) |
“biċċerija” tfisser biċċerija kif definit fil-punt 1.16 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004; |
(13) |
“traċċabbiltà” tfisser traċċabbiltà kif definit fl-Artikolu 3(15) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002; |
(14) |
“materjal speċifikat riskjuż” tfisser materjal speċifikat riskjuż kif definit fl-Artikolu 3(1)(g) tar-Regolament (KE) Nru 999/2001; |
(15) |
“kontaminazzjoni” tfisser kontaminazzjoni kif definit fl-Artikolu 2(1)(f) tar-Regolament (KE) Nru 852/2004; |
(16) |
“azjenda ta' provenjenza” tfisser azjenda ta' provenjenza kif definit fil-punt 2 tal-Artikolu 2 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/624; |
(17) |
“produzzjoni primarja” tfisser produzzjoni primarja kif definit fl-Artikolu 3(17) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002; |
(18) |
“ungulati domestiċi” tfisser ungulati domestiċi kif definit fil-punt 1.2 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004; |
(19) |
“stabbiliment li jipproċessa l-kaċċa” tfisser stabbiliment li jipproċessa l-kaċċa kif definit fil-punt 1.18 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004; |
(20) |
“kaċċa salvaġġa kbira” tfisser kaċċa salvaġġa kbira kif definit fil-punt 1.8 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004; |
(21) |
“qatgħa” tfisser qatgħa kif definit fl-Artikolu 2(3)(b) tar-Regolament (KE) Nru 2160/2003; |
(22) |
“lagomorfi” tfisser lagomorfi kif definit fil-punt 1.4 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004; |
(23) |
“karkassa” tfisser karkassa kif definit fil-punt 1.9 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004; |
(24) |
“ġewwieni” tfisser ġewwieni kif definit fil-punt 1.11 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004; |
(25) |
“biċċerija b'kapaċità baxxa” tfisser biċċerija b'kapaċità baxxa kif definit fl-Artikolu 2(17) tar-Regolament Delegat (UE) 2019/624; |
(26) |
“biċċerija b'kapaċità baxxa li tipproċessa l-kaċċa” tfisser biċċerija b'kapaċità baxxa li tipproċessa l-kaċċa kif definit fl-Artikolu 2(18) tar-Regolament Delegat (UE) 2019/624; |
(27) |
“unità ta' bhejjem” tfisser unità ta' bhejjem kif definit fl-Artikolu 17(6) tar-Regolament (KE) Nru 1099/2009; |
(28) |
“kaċċa salvaġġa żgħira” tfisser kaċċa salvaġġa żgħira kif definit fil-punt 1.7 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004; |
(29) |
“pollam” tfisser pollam kif definit fil-punt 1.3 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004; |
(30) |
“impjant tat-tqattigħ” tfisser impjant tat-tqattigħ kif definit fil-punt 1.17 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004; |
(31) |
“vixxri” tfisser interjuri kif definit fil-punt 1.12 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004; |
(32) |
“laħam” tfisser laħam kif definit fil-punt 1.1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004; |
(33) |
“kaċċa mrobbija” tfisser kaċċa mrobbija kif definit fil-punt 1.6 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004; |
(34) |
“kaċċa salvaġġa” tfisser kaċċa salvaġġa kif definit fil-punt 1.5 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004; |
(35) |
“azjenda ta' produzzjoni tal-ħalib” tfisser azjenda ta' produzzjoni tal-ħalib kif definit fil-punt 4.2 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004; |
(36) |
“ħalib mhux ipproċessat” tfisser ħalib nej kif definit fil-punt 4.1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004; |
(37) |
“ċentru ta' purifikazzjoni” tfisser ċentru ta' purifikazzjoni kif definit fil-punt 2.8 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004; |
(38) |
“bijotossini tal-baħar” tfisser bijotossini marini kif definit fil-punt 2.2 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004; |
(39) |
“stadji ta' produzzjoni, ipproċessar u tqassim” tfisser l-istadji ta' produzzjoni, ipproċessar u tqassim kif definit fl-Artikolu 3(16) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002; |
(40) |
“ċentru ta' spedizzjoni” tfisser ċentru ta' spedizzjoni kif definit fil-punt 2.7 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004; |
(41) |
“tqegħid fis-suq” tfisser tqegħid fis-suq kif definit fl-Artikolu 3(8) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002; |
(42) |
“bastiment fabbrika” tfisser bastiment fabbrika kif definit fil-punt 3.2 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004; |
(43) |
“bastiment friża” tfisser bastiment friża kif definit fil-punt 3.3 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004; |
(44) |
“rettili” tfisser rettili kif definit fil-punt 15 tal-Artikolu 2 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/625 (31); |
(45) |
“laħam tar-rettili” tfisser laħam tar-rettili kif definit fil-punt 16 tal-Artikolu 2 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/625; |
(46) |
“prodotti tas-sajd friski” tfisser prodotti tas-sajd friski kif definit fil-punt 3.5 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004; |
(47) |
“prodotti tas-sajd preparati” tfisser prodotti tas-sajd preparati kif definit fil-punt 3.6 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004; |
(48) |
“prodotti tas-sajd ipproċessati” tfisser prodotti tas-sajd ipproċessati kif definit fil-punt 7.4 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004. |
TITOLU II
REKWIŻITI SPEĊIFIĊI GĦAT-TWETTIQ TAL-KONTROLLI UFFIĊJALI U L-FREKWENZA MINIMA UNIFORMI GĦALL-KONTROLLI UFFIĊJALI FUQ IL-PRODOTTI TA' ORIĠINI MILL-ANNIMALI
KAPITOLU I
Rekwiżiti speċifiċi għall-awditjar mill-awtoritajiet kompetenti fi stabbilimenti li jipproċessaw il-prodotti ta' oriġini mill-annimali
Artikolu 3
Rekwiżiti soġġetti għal awditjar
1. Meta jwettqu awditi tal-prattiki tal-iġjene tajba fl-istabbilimenti, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw li l-operaturi tan-negozju tal-ikel li jipproċessaw il-prodotti ta' oriġini mill-annimali japplikaw kontinwament u kif suppost il-proċeduri dwar talanqas dawn li ġejjin:
(a) |
id-disinn u l-manutenzjoni tal-post u tat-tagħmir; |
(b) |
l-iġjene preoperazzjonali, operazzjonali u postoperazzjonali; |
(c) |
l-iġjene personali; |
(d) |
it-taħriġ fl-iġjene u fil-proċeduri tax-xogħol; |
(e) |
il-kontroll tal-organiżmi ta' ħsara; |
(f) |
il-kwalità tal-ilma; |
(g) |
il-kontroll tat-temperatura; |
(h) |
il-kontrolli fuq l-annimali jew fuq l-ikel li jidħol jew li jitlaq mill-istabbiliment, u kwalunkwe dokumentazzjoni ta' akkumpanjament. |
2. Meta jwettqu awditi fuq il-proċeduri abbażi ta' analiżi tal-perikli u punti kritiċi ta' kontroll (HACCP), kif stabbilit fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 852/2004, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw li l-operaturi tan-negozju tal-ikel li jipproċessaw il-prodotti ta' oriġini mill-annimali japplikaw dawn il-proċeduri kontinwament u kif suppost.
3. Dawn għandhom, b'mod partikolari, jistabbilixxu jekk il-proċeduri jiggarantixxux, sa fejn hu possibbli, li prodotti ta' oriġini mill-annimali:
(a) |
jikkonformaw mal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2073/2005 f'dak li għandu x'jaqsam mal-kriterji mikrobijoloġiċi; |
(b) |
jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar:
|
(c) |
ma jkunx fihom perikli fiżiċi, bħal oġġetti minn barra. |
4. Meta operatur tan-negozju tal-ikel juża l-proċeduri stabbiliti fil-gwidi għall-applikazzjoni tal-prinċipji bbażati fuq l-HACCP, skont l-Artikolu 5(5) tar-Regolament (KE) Nru 852/2004, l-awditjar għandu jkopri l-użu korrett ta' dawk il-gwidi.
5. Meta jwettqu kompiti ta' awditjar, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu attenzjoni speċjali:
(a) |
biex jiddeterminaw jekk il-persunal u l-attivitajiet tal-persunal fl-istabbiliment f'kull stadju tal-proċess tal-produzzjoni humiex konformi mar-rekwiżiti, fir-rigward tal-prattiċi tal-iġjene u tal-HACCP stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2073/2005, l-Artikoli 4 u 5 tar-Regolament (KE) Nru 852/2004 u l-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 853/2004. Biex jikkomplimentaw l-awditjar, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jwettqu testijiet tal-prestazzjoni, sabiex jiġi aċċertat li l-persunal huwa mħarreġ biżżejjed; |
(b) |
biex jivverifikaw ir-rekords rilevanti tal-operatur tan-negozju tal-ikel; |
(c) |
biex jieħdu kampjuni għall-analiżi fil-laboratorju fejn meħtieġ; |
(d) |
biex jiddokumentaw l-elementi li jkunu ttieħdu inkunsiderazzjoni u s-sejbiet tal-awditjar. |
Artikolu 4
Natura u frekwenza tal-awditjar
1. In-natura u l-frekwenza tal-kompiti ta' awditjar fir-rigward ta' stabbilimenti individwali għandhom jiddependu fuq ir-riskju vvalutat. Għal dan il-għan, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu valutazzjoni regolari:
(a) |
tar-riskji għas-saħħa tal-bniedem, u fejn xieraq, tal-annimali; |
(b) |
fil-każ ta' biċċeriji, l-aspetti ta' trattament xieraq tal-annimali; |
(c) |
it-tip u l-ammont ta' materjal ipproċessat u l-proċessi mwettqa; |
(d) |
ir-rekord tal-passat tal-operatur tan-negozju tal-ikel fir-rigward tal-konformità mal-liġi dwar l-ikel. |
2. Fejn l-operaturi tan-negozju tal-ikel fil-katina tal-ikel jieħdu miżuri addizzjonali biex jiggarantixxu s-sikurezza tal-ikel billi jimplimentaw sistemi integrati, sistemi privati ta' kontroll jew ċertifikazzjoni indipendenti minn partijiet terzi, jew b'xi mezzi oħra, u fejn dawn il-miżuri jkunu dokumentati u l-annimali koperti b'dawn l-iskemi jkunu identifikabbli b'mod ċar, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jieħdu dawn il-miżuri inkunsiderazzjoni meta jwettqu l-awditjar sabiex jirrevedu l-prattiki ta' iġjene tajba u l-proċeduri bbażati fuq l-HACCP.
KAPITOLU II
Rekwiżiti speċifiċi dwar il-marki ta' identifikazzjoni
Artikolu 5
Il-konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 dwar l-applikazzjoni ta' marki ta' identifikazzjoni għandha tiġi verifikata fl-istabbilimenti kollha approvati skont dak ir-Regolament, b'żieda mal-verifika ta' konformità ma' rekwiżiti oħra ta' traċċabilità skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002.
KAPITOLU III
Żviluppi xjentifiċi u teknoloġiċi
Artikolu 6
L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar l-iżviluppi xjentifiċi u teknoloġiċi, kif imsemmi fl-Artikolu 16(2)(b) tar-Regolament (UE) 2017/625 għal kunsiderazzjoni u azzjoni ulterjuri skont kif xieraq.
TITOLU III
REKWIŻITI SPEĊIFIĊI GĦAT-TWETTIQ TAL-KONTROLLI UFFIĊJALI U L-FREKWENZA MINIMA UNIFORMI GĦALL-KONTROLLI UFFIĊJALI FUQ IL-LAĦAM FRISK
KAPITOLU I
Awditjar
Artikolu 7
Rekwiżiti addizzjonali għall-awditjar fi stabbilimenti li jipproċessaw il-laħam frisk
1. Minbarra r-rekwiżiti għall-awditjar stabbiliti fl-Artikoli 3 u 4, l-awtoritajiet kompetenti għandhom, meta jwettqu awditjar fl-istabbilimenti li jipproċessaw il-laħam frisk, jivverifikaw il-konformità kontinwa mal-proċeduri proprji tal-operaturi tan-negozju tal-ikel dwar il-ġbir, it-trasport, il-ħżin u l-ipproċessar tal-laħam frisk, u l-użu jew ir-rimi ta' prodotti sekondarji mill-annimali, inkluż il-materjal speċifikat riskjuż, li għalihom huma responsabbli.
2. Waqt it-twettiq ta' awditjar f'biċċeriji, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw l-evalwazzjoni tal-informazzjoni dwar il-katina alimentari, kif stabbilit fit-Taqsima III tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 853/2004.
3. Meta jwettqu awditjar tal-proċeduri bbażati fuq l-HACCP, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw li qed tingħata attenzjoni xierqa lill-proċeduri stabbiliti fit-Taqsima II tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 u li l-proċeduri tal-operaturi tan-negozji tal-ikel jiggarantixxu, sakemm ikun possibbli, li l-laħam frisk:
(a) |
ma fihx anormalitajiet jew tibdil patoloġiċi; |
(b) |
ma fihx
|
(c) |
jikkonforma mal-kriterji mikrobijoloġiċi fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2073/2005; |
(d) |
ma fihx materjal speċifikat riskjuż, skont ir-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 999/2001. |
KAPITOLU II
Kontrolli uffiċjali fuq il-laħam frisk
Artikolu 8
Rilevanza tar-riżultati tal-awditjar
Meta jwettaq il-kontrolli uffiċjali skont dan il-Kapitolu, il-veterinarju uffiċjali għandu jieħu inkunsiderazzjoni r-riżultati tal-awditjar li sar skont il-Kapitolu I. Fejn xieraq, il-veterinarju uffiċjali għandu jiffoka l-kontrolli uffiċjali fuq nuqqasijiet li jkunu ġew identifikati waqt l-awditjar preċedenti.
Artikolu 9
Obbligi tal-awtoritajiet kompetenti fir-rigward tal-kontrolli tad-dokumenti
1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw lill-operatur tan-negozju tal-ikel tal-azjenda ta' provenjenza dwar l-elementi minimi ta' informazzjoni dwar il-katina alimentari li trid tingħata lill-operatur tal-biċċerija skont it-Taqsima III tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 853/2004.
2. L-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu l-kontrolli meħtieġa tad-dokumenti biex jivverifikaw li:
(a) |
l-informazzjoni dwar il-katina alimentari tiġi kkomunikata b'mod konsistenti u effettiv bejn l-operatur tan-negozju tal-ikel li jkun rabba jew żamm l-annimali qabel l-ispedizzjoni u l-operatur tal-biċċerija; |
(b) |
l-informazzjoni dwar il-katina tal-ikel hija valida u affidabbli; |
(c) |
il-feedback tal-informazzjoni rilevanti lill-azjenda ta' provenjenza, jekk applikabbli, jingħata skont l-Artikolu 39(5). |
3. Meta l-annimali jintbagħtu għat-tbiċċir fi Stat Membru ieħor, l-awtoritajiet kompetenti fl-azjenda ta' provenjenza u fil-post tat-tbiċċir għandhom jikkooperaw biex jiġi żgurat li l-informazzjoni dwar il-katina alimentari pprovduta mill-operatur tan-negozju tal-ikel tal-azjenda ta' provenjenza hija faċilment aċċessibbli għall-operatur tal-biċċerija li jirċieviha.
Artikolu 10
Obbligi tal-veterinarju uffiċjali fir-rigward tal-kontrolli tad-dokumenti
1. Il-veterinarju uffiċjali għandu jivverifika r-riżultati tal-kontrolli u tal-evalwazzjonijiet tal-informazzjoni dwar il-katina alimentari ipprovduta mill-operatur tal-biċċerija skont is-Sezzjoni III tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 853/2004. Il-veterinarju uffiċjali għandu jieħu inkunsiderazzjoni dawk il-kontrolli u l-evalwazzjonijiet meta jwettaq spezzjonijiet ante-mortem u post-mortem, flimkien ma' kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra mir-rekords tal-azjenda ta' provenjenza tal-annimali.
2. Meta jwettaq spezzjonijiet ante-mortem u post-mortem, il-veterinarju uffiċjali għandu jieħu inkunsiderazzjoni ċ-ċertifikati uffiċjali previsti skont l-Artikolu 29 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/628 (38), u kwalunkwe dikjarazzjoni mill-veterinarji li jkunu wettqu l-kontrolli uffiċjali jew kontrolli oħra fil-livell tal-produzzjoni primarja.
3. Fil-każ tat-tbiċċir b'emerġenza ta' ungulati domestiċi barra l-biċċerija, il-veterinarju uffiċjali fil-biċċerija għandu jeżamina ċ-ċertifikazzjoni prevista skont l-Artikolu 29 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2019/628 u li tkun inħarġet mill-veterinarju uffiċjali li jkun wettaq l-ispezzjoni ante-mortem skont il-punt 6 tal-Kapitolu VI tas-Sezzjoni I tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 u kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra pprovduta mill-operatur tan-negozju tal-ikel.
4. Fil-każ ta' kaċċa salvaġġa kbira, il-veterinarju uffiċjali fl-istabbiliment li jimmaniġġja l-kaċċa għandu jeżamina u jieħu inkunsiderazzjoni d-dikjarazzjoni li takkumpanja l-karkassa tal-annimal, kif maħruġa minn persuna mħarrġa skont il-punt 4(a) tal-Kapitolu II tas-Sezzjoni IV tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004.
Artikolu 11
Rekwiżiti fir-rigward tal-ispezzjoni ante-mortem fil-biċċerija
1. L-annimali kollha għandhom jiġu sottoposti għal spezzjoni ante-mortem qabel it-tbiċċir. Madankollu, l-ispezzjoni tista' tkun limitata għal kampjun rappreżentattiv ta' għasafar minn kull qatgħa u għal kampjun rappreżentattiv ta' lagomorfi minn kull azjenda ta' provenjenza ta' lagomorfi.
2. L-ispezzjoni ante-mortem għandha ssir fi żmien 24 siegħa mill-wasla tal-annimali fil-biċċerija u f'inqas minn 24 siegħa qabel it-tbiċċir. Il-veterinarju uffiċjali jista' jitlob li ssir spezzjoni ante-mortem addizzjonali fi kwalunkwe ħin ieħor.
3. L-ispezzjoni ante-mortem għandha tiddetermina jekk, fir-rigward tal-annimal partikolari spezzjonat, ikunx hemm xi sinjal:
(a) |
li s-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimal jkunu ġew kompromessi; |
(b) |
ta' xi kundizzjoni, anormalità jew marda li jwasslu biex il-laħam frisk ma jkunx tajjeb għall-konsum mill-bniedem jew jista' jaffettwa ħażin is-saħħa tal-annimali, b'attenzjoni partikolari għad-detezzjoni ta' mard żoonotiku u ta' mard tal-annimali li dwaru hemm regoli dwar is-saħħa tal-annimali stabbiliti fir-Regolament (UE) 2016/429; |
(c) |
tal-użu ta' sustanzi pprojbiti jew mhux awtorizzati, tal-użu ħażin ta' prodotti mediċinali veterinarji jew tal-preżenza ta' residwi kimiċi jew kontaminanti. |
4. L-ispezzjoni ante-mortem għandha tinkludi verifika tal-konformità tal-operaturi tan-negozju tal-ikel mal-obbligu tagħhom li jiżguraw li l-annimali jkollhom ġilda jew suf nadif, sabiex jiġi evitat kull riskju mhux aċċettabbli ta' kontaminazzjoni tal-laħam frisk waqt it-tbiċċir.
5. Il-veterinarju uffiċjali għandu jwettaq spezzjoni klinika tal-annimali kollha li l-operatur tan-negozju tal-ikel jew l-awżiljarju uffiċjali jista' jkun warrab għal spezzjoni ante-mortem aktar bir-reqqa.
6. Meta l-ispezzjoni ante-mortem issir fl-azjenda ta' provenjenza skont l-Artikolu 5 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/624, il-veterinarju uffiċjali fil-biċċerija għandu jwettaq spezzjoni ante-mortem biss meta u sal-limitu speċifikat.
Artikolu 12
Rekwiżiti għall-ispezzjoni post-mortem
1. Soġġett għad-deroga stabbilita fil-Punt 4 tal-Kapitolu II tas-Sezzjoni IV tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, il-karkassi u l-ġewwieni li jakkumpanjahom, għandhom ikunu soġġetti għal spezzjoni post-mortem:
(a) |
mingħajr dewmien wara t-tbiċċir, jew |
(b) |
kemm jista' jkun malajr wara l-wasla fl-istabbiliment li jimmaniġġja l-kaċċa. |
2. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jitolbu lill-operatur tan-negozju tal-ikel jipprovdi faċilitajiet tekniċi speċjali u biżżejjed spazju biex jiċċekkjaw il-ġewwieni.
3. L-awtoritajiet kompetenti għandhom:
(a) |
jiċċekkjaw l-uċuh esterni kollha, inklużi dawk tal-kavitajiet tal-ġisem tal-karkassi kif ukoll il-ġewwieni; |
(b) |
jagħtu attenzjoni partikolari għad-detezzjoni ta' mard żoonotiku u mard tal-annimali li dwaru hemm regoli dwar is-saħħa tal-annimali stabbiliti fir-Regolament (UE) 2016/429. |
4. Il-ħeffa tal-linja għat-tbiċċir u l-għadd ta' persunal preżenti li jwettaq l-ispezzjonijiet, għandhom ikunu tali li jippermettu spezzjoni xierqa.
Artikolu 13
Deroga dwar il-ħin li fih titwettaq l-ispezzjoni post-mortem
1. B'deroga mill-Artikolu 12(1), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu li, f'każ li la l-veterinarju uffiċjali u lanqas l-uffiċjal awżiljarju ma jkunu preżenti fl-istabbiliment li jimmaniġġja l-kaċċa jew fil-biċċerija waqt it-tbiċċir u t-tlestija, l-ispezzjoni post-mortem tittardja b'perjodu massimu ta' 24 siegħa mit-tbiċċir jew mill-wasla fl-istabbiliment li jipproċessa l-kaċċa, sakemm:
(a) |
l-annimali kkonċernati jkunu tbiċċru f'biċċerija b'kapaċità baxxa jew ikunu ġew ipproċessati fi stabbiliment b'kapaċità baxxa li jipproċessa l-kaċċa li jbiċċer jew li jipproċessa:
|
(b) |
jeżistu biżżejjed faċilitajiet fi stabbiliment sabiex il-laħam frisk u l-ġewwieni jkunu jistgħu jinħażnu sabiex ikunu jistgħu jiġu eżaminati; |
(c) |
l-ispezzjoni post-mortem issir mill-veterinarju uffiċjali. |
(2) L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jżidu l-limiti stabbiliti fil-punt (a)(i) u (ii) tal-paragrafu 1 filwaqt li jiżguraw li d-deroga tiġi applikata fl-iżgħar biċċeriji u stabbilimenti li jipproċessaw il-kaċċa li jikkonformaw mad-definizzjoni ta' biċċerija b'kapaċità baxxa jew ta' stabbiliment b'kapaċità baxxa li jipproċessa l-kaċċa u sakemm il-produzzjoni annwali kkombinata ta' dawn l-istabbilimenti ma taqbiżx il-5 % tal-ammont totali ta' laħam frisk prodott fi Stat Membru:
(a) |
għall-ispeċijiet ikkonċernati; |
(b) |
jew għall-ungulati kollha flimkien; |
(c) |
tal-pollam kollu flimkien; jew, |
(d) |
tal-għasafar u tal-lagomorfi kollha flimkien. |
F'tali każ, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw din id-deroga u l-evidenza li ssostniha skont il-proċedura stabbilita fid-Direttiva (UE) 2015/1535 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (39);
3. Għall-fini tal-punt (a)(i) tal-paragrafu 1, għandhom jintużaw ir-rati ta' konverżjoni stabbiliti fl-Artikolu 17(6) tar-Regolament (KE) Nru 1099/2009. Madankollu fil-każ ta' annimali ovini u kaprini u ta' Cervidae żgħar (< 100 kg ta' piż ħaj) għandha tintuża r-rata ta' konverżjoni ta' 0,05 unità ta' bhejjem, u fil-każ ta' selvaġġina kbira oħra għandha tintuża r-rata ta' konverżjoni ta' 0,2 unità ta' bhejjem.
Artikolu 14
Rekwiżiti ta' eżamijiet addizzjonali għall-ispezzjoni post-mortem
1. Eżamijiet addizzjonali, bħal palpazzjoni u inċiżjoni ta' partijiet tal-karkassa u tal-ġewwieni, u testijiet tal-laboratorju, għandhom isiru jekk dan ikun meħtieġ biex:
(a) |
tinkiseb dijanjożi definittiva ta' periklu suspettat; jew |
(b) |
tiġi skoperta l-preżenza ta':
|
2. Matul l-ispezzjoni post-mortem, għandhom jittieħdu prekawzjonijiet biex jiġi żgurat li l-kontaminazzjoni tal-laħam minħabba azzjonijiet bħal palpazzjoni, qtugħ jew inċiżjoni tinżamm għall-minimu possibbli.
Artikolu 15
Rekwiżiti għall-ispezzjoni post-mortem ta' solipedi domestiċi, ta' annimali bovini ta' aktar minn tmien xhur u ta' ħnieżer domestiċi ta' aktar minn ħames ġimgħat, u ta' kaċċa salvaġġa kbira
1. Ir-rekwiżiti f'dan l-Artikolu għandhom japplikaw b'żieda mar-rekwiżiti fl-Artikolu 12 u 14.
2. Il-veterinarju uffiċjali għandu jirrikjedi li l-karkassi ta' solipedi domestiċi, ta' annimali bovini ta' aktar minn tmien xhur u ta' ħnieżer domestiċi ta' aktar minn ħames ġimgħat jintbagħtu għal spezzjoni post-mortem maqsuma mit-tul f'nofs karkassi tul il-kolonna tad-dahar.
3. Jekk l-ispezzjoni post-mortem titlob dan, il-veterinarju uffiċjali jista' jitlob li xi ras jew karkassa tinqasam mit-tul. Iżda, biex jieħu inkunsiderazzjoni drawwiet partikolari ta' tmigħ, żviluppi teknoloġiċi jew sitwazzjonijiet sanitarji speċifiċi, il-veterinarju uffiċjali jista' jawtorizza s-sottomissjoni għall-ispezzjoni post-mortem ta' karkassi ta' solipedi domestiċi, ta' annimali bovini ta' aktar minn tmien xhur u ta' ħnieżer domestiċi ta' aktar minn ħames ġimgħat li ma jkunux maqsuma min-nofs.
4. F'biċċeriji b'kapaċità baxxa jew fi stabbilimenti b'kapaċità baxxa li jipproċessaw il-kaċċa li jipproċessaw inqas minn 1 000 unità ta' bhejjem fis-sena, il-veterinarju uffiċjali jista', għal raġunijiet ta' saħħa, jawtorizza li l-karkassi ta' solipedi domestiċi adulti, ta' annimali bovini adulti u ta' kaċċa salvaġġa kbira adulta jitqattgħu fi kwarti qabel l-ispezzjoni post-mortem.
Artikolu 16
Rekwiżiti addizzjonali għall-ispezzjoni post-mortem f'każijiet ta' tbiċċir b'emerġenza
Fil-każ ta' tbiċċir b'emerġenza, il-karkassa għandha tkun soġġetta għal spezzjoni post-mortem malajr kemm jista' jkun skont l-Artikolu 12, 13, 14 u 15 qabel tiġi rilaxxata għall-konsum mill-bniedem.
Artikolu 17
Arranġamenti prattiċi għall-ispezzjoni post-mortem ta' annimali bovini domestiċi, ta' nagħaġ u ta' mogħoż domestiċi, ta' solipedi domestiċi u ta' ħnieżer domestiċi
Meta l-ispezzjoni post-mortem issir minn veterinarju uffiċjali, taħt is-superviżjoni tal-veterinarju uffiċjali jew, fejn ikun hemm biżżejjed garanziji fis-seħħ, taħt ir-responsabbiltà tal-veterinarju uffiċjali skont l-Artikolu 18(2)(c) tar-Regolament (UE) 2017/625 u l-Artikolu 7 tar-Regolament Delegat 2019/624, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li, minbarra r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 12, 14 u 15, l-arranġamenti prattiċi stabbiliti fis-segwenti Artikoli 18 sa 24 jiġu mħarsa fil-każ ta' annimali bovini domestiċi, ta' nagħaġ u ta' mogħoż domestiċi, ta' solipedi domestiċi u ta' ħnieżer domestiċi.
Artikolu 18
Annimali bovini żgħar
1. Il-karkassi u l-ġewwieni tal-annimali bovini li ġejjin għandhom jiġu sottoposti għall-proċeduri ta' spezzjoni post-mortem stabbiliti fil-paragrafu 2:
(a) |
annimali taħt it-tmien xhur; kif ukoll, |
(b) |
annimali taħt l-20 xahar jekk tul ħajjithom kollha jkunu ġew imrobbija mingħajr aċċess għal mergħat fi Stat Membru jew f'reġjun ta' Stat Membru uffiċjalment rikonoxxut bħala ħieles mit-tuberkulożi skont l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 2003/467/KE. |
2. Il-proċeduri ta' spezzjoni post-mortem għandhom jinkludu talanqas spezzjoni viżwali ta' dawn li ġejjin:
(a) |
ir-ras u l-gerżuma; flimkien ma' palpazzjoni u eżami tan-nodi limfatiċi retrofarinġali (Lnn. Retropharyngiales), madankollu, sabiex tiġi żgurata s-sorveljanza tal-istatus ta' uffiċjalment ħieles mit-tuberkulożi, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jwettqu investigazzjonijiet addizzjonali; spezzjoni tal-ħalq u tal-fawċi; |
(b) |
il-pulmuni, it-trakea u l-esofagu; palpazzjoni tal-pulmuni; palpazzjoni u eżami tan-nodi limfatiċi tal-bronki u dawk medjastinali (Lnn. bifurcationes, eparteriales u mediastinales); |
(c) |
il-perikardju u l-qalb; |
(d) |
id-dijaframma; |
(e) |
il-fwied u n-nodi limfatiċi tal-fwied u tal-pankreas (Lnn. portales); |
(f) |
il-passaġġ gastrointestinali, il-meżenterju, u n-nodi limfatiċi gastriċi u meżenteriċi (Lnn. gastrici, mesenterici, craniales u caudales); |
(g) |
il-milsa; |
(h) |
il-kliewi; |
(i) |
il-plewra u l-peritonew; |
(j) |
ir-reġjun ombelikali u l-ġogi ta' annimali żgħar. |
3. Il-veterinarju uffiċjali għandu jipproċedi bil-proċeduri ta' spezzjoni post-mortem li ġejjin permezz ta' inċiżjoni u palpazzjoni tal-karkassa u tal-ġewwieni, meta jkun hemm indikazzjonijiet ta' riskju possibbli għas-saħħa tal-bniedem, għas-saħħa tal-annimali jew għat-trattament xieraq tal-annimali skont l-Artikolu 24:
(a) |
inċiżjoni tan-nodi limfatiċi retrofarinġali (Lnn. retropharyngiales); palpazzjoni tal-ilsien; |
(b) |
inċiżjoni tan-nodi limfatiċi tal-bronki u dawk medjastinali (Lnn. bifurcationes, eparteriales u mediastinales); ftuħ lonġitudinali tat-trakea u tal-fergħat prinċipali tal-bronki; l-inċiżjoni tal-pulmuni għandha ssir fil-parti terza posterjuri tagħhom, b'mod perpendikolari għall-assi prinċipali tagħhom; dawn l-inċiżjonijiet mhumiex neċessarji meta l-pulmuni jkunu esklużi mill-konsum mill-bniedem; |
(c) |
inċiżjoni lonġitudinali tal-qalb sabiex jinfetħu l-ventrikoli u jinqata' s-septum interventrikolari; |
(d) |
inċiżjoni tan-nodi limfatiċi gastriċi u dawk meżenteriċi; |
(e) |
palpazzjoni tal-milsa; |
(f) |
inċiżjoni tal-kliewi u tan-nodi limfatiċi tal-kliewi (Lnn. renales); |
(g) |
palpazzjoni tar-reġjun ombelikali u tal-ġogi. Għandha ssir inċiżjoni fir-reġjun ombelikali u l-ġogi għandhom jinfetħu; il-fluwidu sinovjali jrid jiġi eżaminat. |
Artikolu 19
Annimali bovini oħra
1. Il-karkassi u l-ġewwieni ta' annimali bovini minbarra dawk imsemmija fl-Artikolu 18(1) għandhom jiġu sottoposti għall-proċeduri ta' spezzjoni post-mortem li ġejjin:
(a) |
spezzjoni viżwali tar-ras u tal-gerżuma; inċiżjoni u eżami tan-nodi limfatiċi retrofarinġali (Lnn. retropharyngiales); eżami tal-masseters esterni, li fihom għandhom isiru żewġ inċiżjonijiet paralleli mal-mandibula, u tal-masseters interni (il-muskoli interni pterigojdi), fejn l-inċiżjoni għandha ssir fuq pjan wieħed. L-ilsien għandu jitneħħa biex jippermetti spezzjoni viżwali dettaljata tal-ħalq u tal-fawċi; |
(b) |
spezzjoni tat-trakea u tal-esofagu; spezzjoni viżwali u palpazzjoni tal-pulmuni; inċiżjoni u eżami tan-nodi limfatiċi tal-bronki u dawk medjastinali (Lnn. bifurcationes, eparteriales u mediastinales); |
(c) |
spezzjoni viżwali tal-perikardju u tal-qalb, fejn, f'din tal-aħħar, l-inċiżjoni ssir b'mod lonġitudinali sabiex jinfetħu l-ventrikoli u jinqata' s-septum interventrikolari; |
(d) |
spezzjoni viżwali tad-dijaframma; |
(e) |
spezzjoni viżwali tal-fwied u tan-nodi limfatiċi tal-fwied u dawk pankreatiċi (Lnn. portales); |
(f) |
spezzjoni viżwali tal-passaġġ gastrointestinali, tal-meżenterju, tan-nodi limfatiċi gastriċi u dawk meżenteriċi (Lnn. gastrici, mesenterici, craniales u caudales); palpazzjoni tan-nodi limfatiċi gastriċi u dawk meżenteriċi; |
(g) |
spezzjoni viżwali tal-milsa; |
(h) |
spezzjoni viżwali tal-kliewi; |
(i) |
spezzjoni viżwali tal-plewra u tal-peritonew; |
(j) |
spezzjoni viżwali tal-organi ġenitali (ħlief għall-pene, jekk ikun diġà ntrema); |
(k) |
spezzjoni viżwali tad-driegħ u tan-nodi limfatiċi tiegħu (Lnn. supramammarii). |
2. Il-veterinarju uffiċjali għandu jipproċedi bil-proċeduri ta' spezzjoni post-mortem li ġejjin permezz ta' inċiżjoni u palpazzjoni tal-karkassa u tal-ġewwieni, meta jkun hemm indikazzjonijiet ta' riskju possibbli għas-saħħa tal-bniedem, għas-saħħa tal-annimali jew għat-trattament xieraq tal-annimali skont l-Artikolu 24:
(a) |
inċiżjoni u eżami tan-nodi limfatiċi submaxillari u tal-parotidu (Lnn. mandibulares u parotidei); palpazzjoni tal-ilsien u tal-fawċi; |
(b) |
inċiżjoni tan-nodi limfatiċi tal-bronki u dawk medjastinali (Lnn. bifurcationes, eparteriales u mediastinales); ftuħ lonġitudinali tat-trakea u tal-fergħat prinċipali tal-bronki; l-inċiżjoni tal-pulmuni għandha ssir fil-parti terza posterjuri tagħhom, b'mod perpendikolari għall-assi prinċipali tagħhom; dawn l-inċiżjonijiet mhumiex neċessarji meta l-pulmuni jkunu esklużi mill-konsum mill-bniedem; |
(c) |
palpazzjoni tal-fwied u tan-nodi limfatiċi tal-fwied u dawk pankreatiċi (Lnn. portales); inċiżjoni tas-superfiċje gastrika tal-fwied u fil-bażi tal-lobu tad-denb biex jiġu eżaminati l-kanali tal-bili; |
(d) |
inċiżjoni tan-nodi limfatiċi gastriċi u dawk meżenteriċi; |
(e) |
palpazzjoni tal-milsa; |
(f) |
inċiżjoni tal-kliewi u tan-nodi limfatiċi tal-kliewi (Lnn. renales); |
(g) |
palpazzjoni u inċiżjoni tad-driegħ u tan-nodi limfatiċi tiegħu (Lnn. Supramammarii) fil-baqar. Kull nofs tad-driegħ għandu jinfetaħ b'inċiżjoni twila u fonda sas-sinuses lattiferużi (sinus lactiferes) u għandha ssir inċiżjoni fin-nodi limfatiċi tad-driegħ, ħlief meta d-driegħ ikun eskluż mill-konsum mill-bniedem. |
Artikolu 20
Nagħaġ u mogħoż domestiċi żgħar u nagħaġ li ma għandhom l-ebda inċiżur permanenti ħiereġ mill-ħanek
1. Il-karkassi u l-ġewwieni ta' nagħaġ li ma għandhom l-ebda inċiżur permanenti ħiereġ mill-ħanek jew li ma għandhomx aktar minn 12-il xahar, u mogħoż ta' inqas minn sitt xhur, għandhom jiġu sottoposti għall-proċeduri ta' spezzjoni post-mortem li ġejjin:
(a) |
spezzjoni viżwali tar-ras, inklużi l-gerżuma, il-ħalq, l-ilsien, in-nodi limfatiċi tal-parotidu u dawk retrofarinġali. Dawn l-eżamijiet mhumiex neċessarji jekk l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jiggarantixxu li r-ras, inklużi l-ilsien u l-moħħ, se jkunu esklużi mill-konsum mill-bniedem; |
(b) |
spezzjoni viżwali tal-pulmuni, tat-trakea u tal-esofagu u tan-nodi limfatiċi tal-bronki u dawk medjastinali (Lnn. bifurcationes, eparteriales u mediastinales); |
(c) |
spezzjoni viżwali tal-perikardju u tal-qalb; |
(d) |
spezzjoni viżwali tad-dijaframma; |
(e) |
spezzjoni viżwali tal-fwied u tan-nodi limfatiċi tal-fwied u dawk pankreatiċi (Lnn. portales); |
(f) |
spezzjoni viżwali tal-passaġġ gastrointestinali, tal-meżenterju u tan-nodi limfatiċi gastriċi u dawk meżenteriċi (Lnn. gastrici, mesenterici, craniales u caudales); |
(g) |
spezzjoni viżwali tal-milsa; |
(h) |
spezzjoni viżwali tal-kliewi; |
(i) |
spezzjoni viżwali tal-plewra u tal-peritonew; |
(j) |
spezzjoni viżwali tar-reġjun ombelikali u tal-ġogi. |
2. Il-veterinarju uffiċjali għandu jipproċedi bil-proċeduri ta' spezzjoni post-mortem li ġejjin permezz ta' inċiżjoni u palpazzjoni tal-karkassa u tal-ġewwieni, meta jkun hemm indikazzjonijiet ta' riskju possibbli għas-saħħa tal-bniedem, għas-saħħa tal-annimali jew għat-trattament xieraq tal-annimali skont l-Artikolu 24:
(a) |
palpazzjoni tal-gerżuma, tal-ħalq, tal-ilsien u tan-nodi limfatiċi tal-parotidu. Sakemm ir-regoli dwar is-saħħa tal-annimali ma jipprevedux mod ieħor, dawn l-eżamijiet mhumiex meħtieġa jekk l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jiggarantixxu li r-ras, inklużi l-ilsien u l-moħħ, se jkunu esklużi mill-konsum mill-bniedem; |
(b) |
palpazzjoni tal-pulmuni; inċiżjoni tal-pulmuni, tat-trakea, tal-esofagu, tan-nodi limfatiċi tal-bronki u dawk medjastinali; |
(c) |
inċiżjoni tal-qalb; |
(d) |
palpazzjoni tal-fwied u tan-nodi limfatiċi tiegħu; inċiżjoni tas-superfiċje gastrika tal-fwied sabiex jiġu eżaminati l-kanali tal-bili; |
(e) |
palpazzjoni tal-milsa; |
(f) |
inċiżjoni tal-kliewi u tan-nodi limfatiċi tal-kliewi (Lnn. renales); |
(g) |
palpazzjoni tar-reġjun ombelikali u tal-ġogi; għandha ssir inċiżjoni fir-reġjun ombelikali u l-ġogi għandhom jinfetħu; il-fluwidu sinovjali għandu jiġi eżaminat. |
Artikolu 21
Nagħaġ u mogħoż domestiċi oħra
1. Il-karkassi u l-ġewwieni ta' nagħaġ li jkollhom inċiżur permanenti ħiereġ mill-ħanek jew ta' 12-il xahar jew aktar, u mogħoż ta' sitt xhur jew aktar, għandhom jiġu sottoposti għall-proċeduri ta' spezzjoni post-mortem li ġejjin:
(a) |
spezzjoni viżwali tar-ras, inklużi l-gerżuma, il-ħalq, l-ilsien u n-nodi limfatiċi tal-parotidu u palpazzjoni tan-nodi limfatiċi retrofarinġali. Dawn l-eżamijiet mhumiex neċessarji jekk l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jiggarantixxu li r-ras, inklużi l-ilsien u l-moħħ, se jkunu esklużi mill-konsum mill-bniedem; |
(b) |
spezzjoni viżwali tal-pulmuni, tat-trakea u tal-esofagu; palpazzjoni tal-pulmuni, tan-nodi limfatiċi tal-bronki u dawk medjastinali (Lnn. bifurcationes, eparteriales u mediastinales); |
(c) |
spezzjoni viżwali tal-perikardju u tal-qalb; |
(d) |
spezzjoni viżwali tad-dijaframma; |
(e) |
spezzjoni viżwali tal-fwied u tan-nodi limfatiċi tal-fwied u dawk pankreatiċi (Lnn. portales); palpazzjoni tal-fwied u tan-nodi limfatiċi tiegħu; inċiżjoni tas-superfiċje gastrika tal-fwied sabiex jiġu eżaminati l-kanali tal-bili; |
(f) |
spezzjoni viżwali tal-passaġġ gastrointestinali, tal-meżenterju u tan-nodi limfatiċi gastriċi u meżenteriċi (Lnn. gastrici, mesenterici, craniales u caudales); |
(g) |
spezzjoni viżwali tal-milsa; |
(h) |
spezzjoni viżwali tal-kliewi; |
(i) |
spezzjoni viżwali tal-plewra u tal-peritonew; |
(j) |
spezzjoni viżwali tal-organi ġenitali (ħlief għall-pene, jekk ikun diġà ntrema); |
(k) |
spezzjoni viżwali tad-driegħ u tan-nodi limfatiċi tiegħu. |
2. Il-veterinarju uffiċjali għandu jipproċedi bil-proċeduri ta' spezzjoni post-mortem li ġejjin permezz ta' inċiżjoni u palpazzjoni tal-karkassa u tal-ġewwieni, meta jkun hemm indikazzjonijiet ta' riskju possibbli għas-saħħa tal-bniedem, għas-saħħa tal-annimali jew għat-trattament xieraq tal-annimali skont l-Artikolu 24:
(a) |
palpazzjoni tal-gerżuma, tal-ħalq, tal-ilsien u tan-nodi limfatiċi tal-parotidu. Sakemm ir-regoli dwar is-saħħa tal-annimali ma jipprevedux mod ieħor, dawn l-eżamijiet mhumiex meħtieġa jekk l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jiggarantixxu li r-ras, inklużi l-ilsien u l-moħħ, se jkunu esklużi mill-konsum mill-bniedem; |
(b) |
inċiżjoni tal-pulmuni, tat-trakea, tal-esofagu u tan-nodi limfatiċi tal-bronki u dawk medjastinali; |
(c) |
inċiżjoni tal-qalb; |
(d) |
palpazzjoni tal-milsa; |
(e) |
inċiżjoni tal-kliewi u tan-nodi limfatiċi tal-kliewi (Lnn. renales). |
Artikolu 22
Solipedi domestiċi
1. Il-karkassi u l-ġewwieni ta' solipedi domestiċi għandhom jiġu sottoposti għall-proċeduri ta' spezzjoni post-mortem li ġejjin:
(a) |
spezzjoni viżwali tar-ras u, wara li jitneħħa l-ilsien, tal-gerżuma; l-ilsien għandu jitneħħa biex jippermetti spezzjoni viżwali dettaljata tal-ħalq u tal-fawċi u huwa stess irid jiġi eżaminat viżwalment; |
(b) |
spezzjoni viżwali tal-pulmuni, tat-trakea, tal-esofagu u tan-nodi limfatiċi tal-bronki u dawk medjastinali (Lnn. bifurcationes, eparteriales u mediastinales); |
(c) |
spezzjoni viżwali tal-perikardju u tal-qalb; |
(d) |
spezzjoni viżwali tad-dijaframma; |
(e) |
spezzjoni viżwali tal-fwied u tan-nodi limfatiċi tal-fwied u dawk pankreatiċi (Lnn. portales); |
(f) |
spezzjoni viżwali tal-passaġġ gastrointestinali, tal-meżenterju u tan-nodi limfatiċi gastriċi u meżenteriċi (Lnn. gastrici, mesenterici, craniales u caudales); |
(g) |
spezzjoni viżwali tal-milsa; |
(h) |
spezzjoni viżwali tal-kliewi; |
(i) |
spezzjoni viżwali tal-plewra u tal-peritonew; |
(j) |
spezzjoni viżwali tal-organi ġenitali ta' żwiemel mhux imsewwija (ħlief għall-pene, jekk ikun diġà tneħħa) u ta' dwieb; |
(k) |
spezzjoni viżwali tad-driegħ u tan-nodi limfatiċi tiegħu (Lnn. supramammarii); |
(l) |
spezzjoni viżwali tar-reġjun ombelikali u tal-ġogi ta' annimali żgħar; |
(m) |
eżami tal-muskoli u tan-nodi limfatiċi (Lnn. subrhomboidei) tal-ispallejn taħt il-qarquċa skapulari wara li jiġi llaxkat l-attakkament ta' spalla waħda, fil-każ ta' żwiemel griżi, sabiex issir spezzjoni għall-melanosi u għall-melanomata. Il-kliewi għandhom jiġu esposti. |
2. Il-veterinarju uffiċjali għandu jipproċedi bil-proċeduri ta' spezzjoni post-mortem li ġejjin permezz ta' inċiżjoni u palpazzjoni tal-karkassa u tal-ġewwieni, meta jkun hemm indikazzjonijiet ta' riskju possibbli għas-saħħa tal-bniedem, għas-saħħa tal-annimali jew għat-trattament xieraq tal-annimali skont l-Artikolu 24:
(a) |
palpazzjoni u inċiżjoni tan-nodi limfatiċi sub-maxillari, retrofarinġali u tal-parotidu (Lnn. retropharyngiales, mandibulares u parotidei); palpazzjoni tal-ilsien; |
(b) |
palpazzjoni tal-pulmuni; palpazzjoni u inċiżjoni tan-nodi limfatiċi tal-bronki u dawk medjastinali. It-trakea u l-fergħat prinċipali tal-bronki għandhom jinfetħu b'mod lonġitudinali u għandha ssir inċiżjoni fit-tielet posterjuri tal-pulmuni, b'mod perpendikolari għall-assi prinċipali tagħhom; madankollu, dawn l-inċiżjonijiet mhumiex neċessarji meta l-pulmuni jkunu esklużi mill-konsum mill-bniedem; |
(c) |
inċiżjoni lonġitudinali tal-qalb, sabiex jinfetħu l-ventrikoli u jinqata' s-septum interventrikolari; |
(d) |
palpazzjoni u inċiżjoni tal-fwied u tan-nodi limfatiċi tal-fwied u dawk pankreatiċi, (Lnn. portales); |
(e) |
inċiżjoni tan-nodi limfatiċi gastriċi u dawk meżenteriċi; |
(f) |
palpazzjoni tal-milsa; |
(g) |
palpazzjoni tal-kliewi u inċiżjoni tal-kliewi u tan-nodi limfatiċi tal-kliewi (Lnn. renales); |
(h) |
inċiżjoni tan-nodi limfatiċi supramammarji; |
(i) |
palpazzjoni tar-reġjun ombelikali u tal-ġogi ta' annimali żgħar. F'każijiet ta' dubju, għandha ssir inċiżjoni fir-reġjun ombelikali u l-ġogi jinfetħu; il-fluwidu sinovjali għandu jiġi eżaminat; |
(j) |
inċiżjoni fil-kilwa kollha fiż-żwiemel griżi. |
Artikolu 23
Ħnieżer domestiċi
1. Il-karkassi u l-ġewwieni ta' ħnieżer domestiċi għandhom jiġu sottoposti għall-proċeduri ta' spezzjoni post-mortem li ġejjin:
(a) |
spezzjoni viżwali tar-ras u tal-gerżuma; |
(b) |
spezzjoni viżwali tal-ħalq, tal-fawċi u tal-ilsien; |
(c) |
spezzjoni viżwali tal-pulmuni, tat-trakea u tal-esofagu; |
(d) |
spezzjoni viżwali tal-perikardju u tal-qalb; |
(e) |
spezzjoni viżwali tad-dijaframma; |
(f) |
spezzjoni viżwali tal-fwied u tan-nodi limfatiċi tal-fwied u dawk pankreatiċi (Lnn. portales); spezzjoni viżwali tal-passaġġ gastrointestinali, tal-meżenterju, tan-nodi limfatiċi gastriċi u dawk meżenteriċi (Lnn. gastrici, mesenterici, craniales u caudales); |
(g) |
spezzjoni viżwali tal-milsa; spezzjoni viżwali tal-kliewi; spezzjoni viżwali tal-plewra u tal-peritonew; |
(h) |
spezzjoni viżwali tal-organi ġenitali (ħlief għall-pene, jekk ikun diġà ntrema); |
(i) |
spezzjoni viżwali tad-driegħ u tan-nodi limfatiċi tiegħu (Lnn. supramammarii); |
(j) |
spezzjoni viżwali tar-reġjun umbilikali u tal-ġogi ta' annimali żgħar. |
2. Il-veterinarju uffiċjali għandu jipproċedi bil-proċeduri ta' spezzjoni post-mortem li ġejjin permezz ta' inċiżjoni u palpazzjoni tal-karkassa u tal-ġewwieni, meta jkun hemm indikazzjonijiet ta' riskju possibbli għas-saħħa tal-bniedem, għas-saħħa tal-annimali jew għat-trattament xieraq tal-annimali skont l-Artikolu 24:
(a) |
inċiżjoni u eżami tan-nodi limfatiċi submassillari (Lnn. mandibulares); |
(b) |
palpazzjoni tal-pulmuni u tan-nodi limfatiċi tal-bronki u dawk medjastinali (Lnn. bifurcationes, eparteriales u mediastinales). It-trakea u l-fergħat prinċipali tal-bronki għandhom jinfetħu b'mod lonġitudinali u għandha ssir inċiżjoni fit-tielet posterjuri tal-pulmuni, b'mod perpendikolari għall-assi prinċipali tagħhom; dawn l-inċiżjonijiet mhumiex neċessarji meta l-pulmuni jkunu esklużi mill-konsum mill-bniedem; |
(c) |
inċiżjoni lonġitudinali tal-qalb, sabiex jinfetħu l-ventrikoli u jinqata' s-septum interventrikolari; |
(d) |
palpazzjoni tal-fwied u tan-nodi limfatiċi tiegħu; |
(e) |
palpazzjoni u, jekk meħtieġ, inċiżjoni tan-nodi limfatiċi gastriċi u dawk meżenteriċi; |
(f) |
palpazzjoni tal-milsa; |
(g) |
inċiżjoni tal-kliewi u tan-nodi limfatiċi tal-kliewi (Lnn. renales); |
(h) |
inċiżjoni tan-nodi limfatiċi supramammarji; |
(i) |
palpazzjoni tar-reġjun ombelikali u tal-ġogi ta' annimali żgħar u, jekk meħtieġ inċiżjoni tar-reġjun ombelikali u l-ftuħ tal-ġogi. |
Artikolu 24
Indikazzjonijiet ta' riskji possibbli għas-saħħa tal-bniedem, għas-saħħa tal-annimali jew għat-trattament xieraq tal-annimali f'annimali bovini domestiċi, nagħaġ u mogħoż domestiċi, solipedi domestiċi u ħnieżer domestiċi
Il-veterinarju uffiċjali għandu jipproċedi bil-proċeduri ta' spezzjoni post-mortem addizzjonali msemmija fl-Artikoli 18(3), 19(2), 20(2), 21(2), 22(2) u 23(2) permezz ta' inċiżjoni u palpazzjoni tal-karkassa u tal-ġewwieni, fejn, fl-opinjoni tiegħu, waħda minn dawn li ġejjin tindika riskju possibbli għas-saħħa tal-bniedem, għas-saħħa tal-annimali jew għat-trattament xieraq tal-annimali:
(a) |
il-kontrolli u l-analiżi tal-kontrolli tad-dokumenti mwettqa skont l-Artikolu 9 u 10; |
(b) |
is-sejbiet tal-ispezzjoni ante-mortem imwettqa skont l-Artikolu 11; |
(c) |
ir-riżultati tal-verifiki tal-konformità mar-regoli dwar it-trattament xieraq tal-annimali mwettqa skont l-Artikolu 38; |
(d) |
is-sejbiet tal-ispezzjoni post-mortem imwettqa skont l-Artikolu 12 sa 24; |
(e) |
data epidemjoloġika addizzjonali jew data oħra mill-azjenda ta' provenjenza tal-annimali. |
Artikolu 25
Arranġamenti prattiċi għall-ispezzjoni post-mortem tal-pollam
1. Il-pollam kollu għandu jiġi sottopost għal spezzjoni post-mortem li tista' tinkludi l-assistenza tal-persunal tal-biċċerija skont l-Artikolu 18(3) tar-Regolament (UE) 2017/625. Il-veterinarju uffiċjali jew l-awżiljarju uffiċjali, skont l-Artikolu 18(2)(c) ta' dak ir-Regolament għandu jwettaq huwa stess il-kontrolli li ġejjin:
(a) |
spezzjoni kuljum tal-vixxri u tal-kavitajiet tal-ġisem ta' kampjun rappreżentattiv ta' kull qatgħa; |
(b) |
spezzjoni dettaljata ta' kampjun aleatorju ta' partijiet mill-għasafar jew tal-għasafar kollha ddikjarati mhux tajbin għall-konsum mill-bniedem wara spezzjoni post-mortem minn kull qatgħa; |
(c) |
kwalunkwe investigazzjoni ulterjuri meħtieġa fejn ikun hemm raġuni biex wieħed jissuspetta li l-laħam mill-għasafar ikkonċernati jista' ma jkunx tajjeb għall-konsum mill-bniedem. |
2. B'deroga mill-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiddeċiedu li l-ispezzjoni post-mortem issir biss fuq kampjun rappreżentattiv ta' pollam minn kull qatgħa jekk:
(a) |
l-operaturi tan-negozji tal-ikel għandhom sistema fis-seħħ għas-sodisfazzjon tal-veterinarju uffiċjali, li tippermetti d-detezzjoni u s-separazzjoni ta' għasafar b'anormalitajiet, b'kontaminazzjoni jew b'difetti; |
(b) |
il-biċċerija għandha storja twila ta' konformità mar-rekwiżiti fir-rigward ta' dawn li ġejjin:
|
(c) |
matul l-ispezzjoni ante-mortem jew il-verifika tal-informazzjoni dwar il-katina tal-ikel ma tkun instabet l-ebda anormalità li tista' tindika problema serja għas-saħħa tal-bniedem jew tal-annimali li tista' tindika l-ħtieġa għall-miżuri stabbiliti fl-Artikolu 40 sa 44. |
3. Fil-każ ta' pollam imrobbi għall-produzzjoni tal-foie gras u l-pollam illi t-tneħħija tal-ġewwieni tħalliet għall-wara li jkun inkiseb mill-azjenda ta' provenjenza skont il-Punti 8 u 9 tal-Kapitolu VI tas-Sezzjoni II tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, l-ispezzjoni post-mortem għandha ssir fl-impjant tat-tqattigħ fejn dawn il-karkassi jkunu ġew trasportati direttament mill-azjenda ta' provenjenza.
Artikolu 26
Arranġamenti prattiċi għall-ispezzjoni post-mortem ta' lagomorfi mrobbija
L-arranġamenti prattiċi għall-ispezzjoni post-mortem tal-pollam skont l-Artikolu 25, għandhom japplikaw għal-lagomorfi mrobbija. Id-dispożizzjonijiet applikabbli għal qatgħa unika ta' pollam fl-Artikolu 25 għandhom japplikaw għal-lagomorfi mrobbija li jitbiċċru fl-istess jum minn azjenda ta' provenjenza unika.
Artikolu 27
Arranġamenti prattiċi għall-ispezzjoni post-mortem ta' kaċċa mrobbija
1. Il-proċeduri ta' spezzjoni post-mortem li ġejjin għandhom japplikaw ukoll għall-kaċċa mrobbija:
(a) |
fil-każ ta' Cervidae żgħar (< 100 kg), il-proċeduri post-mortem għall-annimali ovini stabbiliti fl-Artikolu 21, madankollu, fil-każ ta' renni għandhom jintużaw il-proċeduri post-mortem għall-annimali ovini stabbiliti fl-Artikolu 20 u l-ilsien jista' jintuża għall-konsum mill-bniedem mingħajr spezzjoni tar-ras; |
(b) |
fil-każ ta' kaċċa tal-familja Suidae, il-proċeduri post-mortem għall-ħnieżer domestiċi stabbiliti fl-Artikolu 23; |
(c) |
fil-każ ta' kaċċa kbira tal-familja Cervidae u kaċċa kbira oħra, li mhumiex koperti mill-paragrafu (a) u fil-każ ta' kaċċa kbira tal-familja Suidae li mhijiex koperta mill-paragrafu (b), il-proċeduri post-mortem għall-annimali bovini stabbiliti fl-Artikolu 19; |
(d) |
fil-każ ta' ratiti, il-proċeduri post-mortem għall-pollam stabbiliti fl-Artikolu 25(1). |
2. Fejn l-annimali jkunu tbiċċru barra mill-biċċerija, il-veterinarju uffiċjali fil-biċċerija għandu jivverifika ċ-ċertifikat.
Artikolu 28
Arranġamenti prattiċi għall-ispezzjoni post-mortem ta' kaċċa salvaġġa
1. Il-veterinarju uffiċjali għandu jivverifika li l-kaċċa salvaġġa kbira li ma tkunx tneħħitilha l-ġilda li tiġi ttrasportata lejn l-istabbiliment li jittratta l-kaċċa salvaġġa mit-territorju ta' Stat Membru ieħor tkun akkumpanjata minn ċertifikat tas-saħħa li jikkonforma mal-mudell stabbilit fl-Anness tar-Regolament (UE) Nru 636/2014, jew mad-dikjarazzjoni(jiet) skont il-punt 8(b) tal-Kapitolu II tas-Sezzjoni IV tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004. Il-veterinarju uffiċjali għandu jieħu inkunsiderazzjoni l-kontenut ta' dak iċ-ċertifikat jew id-dikjarazzjoni(jiet).
2. Matul l-ispezzjoni post-mortem, il-veterinarju uffiċjali għandu jwettaq:
(a) |
spezzjoni viżwali tal-karkassa, tal-kavitajiet tagħha u, fejn xieraq, tal-organi bil-għan li:
|
(b) |
investigazzjoni ta' anormalitajiet organolettiċi; |
(c) |
palpazzjoni u inċiżjonijiet tal-organi, fejn xieraq; |
(d) |
fejn ikun hemm raġunijiet serji biex wieħed jissuspetta l-preżenza ta' residwi jew ta' kontaminanti, analiżi permezz ta' kampjunar tar-residwi li ma jkunux ikkawżati mill-proċess tal-kaċċa, inklużi kontaminanti ambjentali. Fejn issir spezzjoni aktar estensiva abbażi ta' dawk is-suspetti, il-veterinarju għandu jistenna sakemm dik l-ispezzjoni tkun ġiet konkluża qabel ma jivvaluta l-kaċċa salvaġġa kollha maqtula matul kaċċa speċifika, jew dawk il-partijiet suspettati bl-istess anormalitajiet; |
(e) |
eżami għal karatteristiċi li jindikaw li l-laħam jippreżenta riskju għas-saħħa, inkluż:
|
3. Fejn il-veterinarju uffiċjali hekk jeħtieġ, il-kolonna vertebrali u r-ras għandhom jinqasmu b'mod lonġitudinali.
4. Fil-każ ta' kaċċa salvaġġa żgħira li ma jkunux tneħħewla l-interjuri immedjatament wara l-qatla, il-veterinarju uffiċjali għandu jwettaq spezzjoni post-mortem fuq kampjun rappreżentattiv ta' annimali mill-istess sors. Fejn l-ispezzjoni tiżvela marda trażmissibbli lill-bniedem jew xi waħda mill-karatteristiċi elenkati fil-punt (e) fil-paragrafu 2, il-veterinarju uffiċjali għandu jwettaq kontrolli addizzjonali fuq il-lott sħiħ biex jistabbilixxi jekk għandux jiġi ddikjarat mhux tajjeb għall-konsum mill-bniedem jew jekk kull karkassa għandhiex tkun spezzjonata individwalment.
5. Il-veterinarju uffiċjali jista' jagħmel aktar qatgħat u spezzjonijiet tal-partijiet rilevanti tal-annimali li huma meħtieġa biex issir dijanjożi finali. Jekk ma tkunx tista' ssir valutazzjoni abbażi tal-arranġamenti prattiċi fil-paragrafu 2, għandhom isiru investigazzjonijiet addizzjonali f'laboratorju.
6. Minbarra l-każijiet previsti fl-Artikolu 45, il-laħam li matul l-ispezzjoni post-mortem jippreżenta xi waħda mill-karatteristiċi elenkati fil-punt (e) fil-paragrafu 2 għandu jiġi ddikjarat mhux tajjeb għall-konsum mill-bniedem.
Artikolu 29
Arranġamenti prattiċi għall-kontrolli uffiċjali għal enċefalopatiji sponġiformi trażmissibbli (TSEs)
1. Minbarra r-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 dwar il-kontrolli uffiċjali li jridu jitwettqu fir-rigward tat-TSEs, il-veterinarju uffiċjali għandu jiċċekkja li t-tneħħija, is-separazzjoni u, fejn xieraq, l-immarkar ta' materjal speċifikat riskjuż isiru wkoll skont ir-regoli stabbiliti fl-Artikolu 8(1) ta' dak ir-Regolament u fl-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 dwar prodotti sekondarji tal-annimali.
2. Il-veterinarju uffiċjali għandu jiżgura li l-operatur tan-negozju tal-ikel jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiġi evitat li waqt it-tbiċċir il-laħam jiġi kkontaminat bil-materjal speċifikat riskjuż, inkluż waqt l-istordiment. Dan jinkludi t-tneħħija ta' materjal speċifikat riskjuż.
Artikolu 30
Arranġamenti prattiċi għall-kontrolli uffiċjali għaċ-ċistiċerkożi waqt l-ispezzjoni post-mortem ta' annimali bovini domestiċi u ta' Suidae
1. Il-proċeduri ta' spezzjoni post-mortem deskritti fl-Artikolu 18, 19 u 23 għandhom ikunu r-rekwiżiti minimi għall-eżami għaċ-ċistiċerkożi f'annimali bovini u fi Suidae (ħnieżer domestiċi, kaċċa mrobbija u kaċċa salvaġġa). Fil-każ tal-annimali bovini msemmija fl-Artikolu 19, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiddeċiedu li l-inċiżjoni tal-masseters waqt l-ispezzjoni post-mortem mhijiex obbligatorja jekk:
(a) |
jintuża test seroloġiku speċifiku; |
(b) |
l-annimali jkunu ġew imrobbija f'azjenda ta' provenjenza uffiċjalment iċċertifikata bħala ħielsa miċ-ċistiċerkożi; jew, |
(c) |
ikun intwera b'ċertezza ta' 95 % li l-prevalenza fil-popolazzjoni sors jew f'subpopolazzjoni definita tajjeb hija ta' inqas minn waħda minn kull miljun jew ma jkun instab l-ebda każ fl-annimali kollha mbiċċra fil-ħames snin preċedenti (jew sentejn fejn appoġġjat u ġustifikat mill-analiżi tar-riskju tal-awtoritajiet kompetenti) abbażi ta' data ta' rapportar li jkun sar skont l-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 2003/99/KE. |
2. Laħam infettat biċ-ċistiċerċi għandu jiġi ddikjarat mhux tajjeb għall-konsum mill-bniedem. Iżda, fejn l-annimal ma jkunx ġeneralment infettat biċ-ċistiċerku, il-partijiet li ma jkunux infettati jistgħu jiġu ddikjarati tajbin għall-konsum mill-bniedem wara li jkunu għaddew minn trattament kiesaħ.
Artikolu 31
Arranġamenti prattiċi għall-kontrolli uffiċjali għat-Trichinella waqt l-ispezzjoni post-mortem
1. Il-karkassi tas-Suidae, tas-solipedi u ta' speċijiet oħra suxxettibbli għat-Trichinella għandhom jiġu eżaminati għat-Trichinella skont ir-Regolament (UE) 2015/1375 sakemm ma tkunx tapplika waħda mid-derogi stabbiliti fl-Artikolu 3 ta' dak ir-Regolament.
2. Il-laħam minn annimali infettati bit-trichinae għandu jiġi ddikjarat mhux tajjeb għall-konsum mill-bniedem.
Artikolu 32
Arranġamenti prattiċi għall-kontrolli uffiċjali għall-glanders waqt l-ispezzjoni post-mortem tas-solipedi
1. Il-laħam frisk tas-solipedi għandu jitqiegħed fis-suq biss jekk kien prodott minn solipedi miżmuma għal mill-inqas 90 jum qabel id-data tat-tbiċċir tagħhom fi Stat Membru jew f'pajjiż terz jew f'reġjun tiegħu li minnu hija awtorizzata l-importazzjoni tas-solipedi fl-Unjoni.
2. Fil-każ ta' solipedi li joriġinaw minn Stat Membru jew minn pajjiż terz jew reġjun tiegħu li ma jissodisfawx il-kriterji tal-Organizzazzjoni Dinjija dwar is-Saħħa tal-Annimali għal pajjiż ħieles mill-glanders, is-solipedi għandhom jiġu spezzjonati għall-glanders permezz ta' eżami bir-reqqa tal-membrani mukużi tat-trakea, tal-larinġi, tal-kavitajiet nażali u tas-sinus u r-ramifikazzjonijiet tagħhom, wara li r-ras tinqasam fil-pjan medjan u jkun inqata' barra s-septum nażali.
3. Il-laħam minn solipedi li jkunu ġew dijanjostikati bil-glanders għandu jiġi ddikjarat mhux tajjeb għall-konsum mill-bniedem.
Artikolu 33
Arranġamenti prattiċi għall-kontrolli uffiċjali għat-tuberkulożi waqt l-ispezzjoni post-mortem
1. Fejn annimali jkunu rreaġixxew b'mod pożittiv jew b'mod inkonklussiv għat-tuberkulina, jew ikun hemm raġunijiet oħra biex wieħed jissuspetta infezzjoni, dawn għandhom jitbiċċru separatament minn annimali oħra, filwaqt li jittieħdu prekawzjonijiet biex jiġi evitat ir-riskju ta' kontaminazzjoni tal-karkassi l-oħra, tal-linja tat-tbiċċir u tal-persunal preżenti fil-biċċerija.
2. Il-laħam kollu minn annimali li l-ispezzjoni post-mortem tagħhom tkun żvelat leżjonijiet lokalizzati simili għal-leżjonijiet tat-tuberkulożi f'għadd ta' organi jew f'għadd ta' partijiet tal-karkassa għandu jiġi ddikjarat mhux tajjeb għall-konsum mill-bniedem. Iżda, fejn il-leżjoni tat-tuberkulożi tkun instabet fin-nodi limfatiċi ta' organu wieħed biss jew f'parti mill-karkassa, l-organu affettwat biss jew il-parti tal-karkassa affettwata u n-nodi limfatiċi assoċjati biss għandhom jiġu ddikjarati bħala mhux tajbin għall-konsum mill-bniedem.
Artikolu 34
Arranġamenti prattiċi għall-kontrolli uffiċjali għall-bruċellożi waqt l-ispezzjoni post-mortem
1. Fejn annimali jkunu rreaġixxew b'mod pożittiv jew b'mod inkonklussiv għal test tal-bruċellożi, jew ikun hemm raġunijiet oħra biex wieħed jissuspetta infezzjoni, dawn għandhom jitbiċċru separatament minn annimali oħra, filwaqt li jittieħdu prekawzjonijiet biex jiġi evitat ir-riskju ta' kontaminazzjoni tal-karkassi l-oħra, tal-linja tat-tbiċċir u tal-persunal preżenti fil-biċċerija.
2. Il-laħam minn annimali li l-ispezzjoni post-mortem tagħhom tkun kixfet leżjonijiet li jindikaw bruċellożi akuta għandu jiġi ddikjarat mhux tajjeb għall-konsum mill-bniedem. Fil-każ li l-annimali jirreaġixxu b'mod pożittiv jew b'mod inkonklussiv għal test tal-bruċellożi, id-driegħ, il-kanal ġenitali u d-demm għandhom jiġu ddikjarati mhux tajbin għall-konsum mill-bniedem anke jekk ma tinstab l-ebda leżjoni.
Artikolu 35
Arranġamenti prattiċi għall-kontrolli uffiċjali għas-Salmonella
1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw li l-operaturi tan-negozji tal-ikel jimplimentaw b'mod korrett il-punti 2.1.3, 2.1.4 u 2.1.5 tal-Kapitolu 2 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2073/2005 billi japplikaw miżura waħda jew aktar minn dawn li ġejjin:
(a) |
it-teħid uffiċjali ta' kampjuni bl-użu tal-istess metodu u żona tal-kampjunar bħall-operaturi tan-negozju tal-ikel. Mill-inqas 49 kampjun aleatorju (40) għandhom jittieħdu f'kull biċċerija fis-sena. Dan in-numru ta' kampjuni jista' jitnaqqas għall-biċċeriji żgħar abbażi ta' evalwazzjoni tar-riskju; |
(b) |
il-ġbir tal-informazzjoni kollha dwar l-għadd totali u l-għadd ta' kampjuni pożittivi għas-Salmonella meħuda mill-operaturi tan-negozji tal-ikel skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 2073/2005, fil-qafas tal-punt 2.1.3, 2.1.4 u 2.1.5 tal-Kapitolu 2 tal-Anness I tiegħu; |
(c) |
il-ġbir tal-informazzjoni kollha dwar l-għadd totali u l-għadd ta' kampjuni pożittivi għas-Salmonella meħuda fil-qafas tal-programmi ta' kontroll nazzjonali fi Stati Membri jew f'reġjuni ta' Stati Membri li għalihom ġew approvati garanziji speċjali skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 fir-rigward tal-produzzjoni ta' ruminanti, ta' ekwini, ta' ħnieżer u ta' pollam. |
2. Fejn f'diversi okkażjonijiet l-operatur tan-negozju tal-ikel jonqos milli jikkonforma mal-kriterju tal-proċess tal-iġjene, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jeżiġu li dan jissottometti pjan ta' azzjoni u għandhom jissorveljaw strettament l-eżitu tiegħu.
3. L-għadd totali u l-għadd ta' kampjuni pożittivi għas-Salmonella-, b'divrenzjar bejn kampjuni meħuda skont il-punti (a), (b) u (c) fil-paragrafu 1, meta applikat, għandhom jiġu rrapportati skont l-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 2003/99/KE.
Artikolu 36
Arranġamenti prattiċi għall-kontrolli uffiċjali għall-Campylobacter
1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw li l-operaturi tan-negozji tal-ikel jimplimentaw b'mod korrett il-punt 2.1.9 (il-kriterju tal-iġjene tal-proċess għall-Campylobacter fuq karkassi ta' tiġieġ tas-simna) tal-Kapitolu 2 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2073/2005 billi japplikaw il-miżuri li ġejjin:
(a) |
it-teħid uffiċjali ta' kampjuni bl-użu tal-istess metodu u żona tal-kampjunar bħall-operaturi tan-negozju tal-ikel. Mill-inqas 49 kampjun każwali għandhom jittieħdu f'kull biċċerija kull sena. Dan in-numru ta' kampjuni jista' jitnaqqas għall-biċċeriji żgħar abbażi ta' evalwazzjoni tar-riskju; jew |
(b) |
il-ġbir tal-informazzjoni kollha dwar l-għadd totali u l-għadd ta' kampjuni pożittivi għall-Campylobacter b'aktar minn 1 000 cfu/g meħuda mill-operaturi tan-negozji tal-ikel skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 2073/2005, fil-qafas tal-punt 2.1.9 tal-Kapitolu 2 tal-Anness I tiegħu. |
2. Fejn f'diversi okkażjonijiet l-operatur tan-negozju tal-ikel jonqos milli jikkonforma mal-kriterju tal-proċess tal-iġjene, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jeżiġu li dan jissottometti pjan ta' azzjoni u għandhom jissorveljaw strettament l-eżitu tiegħu.
3. L-għadd totali u l-għadd ta' kampjuni pożittivi għall-Campylobacter b'aktar minn 1 000 cfu/g, b'divrenzjar bejn il-kampjuni meħuda skont il-punti (a) u (b) fil-paragrafu 1, meta applikat, għandhom jiġu rrapportati skont l-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 2003/99/KE.
Artikolu 37
Rekwiżiti speċifiċi fir-rigward ta' testijiet fil-laboratorju
1. Meta jwettaq testijiet fil-laboratorju skont l-Artikolu 18(2)(d)(ii) u (iv) tar-Regolament (UE) 2017/625, il-veterinarju uffiċjali għandu jiżgura li, meta jittieħdu l-kampjuni, il-kampjuni jiġu identifikati u mmaniġġjati kif xieraq u jintbagħtu lil-laboratorju xieraq fil-qafas ta':
(a) |
il-monitoraġġ u l-kontroll taż-żoonożi u ta' aġenti żoonotiċi; |
(b) |
il-programm annwali għall-monitoraġġ tat-TSE skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 999/2001; |
(c) |
id-detezzjoni ta' sustanzi farmakoloġikament attivi jew ta' prodotti li jew huma pprojbiti jew mhux awtorizzati, u l-kontrolli għal sustanzi farmakoloġikament attivi regolati, pestiċidi, addittivi fl-għalf u kontaminanti li jaqbżu l-limiti massimi applikabbli tal-Unjoni, b'mod partikolari fil-qafas tal-pjanijiet nazzjonali għad-detezzjoni tar-residwi jew tas-sustanzi msemmija fl-Artikolu 110(2) tar-Regolament (UE) 2017/625 u fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 96/23/KE; |
(d) |
id-detezzjoni ta' mard tal-annimali li dwaru hemm regoli sanitarji għall-annimali stabbiliti fir-Regolament (UE) 2016/429. |
2. Il-veterinarju uffiċjali għandu jiżgura li kull test addizzjonali li jsir fil-laboratorju li jitqies meħtieġ biex jiġu ssodisfati l-obbligi skont l-Artikolu 18(2) tar-Regolament (UE) 2017/625 isir kif meħtieġ.
Artikolu 38
Kontrolli uffiċjali fuq it-trattament xieraq tal-annimali waqt it-trasport u t-tbiċċir
Il-veterinarju uffiċjali għandu jivverifika l-konformità mar-regoli dwar il-protezzjoni tal-annimali matul it-trasport skont ir-Regolament (KE) Nru 1/2005 u fil-ħin tal-qatla skont ir-Regolament (KE) Nru 1099/2009 u mar-regoli nazzjonali dwar it-trattament xieraq tal-annimali.
KAPITOLU III
Komunikazzjoni tar-riżultati tal-ispezzjoni u miżuri li jridu jittieħdu mill-awtoritajiet kompetenti f'każijiet ta' nonkonformità speċifika mar-rekwiżiti għal-laħam frisk u għat-trattament xieraq tal-annimali
Artikolu 39
Miżuri dwar il-komunikazzjoni tar-riżultati tal-kontrolli uffiċjali
1. Il-veterinarju uffiċjali għandu jżomm rekord u jivvaluta r-riżultati tal-kontrolli uffiċjali mwettqa skont l-Artikolu 7 sal-Artikolu 38.
2. Il-veterinarju uffiċjali għandu jieħu l-azzjonijiet li ġejjin meta l-ispezzjonijiet jikxfu l-preżenza ta' xi marda jew kundizzjoni li tista' taffettwa s-saħħa tal-bniedem jew tal-annimali, jew tikkomprometti t-trattament xieraq tal-annimali:
(a) |
il-veterinarju uffiċjali għandu jinforma lill-operatur tal-biċċerija; |
(b) |
fejn il-problema msemmija f'dan il-paragrafu tkun tfaċċat matul il-produzzjoni primarja u tirrigwarda s-saħħa tal-bniedem, is-saħħa tal-annimali, it-trattament xieraq tal-annimali jew ir-residwi ta' prodotti mediċinali veterinarji, sustanzi mhux awtorizzati jew ipprojbiti, residwi tal-pestiċidi, addittivi jew kontaminanti fl-għalf, il-veterinarju uffiċjali għandu jinforma:
|
(c) |
fejn l-annimali kkonċernati kienu trabbew f'pajjiż ieħor, il-veterinarju uffiċjali għandu jiżgura li l-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż jiġu infurmati. |
3. L-awtoritajiet kompetenti għandhom idaħħlu r-riżultati tal-kontrolli uffiċjali fil-bażijiet tad-data rilevanti, talanqas meta l-ġbir ta' tali informazzjoni jkun meħtieġ skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2003/99/KE, l-Artikolu 8 tad-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE (41) u l-Anness III tad-Direttiva 2007/43/KE.
4. Fejn il-veterinarju uffiċjali, waqt li jkun qed iwettaq spezzjonijiet ante-mortem jew post-mortem jew xi kontroll uffiċjali ieħor, jissuspetta l-preżenza ta' marda tal-annimali li dwarha hemm regoli dwar is-saħħa tal-annimali stabbiliti fir-Regolament (UE) 2016/429, huwa għandu jinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti. Il-veterinarju uffiċjali u l-awtoritajiet kompetenti, fl-oqsma ta' kompetenza rispettivi tagħhom, għandhom jieħdu l-miżuri u l-prekawzjonijiet kollha meħtieġa biex jiġi evitat it-tixrid possibbli tal-aġent tal-marda.
5. Il-veterinarju uffiċjali jista' juża d-dokument mudell fl-Anness I sabiex jikkomunika r-riżultati rilevanti tal-ispezzjonijiet ante-mortem u post-mortem lill-azjenda ta' provenjenza fejn l-annimali kienu miżmuma qabel it-tbiċċir.
6. Fejn l-annimali kienu miżmuma f'azjenda ta' provenjenza fi Stat Membru ieħor, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fih kienu tbiċċru għandhom jikkomunikaw ir-riżultati rilevanti tal-ispezzjonijiet ante-mortem u post-mortem lill-awtoritajiet kompetenti fl-Istat Membru ta' provenjenza. Huma għandhom jużaw id-dokument mudell fl-Anness I fil-lingwi uffiċjali taż-żewġ Stati Membri involuti jew f'lingwa li tinftiehem miż-żewġ Stati Membri.
Artikolu 40
Miżuri f'każijiet ta' nonkonformità mar-rekwiżiti għall-informazzjoni dwar il-katina tal-ikel
1. Il-veterinarju uffiċjali għandu jiżgura li l-annimali ma jitbiċċrux sakemm l-operatur tal-biċċerija ma jkunx ingħata, iċċekkja u evalwa l-informazzjoni rilevanti dwar il-katina tal-ikel skont l-Artikolu 9(2)(a) u (b).
2. Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1, il-veterinarju uffiċjali jista' jippermetti li l-annimali jitbiċċru fil-biċċerija anke jekk l-informazzjoni rilevanti dwar il-katina tal-ikel ma tkunx disponibbli. F'każijiet bħal dawn, qabel ma l-laħam jiġi ddikjarat tajjeb għall-konsum mill-bniedem l-ewwel għandha tiġi pprovduta l-informazzjoni rilevanti u l-karkassi u l-ġewwieni relatati għandhom jinħażnu separatament minn laħam ieħor sakemm issir dik id-dikjarazzjoni.
3. Fejn l-informazzjoni rilevanti dwar il-katina alimentari ma tkunx disponibbli fi żmien 24 siegħa mill-wasla tal-annimal fil-biċċerija, il-veterinarju uffiċjali għandu jiddikjara l-laħam kollu mill-annimal mhux tajjeb għall-konsum mill-bniedem. Jekk l-annimal ma jkunx għadu tbiċċer, għandu jinqatel separatament minn annimali oħra filwaqt li jittieħdu l-prekawzjonijiet kollha meħtieġa sabiex tiġi salvagwardjata s-saħħa tal-bniedem u tal-annimali.
Artikolu 41
Miżuri f'każijiet ta' nonkonformità rreġistrata fl-informazzjoni dwar il-katina tal-ikel
1. Il-veterinarju uffiċjali għandu jivverifika li l-operatur tal-biċċerija ma jaċċettax annimali għat-tbiċċir meta l-informazzjoni dwar il-katina tal-ikel jew kwalunkwe rekord, dokumentazzjoni jew informazzjoni oħra li takkumpanja lill-annimali turi li:
(a) |
l-annimali jkunu ġejjin minn azjenda ta' provenjenza jew minn żona soġġetta għall-projbizzjoni ta' ċaqliq jew restrizzjoni oħra minħabba raġunijiet ta' saħħa tal-annimali jew tal-bniedem; |
(b) |
ir-regoli dwar l-użu ta' prodotti mediċinali veterinarji ma jkunux ġew imħarsa, l-annimali jkunu ġew trattati b'sustanzi pprojbiti jew mhux awtorizzati, jew il-limiti legali għar-residwi kimiċi jew għall-kontaminanti ma jkunux ġew rispettati; jew |
(c) |
ikun hemm xi kundizzjoni oħra preżenti li tista' taffettwa ħażin is-saħħa tal-bniedem jew tal-annimali. |
2. Jekk l-annimali jkun diġà waslu fil-biċċerija, dawn għandhom jinqatlu separatament u jiġu ddikjarati mhux tajbin għall-konsum mill-bniedem, filwaqt li jittieħdu l-prekawzjonijiet biex tiġi salvagwardjata s-saħħa tal-annimali u tal-bniedem. Fejn il-veterinarju uffiċjali jqis meħtieġ, il-kontrolli uffiċjali għandhom isiru fl-azjenda ta' provenjenza.
Artikolu 42
Miżuri f'każijiet ta' informazzjoni qarrieqa dwar il-katina tal-ikel
1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu azzjoni xierqa jekk jiskopru li r-rekords, id-dokumentazzjoni jew informazzjoni oħra li takkumpanja l-annimali ma tkunx tikkorrispondi mas-sitwazzjoni reali tal-azjenda ta' provenjenza jew mal-kundizzjoni reali tal-annimali, jew ikunu deliberatament intiżi biex iqarrqu lill-veterinarju uffiċjali.
2. Għandhom jieħdu azzjoni kontra l-operatur tan-negozju tal-ikel responsabbli għall-azjenda ta' provenjenza tal-annimali, jew kontra kull persuna oħra involuta, inkluż l-operatur tal-biċċerija. B'mod partikolari, din l-azzjoni tista' tikkonsisti f'kontrolli addizzjonali. Il-kostijiet ta' dawk il-kontrolli addizzjonali għandhom jitħallsu mill-operatur tan-negozju tal-ikel responsabbli għall-azjenda ta' provenjenza jew minn kwalunkwe persuna oħra involuta.
Artikolu 43
Miżuri f'każijiet ta' nonkonformità mar-rekwiżiti għall-annimali ħajjin
1. Il-veterinarju uffiċjali għandu jivverifika l-konformità tal-operatur tan-negozju tal-ikel mal-obbligu tiegħu skont il-punt 3 fil-Kapitolu IV tas-Sezzjoni I tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 biex jiġi żgurat li l-annimali aċċettati għall-qatla għall-konsum mill-bniedem ikunu identifikati kif suppost. Il-veterinarju uffiċjali għandu jiżgura li l-annimali li l-identità tagħhom ma tkunx tista tiġi aċċertata jinqatlu separatament u jiġu ddikjarati mhux tajbin għall-konsum mill-bniedem. Fejn il-veterinarju uffiċjali jqis meħtieġ, il-kontrolli uffiċjali għandhom isiru fl-azjenda ta' provenjenza.
2. Il-veterinarju uffiċjali għandu jiżgura li l-annimali soġġetti għal riskju mhux aċċettabbli ta' kontaminazzjoni tal-laħam waqt il-qatla, kif stabbilit fl-Artikolu 11(4), ma tbiċċrux għall-konsum mill-bniedem sakemm ma jkunux tnaddfu qabel.
3. Il-veterinarju uffiċjali għandu jiżgura li l-annimali li jkollhom marda jew kundizzjoni li tista' tiġi trażmessa lill-annimali jew lill-bnedmin li jipproċessaw jew li jieklu l-laħam u, b'mod ġenerali, l-annimali li juru sinjali kliniċi ta' mard sistemiku jew ta' għelubija kbira, jew kwalunkwe kundizzjoni oħra li tirrendi l-laħam mhux tajjeb għall-konsum mill-bniedem, ma jitbiċċrux għall-konsum mill-bniedem. Dawk l-annimali għandhom jinqatlu separatament f'tali kundizzjonijiet biex jiġi evitat li l-annimali jew il-karkassi oħra jiġu kontaminati, u għandhom jiġu ddikjarati mhux tajbin għall-konsum mill-bniedem.
4. Il-veterinarju uffiċjali għandu jipposponi t-tbiċċir ta' annimali suspettati li jkollhom marda jew kundizzjoni li tista' taffettwa ħażin is-saħħa tal-bniedem jew tal-annimali. Dawk l-annimali għandu jsirilhom eżami ante-mortem dettaljat mill-veterinarju uffiċjali sabiex issir dijanjożi. Barra minn hekk, il-veterinarju uffiċjali jista' jiddeċiedi li jridu jittieħdu kampjuni u jsiru eżamijiet fil-laboratorju sabiex jissupplimentaw l-ispezzjoni post-mortem. F'każ li jkun meħtieġ biex tkun evitata l-kontaminazzjoni ta' laħam ieħor, l-annimali għandhom jitbiċċru separatament jew fl-aħħar tat-tbiċċir normali, filwaqt li jittieħdu l-prekawzjonijiet l-oħra kollha meħtieġa.
5. Il-veterinarju uffiċjali għandu jiżgura li l-annimali li jista' jkun fihom residwi ta' sustanzi farmakoloġikament attivi pprojbiti jew mhux awtorizzati jew residwi ta' sustanzi farmakoloġikament attivi awtorizzati, ta' pestiċidi jew kontaminanti li jaqbżu l-livelli stabbiliti skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, jiġu ttrattati skont l-Artikoli 16 sa 19 tad-Direttiva 96/23/KE.
6. Il-veterinarju uffiċjali għandu jimponi l-kundizzjonijiet li fihom l-annimali għandhom jiġu pproċessati taħt skema speċifika għall-eradikazzjoni jew għall-kontroll ta' marda speċifika, bħall-bruċellożi jew it-tuberkulożi, jew ta' aġenti żoonotiċi bħas-salmonella, taħt is-sorveljanza diretta tiegħu. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu l-kundizzjonijiet li fihom jistgħu jitbiċċru dawk l-annimali. Dawn il-kundizzjonijiet għandhom ikunu mfassla b'tali mod sabiex titnaqqas il-possibbiltà ta' kontaminazzjoni ta' annimali oħra u tal-laħam ta' annimali oħra.
Bħala regola, annimali li jiġu ppreżentati f'biċċerija għall-qatla għandhom jitbiċċru hemmhekk. Iżda, f'ċirkostanzi eċċezzjonali, bħal pereżempju ħsara serja fil-faċilitajiet tal-biċċerija, il-veterinarju uffiċjali jista' jippermetti ċ-ċaqliq dirett lejn biċċerija oħra.
Fejn in-nonkonformità li twassal għal riskju għas-saħħa tal-annimali jew tal-bniedem, jew għat-trattament xieraq tal-annimali, tiġi skoperta waqt spezzjoni ante-mortem fl-azjenda ta' provenjenza, il-veterinarju uffiċjali ma għandux jippermetti li l-annimali jiġu trasportati lejn il-biċċerija u għandhom japplikaw il-miżuri rilevanti dwar il-komunikazzjoni tar-riżultati tal-ispezzjonijiet skont l-Artikolu 39(2)(b)(i) u (iii).
Artikolu 44
Miżuri f'każijiet ta' nonkonformità mar-rekwiżiti għat-trattament xieraq tal-annimali
1. F'każijiet ta' nonkonformità mar-regoli dwar il-protezzjoni tal-annimali fil-ħin tat-tbiċċir jew tal-qtil stabbiliti fl-Artikolu 3 sa 9 u fl-Artikolu 14 sa 17, 19 u 22 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1099/2009, l-uffiċjal veterinarju għandu jivverifika li l-operatur tan-negozju tal-ikel jieħu minnufih il-miżuri korrettivi meħtieġa u jipprevjeni r-rikorrenza.
2. Il-veterinarju uffiċjali għandu jadotta approċċ proporzjonat u progressiv biex jinforza l-azzjoni, li jvarja mill-ħruġ ta' struzzjonijiet sat-tnaqqis jew it-twaqqif tal-produzzjoni, skont in-natura u l-gravità tal-problema.
3. Fejn xieraq, il-veterinarju uffiċjali għandu jinforma lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra dwar problemi marbuta mat-trattament xieraq tal-annimali.
4. Fejn il-veterinarju uffiċjali jiskopri nuqqas ta' konformità mar-regoli dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt it-trasport stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1/2005, huwa għandu jieħu l-miżuri meħtieġa skont il-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni.
5. Fejn il-kontrolli fuq it-trattament xieraq tal-annimali jsiru minn awżiljarju uffiċjali u dawk il-kontrolli jidentifikaw nuqqas ta' konformità mar-regoli dwar il-protezzjoni tal-annimali, huwa għandu jinforma minnufih lill-veterinarju uffiċjali. Jekk ikun meħtieġ f'każijiet urġenti, huwa għandu jieħu l-miżuri meħtieġa msemmija fil-paragrafi 1 sa 4 sakemm jasal il-veterinarju uffiċjali.
Artikolu 45
Miżuri f'każijiet ta' nonkonformità mar-rekwiżiti għal-laħam frisk
Il-veterinarju uffiċjali għandu jiddikjara laħam frisk mhux tajjeb għall-konsum mill-bniedem jekk:
(a) |
ikun ġej minn annimali li ma jkunux ġew sottoposti għal spezzjoni ante-mortem skont l-Artikolu 18(2)(a) jew (b) tar-Regolament (UE) 2017/625, ħlief għall-kaċċa salvaġġa u r-renni li jgħixu barra imsemmija fl-Artikolu 12(1)(b) tar-Regolament Delegat (UE) 2019/624; |
(b) |
ikun ġej minn annimali li l-ġewwieni tagħhom ma jkunx ġie sottopost għal spezzjoni post-mortem skont l-Artikolu 18(2)(c) tar-Regolament (UE) 2017/625, ħlief fil-każ tal-vixxri ta' kaċċa kbira li ma teħtieġx li takkumpanja l-karkassa fl-istabbiliment li jimmaniġġja l-kaċċa skont il-punt 4 tal-Kapitolu II tas-Sezzjoni IV fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004; |
(c) |
ikun ġej minn annimali li jkunu mietu qabel it-tbiċċir, ikunu twieldu mejtin, ma jkunux twieldu jew ikunu tbiċċru qabel l-età ta' sebat ijiem; |
(d) |
ikun ġej mill-irqim taż-żona minn fejn l-annimal ikun ġie mniffed biex jiżvina; |
(e) |
ikun ġej minn annimali milquta b'mard tal-annimali li dwaru hemm regoli sanitarji tal-annimali stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni kif elenkat fl-Anness I tad-Direttiva 2002/99/KE, ħlief jekk dan ikun inkiseb skont ir-rekwiżiti speċifiċi previsti f'dik id-Direttiva; din l-eċċezzjoni ma għandhiex tapplika f'każ li jkun previst mod ieħor fir-rekwiżiti dwar il-kontrolli uffiċjal tat-tuberkulożi u tal-bruċellożi previsti fl-Artikolu 33 u 34 ta' dan ir-Regolament; |
(f) |
ikun ġej minn annimali affettwati minn mard ġeneralizzat, bħal sepsi, pijemija, tossemija jew viremija ġeneralizzati; |
(g) |
ma jkunx jikkonforma mal-kriterji tas-sikurezza tal-ikel stabbiliti fil-Kapitolu I tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2073/2005 għad-determinazzjoni ta' jekk l-ikel jistax jitqiegħed fis-suq; |
(h) |
juri infestazzjoni parassitika, sakemm ma jkunx previst mod ieħor fir-rekwiżiti dwar il-kontrolli uffiċjali għaċ-ċistiċerkożi previsti fl-Artikolu 30; |
(i) |
ikun fih residwi kimiċi jew kontaminanti f'ammonti li jaqbżu l-livelli stabbiliti fir-Regolamenti (UE) Nru 37/2010, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1881/2006 u (KE) Nru 124/2009 jew residwi ta' sustanzi li huma pprojbiti jew mhux awtorizzati skont ir-Regolament (UE) Nru 37/2010 jew skont id-Direttiva 96/22/KE; |
(j) |
ikun jikkonsisti minn fwied u kliewi ta' annimali ta' aktar minn sentejn minn reġjuni fejn l-implimentazzjoni tal-pjanijiet approvati skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva 96/23/KE tkun uriet il-preżenza ġeneralizzata ta' metalli tqal fl-ambjent; |
(k) |
ikun ġie ttrattat illegalment b'sustanzi ta' dekontaminazzjoni; |
(l) |
ikun ġie ttrattat illegalment b'radjazzjoni jonizzanti, inkluż bir-radjazzjoni bl-UV; |
(m) |
ikun fih partikuli barranin, ħlief, fil-każ ta' kaċċa salvaġġa, materjal li jintuża għall-kaċċa tal-annimali; |
(n) |
jaqbeż il-livelli massimi ta' radjuattività permessi stabbiliti skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jew, fin-nuqqas ta' leġiżlazzjoni tal-Unjoni, skont ir-regoli nazzjonali; |
(o) |
jindika tibdil patoloġiku jew organolettiku, b'mod partikolari riħa sesswali qawwija jew fsada insuffiċjenti (ħlief għall-kaċċa salvaġġa); |
(p) |
ikun ġej minn annimali magħlubin ħafna; |
(q) |
ikun fih materjal speċifikat riskjuż ħlief jekk ikun permess li t-tneħħija ssir fi stabbiliment ieħor skont il-Punt 4.3 tal-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 u l-laħam frisk jibqa' taħt il-kontroll tal-awtoritajiet kompetenti; |
(r) |
ikun maħmuġ, b'kontaminazzjoni fekali jew kontaminazzjoni oħra; |
(s) |
jikkonsisti minn demm li jista' jikkostitwixxi riskju għas-saħħa tal-bniedem jew tal-annimali minħabba l-istatus tas-saħħa ta' kwalunkwe annimal li minnu jkun ġej jew kontaminazzjoni li sseħħ matul il-proċess tat-tbiċċir; |
(t) |
fl-opinjoni tal-veterinarju uffiċjali, wara eżami tal-informazzjoni rilevanti kollha, jista' jikkostitwixxi riskju għas-saħħa tal-bniedem jew tal-annimali jew għal xi raġuni oħra ma jkunx tajjeb għall-konsum mill-bniedem; |
(u) |
jagħti lok għal perikli speċifiċi skont l-Artikoli 29 sa 36. |
Artikolu 46
Miżuri f'każijiet ta' nonkonformità mar-rekwiżiti dwar il-prassi ta' iġjene tajba
1. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jagħtu struzzjonijiet lill-operatur tan-negozju tal-ikel biex jieħu azzjoni korrettiva immedjata, inkluż it-tnaqqis tar-rata ta' tbiċċir, fejn dan jitqies meħtieġ mill-uffiċjal preżenti fil-każijiet li ġejjin:
(a) |
fejn tiġi skoperta kontaminazzjoni fuq l-uċuħ esterni ta' karkassa jew tal-kavitajiet tagħha u l-operatur tan-negozju tal-ikel ma jieħux azzjoni xierqa biex jirrettifika s-sitwazzjoni; jew |
(b) |
jekk l-awtoritajiet kompetenti jqisu li l-prattiki ta' iġjene tajba huma kompromessi. |
2. F'każijiet bħal dawn, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iżidu l-intensità tal-ispezzjonijiet sakemm ikunu sodisfatti li l-operatur tan-negozju tal-ikel reġa' kiseb kontroll tal-proċess.
KAPITOLU IV
Restrizzjonijiet
Artikolu 47
Restrizzjonijiet għal ċertu laħam frisk
Il-veterinarju uffiċjali jista' jimponi rekwiżiti dwar l-użu ta' laħam frisk li jkun ġej minn annimali:
(a) |
li kellhom jitbiċċru b'emerġenza f'post ieħor barra mill-biċċerija; jew |
(b) |
minn merħliet li l-laħam tagħhom jiġi ttrattat skont il-Parti E tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 2160/2003 qabel il-laħam jitqiegħed fis-suq. |
KAPITOLU V
Tqegħid ta' marki tas-saħħa fuq laħam tajjeb għall-konsum mill-bniedem wara spezzjoni ante-mortem u post-mortem
Artikolu 48
Rekwiżiti tekniċi tal-marka tas-saħħa u l-arranġamenti prattiċi għall-applikazzjoni tagħha
1. Il-veterinarju uffiċjali għandu jissorvelja t-tqegħid tal-marki tas-saħħa u l-marki użati.
2. Il-veterinarju uffiċjali għandu jiżgura, b'mod partikolari, li:
(a) |
il-marka tas-saħħa tiġi applikata biss fuq ungulati domestiċi u fuq mammiferi mrobbija tal-kaċċa minbarra lagomorfi, li jkunu ġew sottoposti għal spezzjoni ante-mortem u post-mortem, u fuq kaċċa salvaġġa kbira li tkun ġiet sottoposta għal spezzjoni post mortem, skont l-Artikolu 18(2)(a), (b) u (c) tar-Regolament (UE) 2017/625, fejn ma jkunx hemm raġuni biex il-laħam jiġi ddikjarat mhux tajjeb għall-konsum mill-bniedem. Madankollu, il-marka tista' tiġi applikata qabel ikunu disponibbli r-riżultati ta' kwalunkwe eżami għat-Trichinella u/jew testijiet għat-TSE, sakemm l-awtoritajiet kompetenti jkunu daħħlu sistema fis-seħħ fil-biċċerija jew fl-istabbiliment li jipproċessa l-kaċċa li tiżgura li kull parti tal-annimal tista' tiġi ntraċċata, u li l-ebda parti tal-annimali eżaminati li jkollhom il-marka ma jitilqu mill-biċċerija jew mill-istabbiliment li jipproċessa l-kaċċa sakemm ma jkun inkiseb riżultat negattiv ħlief meta previst skont l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (UE) 2015/1375; |
(b) |
il-marka tas-saħħa tiġi applikata fuq il-parti ta' barra tal-karkassa, permezz ta' stampar bil-linka jew bis-sħana, b'tali mod li, jekk fil-biċċerija l-karkassi jitqattgħu f'nofs karkassi jew fi kwarti, jew jekk in-nofs karkassi jitqattgħu fi tliet biċċiet, kull biċċa jkollha fuqha l-marka tas-saħħa. |
3. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-arranġamenti prattiċi għall-marka tas-saħħa jiġu applikati skont l-Anness II.
4. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-marka tas-saħħa ma tiġix applikata fuq laħam minn kaċċa salvaġġa li ma tkunx tneħħitilha l-ġilda sakemm, wara li tkun ġiet imqaxxra fi stabbiliment li jipproċessa l-kaċċa, ikun għadda minn spezzjoni post-mortem u jkun ġie ddikjarat tajjeb għall-konsum mill-bniedem.
TITOLU IV
REKWIŻITI SPEĊIFIĊI U L-FREKWENZA MINIMA UNIFORMI TA' KONTROLLI UFFIĊJALI FIR-RIGWARD TA' ĦALIB MHUX IPPROĊESSAT, KOLOSTRU, PRODOTTI TAL-ĦALIB U PRODOTTI LI FIHOM IL-KOLOSTRU, KIF MEĦTIEĠ SABIEX JIĠU INDIRIZZATI L-PERIKLI U R-RISKJI UNIFORMI RIKONOXXUTI
Artikolu 49
Kontrolli ta' azjendi li jipproduċu l-ħalib u l-kolostru
1. Il-veterinarju uffiċjali għandu jivverifika l-konformità mar-rekwiżiti tas-saħħa għall-produzzjoni tal-ħalib mhux trattat u tal-kolostru kif stabbiliti fil-Parti I tal-Kapitolu I tat-Taqsima IX tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004. B'mod partikolari, il-veterinarju uffiċjali għandu jivverifika:
(a) |
l-istat ta' saħħa tal-annimali; |
(b) |
in-nuqqas tal-użu ta' sustanzi farmakoloġikament attivi pprojbiti jew mhux awtorizzati; kif ukoll |
(c) |
li l-preżenza possibbli ta' residwi ta' sustanzi farmakoloġikament attivi, ta' pestiċidi jew ta' kontaminanti awtorizzati ma taqbiżx il-livelli stabbiliti fir-Regolamenti (UE) Nru 37/2010, (KE) Nru 396/2005 jew (KE) Nru 1881/2006. |
2. Il-kontrolli uffiċjali msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jsiru fl-okkażjoni tal-kontrolli veterinarji li jsiru skont id-dispożizzjonijiet tal-Unjoni dwar is-saħħa tal-annimali jew tal-bniedem jew dwar it-trattament xieraq tal-annimali.
3. Jekk ikun hemm raġunijiet biex wieħed jissuspetta li r-rekwiżiti tas-saħħa msemmija fil-paragrafu 1 mhumiex qed jiġu mħarsa, il-veterinarju uffiċjali għandu jiċċekkja l-istatus ġenerali tas-saħħa tal-annimali.
4. L-azjendi li jipproduċu l-ħalib u l-kolostru għandhom jiġu sottoposti għal kontrolli uffiċjali mill-awtoritajiet kompetenti sabiex jiġi verifikat li r-rekwiżiti tal-iġjene stabbiliti fil-Parti II tal-Kapitolu I tat-Taqsima IX tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 qed jiġu mħarsa. Dawn il-kontrolli uffiċjali jistgħu jinvolvu spezzjonijiet u l-monitoraġġ tal-kontrolli mwettqa minn organizzazzjonijiet professjonali. Jekk jintwera li l-iġjene ma tkunx adegwata, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw li jittieħdu l-passi xierqa biex tiġi kkoreġuta din is-sitwazzjoni.
Artikolu 50
Kontrolli tal-ħalib u tal-kolostru
1. Fil-każ ta' ħalib mhux trattat u ta' kolostru, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jimmonitorjaw il-kontrolli mwettqa skont il-Parti III tal-Kapitolu I, it-Taqsima IX tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004. Meta jintuża ttestjar, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jużaw il-metodi analitiċi stabbiliti fl-Anness III ta' dan ir-Regolament sabiex jiċċekkjaw il-konformità mal-limiti stabbiliti għall-ħalib mhux trattat u għall-kolostru fil-Parti III tal-Kapitolu I, it-Taqsima IX tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004.
2. Jekk l-operatur tan-negozju tal-ikel tal-azjenda ta' produzzjoni ma jkunx ikkoreġa s-sitwazzjoni fi żmien tliet xhur mill-ewwel notifika lill-awtoritajiet kompetenti dwar in-nuqqas ta' konformità mal-għadd ta' kolonji u/jew mal-kriterji tal-għadd taċ-ċelloli somatiċi għall-ħalib mhux ipproċessat u għall-kolostru, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw li:
(a) |
il-konsenja tal-ħalib mhux ipproċessat u tal-kolostru mill-azjenda ta' produzzjoni tiġi sospiża, jew |
(b) |
il-ħalib mhux ipproċessat u l-kolostru jiġu soġġetti għal rekwiżiti dwar it-trattament u l-użu tagħhom meħtieġa sabiex tiġi protetta s-saħħa tal-bniedem skont awtorizzazzjoni speċifika tal-awtoritajiet kompetenti jew struzzjonijiet ġenerali mingħandhom. |
L-awtoritajiet kompetenti għandhom iżommu din is-sospensjoni jew dawn ir-rekwiżiti fis-seħħ sakemm l-operatur tan-negozju tal-ikel ikun ta prova li l-ħalib mhux ipproċessat u l-kolostru reġgħu kkonformaw mal-kriterji.
3. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jużaw il-metodi analitiċi stabbiliti fl-Anness III ta' dan ir-Regolament sabiex jivverifikaw l-applikazzjoni korretta ta' proċess ta' pasturizzazzjoni lill-prodotti tal-ħalib kif imsemmi fil-Parti II tal-Kapitolu II, it-Taqsima IX tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004.
TITOLU V
REKWIŻITI SPEĊIFIĊI GĦALL-KONTROLLI UFFIĊJALI LI JIKKONĊERNAW MOLLUSKI BIVALVI ĦAJJIN MINN ŻONI KKLASSIFIKATI TA' PRODUZZJONI U FEJN JINŻAMMU L-MOLLUSKI
Artikolu 51
Esklużjoni
Dan it-Titolu japplika għall-molluski bivalvi ħajjin. Japplika wkoll għall-ekinodermi ħajjin, għat-tunikati ħajjin u għall-gasteropodi tal-baħar ħajjin. Dan it-Titolu ma japplikax għall-gasteropodi tal-baħar ħajjin u għall-Holothuroidea ħajjin li mhumiex organiżmi filtraturi.
Artikolu 52
Klassifikazzjoni taż-żoni ta' produzzjoni u fejn jinżammu l-molluski bivalvi ħajjin
1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu l-post u l-fruntieri taż-żoni ta' produzzjoni u fejn jinżammu l-molluski li jikklassifikaw skont l-Artikolu 18(6) tar-Regolament (UE) 2017/625. Fejn ikun xieraq, jistgħu jagħmlu dan b'kooperazzjoni mal-operatur tan-negozju tal-ikel.
2. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikklassifikaw iż-żoni ta' produzzjoni u ta' żamma li minnhom jawtorizzaw il-ħsad ta' molluski bivalvi ħajjin bħala żoni tal-Klassi A, tal-Klassi B u tal-Klassi C skont il-livell ta' kontaminazzjoni fekali. Fejn ikun xieraq, jistgħu jagħmlu dan b'kooperazzjoni mal-operatur tan-negozju tal-ikel.
3. Sabiex jikklassifikaw iż-żoni ta' produzzjoni u ta' żamma, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu perjodu ta' rieżami għad-data tal-kampjuni minn kull żona ta' produzzjoni u fejn jinżammu l-molluski sabiex jiddeterminaw il-konformità mal-istandards imsemmija fl-Artikolu 53, 54 u 55.
KAPITOLU I
Rekwiżiti speċifiċi għall-klassifikazzjoni taż-żoni ta' produzzjoni u ta' żamma għal molluski bivalvi ħajjin
Artikolu 53
Rekwiżiti għaż-żoni tal-Klassi A
1. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jikklassifikaw żoni bħala tal-Klassi A dawk iż-żoni li minnhom jistgħu jinġabru molluski bivalvi ħajjin għall-konsum dirett mill-bniedem.
2. Il-molluski bivalvi ħajjin li jitqiegħdu fis-suq minn dawn iż-żoni għandhom jissodisfaw l-istandards tas-saħħa għall-molluski bivalvi ħajjin stabbiliti fil-Kapitolu V tas-Sezzjoni VII tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004.
3. Fi 80 % tal-kampjuni tal-molluski bivalvi ħajjin miġbura minn żoni tal-Klassi A fil-perjodu tar-rieażmi ma għandux ikun hemm iktar minn 230 ta' E. coli għal kull 100 g ta' laħam u likwidu intravalvulari.
4. L-20 % tal-kampjuni li jifdal ma għandux ikun fihom aktar minn 700 ta' E. coli għal kull 100 g ta' laħam u likwidu intravalvulari.
5. Meta jivvalutaw ir-riżultati għall-perjodu ta' rieżami fiss għaż-żamma ta' żona tal-Klassi A, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, abbażi ta' valutazzjoni tar-riskju bbażata fuq investigazzjoni, jiddeċiedu li jinjoraw riżultat anomalu li jaqbeż il-livell ta' 700 ta' E. coli għal kull 100 g ta' laħam u likwidu intravalvulari.
Artikolu 54
Rekwiżiti għaż-żoni tal-Klassi B
1. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jikklassifikaw żoni bħala tal-Klassi B dawk iż-żoni li minnhom molluski bivalvi ħajjin jistgħu jinġabru u jitqiegħdu fis-suq għall-konsum mill-bniedem biss wara trattament f'ċentru ta' purifikazzjoni jew wara r-riinstallazzjoni sabiex jilħqu l-istandards tas-saħħa msemmija fl-Artikolu 53.
2. F'90 % tal-kampjuni tal-molluski bivalvi ħajjin minn żoni tal-Klassi B ma għandux ikun hemm iktar minn 4 600 ta' E. coli għal kull 100 g ta' laħam u likwidu intravalvulari.
3. L-10 % tal-kampjuni li jifdal ma għandux ikun fihom aktar minn 46 000 ta' E. coli għal kull 100 g ta' laħam u likwidu intravalvulari.
Artikolu 55
Rekwiżiti għaż-żoni tal-Klassi C
1. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jikklassifikaw żoni bħala tal-Klassi C dawk iż-żoni li minnhom il-molluski bivalvi ħajjin jistgħu jinġabru u jitqiegħdu fis-suq biss wara riinstallazzjoni fuq perjodu twil sabiex jissodisfaw l-istandards tas-saħħa msemmija fl-Artikolu 53.
2. Il-molluski bivalvi ħajjin minn żoni tal-Klassi C ma għandux ikun fihom iktar minn 46 000 ta' E. coli għal kull 100 g ta' laħam u likwidu intravalvulari.
Artikolu 56
Rekwiżiti tal-istħarriġ dwar is-sanità
1. Qabel jikklassifikaw żona ta' produzzjoni jew fejn jinżammu l-molluski, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu stħarriġ dwar is-sanità li jinkludi:
(a) |
inventarju tas-sorsi ta' tniġġis li joriġina mill-bniedem jew mill-annimali li x'aktarx ikunu sors ta' kontaminazzjoni għaż-żona ta' produzzjoni; |
(b) |
eżami tal-kwantitajiet ta' sustanzi organiċi niġġiesa rilaxxati matul perjodi differenti tas-sena, skont il-varjazzjonijiet staġjonali tal-popolazzjonijiet tal-bniedem kif ukoll tal-annimali fiż-żona ta' qbid, kejl tal-ammont ta' xita, trattament tal-ilma mormi, eċċ.; |
(c) |
determinazzjoni tal-karatteristiċi taċ-ċirkolazzjoni tas-sustanzi niġġiesa skont ix-xejriet tal-kurrenti, il-batimetrija u ċ-ċiklu tal-marea fiż-żona ta' produzzjoni. |
2. L-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu stħarriġ dwar is-sanità li jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1 f'kull żona kklassifikati ta' produzzjoni u fejn jinżammu l-molluski, sakemm ma jkunx sar qabel.
3. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jkunu assistiti minn korpi uffiċjali oħra jew minn operaturi tan-negozju tal-ikel taħt kundizzjonijiet stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti fir-rigward tat-twettiq ta' dan l-istħarriġ.
Artikolu 57
Programm ta' monitoraġġ
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu programm ta' monitoraġġ għaż-żoni ta' produzzjoni ta' molluski bivalvi ħajjin li huwa bbażat fuq eżami tal-istħarriġ dwar is-sanità msemmi fl-Artikolu 56. L-għadd ta' kampjuni, id-distribuzzjoni ġeografika tal-punti ta' kampjunar u l-frekwenza tat-teħid ta' kampjuni għall-programm għandhom jiżguraw li r-riżultati tal-analiżi huma rappreżentattivi taż-żona inkwistjoni.
Artikolu 58
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu proċedura sabiex jiġi żgurat li l-istħarriġ dwar is-sanità msemmi fl-Artikolu 56 u l-programm ta' monitoraġġ imsemmi fl-Artikolu 57 huma rappreżentattivi taż-żona kkunsidrata.
KAPITOLU II
Kundizzjonijiet għall-monitoraġġ taż-żoni kklassifikati ta' produzzjoni u fejn jinżammu l-molluski bivalvi ħajjin
Artikolu 59
Monitoraġġ taż-żoni kklassifikati ta' produzzjoni u fejn jinżammu l-molluski
Fuq bażi perjodika l-awtoritajiet kompetenti għandhom jimmonitorjaw iż-żoni ta' produzzjoni u fejn jinżammu l-molluski kklassifikati skont l-Artikolu 18(6) tar-Regolament (UE) 2017/625 sabiex jiċċekkjaw:
(a) |
li ma jkun hemm l-ebda malprassi fir-rigward tal-oriġini, il-provenjenza u d-destinazzjoni ta' molluski bivalvi ħajjin; |
(b) |
il-kwalità mikrobijoloġika ta' molluski bivalvi ħajjin fir-rigward taż-żoni kklassifikati ta' produzzjoni u fejn jinżammu l-molluski; |
(c) |
għall-preżenza ta' plankton li jipproduċi t-tossini fl-ibħra ta' produzzjoni u fejn jinżammu l-molluski u ta' bijotossini tal-baħar f'molluski bivalvi ħajjin; |
(d) |
għall-preżenza ta' sustanzi kimiċi kontaminanti f'molluski bivalvi ħajjin. |
Artikolu 60
Metodi rikonoxxuti għad-detezzjoni ta' bijotossini tal-baħar f'molluski bivalvi ħajjin
1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jużaw il-metodi analitiċi stabbiliti fl-Anness V biex jiċċekkjaw il-konformità mal-limiti stabbiliti fil-punt 2 tal-Kapitolu V tat-Taqsima VII tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 u, fejn xieraq, biex jivverifikaw il-konformità mill-operaturi tan-negozju tal-ikel. L-operaturi tan-negozji tal-ikel għandhom jużaw dawn il-metodi fejn xieraq.
2. Skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2010/63/UE, kull meta jkun possibbli għandu jintuża metodu jew strateġija ta' ttestjar xjentifikament sodisfaċenti, li ma jeħtiġux l-użu ta' annimali ħajjin, minflok il-proċess kif definit fl-Artikolu 3(1) ta' dik id-Direttiva.
3. Skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2010/63/UE, meta jintużaw metodi bijoloġiċi, iridu jitqiesu l-elementi ta' sostituzzjoni, ta' raffinament u ta' tnaqqis.
Artikolu 61
Pjanijiet għat-teħid ta' kampjuni
1. Għall-finijiet tal-kontrolli previsti fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 59, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iħejju pjanijiet għat-teħid ta' kampjuni li jipprevedu li tali kontrolli jsiru f'intervalli regolari, jew fuq bażi ta' każ b'każ jekk il-perjodi ta' ħsad ikunu irregolari. Id-distribuzzjoni ġeografika tal-punti ta' kampjunar u l-frekwenza tat-teħid ta' kampjuni għandhom jiżguraw li r-riżultati tal-analiżi jkunu rappreżentattivi taż-żona kklassifikata ta' produzzjoni u fejn jinżammu l-molluski taħt kunsiderazzjoni.
2. Il-pjanijiet għat-teħid ta' kampjuni biex tiġi ċċekkjata l-kwalità mikrobijoloġika tal-molluski bivalvi ħajjin għandhom iqisu b'mod partikolari:
(a) |
il-varjazzjoni probabbli fil-kontaminazzjoni fekali; |
(b) |
il-parametri msemmija fl-Artikolu 56(1). |
3. Il-pjanijiet għat-teħid ta' kampjuni biex tiġi ċċekkjata l-preżenza ta' plankton li jipproduċi t-tossini fl-ilma fiż-żoni kklassifikati ta' produzzjoni u fejn jinżammu l-molluski u għal bijotossini tal-baħar f'molluski bivalvi ħajjin, għandhom iqisu b'mod partikolari l-varjazzjonijiet possibbli fil-preżenza ta' plankton li jkun fih bijotossini tal-baħar. Il-kampjunar għandu jinkludi:
(a) |
kampjunar perjodiku biex jiġi identifikat tibdil fil-kompożizzjoni tal-plankton li fih it-tossini u d-distribuzzjoni ġeografika tiegħu. Riżultati li jissuġġerixxu l-akkumulazzjoni ta' tossini fil-laħam tal-molluski bivalvi ħajjin għandhom ikunu segwiti minn kampjunar intensiv; |
(b) |
testijiet perjodiċi dwar it-tossiċità fejn jintużaw molluski bivalvi ħajjin miż-żona affettwata l-aktar suxxettibbli għall-kontaminazzjoni. |
4. Il-frekwenza tal-kampjunar għall-analiżi tat-tossini f'molluski bivalvi ħajjin għandha tkun ta' kull ġimgħa waqt il-perjodi ta' ħsad, ħlief meta:
(a) |
il-frekwenza tal-kampjunar tista' titnaqqas f'żoni kklassifikati speċifiċi ta' produzzjoni jew fejn jinżammu l-molluski, jew għal tipi speċifiċi ta' molluski bivalvi ħajjin, jekk valutazzjoni tar-riskju ta' tossini jew l-okkorrenza ta' fitoplankton tissuġġerixxi riskju baxx ħafna ta' episodji tossiċi; |
(b) |
il-frekwenza tal-kampjunar għandha tiżdied jekk dik il-valutazzjoni tissuġġerixxi li kampjunar fil-ġimgħa ma jkunx biżżejjed. |
5. Il-valutazzjoni tar-riskju msemmija fil-paragrafu 4 għandha tiġi rieżaminata perjodikament sabiex jiġi vvalutat ir-riskju ta' tossini fil-molluski bivalvi ħajjin minn dawn iż-żoni.
6. Meta jkun hemm għarfien disponibbli dwar ir-rata ta' akkumulazzjoni tat-tossini għal grupp ta' speċi li jikbru fl-istess żona kklassifikata ta' produzzjoni jew fejn jinżammu l-molluski, l-ispeċijiet bl-ogħla rata jistgħu jintużaw bħala speċijiet indikaturi. Dan jippermetti l-isfruttament tal-ispeċijiet kollha fil-grupp jekk il-livelli ta' tossini fl-ispeċijiet indikaturi jkunu taħt il-limiti regolatorji. Fejn il-livelli tat-tossini fl-ispeċijiet indikaturi jkunu ogħla mil-limiti regolatorji, il-ħsad tal-ispeċi l-oħrajn jista' jkun permess biss jekk analiżi ulterjuri tal-ispeċijiet l-oħra turi livelli ta' tossini taħt il-limiti.
7. Fir-rigward tal-monitoraġġ tal-plankton, il-kampjuni għandhom ikunu rappreżentattivi tal-kolonna tal-ilma fiż-żona kklassifikata ta' produzzjoni jew fejn jinżammu l-molluski u jipprovdu informazzjoni dwar il-preżenza ta' speċijiet tossiċi kif ukoll dwar ix-xejriet tal-popolazzjoni. Jekk jiġi identifikat xi tibdil fil-popolazzjonijiet tossiċi li jista' jwassal għall-akkumulazzjoni ta' tossini, il-frekwenza tal-kampjunar tal-molluski bivalvi ħajjin għandha tiżdied jew jiġi stabbilit l-għeluq prekawzjonarju taż-żoni sakemm jinkisbu r-riżultati tal-analiżi tat-tossini.
8. Il-pjanijiet għat-teħid ta' kampjuni biex tiġi ċċekkjata l-preżenza ta' sustanzi kimiċi kontaminanti għandhom jippermettu l-identifikazzjoni ta' kull qbiż tal-livelli stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1881/2006.
KAPITOLU III
Immaniġġjar taż-żoni kklassifikati ta' produzzjoni u fejn jinżammu l-molluski wara l-monitoraġġ
Artikolu 62
Deċiżjonijiet wara l-monitoraġġ
1. Fejn ir-riżultati tal-monitoraġġ previst fl-Artikolu 59 jindikaw li l-istandards tas-saħħa għall-molluski bivalvi ħajjin ma jkunux intlaħqu jew jekk ikun hemm xi riskju ieħor għas-saħħa tal-bniedem, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħlqu ż-żona kklassifikata kkonċernata ta' produzzjoni jew fejn jinżammu l-molluski, li dan jimpedixxi l-ħsad ta' molluski bivalvi ħajjin. Madankollu, jistgħu jerġgħu jirriklassifikaw żona ta' produzzjoni jew fejn jinżammu l-molluski bħala tal-Klassi B jew C jekk din tissodisfa l-kriterji rilevanti stabbiliti fl-Artikolu 54 u 55 u ma tippreżenta l-ebda riskju ieħor għas-saħħa tal-bniedem.
2. Fejn ir-riżultati tal-monitoraġġ mikrobijoloġiku juru li l-istandards tas-saħħa għall-molluski bivalvi ħajjin imsemmija fl-Artikolu 53 ma ġewx issodisfati, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, abbażi ta' valutazzjoni tar-riskju, u biss fuq bażi temporanja u mhux rikorrenti, jippermettu li l-ħsad jitkompla mingħajr għeluq jew riklassifikazzjoni soġġett għall-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
iż-żona klassifikata ta' produzzjoni kkonċernata u l-istabbilimenti kollha approvati li jirċievu molluski bivalvi ħajjin mingħandha jkunu taħt il-kontroll uffiċjali tal-istess awtoritajiet kompetenti; |
(b) |
il-molluski bivalvi ħajjin ikkonċernati jiġu soġġetti għal miżuri restrittivi xierqa bħal purifikazzjoni, riinstallazzjoni jew ipproċessar. |
3. Id-dokument ta' reġistrazzjoni ta' akkumpanjament, kif imsemmi fil-Kapitolu I tas-Sezzjoni VII tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, għandu jinkludi l-informazzjoni kollha dwar l-applikazzjoni tal-paragrafu 2.
4. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu l-kundizzjonijiet li skonthom jista' japplika l-paragrafu 2 sabiex tiġi żgurata, għaż-żona ta' produzzjoni kkonċernata, li tinżamm il-konformità mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 53.
Artikolu 63
Ftuħ mill-ġdid taż-żoni ta' produzzjoni
1. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jerġgħu jiftħu żona ta' produzzjoni jew fejn jinżammu l-molluski magħluqa biss jekk l-istandards tas-saħħa għall-molluski bivalvi ħajjin jerġgħu jikkonformaw mar-rekwiżiti rilevanti tal-Kapitolu V tas-Sezzjoni VII tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 u ma jippreżentaw l-ebda riskju ieħor għas-saħħa tal-bniedem.
2. Fejn l-awtoritajiet kompetenti jkunu għalqu żona ta' produzzjoni jew ta' żamma minħabba l-preżenza ta' plankton jew minħabba livelli ta' tossini fil-molluski bivalvi ħajjin li jaqbżu l-limitu regolatorju għall-bijotossini marini stabbiliti fil-punt 2 tal-Kapitolu V tas-Sezzjoni VII tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, jistgħu jerġgħu jiftħuha biss jekk mill-inqas żewġ riżultati analitiċi konsekuttivi talanqas 48 siegħa 'l bogħod minn xulxin jkunu taħt il-limitu regolatorju.
3. Meta jkunu qed jiddeċiedu jekk jerġgħux jiftħu żona ta' produzzjoni jew fejn jinżammu l-molluski, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jieħdu inkunsiderazzjoni l-informazzjoni dwar ix-xejriet tal-fitoplankton.
4. Fejn ikun hemm data robusta dwar id-dinamika tat-tossiċità għal żona partikolari, u sakemm ikun hemm data reċenti disponibbli dwar xejriet ta' tnaqqis fit-tossiċità, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiddeċiedu li jerġgħu jiftħu żona li r-riżultati tagħha miksuba minn kampjun uniku jkunu taħt il-limitu regolatorju fil-punt 2 tal Kapitolu V tas-Sezzjoni VII tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004.
Artikolu 64
Sistema ta' kontroll
1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu sistema ta' kontroll li tiżgura li l-prodotti ta' oriġini mill-annimali li jagħmlu ħsara lis-saħħa tal-bniedem ma jitqiegħdux fis-suq. Is-sistema ta' kontroll għandha tinkludi testijiet fil-laboratorju sabiex tiġi verifikata l-konformità tal-operaturi tan-negozji tal-ikel mar-rekwiżiti għall-prodott finali, fosthom għall-molluski bivalvi ħajjin u għal kwalunkwe prodott derivat minnhom, f'kull stadju tal-produzzjoni, tal-ipproċessar u tat-tqassim.
2. Is-sistema ta' kontroll għandha tivverifika, fejn applikabbli, li l-livelli ta' bijotossini tal-baħar u ta' kontaminanti ma jaqbżux il-limiti ta' sikurezza u li l-kwalità mikrobijoloġika tal-molluski ma toħloqx periklu għas-saħħa tal-bniedem.
Artikolu 65
Deċiżjoni mill-awtoritajiet kompetenti
1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jaġixxu fil-pront meta żona ta' produzzjoni jkollha tingħalaq jew tiġi riklassifikata, jew tista' terġa tinfetaħ, jew fejn molluski bivalvi ħajjin huma soġġetti għall-applikazzjoni tal-miżuri kif imsemmi fl-Artikolu 62(2).
2. Meta jkunu qed jiddeċiedu dwar il-klassifikazzjoni, ir-riklassifikazzjoni, il-ftuħ jew l-għeluq ta' żoni ta' produzzjoni skont l-Artikolu 52, 62 u 63, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jieħdu inkunsiderazzjoni r-riżultati tal-kontrolli mwettqa mill-operaturi tan-negozji tal-ikel jew minn organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw l-operaturi tan-negozji tal-ikel, biss jekk il-laboratorju li jkun wettaq l-analiżi jkun intgħażel mill-awtoritajiet kompetenti, u l-kampjunar u l-analiżi jsiru skont protokoll miftiehem b'mod konġunt mill-awtoritajiet kompetenti u l-operaturi jew l-organizzazzjoni tan-negozju tal-ikel ikkonċernati.
KAPITOLU IV
Rekwiżiti oħra
Artikolu 66
Reġistrar u skambju ta' informazzjoni
L-awtoritajiet kompetenti għandhom:
(a) |
jistabbilixxu u jżommu lista aġġornata ta' żoni kklassifikati ta' produzzjoni u fejn jinżammu l-molluski, bid-dettalji tal-post fejn ikunu jinsabu, u l-konfini tagħhom, kif ukoll il-Klassi li fiha ż-żona hija klassifikata, li minnha l-molluski bivalvi ħajjin jistgħu jittieħdu skont ir-rekwiżiti tal-Artikolu 52. Din il-lista għandha tiġi kkomunikata lill-partijiet interessati affettwati b'dan ir-Regolament, bħal produtturi, ġemmiegħi u operaturi ta' ċentri ta' purifikazzjoni u ċentri ta' dispaċċ; |
(b) |
jinfurmaw minnufih lill-partijiet interessati bħall-produtturi, il-ġemmiegħi u l-operaturi ta' ċentri ta' purifikazzjoni u ċentri ta' dispaċċ, dwar kwalunkwe tibdil fil-post, fil-konfini jew fil-Klassi ta' żona ta' produzzjoni, dwar l-għeluq temporanju jew finali tagħha, jew dwar l-applikazzjoni tal-miżuri kif imsemmi fl-Artikolu 60(2). |
TITOLU VI
REKWIŻITI SPEĊIFIĊI U L-FREKWENZA MINIMA UNIFORMI TA' KONTROLLI UFFIĊJALI FIR-RIGWARD TA' PRODOTTI TAS-SAJD
Artikolu 67
Kontrolli uffiċjali fuq il-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq
Il-kontrolli uffiċjali fuq il-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta' prodotti tas-sajd għandhom jinkludu verifika tal-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fis-Sezzjoni VIII tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, b'mod partikolari:
(a) |
verifika regolari dwar il-kundizzjonijiet tal-iġjene waqt il-ħatt u l-ewwel bejgħ; |
(b) |
spezzjonijiet regolari ta' bastimenti u ta' stabbilimenti fuq l-art, inklużi rkantijiet u swieq ta' bejgħ bl-ingrossa tal-ħut, b'mod partikolari biex jiġi ċċekkjat:
|
(c) |
kontrolli fuq il-kundizzjonijiet tal-ħżin u tat-trasport. |
Artikolu 68
Sit tal-kontrolli uffiċċjali
1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu kontrolli uffiċjali fuq bastimenti meta dawn jidħlu f'port fi Stat Membru. Dawn il-kontrolli għandhom jikkonċernaw il-bastimenti kollha li jħottu prodotti tas-sajd fil-portijiet tal-UE, irrispettivament mill-bandiera.
2. L-awtoritajiet kompetenti tal-istat tal-bandiera jistgħu jwettqu kontrolli uffiċjali fuq bastimenti taħt il-bandiera tagħhom waqt li l-bastiment ikun fuq il-baħar jew f'port fi Stat Membru ieħor jew f'pajjiż terz.
Artikolu 69
Approvazzjoni ta' bastimenti fabbrika, friża jew reefer
1. Meta bastiment fabbrika, friża jew reefer li jtajjar il-bandiera ta' Stat Membru jiġi spezzjonat bil-għan li tingħata approvazzjoni lill-bastiment, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera għandhom iwettqu l-kontrolli uffiċjali skont l-Artikolu 148 tar-Regolament (UE) 2017/625, b'mod partikolari l-limiti ta' żmien imsemmija fl-Artikolu 148(4). Jekk ikun meħtieġ, jistgħu jispezzjonaw il-bastiment waqt li jkun fuq il-baħar jew f'port fi Stat Membru ieħor jew f'pajjiż terz.
2. Meta l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera jkunu taw il-bastiment l-approvazzjoni kondizzjonali skont l-Artikolu 148 tar-Regolament (UE) 2017/625, huma jistgħu jawtorizzaw lill-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru ieħor, jew ta' pajjiż terz biex iwettqu kontrolli ta' segwitu bil-għan li tingħata approvazzjoni sħiħa, tittawwal l-approvazzjoni kondizzjonali jew sabiex l-approvazzjoni tinżamm taħt rieżami, sakemm, fil-każ ta' pajjiż terz, dak il-pajjiż jidher fuq lista ta' pajjiżi terzi li minnhom l-importazzjonijiet ta' prodotti tas-sajd huma permessi skont l-Artikolu 127 tar-Regolament (UE) 2017/625. Jekk ikun meħtieġ, dawn l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jispezzjonaw il-bastiment waqt li jkun fuq il-baħar jew f'port fi Stat Membru ieħor jew f'pajjiż terz.
3. Fejn l-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru jawtorizzaw lill-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru ieħor jew ta' pajjiż terz biex iwettqu kontrolli għan-nom tagħhom skont dan l-Artikolu, iż-żewġ awtoritajiet kompetenti għandhom jiftiehmu dwar il-kundizzjonijiet li jirregolaw dawk il-kontrolli. Dawn il-kundizzjonijiet għandhom jiżguraw, b'mod partikolari, li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera jirċievu rapporti dwar ir-riżultati tal-kontrolli u dwar kwalunkwe suspett ta' nonkonformità mingħajr dewmien, sabiex ikunu jistgħu jieħdu l-miżuri meħtieġa.
Artikolu 70
Kontrolli uffiċjali fuq il-prodotti tas-sajd
Il-kontrolli uffiċjali fuq il-prodotti tas-sajd għandhom jinkludu talanqas l-arranġamenti prattiċi stabbiliti fl-Anness VI dwar:
(a) |
l-eżamijiet organolettiċi; |
(b) |
l-indikaturi ta' freskezza; |
(c) |
l-istamina; |
(d) |
ir-residwi u l-kontaminanti; |
(e) |
il-kontrolli mikrobijoloġiċi; |
(f) |
il-parassiti; |
(g) |
il-prodotti tas-sajd velenużi. |
Artikolu 71
Deċiżjonijiet wara l-kontrolli
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddikjaraw prodotti tas-sajd mhux tajbin għall-konsum mill-bniedem jekk:
(a) |
il-kontrolli uffiċjali mwettqa skont l-Artikolu 70 jiżvelaw li mhumiex konformi mar-rekwiżiti organolettiċi, kimiċi, fiżiċi jew mikrobijoloġiċi jew mar-rekwiżiti għall-parassiti kif stabbilit fis-Sezzjoni VII tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 u/jew tar-Regolament (KE) Nru 2073/2005; |
(b) |
il-partijiet tagħhom li jittieklu fihom residwi kimiċi jew kontaminanti f'ammonti li jaqbżu l-livelli stabbiliti fir-Regolamenti (UE) Nru 37/2010, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1881/2006, jew residwi ta' sustanzi li huma pprojbiti jew mhux awtorizzati skont ir-Regolament (UE) Nru 37/2010 jew skont id-Direttiva 96/22/KE, jew mhumiex konformi ma' xi leġiżlazzjoni rilevanti oħra tal-Unjoni dwar is-sustanzi farmakoloġikament attivi; |
(c) |
ikunu ġejjin minn:
|
(d) |
l-awtoritajiet kompetenti jqisu li jistgħu jikkostitwixxu riskju għas-saħħa tal-bniedem jew tal-annimali jew għal xi raġuni oħra ma jkunux adattati għall-konsum mill-bniedem. |
Artikolu 72
Rekwiżiti dwar il-kontrolli uffiċjali fuq prodotti tas-sajd maqbuda minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Stati Membri li jidħlu fl-Unjoni wara li jiġu ttrasferiti f'pajjiżi terzi bi jew mingħajr faċilitajiet ta' ħżin
1. Prodotti tas-sajd maħsuba għall-konsum mill-bniedem maqbuda minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Stat Membru, mhux imħatta, b'faċilitajiet ta' ħżin jew mingħajrhom, f'pajjiżi terzi elenkati kif previst fl-Artikolu 126(2)(a) tar-Regolament (UE) 2017/625 qabel ma jidħlu fl-Unjoni b'mezz differenti ta' trasport, għandhom ikunu akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa maħruġ mill-awtoritajiet kompetenti ta' dak il-pajjiż terz u mimli skont il-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa stabbilit fil-Kapitolu B tal-Parti II tal-Anness III tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2019/628.
2. Jekk il-prodotti tas-sajd imsemmija fil-paragrafu 1 jinħattu u jiġu ttrasportati lejn faċilità ta' ħżin li tkun tinsab fil-pajjiż terz imsemmi f'dak il-paragrafu, dik il-faċilità ta' ħżin għandha tidher fuq lista kif previst fl-Artikolu 5 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/625.
3. Jekk il-prodotti tas-sajd imsemmija fil-paragrafu 1 jiġu mgħobbija fuq bastiment li jtajjar il-bandiera ta' pajjiż terz, dak il-pajjiż terz għandu jiġi elenkat kif previst fl-Artikolu 3 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/625 u l-bastiment għandu jidher f'lista kif previst fl-Artikolu 5 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/625.
4. Il-bastimenti tal-kontejners użati għat-trasport ta' prodotti tas-sajd f'kontejners huma esklużi minn dan ir-rekwiżit.
TITOLU VII
REKWIŻITI SPEĊIFIĊI GĦAT-TWETTIQ TAL-KONTROLLI UFFIĊJALI U FREKWENZA MINIMA UNIFORMI GĦALL-KONTROLLI UFFIĊJALI FUQ IL-LAĦAM TAR-RETTILI
Artikolu 73
Spezzjoni ante-mortem u post-mortem tar-rettili
L-Artikolu 11 għandu japplika għall-ispezzjoni ante-mortem tar-rettili.
L-Artikolu 12, 13 u 14 għandhom japplikaw għall-ispezzjoni post-mortem tar-rettili. Għall-fini tal-Artikolu 13(a)(i), rettili jitqies bħala 0,5 unità ta' bhejjem.
TITOLU VIII
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 74
Emendi għar-Regolament (KE) Nru 2074/2005
Ir-Regolament (KE) Nru 2074/2005 huwa emendat kif ġej:
1. |
Jitħassru l-Artikoli 5, 6b u 6c. |
2. |
Fl-Anness I, jitħassru t-Taqsima II u l-Appendiċi. |
3. |
Fl-Anness II, titħassar it-Taqsima II. |
4. |
Jitħassru l-Annessi III u V. |
5. |
Jitħassar l-Anness VIa. |
6. |
Jitħassru l-Anness VIb u l-Appendiċi tiegħu. |
Artikolu 75
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-14 ta' Diċembru 2019.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Marzu 2019.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(2) Ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta' kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206).
(3) Id-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE tad-29 ta' April 1996 dwar miżuri għall-monitoraġġ ta' ċerti sustanzi u residwi tagħhom f'annimali ħajjin u prodotti tal-annimali u li tħassar id-Direttivi 85/358/KEE u 86/469/KEE u d-Deċiżjonijiet 89/187/KEE u 91/664/KEE (ĠU L 125, 23.5.1996, p. 10).
(4) Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2001 li jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta' ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1).
(5) Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta' Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11).
(6) Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1).
(7) Id-Direttiva 2003/99/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Novembru 2003 rigward il-monitoraġġ taż-żoonożi u tal-aġenti żoonotiċi, temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE u tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 92/117/KEE (ĠU L 325, 12.12.2003, p. 31).
(8) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/467/KE tat-23 ta' Ġunju 2003 li tistabbilixxi l-kwalifika ta' uffiċjalment ħielsa mit-tuberkolosi, bruċellosi u lewkosi bovina enzootika ta' xi Stati Membri u reġjuni fl-Istati Membri rigward annimali bovini (ĠU L 156, 25.6.2003, p. 74).
(9) Ir-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Novembru 2003 fuq il-kontroll tas-salmonella u aġenti Zoonotiċi oħra speċifiċi li jkun hemm ġewwa l-ikel (ĠU L 325, 12.12.2003, p. 1).
(10) Ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar l-iġjene tal-prodotti tal-ikel (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1).
(11) Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta' iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55).
(12) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 tat-22 ta' Diċembru 2004 dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt it-trasport u operazzjonijiet relatati u li temenda d-Direttivi 64/432/KEE u 93/119/KE u r-Regolament (KE) Nru 1255/97, (ĠU L 3, 5.1.2005, p. 1).
(13) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2073/2005 tal-15 ta' Novembru 2005 dwar kriterji mikrobijoloġiċi għall-oġġetti tal-ikel [traduzzjoni mhux uffiċjali] (ĠU L 338, 22.12.2005, p. 1).
(14) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006 tad-19 ta' Diċembru 2006 li jiffissa l-livelli massimi ta' ċerti kontaminanti fl-oġġetti tal-ikel (ĠU L 364, 20.12.2006, p. 5).
(15) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 124/2009 tal-10 ta' Frar 2009 li jistabbilixxi livelli massimi għall-preżenza ta' koċċidijostati jew istomonostati fl-ikel li jirriżultaw mit-trażmissjoni inevitabbli ta' dawn is-sustanzi fl-għalf mhux fil-mira (ĠU L 40, 11.2.2009, p. 7).
(16) Id-Direttiva tal-Kunsill 2007/43/KE tat-28 ta' Ġunju 2007 li tistabbilixxi regoli minimi għall-protezzjoni tat-tiġieġ miżmuma għall-produzzjoni tal-laħam (ĠU L 182, 12.7.2007, p. 19).
(17) Ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (Regolament dwar prodotti sekondarji tal-annimali) (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 1).
(18) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1099/2009 tal-24 ta' Settembru 2009 dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt il-qatla (ĠU L 303, 18.11.2009, p. 1).
(19) Id-Direttiva 2010/63/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2010 dwar il-protezzjoni tal-annimali li jintużaw għal skopijiet xjentifiċi (ĠU L 276, 20.10.2010, p. 33).
(20) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 636/2014 tat-13 ta' Ġunju 2014 dwar ċertifikat mudell għall-kummerċ ta' kaċċa salvaġġa kbira mhux imqaxxra mill-ġilda (ĠU L 175, 14.6.2014, p. 16).
(21) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1375 tal-10 ta' Awwissu 2015 li jistabbilixxi regoli speċifiċi dwar kontrolli uffiċjali għat-Trichinella fil-laħam (ĠU L 212, 11.8.2015, p. 7).
(22) Ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2016 dwar il-mard trasmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali) (ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1).
(23) EFSA Journal 2011;9(10):2351
(24) EFSA Journal 2012;10(6):2741.
(25) EFSA Journal 2013;11(6):3266.
(26) EFSA Journal 2013;11(6):3265.
(27) EFSA Journal 2013;11(6):3263.
(28) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/624 tat-8 ta’ Frar 2019 rigward ir-regoli speċifiċi għat-twettiq ta' kontrolli uffiċjali fuq il-produzzjoni tal-laħam u fuq iż-żoni ta' produzzjoni u fejn jinżammu l-molluski bivalvi ħajjin skont ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ara l-paġna 1 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).
(29) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2074/2005 tal-5 ta' Diċembru 2005 li jistabbilixxi miżuri ta' implimentazzjoni għal ċerti prodotti taħt ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u għall-organizzazzjoni ta' kontrolli uffiċjali taħt ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li jidderoga mir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 853/2004 u (KE) Nru 854/2004 (ĠU L 338, 22.12.2005, p. 27).
(30) Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1).
(31) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/625 tal-4 ta' Marzu 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' rekwiżiti għad-dħul fl-Unjoni ta' kunsinni ta' ċerti annimali u oġġetti maħsuba għall-konsum mill-bniedem (ara l-paġna 18 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).
(32) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/747/KE tas-27 ta' Ottubru 1997 li tiffissa l-livelli u l-frekwenzi tat-teħid tal-kampjuni provduti fid-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE sabiex jiġu monitorjati ċerti sustanzi u l-fdalijiet tagħhom f'ċerti prodotti mill-annimali (ĠU L 303, 6.11.1997, p. 12).
(33) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 37/2010 tat-22 ta' Diċembru 2009 dwar is-sustanzi farmakoloġikament attivi u l-klassifikazzjoni tagħhom fir-rigward tal-limiti massimi ta' residwu fl-oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali (ĠU L 15, 20.1.2010, p. 1).
(34) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/470 tal-21 ta' Marzu 2018 dwar regoli dettaljati dwar il-limitu massimu ta' residwi li jrid jiġi kkunsidrat għall-finijiet ta' kontroll għall-oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali li ġew trattati fl-UE skont l-Artikolu 11 tad-Direttiva 2001/82/KE (ĠU L 79, 22.3.2018, p. 16).
(35) Id-Direttiva tal-Kunsill 96/22/KE tad-29 ta' April 1996 li tikkonċerna l-projbizzjoni tal-użu fl-istockfarming ta' ċerti sustanzi li jkollhom azzjoni ormonika u tyrostatika u ta' β-agonists u li tħassar id-Direttivi 81/602/KEE, 88/146/KEE u 88/299/KEE (ĠU L 125, 23.5.1996, p. 3).
(36) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/34/KE tal-11 ta' Jannar 2005 li tistabbilixxi standards armonizzati għall-ittestjar ta' ċerti residwi fil-prodotti li joriġinaw mill-annimali importati minn pajjiżi terzi (ĠU L 16, 20.1.2005, p. 61).
(37) Ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta' residwu ta' pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1).
(38) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/628 tat-8 ta' April 2019 li jikkonċerna mudelli taċ-ċertifikati uffiċjali għal ċerti annimali u oġġetti u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2074/2005 u r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/759 fir-rigward ta'dawn il-mudelli taċ-ċertifikati (ara l-paġna 101 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).
(39) Id-Direttiva (UE) 2015/1535 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Settembru 2015 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta' informazzjoni fil-qasam tar-regolamenti tekniċi u tar-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika (ĠU L 241, 17.9.2015, p. 1).
(40) Jekk kollha jkunu negattivi, tingħata ċertezza statistika ta' 95 % li l-prevalenza hija ta' inqas minn 6 %.
(41) Id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta' Ġunju 1964 dwar il-problemi tas-saħħa tal-annimali li jaffetwaw il-kummerċ ta' annimali bovini u suwini ġewwa l-Komunità (ĠU L 121, 29.7.1964, p. 1977).
ANNESS I
DOKUMENT MUDELL GĦALL-KOMUNIKAZZJONI MAL-AZJENDA TA' PROVENJENZA SKONT L-ARTIKOLU 39(5)
1. Dettalji ta' identifikazzjoni
1.1. Azjenda ta' provenjenza (sid jew maniġer)
Isem/numru
Indirizz sħiħ
Numru tat-telefown
Indirizz elettroniku jekk disponibbli
1.2. Numri ta' identifikazzjoni ta' …[jekk jogħġbok speċifika] jew ehmeż lista
Għadd totali ta' annimali (skont l-ispeċi)
Problemi ta' identifikazzjoni (jekk hemm)
1.3. Numru ta' identifikazzjoni tal-merħla/qatgħa/gaġġa (jekk applikabbli)
1.4. Speċi tal-annimal
1.5. Numru ta' referenza taċ-ċertifikat tas-saħħa (jekk applikabbli)
2. Sejbiet ante-mortem
2.1. Trattament xieraq
Għadd ta' annimali milquta
Tip/klassi/età
Osservazzjonijiet
2.2. L-annimali kienu konsenjati maħmuġin
2.3. Sejbiet kliniċi ta' mard
Għadd ta' annimali milquta
Tip/klassi/età
Osservazzjonijiet
Data tal-ispezzjoni
2.4. Riżultati tal-laboratorju (1)
3. Sejbiet post-mortem
3.1. Sejbiet makroskopiċi
Għadd ta' annimali milquta
Tip/klassi/età
Organu jew parti tal-annimal(i) milqut(a)
Data tat-tbiċċir
3.2. Mard (jistgħu jintużaw kodiċijiet (2))
Għadd ta' annimali milquta
Tip/klassi/età
Organu jew parti tal-annimal(i) milquta
Karkassa parzjalment jew totalment ikkundannata (agħti r-raġuni)
Data tat-tbiċċir
3.3. Riżultati tal-laboratorju (3)
3.4. Riżultati oħra
3.5. Sejbiet dwar it-trattament xieraq
4. Tagħrif addizzjonali
5. Dettalji ta' kuntatt tal-biċċerija (numru ta' approvazzjoni)
Isem
Indirizz sħiħ
Numru tat-telefown
Indirizz elettroniku jekk disponibbli
6. Veterinarju uffiċjali (b'ittri kbar)
Firma u timbru
7. Data
8. Numru ta' paġni mehmuża ma' din il-formola:
(1) Mikrobijoloġiċi, kimiċi, seroloġiċi, eċċ. (inkludi r-riżultati kif mehmuża).
(2) L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jintroduċu l-kodiċijiet li ġejjin: il-kodiċi A għall-mard elenkat mill-OIE; il-kodiċijiet B100 u B200 għal kwistjonijiet ta' trattament xieraq u C100 sa C290 għal deċiżjonijiet dwar il-laħam. Is-sistema tal-kodifikar tista', jekk ikun meħtieġ, tinkludi aktar subdiviżjonijiet (pereżempju C141 għal mard ġeneralizzat ħafif, C142 għal mard aktar serju, eċċ.). Jekk jintużaw il-kodiċijiet, iridu jkunu faċilment disponibbli għall-operaturi tan-negozju tal-ikel bi spjegazzjoni xierqa tat-tifsira tagħhom.
(3) Mikrobijoloġiċi, kimiċi, seroloġiċi, eċċ. (inkludi r-riżultati kif mehmuża).
ANNESS II
ARRANĠAMENTI PRATTIĊI GĦALL-MARKA TAS-SAĦĦA SKONT L-ARTIKOLU 48
1. |
Il-marka tas-saħħa għandha tkun marka ovali mill-inqas 6,5 cm wiesgħa u għolja 4,5 cm bis-segwenti informazzjoni f'karattri perfettament leġibbli:
|
2. |
L-ittri jridu jkunu għoljin mill-anqas 0,8 cm u ċ-ċifri għoljin mill-anqas 1 cm. Id-dimensjonijiet tal-karattri u tal-marka jistgħu jitnaqqsu fil-każ tal-immarkar ta' ħrief, gidien u qżieqeż. |
3. |
Il-linka użata għall-immarkar tas-saħħa trid tkun awtorizzata skont ir-regoli tal-Unjoni dwar l-użu ta' sustanzi kuluranti fuq oġġetti tal-ikel. |
4. |
Il-marka tas-saħħa tista' tinkludi wkoll indikazzjoni tal-veterinarju uffiċjali li jkun wettaq l-ispezzjoni sanitarja tal-laħam. |
ANNESS III
METODI TA' TTESTJAR GĦALL-ĦALIB MHUX IPPROĊESSAT U GĦALL-ĦALIB TAL-BAQAR ITTRATTAT BIS-SĦANA SKONT L-ARTIKOLU 50
KAPITOLU I
DETERMINAZZJONI TAL-GĦADD TA' KOLONJI U TAL-GĦADD TAĊ-ĊELLOLI SOMATIĊI
A. |
Meta tiġi verifikata l-konformità mal-kriterji stabbiliti fil-Parti III tat-Taqsima IX, il-Kapitolu I tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, iridu jiġu applikati l-istandards li ġejjin bħala metodi ta' referenza:
|
B. |
L-użu ta' metodi analitiċi alternattivi huwa aċċettabbli:
|
KAPITOLU II
DETERMINAZZJONI TAL-ATTIVITÀ TAL-FOSFATAŻI ALKALINA FIL-ĦALIB TAL-BAQAR
A. |
Sabiex tiġi determinata l-attività tal-fosfatażi alkalina fil-ħalib tal-baqar pasturizzat, l-istandard EN ISO 11816-1 irid jiġi applikat bħala l-metodu ta' referenza. |
B. |
L-attività tal-fosfatażi alkalina fil-ħalib tal-baqar pasturizzat tiġi espressa bħala milliunitajiet ta' attività enzimatika għal kull litru (mU/l). Unità waħda tal-attività tal-fosfatażi alkalina hija l-ammont tal-enzima fosfatażi alkalina li tikkatalizza t-trasformazzjoni ta' mikromola waħda ta' substrat kull minuta. |
C. |
Test tal-fosfatażi alkalina huwa meqjus li jagħti riżultat negattiv jekk l-attività mkejla fil-ħalib tal-baqar ma tkunx ta' aktar minn 350 mU/l. |
D. |
L-użu ta' metodi analitiċi alternattivi huwa aċċettabbli meta dawn jiġu vvalidati skont il-metodi ta' referenza msemmija fil-Parti A skont protokolli u regoli ta' prattika tajba tal-laboratorju aċċettati internazzjonalment. |
ANNESS IV
METODU TA' TTESTJAR TA' REFERENZA GĦALL-ANALIŻI TAL-E. COLI F'MOLLUSKI BIVALVI ĦAJJIN GĦALL-KLASSIFIKAZZJONI TA' ŻONI TA' PRODUZZJONI U FEJN JINŻAMMU L-MOLLUSKI SKONT L-ARTIKOLU 52(2)
Il-metodu ta' referenza għall-analiżi tal-E. coli f'molluski bivalvi ħajjin għandu jkun id-detezzjoni u t-teknika tan-“numru l-iktar probabbli” (MPN) kif speċifikat fl-ISO 16649-3. Jistgħu jintużaw metodi alternattivi jekk ikunu vvalidati skont dan il-metodu ta' referenza skont il-kriterji fl-ISO 16140.
ANNESS V
METODI RIKONOXXUTI GĦAD-DETEZZJONI TA' BIJOTOSSINI TAL-BAĦAR SKONT L-ARTIKOLU 60
KAPITOLU I
METODU GĦAD-DETEZZJONI TA' VELENU PARALITIKU TAL-FROTT TAL-BAĦAR BIL-QOXRA
A. |
Il-kontenut ta' tossini tal-velenu paralitiku tal-frott tal-baħar bil-qoxra (PSP) fil-ġisem kollu jew f'kull parti li tittiekel separatament ta' molluski bivalvi għandu jiġi determinat permezz tal-metodu uffiċjali tal-AOAC OMA 2005.06, kif ippubblikat fl-AOAC International Journal 88(6), 1714-1732, (il-metodu Lawrence), permezz ta' testijiet bijoloġiċi fuq il-ġrieden jew bi kwalunkwe metodu validat ieħor rikonoxxut internazzjonalment. |
B. |
Jekk ir-riżultati jiġu kkontestati, il-metodu ta' referenza għandu jkun il-metodu uffiċjali tal-AOAC OMA 2005.06 kif imsemmi fil-Parti A. |
KAPITOLU II
METODU GĦAD-DETEZZJONI TA' VELENU AMNEŻIKU TAL-FROTT TAL-BAĦAR BIL-QOXRA
A. |
Il-kontenut ta' tossini tal-velenu amneżiku tal-frott tal-baħar bil-qoxra (ASP) fil-ġisem kollu jew f'kull parti li tittiekel separatament ta' molluski bivalvi għandu jiġi determinat permezz tal-metodu ta' kromatografija likwida bi prestazzjoni għolja b'detezzjoni permezz ta' raġġi ultravjola (HPLC/UV) jew b'xi metodu validat ieħor rikonoxxut internazzjonalment. |
B. |
Madankollu, għal raġunijiet ta' skrinjar, jista' jintuża wkoll il-metodu uffiċjali tal-AOAC 2006.02, kif ippubblikat fil-Ġurnal Internazzjonali tal-AOAC 90, 1011-1027 (metodu ta' assaġġ ta' immunoassorbiment enzimatiku (ELISA) tal-ASP), jew kwalunkwe metodu validat ieħor rikonoxxut internazzjonalment. |
C. |
Jekk ir-riżultati jiġu kkontestati, il-metodu ta' referenza għandu jkun il-metodu HPLC/UV. |
KAPITOLU III
METODI GĦAD- DETEZZJONI TA' TOSSINI LIPOFILIĊI
A. |
Il-metodu ta' referenza għad-detezzjoni ta' tossini marini kif imsemmi fil-punt (c), (d) u (e) fil-Kapitolu V(2) tas-Sezzjoni VII tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 għandu jkun il-metodu ta' referenza ta' kromatografija likwida-spettrometrija tal-massa/spettromettrija tal-massa (EURL LC-MS/MS) fil-laboratorju. Dan il-metodu għandu jistabbilixxi talanqas il-komposti li ġejjin:
F'każ li jinstabu analogi ġodda tat-tossini ta' hawn fuq, li għalihom ikun ġie stabbilit fattur ta' ekwivalenza tat-tossiċità (TEF), dawn għandhom jiġu inklużi fl-analiżi. L-ekwivalenza tossika totali għandha tiġi kkalkulata permezz tat-TEFs kif rakkomandat mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) fil-Ġurnal (2008) 589, 1-62 jew xi parir aġġornat tal-EFSA. |
B. |
Metodi oħra għajr dawk imsemmija fil-Parti A, bħall-metodu LC-MS, HPLC b'detezzjoni xierqa, immunoassaġġi u assaġġi funzjonali, bħall-assaġġ tal-inibizzjoni tal-fosfatażi, jistgħu jintużaw bħala alternattivi, jew flimkien mal-metodu EURL LC-MS/MS, sakemm:
|
KAPITOLU IV
DETEZZJONI TA' TOSSINI TAL-BAĦAR ĠODDA JEW EMERĠENTI
Matul il-monitoraġġ perjodiku taż-żoni ta' produzzjoni u fejn jinżammu l-molluski jistgħu jintużaw metodi kimiċi, metodi alternattivi b'detezzjoni xierqa, jew testijiet bijoloġiċi fuq il-ġrieden għad-detezzjoni ta' tossini tal-baħar ġodda jew emerġenti abbażi tal-programmi nazzjonali ta' kontroll elaborati mill-Istati Membri.
ANNESS VI
ARRANĠAMENTI PRATTIĊI GĦALL-KONTROLLI UFFIĊJALI FUQ IL-PRODOTTI TAS-SAJD SKONT L-ARTIKOLU 70
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
A. Eżamijiet organolettiċi
Il-kontrolli organolettiċi aleatorji għandhom isiru f'kull stadju tal-produzzjoni, tal-ipproċessar u tad-distribuzzjoni. Għan wieħed tal-kontrolli huwa li tiġi verifikata l-konformità mal-kriterji ta' freskezza stabbiliti skont dan ir-Regolament. B'mod partikolari, dan jinkludi l-verifika, f'kull stadju tal-produzzjoni, tal-ipproċessar u tad-distribuzzjoni, li l-prodotti tas-sajd talanqas jissodisfaw il-linji bażi tal-kriterji ta' freskezza stabbiliti skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2406/96 (1).
B. Indikaturi ta' freskezza
Meta l-eżami organolettiku jagħti lok għal xi dubju dwar il-freskezza tal-prodotti tas-sajd, jistgħu jittieħdu kampjuni u jiġu sottoposti għal testijiet fil-laboratorju sabiex jiġu determinati l-livelli tan-nitroġenu bażiku volatili totali (TVB-N) u tat-trimetilamina-nitroġenu (TMA-N) skont l-arranġamenti tekniċi fil-Kapitolu II.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jużaw il-kriterji stabbiliti f'dan ir-Regolament.
Meta l-eżami organolettiku jagħti lok għal suspett tal-preżenza ta' kundizzjonijiet oħra li jistgħu jaffettwaw is-saħħa tal-bniedem, għandhom jittieħdu kampjuni xierqa għal skopijiet ta' verifika.
C. Istamina
L-ittestjar aleatorju għall-istamina għandu jsir biex tiġi verifikata l-konformità mal-livelli permessi stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 2073/2005.
D. Residwi u kontaminanti
L-arranġamenti ta' monitoraġġ għandhom jiġu stabbiliti skont id-Direttiva 96/23/KE u d-Deċiżjoni 97/747/KE biex tiġi kkontrollata l-konformità mal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar:
— |
il-limiti massimi ta' residwi ta' sustanzi farmakoloġikament attivi, skont ir-Regolamenti (UE) Nru 37/2010 u (UE) 2018/470; |
— |
is-sustanzi pprojbiti u mhux awtorizzati, skont ir-Regolament (UE) Nru 37/2010, id-Direttiva 96/22/KE, u d-Deċiżjoni 2005/34/KE; |
— |
il-kontaminanti, skont ir-Regolament (KE) Nru 1881/2006 li jistabbilixxi livelli massimi ta' ċerti kontaminanti fl-oġġetti tal-ikel; u |
— |
ir-residwi tal-pestiċidi, skont ir-Regolament (KE) Nru 396/2005. |
E. Kontrolli mikrobijoloġiċi
Fejn meħtieġ, il-kontrolli mikrobijoloġiċi għandhom isiru skont ir-regoli u l-kriterji rilevanti stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 2073/2005.
F. Parassiti
L-ittestjar abbażi tar-riskju għandu jsir biex tiġi verifikata l-konformità mal-Parti D tal-Kapitolu III tas-Sezzjoni VIII tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 u mat-Taqsima I tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 2074/2005.
G. Prodotti tas-sajd velenużi
Il-kontrolli għandhom isiru sabiex jiġi żgurat li:
1. |
prodotti tas-sajd li ġejjin minn ħut velenuż mill-familji li ġejjin ma jitqegħdux fis-suq: Tetraodontidae, Molidae, Diodontidae u Canthigasteridae; |
2. |
prodotti tas-sajd friski, ippreparati, iffriżati u pproċessati li jagħmlu parti mill-familja Gempylidae, b'mod partikolari Ruvettus pretiosus u Lepidocybium flavobrunneum, jistgħu jitqiegħdu fis-suq biss jekk ikunu f'forma mqartsa/ippakkjata u jkunu tikkettati sew sabiex il-konsumatur jiġi mgħarraf dwar il-metodi ta' preparazzjoni/tisjir u r-riskji relatati mal-preżenza ta' sustanzi li jista' jkollhom effetti gastrointestinali negattivi. Fuq it-tikketta għandu jkun hemm l-ismijiet xjentifiċi kif ukoll l-ismijiet komuni tal-prodotti tas-sajd; |
3. |
prodotti tas-sajd li jkun fihom bijotossini bħaċ-ċigwatera jew tossini oħra perikolużi għas-saħħa tal-bniedem ma jitqegħdux fis-suq. Madankollu, prodotti tas-sajd li ġejjin minn molluski bivalvi ħajjin, ekinodermi, tunikati u gasteropodi tal-baħar jistgħu jitqiegħdu fis-suq jekk ikunu ġew prodotti skont is-Sezzjoni VII tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 u jkunu konformi mal-istandards stabbiliti fil-punt 2 tal-Kapitolu V ta' dik is-Sezzjoni. |
KAPITOLU II
KONTROLLI FUQ IN-NITROĠENU BAŻIKU VOLATILI TOTALI (TVB-N)
A. Il-valuri limitu tat-TVB-N għal ċerti kategoriji ta' prodotti tas-sajd u l-metodi ta' analiżi li jridu jintużaw
1. |
Prodotti tas-sajd li ma jkunux ipproċessati għandhom jitqiesu li mhumiex tajbin għall-konsum mill-bniedem fejn il-valutazzjoni organolettika tkun qajmet dubji dwar il-freskezza tagħhom u l-kontrolli kimiċi juru li nqabżu l-limiti tat-TVB-N li ġejjin:
Il-metodu ta' referenza li jrid jintuża biex jiġu ċċekkjati l-limiti tat-TVB-N jinvolvi d-distillar ta' estratt deproteinizzat permezz tal-aċidu perkloriku kif stabbilit fil-Parti C hawn taħt. |
2. |
Id-distillazzjoni kif imsemmija fil-punt 1 għandha ssir bl-użu ta' apparat li huwa konformi mad-dijagramma fil-Parti D hawn taħt. |
3. |
Il-metodi ta' rutina li jistgħu jintużaw biex jiġi ċċekkjat il-limitu tat-TVB-N huma kif ġej:
|
4. |
Il-kampjun għandu jkun magħmul minn madwar 100 g ta' laħam, meħud minn talanqas tliet partijiet differenti u mħallat flimkien permezz ta' tħin. |
L-Istati Membri għandhom jirrakkomandaw li, bħala rutina, il-laboratorji uffiċjali jużaw il-metodi msemmija hawn fuq. Fejn ir-riżultati jkunu dubjużi jew fil-każ ta' nuqqas ta' qbil dwar ir-riżultati ta' analiżi li jsiru b'wieħed mill-metodi ta' rutina, jista' jintuża biss il-metodu ta' referenza għall-iċċekkjar tar-riżultati.
B. Kategoriji ta' speċijiet li għalihom ġew iffissati l-valuri limitu tat-TVB-N
Il-valuri limitu tat-TVB-N huma ffissati għall-kategoriji ta' speċijiet li ġejjin:
1. |
Sebastes spp., Helicolenus dactylopterus, Sebastichthys capensis; |
2. |
speċijiet li jagħmlu parti mill-familja Pleuronectidae (bl-eċċezzjoni tal-ħalibatt: Hippoglossus spp.); |
3. |
Salmo salar, speċi li tagħmel parti mill-familja Merlucciidae, speċi li tagħmel parti mill-familja Gadidae. |
C. Proċedura ta' referenza għad-determinazzjoni tal-konċentrazzjoni tat-TVB-N fil-ħut u fil-prodotti tas-sajd
1. Skop u kamp ta' applikazzjoni
Dan il-metodu jiddeskrivi proċedura ta' referenza għall-identifikazzjoni tal-konċentrazzjoni tan-nitroġenu ta' TVB-N fil-ħut u fil-prodotti tas-sajd. Din il-proċedura hija applikabbli f'konċentrazzjonijiet ta' TVB-N ta' 5 mg/100 g sa mill-inqas 100 mg/100 g.
2. Definizzjonijiet
“Konċentrazzjoni ta' TVB-N” tfisser il-kontenut ta' nitroġenu ta' bażijiet volatili nitroġenużi kif determinat bil-proċedura ta' referenza deskritta.
“Soluzzjoni” tfisser soluzzjoni milwiema kif ġej:
(a) |
soluzzjoni ta' aċidu perkloriku = 6 g/100 ml; |
(b) |
soluzzjoni ta' idrossidu tas-sodju = 20 g/100 ml; |
(c) |
soluzzjoni standard ta' aċidu idrokloriku 0,05 mol/l (0,05 N). Meta jkun qed jintuża apparat tad-distillazzjoni awtomatiku, it-titrazzjoni trid issir permezz ta' soluzzjoni standard ta' aċidu idrokloriku ta' 0,01 mol/l (0,01 N); |
(d) |
soluzzjoni ta' aċidu boriku = 3 g/100 ml; |
(e) |
aġent tas-siliċju kontra r-ragħwa; |
(f) |
soluzzjoni ta' fenolftaleina = 1 g/100 ml 95 % etanol; |
(g) |
soluzzjoni indikatur (indikatur imħallat ta' Tashiro) = 2 g ta' metil-aħmar u 1 g ta' metilen-blu maħlula f'1 000 ml ta' etanol ta' 95 %. |
3. Deskrizzjoni qasira
Il-bażijiet volatili nitroġenużi jiġu estratti minn kampjun permezz ta' soluzzjoni ta' 0,6 mol/l ta' aċidu perkloriku. Wara l-alkanizzazzjoni, l-estratt jgħaddi minn distillazzjoni bil-fwar u l-komponenti bażiċi volatili jiġu assorbiti minn riċevitur tal-aċidu. Il-konċentrazzjoni tat-TVB-N tiġi determinata bit-titrazzjoni tal-bażijiet assorbiti. Il-konċentrazzjoni tiġi espressa f'mg/100 g.
4. Sustanzi kimiċi
Sakemm ma jkunx indikat mod ieħor, għandhom jintużaw sustanzi kimiċi li jkollhom grad ta' reaġent. L-ilma użat għandu jkun distillat jew demineralizzat u mill-anqas tal-istess purità.
5. Għandhom jintużaw l-istrumenti u l-aċċessorji li ġejjin:
(a) |
magna tal-ikkappuljat li tipproduċi kkappuljat tal-ħut omoġenju biżżejjed; |
(b) |
blender b'veloċità għolja b'veloċità ta' bejn 8 000 u 45 000 dawra/min; |
(c) |
filtru skanalat, b'dijametru ta' 150 mm, li jiffiltra malajr; |
(d) |
buretta, ta' 5 ml, gradwata sa 0,01 ml; |
(e) |
apparat għad-distillazzjoni bil-fwar. L-apparat irid ikun kapaċi jirregola diversi ammonti ta' fwar u jipproduċi ammont kostanti ta' fwar tul perjodu partikolari ta' żmien. Irid jiżgura li, matul iż-żieda ta' sustanzi alkalizzanti, il-bażijiet ħielsa li jirriżultaw ma jistgħux jaħarbu. |
6. Eżekuzzjoni tal-proċedura ta' referenza
Waqt l-użu tal-aċidu perkloriku, li huwa korrużiv ħafna, għandhom jittieħdu l-miżuri meħtieġa ta' prekawzjoni u ta' prevenzjoni. Il-kampjuni għandhom jitħejjew malajr kemm jista' jkun wara l-wasla tagħhom, skont l-istruzzjonijiet li ġejjin:
(a) |
Preparazzjoni tal-kampjun Il-kampjun li se jiġi analizzat jiġi mitħun b'attenzjoni b'magna tal-ikkapuljat kif deskritt fil-punt 5(a). Ammont ta 10 g ± 0,1 g tal-kampjun mitħun jintiżen f'kontenitur adattat. Dan jiġi mħallat ma' 90,0 ml ta' soluzzjoni ta' aċidu perkloriku, omoġenizzat għal żewġ minuti fi blender kif deskritt fil-punt 5(b), u mbagħad iffiltrat. L-estratt li jinkiseb jista' jinżamm għal mill-inqas sebat ijiem f'temperatura ta' bejn wieħed u ieħor 2 °C u 6 °C; |
(b) |
Distillazzjoni bil-fwar 50,0 ml tal-estratt miksub skont il-punt (a) jitqiegħed f'apparat għad-distillazzjoni bil-fwar kif deskritt fil-punt 5(e). Sabiex tkun tista' ssir verifika aktar tard fuq l-alkalinizzazzjoni tal-estratt, jiġu miżjuda diversi qtar ta' soluzzjoni ta' fenolftaleina. Wara li jkunu ġew miżjuda ftit qtar ta' aġent tas-siliċju kontra r-ragħwa, jiġu miżjuda 6,5 ml ta' soluzzjoni ta' idrossidu tas-sodju mal-estratt u d-distillazzjoni bil-fwar tibda minnufih. Id-distillazzjoni bil-fwar hija regolata sabiex madwar 100 ml ta' distillat jiġu prodotti f'10 minuti. It-tubu tal-ħruġ tad-distillazzjoni jiġi mgħaddas f'riċevitur b'100 ml ta' soluzzjoni ta' aċidu boriku, li miegħu jkunu ġew miżjuda bejn tlieta u ħames qatriet tas-soluzzjoni indikatur. Wara eżatt 10 minuti, id-distillazzjoni tintemm. It-tubu tal-ħruġ tad-distillazzjoni jitneħħa mir-riċevitur u jinħasel bl-ilma. Il-bażijiet volatili li jkunu nġabru fis-soluzzjoni riċevitur jiġu determinati permezz ta' titrazzjoni b'soluzzjoni standard tal-aċidu idrokloriku. Il-pH tal-punt tat-tarf irid ikun ta' 5,0 ± 0,1; |
(c) |
Titrazzjoni Hemm bżonn li jsiru analiżi duplikati. Il-metodu applikat huwa korrett jekk id-differenza bejn id-duplikati ma tkunx ta' aktar minn 2 mg/100 g; |
(d) |
Test inbjank Jitwettaq test inbjank kif deskritt fil-punt (b). Minflok l-estratt, jintuża 50,0 ml ta' soluzzjoni ta' aċidu perkloriku. |
7. Kalkolu tal-konċentrazzjoni tat-TVB-N
Permezz tat-titrazzjoni tas-soluzzjoni riċevitur bl-aċidu idrokloriku, il-konċentrazzjoni tat-TVB-N tiġi kkalkulata permezz tal-ekwazzjoni li ġejja:
fejn:
V1 |
= |
Volum ta' 0,01 mol ta' soluzzjoni standard ta' aċidu idrokloriku f'ml għall-kampjun; |
V0 |
= |
Volum ta' 0,01 mol ta' soluzzjoni standard ta' aċidu idrokloriku f'ml għal test inbjank; |
M |
= |
massa tal-kampjun fi g. |
Barra minn hekk, hemm bżonn ta' dawn li ġejjin:
(a) |
analiżi duplikata. Il-metodu applikat huwa korrett jekk id-differenza bejn id-duplikati ma tkunx ta' aktar minn 2 mg/100 g; |
(b) |
iċċekkjar tat-tagħmir. It-tagħmir jiġi ċċekkjat permezz tad-distillazzjoni ta' soluzzjonijiet ta' NH4Cl ekwivalenti għal 50 mg ta' TVB-N/100 g; |
(c) |
devjazzjonijiet standard. Tiġi kkalkulata d-devjazzjoni standard għar-ripetibilità Sr = 1,20 mg/100 g u d-devjazzjoni standard għar-riproduċibbiltà SR = 2,50 mg/100 g. |
D. Apparat għad-distillazzjoni bil-fwar tat-TVB-N
Estratt tal-kampjun
Tubu tal-injezzjoni tal-fwar
Tubu tad-distillazzjoni
Ġeneratur tal-fwar
Flask jew bekk
(Aċidu boriku)
Tarf tal-kondensatur
Ilma frisk
Berried
(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2406/96 tas-26 ta' Novembru 1996 li jistabbilixxi standards komuni għall-marketing għal ċerti prodotti tal-industrija tas-sajd. ĠU L 334, 23.12.1996, p. 1