17.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 131/31


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/626

tal-5 ta' Marzu 2019

li jikkonċerna listi ta' pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li minnhom hu awtorizzat id-dħul fl-Unjoni Ewropea ta' ċerti annimali u oġġetti maħsuba għall-konsum mill-bniedem, u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/759 fir-rigward ta' dawn il-listi

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta' regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 127(2) tagħha,

Wara li kkonsultat il-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2017/625 jistabbilixxi regoli għall-kontrolli uffiċjali u attivitajiet ta' kontroll oħra mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri sabiex tiġi vverifikata l-konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qasam, fost l-oħrajn, tas-sikurezza tal-ikel f'kull stadju tal-proċess tal-produzzjoni, l-ipproċessar u d-distribuzzjoni. B'mod partikolari, jipprevedi li ċerti annimali u oġġetti jridu jidħlu fl-Unjoni biss minn pajjiż terz jew minn reġjun tiegħu li jidher f'lista mfassla mill-Kummissjoni għal dan il-għan.

(2)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/625 (2) jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 fir-rigward tal-kundizzjonijiet għad-dħul fl-Unjoni ta' kunsinni ta' ċerti annimali u oġġetti maħsuba għall-konsum mill-bniedem minn pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom biex jiġi żgurat li dawn jikkonformaw mar-rekwiżiti rilevanti stabbiliti fir-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2)(a) tar-Regolament (UE) 2017/625 (is-sikurezza tal-ikel) jew mar-rekwiżiti rikonoxxuti li huma tal-inqas ekwivalenti. Dawk il-kundizzjonijiet jinkludu l-identifikazzjoni tal-annimali u l-oġġetti maħsuba għall-konsum mill-bniedem li għalihom japplika r-rekwiżit biex jidħlu minn pajjiż terz jew reġjun tiegħu elenkat skont l-Artikolu 126(2)(a) tar-Regolament (UE) 2017/625.

(3)

Listi ta' pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom għad-dħul fl-Unjoni ta' kunsinni ta' ċerti annimali u oġġetti maħsuba għall-konsum mill-bniedem huma stabbiliti biex jiżguraw il-konformità mar-rekwiżiti tas-sikurezza tal-ikel skont l-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), li se jitħassar sal-14 ta' Diċembru 2019 bir-Regolament (UE) 2017/625, u mar-rekwiżiti dwar is-saħħa tal-annimali skont l-Artikolu 8(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE (4). Meta l-konformità mar-rekwiżiti tas-saħħa tal-bnedmin kif ukoll ma' dawk tal-annimali tqieset li hi neċessarja, ġew stabbiliti listi komuni li jkopru ż-żewġ aspetti mir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/759 (5), mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 206/2010 (6), mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 119/2009 (7), mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/777/KE (8), mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/779/KE (9) u mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 605/2010 (10).

(4)

Listi addizzjonali ta' pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li minnhom hu permess id-dħul fl-Unjoni ta' molluski bivalvi, ekinodermi, tunikati, gastropodi tal-ibħra u prodotti tas-sajd, abbażi ta' kunsiderazzjonijiet ta' saħħa pubblika, huma stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/766/KE (11), adottata skont l-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 854/2004.

(5)

Billi r-Regolament (KE) Nru 854/2004 huwa mħassar mir-Regolament (UE) 2017/625 b'effett mill-14 ta' Diċembru 2019 u sabiex ikun hemm att legali wieħed li jiġbor flimkien il-pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom kollha li jeħtieġu jkunu elenkati biex idaħħlu ċerti annimali u oġġetti fis-suq tal-Unjoni mill-perspettiva tal-ikel u tas-sikurezza tal-ikel, huwa xieraq li jiġu stabbiliti listi għal dawk l-annimali u l-oġġetti f'dan ir-Regolament.

(6)

Billi d-diskussjonijiet fil-kuntest tal-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12) jinsabu għaddejjin dwar ir-rekwiżiti għall-elenkar ta' pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom għad-dħul fl-Unjoni ta' ċerti prodotti ta' oriġini mill-annimali għal raġunijiet ta' saħħa tal-annimali, huwa xieraq ukoll li jiġu pprovduti listi għal dawn il-prodotti ta' oriġini mill-annimali billi jiġu stabbiliti kontroreferenzi għal-listi eżistenti għal raġunijiet ta' saħħa tal-annimali biex tiġi evitata duplikazzjoni tal-listi. Dawn il-listi tfasslu abbażi tar-Regolament (KE) Nru 854/2004 u tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE fuq talba tal-pajjiżi terzi kkonċernati. Sabiex ikunu fuq dawn il-listi, l-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi terzi pprovdew garanziji xierqa, b'mod partikolari fir-rigward tal-konformità jew tal-ekwivalenza mal-liġi tal-Unjoni dwar l-ikel u l-organizzazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz. Għalhekk il-valutazzjoni mill-ġdid tal-konformità ma' dawn il-kundizzjonijiet skont ir-Regolament (UE) 2017/625 mhix neċessarja.

(7)

Huwa xieraq għall-finijiet tar-Regolament (UE) 2017/625, li jinżammu listi relatati mal-ikel u s-sikurezza tal-ikel li jkunu komuni għal-listi eżistenti, stabbiliti għal raġunijiet ta' saħħa tal-annimali u li jinżamm approċċ koordinat billi jiġu elenkati biss pajjiżi terzi u reġjuni tagħhom jekk programm ta' kontroll tar-residwu ġie approvat skont id-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE (13), meta applikabbli.

(8)

Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14) jistabbilixxi rekwiżiti għall-operaturi fin-negozju tal-ikel li jimpurtaw prodotti ta' oriġini mill-annimali u prodotti komposti. B'mod partikolari, jistipula li operaturi fin-negozju tal-ikel li jimpurtaw prodotti ta' oriġini mill-annimali minn pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom iridu jiżguraw li l-pajjiż terz li minnu ssir l-ispedizjoni jkun qiegħed fuq lista ta' pajjiżi terzi li minnhom jistgħu jiġu importati tali prodotti.

(9)

Il-miżuri tranżizzjonali li jipprevedu derogi mill-kundizzjonijiet tal-importazzjoni stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 853/2004 u li japplikaw għal ċerti prodotti ta' oriġini mill-annimali huma previsti fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/185 (15), u japplikaw sal-31 ta' Diċembru 2020.

(10)

Għaldaqstant, iridu jiġu stabbiliti listi addizzjonali ta' pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom mhux aktar tard minn qabel ma jiskadu l-miżuri tranżizzjonali stabbiliti fir-Regolament (UE) 2017/185 biex tiġi evitata interruzzjoni tad-dħul fl-Unjoni ta' kunsinni ta' dawk il-prodotti ta' oriġini mill-annimali. Jenħtieġ li jiġu stabbiliti listi b'mod partikolari għal grass tal-annimali mdewweb u qrieqeċ, laħam tar-rettili, insetti u budellat.

(11)

L-ikel li jikkonsisti, huwa iżolat jew prodott minn insetti jew partijiet tagħhom, inklużi insetti ħajjin, huwa soġġett għal awtorizzazzjoni tal-ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16). Huwa xieraq li tiġi stabbilita lista separata għal dawn il-gruppi ta' prodotti.

(12)

Huwa neċessarju li qabel it-tmiem tal-miżuri tranżizzjonali previsti fir-Regolament (UE) 2017/185 tiġi stabbilita lista ta' prodotti ta' oriġini mill-annimali minbarra dawk li għalihom ġew stabbiliti listi speċifiċi f'dan ir-Regolament biex jiġi evitat it-tfixkil tad-dħul fl-Unjoni ta' prodotti attwalment importati ta' oriġini mill-annimali, li huma essenzjali għall-operaturi tan-negozji tal-ikel Ewropej.

(13)

Il-miżuri tranżizzjonali stabbiliti fir-Regolament (UE) 2017/185 għal ċerti prodotti ta' oriġini mill-annimali u prodotti komposti ġew introdotti għaliex jirrappreżentaw riskju baxx għas-saħħa tal-bniedem minħabba l-kwantitajiet baxxi ħafna kkunsmati jew għax il-manifattura tal-prodotti teskludi l-biċċa l-kbira tar-riskju għas-saħħa tal-bniedem. Għalhekk huwa sproporzjonat li jintalbu l-evidenza u l-garanziji kollha minn pajjiżi terzi skont l-Artikolu 127(3) tar-Regolament (UE) 2017/625 u l-Artikolu 4 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/625.

(14)

Il-listi jenħtieġ li jiġu stipulati f'dan ir-Regolament u jitħassru mir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/759 u d-Deċiżjoni 2006/766/KE. Għalhekk, ir-Regolament (UE) 2016/759 jenħtieġ li jiġi emendat kif xieraq u d-Deċiżjoni 2006/766/KE jenħtieġ li titħassar.

(15)

Billi r-Regolament (UE) 2017/625 japplika b'effett mill-14 ta' Diċembru 2019, jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika wkoll minn dik id-data.

(16)

Il-listi ta' pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li minnhom huwa permess, abbażi tal-istatus tas-saħħa tal-annimali tagħhom, id-dħul fl-Unjoni ta' kunsinni ta' budellat, se jiġu stabbilita biss mill-21 ta' April 2021 skont ir-Regolament (UE) 2016/429. Huwa xieraq li l-lista ta' pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li minnhom huwa permess id-dħul fl-Unjoni ta' kunsinni ta' budellat għall-konsum mill-bniedem tapplika biss mill-istess data 'l quddiem. Għalhekk il-miżuri tranżizzjonali li jipprovdu derogi rigward ir-rekwiżiti tas-saħħa pubblika għad-dħul fl-Unjoni ta' kunsinni ta' budellat jenħtieġ li jiġu estiżi sal-20 ta' April 2021.

(17)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta' applikazzjoni

Dan ir-Regolament jikkonċerna l-listi ta' pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li minnhom għandhom jiġu awtorizzati l-kunsinni ta' ċerti annimali u oġġetti maħsuba għall-konsum mill-bniedem għad-dħul fl-Unjoni mill-perspettiva tas-sikurezza tal-ikel skont l-Artikolu 126(2)(a) tar-Regolament (UE) 2017/625.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“laħam frisk” tfisser laħam frisk kif definit fil-punt 1.10 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;

(2)

“preparati tal-laħam” tfisser preparati tal-laħam kif definiti fil-punt 1.15 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;

(3)

“laħam” tfisser laħam kif definit fil-punt 1.1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;

(4)

“pollam” tfisser pollam kif definit fil-punt 1.3 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;

(5)

“kaċċa selvaġġa” tfisser kaċċa selvaġġa kif definita fil-punt 1.5 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;

(6)

“bajd” tfisser bajd kif definiti fil-punt 5.1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;

(7)

“prodotti mill-bajd” tfisser prodotti mill-bajd kif definiti fil-punt 7.3 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;

(8)

“prodotti tal-laħam” tfisser prodotti tal-laħam kif definiti fil-punt 7.1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;

(9)

“Stonkijiet, vexxiki u intestini trattati” tfisser stonkijiet, vexxiki u intestini trattati kif definiti fil-punt 7.9 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;

(10)

“molluski bivalvi” tfisser molluski bivalvi kif definiti fil-punt 2.1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;

(11)

“prodotti tas-sajd” tfisser prodotti tas-sajd kif definiti fil-punt 3.1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;

(12)

“ħalib mhux ipproċessat” tfisser ħalib nej kif definit fil-punt 4.1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;

(13)

“prodotti mill-ħalib” tfisser prodotti mill-ħalib kif definiti fil-punt 7.2 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;

(14)

“kolostru” tfisser kolostru kif definit fil-punt 1 tat-Taqsima IX tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;

(15)

“prodotti li fihom il-kolostru” tfisser prodotti li fihom il-kolostru kif definiti fil-punt 2 tat-Taqsima IX tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;

(16)

“saqajn taż-żrinġijiet” tfisser saqajn taż-żrinġijiet kif definiti fil-punt 6.1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;

(17)

“bebbux” tfisser bebbux kif definit fil-punt 6.2 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;

(18)

“grass tal-annimali mdewweb” tfisser grass tal-annimali mdewweb kif definit fil-punt 7.5 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;

(19)

“qrieqeċ” tfisser qrieqeċ kif definiti fil-punt 7.6 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;

(20)

“ġelatina” tfisser ġelatina kif definita fil-punt 7.7 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;

(21)

“kollaġen” tfisser kollaġni kif definita fil-punt 7.8 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;

(22)

“għasel” tfisser għasel kif definit fil-punt 1 tal-Parti IX tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17);

(23)

“prodotti tal-apikultura” tfisser prodotti tal-apikultura kif definiti fil-punt 2 tal-Parti IX tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013;

(24)

“laħam tar-rettili” tfisser laħam tar-rettili kif definit fil-punt (16) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2019/625;

(25)

“insetti” tfisser insetti kif definiti fil-punt (17) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2019/625.

Artikolu 3

Lista ta' pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li minnhom hu awtorizzat id-dħul fl-Unjoni ta' laħam frisk u preparati tal-laħam tal-ungulati

Il-kunsinni ta' laħam frisk u preparati tal-laħam tal-ungulati maħsuba għall-konsum mill-bniedem għandhom jiġu awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni biss jekk jiġu minn pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li minnhom hija awtorizzata l-importazzjoni fl-Unjoni skont il-punt (a) tal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 206/2010.

Artikolu 4

Lista ta' pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li minnhom hu awtorizzat id-dħul fl-Unjoni ta' laħam ta' pollam, ratiti u għasafar tal-kaċċa salvaġġa, preparati tal-laħam tal-pollam, bajd u prodotti tal-bajd

Il-kunsinni ta' pollam, ratiti u għasafar tal-kaċċa selvaġġa, preparati tal-laħam tal-pollam, bajd u prodotti tal-bajd maħsuba għall-konsum mill-bniedem għandhom jiġu awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni biss jekk jiġu minn pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li minnhom hi awtorizzata l-importazzjoni fl-Unjoni skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 (18).

Artikolu 5

Lista ta' pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li minnhom hu awtorizzat id-dħul fl-Unjoni ta' laħam ta' leporidae salvaġġi, ta' mammali salvaġġi tal-art minbarra ungulati u leporidae u ta' fniek imrobbija fl-irziezet

Il-kunsinni ta' laħam leporidae selvaġġi, ta' mammali selvaġġi tal-art minbarra ungulati u leporidae u ta' fniek imrobbija fl-irziezet maħsuba għall-konsum mill-bniedem għandhom jiġu awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni biss jekk jiġu minn pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li minnhom hija awtorizzata l-importazzjoni fl-Unjoni skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 119/2009.

Artikolu 6

Lista ta' pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li minnhom hu awtorizzat id-dħul fl-Unjoni ta' prodotti tal-laħam u tal-istonkijiet, tal-vexxiki u tal-intestini trattati minbarra budellat

Il-kunsinni ta' prodotti tal-laħam u tal-istonku, bżieżaq tal-awrina u msaren trattati, minbarra budellat, maħsuba għall-konsum mill-bniedem għandhom jiġu awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni biss jekk jiġu minn pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li minnhom hija awtorizzata l-importazzjoni fl-Unjoni skont il-punt (b) tal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2007/777/KE.

Madankollu, il-kunsinni tal-biltong/jerky u tal-prodotti tal-laħam pasturizzat maħsuba għall-konsum mill-bniedem għandhom jiġu awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni biss jekk jiġu minn pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li minnhom hija awtorizzata l-importazzjoni fl-Unjoni skont il-Parti 3 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE.

Artikolu 7

Pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li minnhom hu awtorizzat id-dħul fl-Unjoni ta' budellat

Il-kunsinni ta' budellat maħsuba għall-konsum mill-bniedem għandhom jiġu awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni biss jekk jiġu minn pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li minnhom hija awtorizzata l-importazzjoni fl-Unjoni skont l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 2003/779/KE.

Artikolu 8

Lista ta' pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li minnhom hu awtorizzat id-dħul fl-Unjoni ta' molluski bivalvi, ekinodermi, tunikati u gasteropodi tal-baħar ħajjin, imkessħa, iffriżati jew ipproċessati

Il-kunsinni ta' molluski bivalvi, ekinodermi, tunikati u gasteropodi tal-baħar ħajjin, imkessħa, iffriżati jew ipproċessati maħsuba għall-konsum mill-bniedem għandhom jiġu awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni biss jekk jiġu minn pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li huma elenkati fl-Anness I. Madankollu, id-dħul fl-Unjoni ta' muskoli addutturi tal-pectinidae minbarra l-annimali tal-akkwakultura, isseparati mill-vixxri u mill-gonadi, għandu jiġi permess ukoll minn pajjiżi terzi li ma jidhrux fuq tali lista.

Artikolu 9

Lista ta' pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li minnhom hu awtorizzat id-dħul fl-Unjoni ta' prodotti tas-sajd minbarra dawk imsemmija fl-Artikolu 8

Il-kunsinni ta' prodotti tas-sajd minbarra dawk imsemmija fl-Artikolu 8 maħsuba għall-konsum mill-bniedem għandhom jiġu awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni biss jekk jiġu minn pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li huma elenkati fl-Anness II.

Artikolu 10

Lista ta' pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li minnhom hu awtorizzat id-dħul fl-Unjoni ta' kunsinni ta' ħalib mhux ipproċessat, kolostru, prodotti tal-ħalib u prodotti li fihom il-kolostru

Il-kunsinni ta' ħalib mhux ipproċessat, kolostru, prodotti tal-ħalib u prodotti li fihom il-kolostru maħsuba għall-konsum mill-bniedem għandhom jiġu awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni biss jekk jiġu minn pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li minnhom hija awtorizzata l-importazzjoni fl-Unjoni skont l-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 605/2010.

Artikolu 11

Lista ta' pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li minnhom hu awtorizzat id-dħul fl-Unjoni ta' saqajn taż-żrinġijiet

Il-kunsinni ta' saqajn taż-żrinġijiet maħsuba għall-konsum mill-bniedem għandhom jiġu awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni biss jekk jiġu minn pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li huma elenkati fl-Anness III.

Artikolu 12

Lista ta' pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li minnhom hu awtorizzat id-dħul fl-Unjoni ta' bebbux, ippreparat skont is-Sezzjoni XI tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004

Il-kunsinni ta' bebbux, ippreparat skont is-Sezzjoni XI tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 maħsuba għall-konsum mill-bniedem għandhom jiġu awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni biss jekk jiġu minn pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li huma elenkati fl-Anness III ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 13

Lista ta' pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li minnhom hu awtorizzat id-dħul fl-Unjoni ta' grass tal-annimali mdewweb u qrieqeċ

Il-kunsinni ta' grass tal-annimali mdewweb u qrieqeċ maħsuba għall-konsum mill-bniedem għandhom jiġu awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni biss jekk jiġu minn pajjiżi terzi jew minn reġjuni tagħhom li minnhom hi awtorizzata l-importazzjoni fl-Unjoni ta' kunsinni ta' prodotti tal-laħam skont il-punt (b)(i) tal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2007/777/KE.

Artikolu 14

Lista ta' pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li minnhom hu awtorizzat id-dħul fl-Unjoni ta' ġelatina u kollaġen

1.   Il-kunsinni ta' ġelatina u kollaġen derivati minn annimali bovini, ovini, kaprini u porċini u ekwini maħsuba għall-konsum mill-bniedem għandhom jiġu awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni biss jekk jiġu minn pajjiżi terzi jew minn reġjuni tagħhom li minnhom hi awtorizzata l-importazzjoni fl-Unjoni ta' kunsinni ta' laħam frisk tal-ungulati speċifiċi skont il-punt (a) tal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 206/2010, jew mill-Korea t'Isfel, mill-Malasja, mill-Pakistan jew mit-Tajwan.

2.   Il-kunsinni ta' ġelatina u kollaġen derivati minn pollam maħsuba għall-konsum mill-bniedem għandhom jiġu awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni biss jekk jiġu minn pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom elenkati fil-kolonna 1 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 li minnhom huma awtorizzati l-importazzjonijiet ta' laħam tal-pollam tal-ispeċijiet rispettivi kif speċifikat f'dik il-parti ta' dak l-Anness jew mit-Tajwan.

3.   Il-kunsinni ta' ġelatina u kollaġen derivati minn prodotti tas-sajd maħsuba għall-konsum mill-bniedem għandhom jiġu awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni biss jekk dawn jiġu minn pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li huma elenkati fl-Anness II.

4.   Il-kunsinni ta' ġelatina u kollaġen derivati minn leporidae u minn mammali selvaġġi tal-art minbarra ungulati maħsuba għall-konsum mill-bniedem għandhom jiġu awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni biss jekk dawn jiġu minn pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom elenkati fil-kolonna 1 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 119/2009.

Artikolu 15

Lista ta' pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li minnhom hu awtorizzat id-dħul fl-Unjoni ta' materja prima għall-produzzjoni tal-ġelatina u tal-kollaġen

1.   Il-kunsinni ta' materja prima għall-produzzjoni tal-ġelatina jew tal-kollaġen derivati minn annimali bovini, ovini, kaprini u porċini u ekwini maħsuba għall-konsum mill-bniedem għandhom jiġu awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni biss jekk dawn jiġu minn pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li minnhom hi awtorizzata l-importazzjoni ta' kunsinni ta' laħam frisk tal-ungulati speċifiċi fl-Unjoni skont il-punt (a) tal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 206/2010.

2.   Il-kunsinni ta' materja prima għall-produzzjoni tal-ġelatina u tal-kollaġen derivati minn pollam maħsuba għall-konsum mill-bniedem għandhom jiġu awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni biss jekk dawn jiġu minn pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom elenkati fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 li minnhom huma awtorizzati l-importazzjonijiet ta' laħam tal-pollam tal-ispeċijiet rispettivi kif speċifikat f'dik il-parti ta' dak l-Anness.

3.   Il-kunsinni ta' materja prima għall-produzzjoni tal-ġelatina u tal-kollaġen derivati minn prodotti tas-sajd maħsuba għall-konsum mill-bniedem għandhom jiġu awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni biss jekk dawn jiġu minn pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li huma elenkati fl-Anness II.

4.   Il-kunsinni ta' materja prima għall-produzzjoni tal-ġelatina u tal-kollaġen derivati minn leporidae u minn mammali selvaġġi tal-art minbarra ungulati maħsuba għall-konsum mill-bniedem għandhom jiġu awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni biss jekk dawn jiġu minn pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom elenkati fil-kolonna 1 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 119/2009.

Artikolu 16

Lista ta' pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li minnhom hu awtorizzat id-dħul fl-Unjoni ta' materja prima ttrattata għall-produzzjoni tal-ġelatina u tal-kollaġen

1.   Il-kunsinni ta' materja prima ttrattata għall-produzzjoni tal-ġelatina u tal-kollaġen derivati minn annimali bovini, ovini, kaprini u porċini u ekwini maħsuba għall-konsum mill-bniedem għandhom jiġu awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni biss jekk dawn jiġu mill-pajjiżi terzi elenkati fil-kolonna 1 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010, jew mill-Korea t'Isfel, mill-Malasja, mill-Pakistan jew mit-Tajwan.

2.   Il-kunsinni ta' materja prima ttrattata għall-produzzjoni tal-ġelatina u tal-kollaġen derivati minn pollam maħsuba għall-konsum mill-bniedem għandhom jiġu awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni biss jekk dawn jiġu mill-pajjiżi terzi elenkati fil-kolonna 1 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 jew mit-Tajwan.

3.   Il-kunsinni ta' materja prima trattata għall-produzzjoni tal-ġelatina u tal-kollaġen derivati minn prodotti tas-sajd maħsuba għall-konsum mill-bniedem għandhom jiġu awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni biss jekk dawn jiġu minn pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li huma elenkati fl-Anness II.

4.   Il-kunsinni ta' materja prima trattata għall-produzzjoni tal-ġelatina u tal-kollaġen derivati minn leporidae u minn mammali selvaġġi tal-art minbarra ungulati maħsuba għall-konsum mill-bniedem għandhom jiġu awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni biss jekk dawn jiġu minn pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom elenkati fil-kolonna 1 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 119/2009.

5.   Il-kunsinni ta' materja prima ttrattata għall-produzzjoni tal-ġelatina u kollaġni msemmija fil-punt 4(b)(iii) tal-Kapitolu I tat-Taqsima XIV tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, għandhom jiġu awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni biss jekk dawn jiġu minn pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li minnhom hu awtorizzat id-dħul ta' materja prima derivata minn dawk il-komoditajiet skont l-Artikolu 15 ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 17

Lista ta' pajjiżi terzi li minnhom hu awtorizzat id-dħul fl-Unjoni ta' għasel u prodotti tal-apikultura oħra

Il-kunsinni ta' għasel u prodotti tal-apikultura oħra maħsuba għall-konsum mill-bniedem għandhom jiġu awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni biss jekk jiġu mill-pajjiżi terzi elenkati fil-kolonna “Pajjiż” fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/163/UE (19) u mmarkati b'“X” fil-kolonna “Għasel” f'dak l-Anness.

Artikolu 18

Lista ta' pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li minnhom hu awtorizzat id-dħul fl-Unjoni ta' ċerti prodotti raffinati ħafna

Il-kunsinni ta' sulfat tal-kondrojtina, aċidu jaluroniku, prodotti oħrajn tal-qarquċa idrolizzata, kitosan, glukosammina, tames, isinglass u aċidi amminiċi maħsuba għall-konsum mill-bniedem għandhom jiġu awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni biss jekk jiġu mill-pajjiżi terzi jew mir-reġjuni tagħhom li ġejjin:

1.

fil-każ tal-materja prima derivata mill-ungulati, il-pajjiżi terzi elenkati fil-kolonna 1 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010, jew mill-Korea t'Isfel, mill-Malasja, mill-Pakistan jew mit-Tajwan;

2.

fil-każ tal-materja prima derivata mill-prodotti tas-sajd, il-pajjiżi terzi jew ir-reġjuni tagħhom kollha li huma elenkati fl-Anness II;

3.

fil-każ tal-materja prima derivata mill-pollam, il-pajjiżi terzi jew it-territorji elenkati fil-kolonna 1 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008.

Artikolu 19

Lista ta' pajjiżi terzi li minnhom hu awtorizzat id-dħul fl-Unjoni ta' laħam tar-rettili

Il-kunsinni ta' laħam tar-rettili maħsub għall-konsum mill-bniedem għandhom jiġu awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni biss jekk jiġu mill-Iżvizzera (20), mill-Botswana, mill-Vjetnam, mill-Afrika t'Isfel jew miż-Żimbabwe.

Artikolu 20

Pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li minnhom hu awtorizzat id-dħul fl-Unjoni tal-insetti

Il-kunsinni ta' insetti maħsuba għall-konsum mill-bniedem għandhom jiġu awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni biss jekk tali ikel ikun joriġina u jiġi kunsinnat minn pajjiż terz jew reġjun tiegħu li minnu jkunu ġew awtorizzati l-insetti skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u elenkat fir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 (21).

Artikolu 21

Lista ta' pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li minnhom hu awtorizzat id-dħul fl-Unjoni ta' prodotti oħra ta' oriġini mill-annimali

Il-kunsinni ta' prodotti ta' oriġini mill-annimali minbarra dawk imsemmija fl-Artikoli 3 sa 20 maħsuba għall-konsum mill-bniedem għandhom jiġu awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni biss jekk jiġu mill-pajjiżi terzi jew mir-reġjuni tagħhom li ġejjin:

1.

jekk derivati mill-ungulati, il-pajjiżi terzi elenkati fil-kolonna 1 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010, jew mill-Korea t'Isfel, mill-Malasja, mill-Pakistan jew mit-Tajwan;

2.

jekk derivati mill-pollam, il-pajjiżi terzi elenkati fil-kolonna 1 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 jew mit-Tajwan;

3.

jekk derivati mill-prodotti tas-sajd, il-pajjiżi terzi jew ir-reġjuni tagħhom elenkati fl-Anness II;

4.

jekk derivati minn leporidae u minn mammali salvaġġi tal-art minbarra ungulati, il-pajjiżi terzi jew ir-reġjuni tagħhom elenkati fil-kolonna 1 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 119/2009;

5.

jekk derivati minn speċijiet differenti, il-pajjiżi terzi jew ir-reġjuni tagħhom elenkati fil-punti 1 sa 4 ta' dan l-Artikolu għal kull prodott li joriġina mill-annimali.

Artikolu 22

Emendi fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/759

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/759 huwa emendat kif ġej:

1.

L-Artikolu 1 jitħassar;

2.

L-Anness I jitħassar.

Artikolu 23

Tħassir

Id-Deċiżjoni 2006/766/KE titħassar. Ir-referenzi għad-Deċiżjoni 2006/766/KE għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u jinqraw skont it-tabella ta' korrelazzjoni stabbilita fl-Anness IV ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 24

Dispożizzjonijiet tranżizzjonali

Sal-20 ta' April 2021, l-Istati Membri għandhom ikomplu jippermettu d-dħul fit-territorju tagħhom ta' kunsinni ta' budellat imsemmija fl-Artikolu 7 minn pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li minnhom hi awtorizzata l-importazzjoni fl-Unjoni ta' tali kunsinni skont l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 2003/779/KE.

Artikolu 25

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-14 ta' Diċembru 2019.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Marzu 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 95, 7.4.2017, p. 1.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/625 tal-4 ta' Marzu 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' rekwiżiti għad-dħul fl-Unjoni ta' kunsinni ta' ċerti annimali u oġġetti maħsuba għall-konsum mill-bniedem (ara l-paġna 18 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta' kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206).

(4)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta' Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11).

(5)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/759 tat-28 ta' April 2016 li jfassal listi tal-pajjiżi terzi, il-partijiet ta' pajjiżi terzi u t-territorji li minnhom l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-introduzzjoni fl-Unjoni ta' ċerti prodotti mill-annimali maħsuba għall-konsum uman, li jistabbilixxi ċertifikati, rekwiżiti u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2074/2005 u li jħassar id-Deċiżjoni 2003/812/KE (ĠU L 126, 14.5.2016, p. 13).

(6)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 206/2010 tat-12 ta' Marzu 2010 li jistabbilixxi listi ta' pajjiżi terzi, territorji jew partijiet minnhom awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta' annimali partikulari u laħam frisk u r-rekwiżiti relatati maċ-ċertifikazzjoni veterinarja (ĠU L 73, 20.3.2010, p. 1).

(7)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 119/2009 tad-9 ta' Frar 2009 li jistabbilixxi lista ta' pajjiżi terzi jew ta' partijiet minnhom, għall-importazzjoni fil-Komunità, jew għat-tranżitu minnha, ta' laħam ta' leporidae selvaġġi, ta' ċerti mammali tal-art selvaġġi u ta' fniek imrobbija fl-irziezet u r-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni veterinarja (ĠU L 39, 10.2.2009, p. 12).

(8)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/777/KE tad-29 ta' Novembru 2007 li tistipula l-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali u tas-saħħa pubblika kif ukoll il-mudelli taċ-ċertifikati għall-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti tal-laħam u tal-istonku, il-bżieżaq tal-awrina u l-imsaren ittrattati għall-konsum mill-bniedem minn pajjiżi terzi u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2005/432/KE (ĠU L 312, 30.11.2007, p. 49).

(9)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/779/KE tal-31 ta' Ottubru 2003 li tniżżel il-kondizzjonijiet meħtieġa tas-saħħa tal-annimali u ċ-ċertifikat veterinarju għall-importazzjoni tal-imsaren tal-annimali mill-pajjiżi terzi (ĠU L 285, 1.11.2003, p. 38).

(10)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 605/2010 tat-2 ta' Lulju 2010 li jistipula l-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali u tas-saħħa pubblika kif ukoll iċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta' ħalib mhux ipproċessat, prodotti tal-ħalib, kolostru u prodotti li fihom il-kolostru maħsuba għall-konsum mill-bniedem (ĠU L 175, 10.7.2010, p. 1).

(11)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/766/KE tas-6 ta' Novembru 2006 li tistabbilixxi l-listi ta' pajjiżi terzi u territorji li minnhom l-importazzjonijiet ta' molluski bivalvi, ekinodermi, tunikati, gastropodi tal-ibħra u prodotti tas-sajd huma permessi (ĠU L 320, 18.11.2006, p. 53).

(12)  Ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2016 dwar il-mard trasmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1).

(13)  Id-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE tad-29 ta' April 1996 dwar miżuri għall-monitoraġġ ta' ċerti sustanzi u residwi tagħhom f'annimali ħajjin u prodotti tal-annimali u li tħassar id-Direttivi 85/358/KEE u 86/469/KEE u d-Deċiżjonijiet 89/187/KEE u 91/664/KEE (ĠU L 125, 23.5.1996, p. 10).

(14)  Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta' iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55).

(15)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/185 tat-2 ta' Frar 2017 li jistabbilixxi miżuri tranżizzjonali għall-applikazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolamenti (KE) Nru 853/2004 u (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 29, 3.2.2017, p. 21).

(16)  Ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2015 dwar ikel ġdid, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1852/2001 (ĠU L 327, 11.12.2015, p. 1).

(17)  Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671).

(18)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 tat-8 ta' Awwissu 2008 li jistabbilixxi lista ta' pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu impurtati u jsir tranżitu ta' tjur u prodotti tat-tjur fil-Komunità u r-rekwiżiti ta' ċertifikazzjoni veterinarja (ĠU L 226, 23.8.2008, p. 1)

(19)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/163/UE tas-16 ta' Marzu 2011 dwar l-approvazzjoni tal-pjanijiet sottomessi mill-pajjiżi terzi skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE (ĠU L 70, 17.3.2011, p. 40).

(20)  B'konformità mal-Ftehim tal-21 ta' Ġunju 1999 bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar kummerċ fi prodotti agrikoli (ĠU L 114, 30.4.2002, p. 132).

(21)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 tal-20 ta' Diċembru 2017 li jistabbilixxi l-lista tal-Unjoni tal-ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel ġdid (ĠU L 351, 30.12.2017, p. 72).


ANNESS I

LISTA TA' PAJJIŻI TERZI JEW REĠJUNI TAGĦHOM LI MINNHOM HUWA PERMESS ID-DĦUL FL-UNJONI TA' MOLLUSKI BIVALVI, EKINODERMI, TUNIKATI U GASTEROPODI TAL-BAĦAR ĦAJJIN, IMKESSĦA, IFFRIŻATI JEW IPPROĊESSATI GĦALL-KONSUM MILL-BNIEDEM  (1)

KODIĊI ISO TAL-PAJJIŻ

PAJJIŻ TERZ JEW REĠJUNI TIEGĦU

RIMARKI

AU

L-Awstralja

 

CA

Il-Kanada

 

CH

L-Iżvizzera (2)

 

CL

Iċ-Ċilì

 

GL

Greenland

 

JM

Il-Ġamajka

Il-gasteropodi tal-baħar biss

JP

Il-Ġappun

Il-molluski bivalvi, l-ekinodermi, it-tunikati u l-gasteropodi tal-baħar iffriżati u pproċessati biss

KR

Il-Korea t'Isfel

Il-molluski bivalvi, l-ekinodermi, it-tunikati u l-gasteropodi tal-baħar iffriżati u pproċessati biss

MA

Il-Marokk

Il-molluski bivalvi pproċessati li jagħmlu parti mill-ispeċi Acanthocardia tuberculatum iridu jiġu akkumpanjati minn: (a) attestazzjoni tas-saħħa addizzjonali skont il-mudell stabbilit fil-Parti B tal-Appendiċi V tal-Anness VI tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2074/2005 (ĠU L 338, 22.12.2005, p. 27); u (b) ir-riżultati analitiċi tat-test li juri li l-molluski ma fihomx livell ta' tossina paralizzanti tal-muskoli (PSP) li jista' jiġi identifikat permezz tal-metodu bijoassaġġ.

NZ

New Zealand

 

PE

Il-Perù

Il-Pectinidae (arzelli) evixxerati li joriġinaw mill-akkwakultura biss

TH

It-Tajlandja

Il-molluski bivalvi, l-ekinodermi, it-tunikati u l-gasteropodi tal-baħar iffriżati u pproċessati biss

TN

It-Tuneżija

 

TR

It-Turkija

 

US

L-Istati Uniti tal-Amerka

L-awtoritjiet tal-Istat ta' Washington u Massachusetts

UY

L-Urugwaj

 

VN

Il-Vjetnam

Il-molluski bivalvi, l-ekinodermi, it-tunikati u l-gasteropodi tal-baħar iffriżati u pproċessati biss


(1)  Inklużi dawk koperti mid-definizzjoni ta' prodotti tas-sajd fil-punt 3.1, tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55).

(2)  B'konformità mal-Ftehim tal-21 ta' Ġunju 1999 bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar kummerċ fi prodotti agrikoli (ĠU L 114, 30.4.2002, p. 132).


ANNESS II

IL-LISTA TA' PAJJIŻI TERZI JEW REĠJUNI TAGĦHOM LI MINNHOM HUWA PERMESS ID-DĦUL FL-UNJONI TA' PRODOTTI TAS-SAJD, ĦLIEF DAWK KOPERTI MILL-ANNESS I

KODIĊI ISO TAL-PAJJIŻ

PAJJIŻ TERZ JEW REĠJUNI TIEGĦU

RESTRIZZJONIJIET

AE

L-Emirati Għarab Magħquda

 

AG

Antigua u Barbuda

L-awwisti ħajjin biss

AL

L-Albanija

 

AM

L-Armenja

Iċ-ċkal selvaġġ ħaj, iċ-ċkal mhux imrobbi li huwa pproċessat bis-sħana u ċ-ċkal mhux imrobbi li jkun iffriżat biss

AO

L-Angola

 

AR

L-Arġentina

 

AU

L-Awstralja

 

AZ

L-Ażerbajġan

Il-kavjar biss

BA

Il-Bożnija-Ħerzegovina

 

BD

Il-Bangladesh

 

BJ

Il-Benin

 

BN

Il-Brunei

Prodotti tal-akkwakultura biss

BR

Il-Brażil

 

BQ

Bonaire, Sint Eustatius, Saba

 

BS

Il-Bahamas

 

BY

Il-Belarussja

 

BZ

Il-Belize

 

CA

Il-Kanada

 

CG

Il-Kongo

Il-prodotti tas-sajd biss li jkunu maqbuda, imnaddfa u msewwija (fejn xieraq), iffriżati u ppakkjati fl-imballaġġ finali tagħhom fil-baħar

CH

L-Iżvizzera (1)

 

CI

Il-Kosta tal-Avorju

 

CL

Iċ-Ċilì

 

CN

Iċ-Ċina

 

CO

Il-Kolombja

 

CR

Il-Costa Rica

 

CU

Kuba

 

CV

Cape Verde

 

CW

Curaçao

 

DZ

L-Alġerija

 

EC

L-Ekwador

 

EG

L-Eġittu

 

ER

L-Eritrea

 

FJ

Fiġi

 

FK

Il-Gżejjer Falkland

 

GA

Il-Gabon

 

GD

Grenada

 

GE

Il-Georgia

 

GH

Il-Ghana

 

GL

Greenland

 

GM

Il-Gambja

 

GN

Il-Guinea

Il-ħut biss li ma jkun għadda mill-ebda operazzjoni ta' tħejjija jew ipproċessar ħlief il-qtugħ tar-ras, it-tiswija, it-tkessiħ jew l-iffriżar. Il-frekwenza mnaqqsa ta' kontrolli fiżiċi, previsti mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/360/KE (ĠU L 158, 25.6.1994, p. 41), ma għandhiex tiġi applikata.

GT

Il-Gwatemala

 

GY

Il-Guyana

 

HK

Hong Kong

 

HN

Il-Honduras

 

ID

L-Indoneżja

 

IL

Iżrael

 

IN

L-Indja

 

IR

L-Iran

 

JM

Il-Ġamajka

 

JP

Il-Ġappun

 

KE

Il-Kenja

 

KI

Ir-Repubblika ta' Kiribati

 

KR

Il-Korea t'Isfel

 

KZ

Il-Każakistan

 

LK

Is-Sri Lanka

 

MA

Il-Marokk

 

MD

Ir-Repubblika tal-Moldova

Il-kavjar biss

ME

Il-Montenegro

 

MG

Madagascar

 

MK

Il-Maċedonja ta’ Fuq

 

MM

Il-Myanmar

 

MR

Il-Mauritania

 

MU

Mauritius

 

MV

Il-Maldivi

 

MX

Il-Messiku

 

MY

Il-Malasja

 

MZ

Il-Mozambique

 

NA

In-Namibja

 

NC

New Caledonia

 

NG

In-Niġerja

 

NI

In-Nikaragwa

 

NZ

New Zealand

 

OM

L-Oman

 

PA

Il-Panama

 

PE

Il-Perù

 

PF

Il-Polineżja Franċiża

 

PG

Papua New Guinea

 

PH

Il-Filippini

 

PM

Saint Pierre u Miquelon

 

PK

Il-Pakistan

 

RS

Is-Serbja

Ma tinkludix il-Kosovo kif definit mir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1244 tal-10 ta' Ġunju 1999

 

RU

Ir-Russja

 

SA

L-Arabja Sawdija

 

SB

Il-Gżejjer Solomon

 

SC

Is-Seychelles

 

SG

Singapore

 

SH

Saint Helena

Ma tinkludix il-gżejjer ta' Tristan da Cunha u Ascension

 

Tristan da Cunha

Ma tinkludix il-gżejjer ta' Saint Helena u Ascension

Awwisti (friski jew iffriżati) biss

SN

Is-Senegal

 

SR

Is-Suriname

 

SV

El Salvador

 

SX

Sint Maarten

 

TG

It-Togo

 

TH

It-Tajlandja

 

TN

It-Tuneżija

 

TR

It-Turkija

 

TW

It-Tajwan

 

TZ

It-Tanzanija

 

UA

L-Ukrajna

 

UG

L-Uganda

 

US

L-Istati Uniti tal-Amerka

 

UY

L-Urugwaj

 

VE

Il-Venezwela

 

VN

Il-Vjetnam

 

YE

Il-Jemen

 

ZA

L-Afrika t'Isfel

 

ZW

Iż-Żimbabwe

 


(1)  B'konformità mal-Ftehim tal-21 ta' Ġunju 1999 bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar kummerċ fi prodotti agrikoli (ĠU L 114, 30.4.2002, p. 132).


ANNESS III

LISTA TA' PAJJIŻI TERZI JEW REĠJUNI TAGĦHOM LI MINNHOM HUWA PERMESS ID-DĦUL FL-UNJONI TA' KOXOX TAŻ-ŻRINĠIJIET U BEBBUX, IPPREPARATI SKONT IS-SEZZJONI XI TAL-ANNESS III TAR-REGOLAMENT (KE) NRU 853/2004 MAĦSUBA GĦALL-KONSUM MILL-BNIEDEM

KODIĊI ISO TAL-PAJJIŻ

PAJJIŻ TERZ JEW REĠJUNI TIEGĦU

RESTRIZZJONIJIET

AE

L-Emirati Għarab Magħquda

 

AL

L-Albanija

 

AO

L-Angola

 

AR

L-Arġentina

 

AU

L-Awstralja

 

AZ

L-Ażerbajġan

 

BA

Il-Bożnija-Ħerzegovina

 

BD

Il-Bangladesh

 

BJ

Il-Benin

 

BR

Il-Brażil

 

BQ

Bonaire, Sint Eustatius, Saba

 

BS

Il-Bahamas

 

BY

Il-Belarussja

 

BZ

Il-Belize

 

CA

Il-Kanada

 

CH

L-Iżvizzera (1)

 

CI

Il-Kosta tal-Avorju

 

CL

Iċ-Ċilì

 

CN

Iċ-Ċina

 

CO

Il-Kolombja

 

CR

Il-Costa Rica

 

CU

Kuba

 

CV

Cape Verde

 

CW

Curaçao

 

DZ

L-Alġerija

 

EC

L-Ekwador

 

EG

L-Eġittu

 

ER

L-Eritrea

 

FJ

Fiġi

 

FK

Il-Gżejjer Falkland

 

GA

Il-Gabon

 

GD

Grenada

 

GE

Il-Georgia

 

GH

Il-Ghana

 

GL

Greenland

 

GM

Il-Gambja

 

GT

Il-Gwatemala

 

GY

Il-Guyana

 

HK

Hong Kong

 

HN

Il-Honduras

 

ID

L-Indoneżja

 

IL

Iżrael

 

IN

L-Indja

 

IR

L-Iran

 

JM

Il-Ġamajka

 

JP

Il-Ġappun

 

KE

Il-Kenja

 

KI

Ir-Repubblika ta' Kiribati

 

KR

Il-Korea t'Isfel

 

KZ

Il-Każakistan

 

LK

Is-Sri Lanka

 

MA

Il-Marokk

 

MD

Ir-Repubblika tal-Moldova

Bebbux biss

ME

Il-Montenegro

 

MG

Madagascar

 

MK

Il-Maċedonja ta’ Fuq

 

MM

Il-Myanmar

 

MR

Il-Mauritania

 

MU

Mauritius

 

MV

Il-Maldivi

 

MX

Il-Messiku

 

MY

Il-Malasja

 

MZ

Il-Mozambique

 

NA

In-Namibja

 

NC

New Caledonia

 

NG

In-Niġerja

 

NI

In-Nikaragwa

 

NZ

New Zealand

 

OM

L-Oman

 

PA

Il-Panama

 

PE

Il-Perù

 

PF

Il-Polineżja Franċiża

 

PG

Papua New Guinea

 

PH

Il-Filippini

 

PM

Saint Pierre u Miquelon

 

PK

Il-Pakistan

 

RS

Is-Serbja

Ma tinkludix il-Kosovo kif definit mir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1244 tal-10 ta' Ġunju 1999

 

RU

Ir-Russja

 

SA

L-Arabja Sawdija

 

SB

Il-Gżejjer Solomon

 

SC

Is-Seychelles

 

SG

Singapore

 

SH

Saint Helena

Ma tinkludix il-gżejjer ta' Tristan da Cunha u Ascension

 

SN

Is-Senegal

 

SR

Is-Suriname

 

SV

El Salvador

 

SX

Sint Maarten

 

SY

Is-Sirja

Bebbux biss

TG

It-Togo

 

TH

It-Tajlandja

 

TN

It-Tuneżija

 

TR

It-Turkija

 

TW

It-Tajwan

 

TZ

It-Tanzanija

 

UA

L-Ukrajna

 

UG

L-Uganda

 

US

L-Istati Uniti tal-Amerka

 

UY

L-Urugwaj

 

VE

Il-Venezwela

 

VN

Il-Vjetnam

 

YE

Il-Jemen

 

ZA

L-Afrika t'Isfel

 

ZW

Iż-Żimbabwe

 


(1)  B'konformità mal-Ftehim tal-21 ta' Ġunju 1999 bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar kummerċ fi prodotti agrikoli (ĠU L 114, 30.4.2002, p. 132).


ANNESS IV

IT-TABELLA TA' KORRELAZZJONI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 23

Id-Deċiżjoni 2006/766/KE

Dan ir-Regolament

Artikolu 1

Artikolu 8

Artikolu 2

Artikolu 9

Artikolu 3

Artikolu 4

Anness I

Anness I

Anness II

Anness II