10.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 99/9


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/566

tad-9 ta' April 2019

li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' ċerti fittings tat-tubi u tal-pajpijiet li joriġinaw mill-Federazzjoni Russa, mir-Repubblika tal-Korea u mill-Malasja wara rieżami ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jtemm l-investigazzjoni rigward l-importazzjonijiet tal-istess prodott li joriġinaw mir-Repubblika tat-Turkija

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”) u, b'mod partikolari, l-Artikolu 11(2) tiegħu,

Billi:

1.   PROĊEDURA

1.1.   Miżuri fis-seħħ

(a)    Ir-Repubblika tal-Korea u l-Malasja

(1)

Il-Kunsill, wara investigazzjoni anti-dumping, skont ir-Regolament (KE) Nru 778/2003 (2) impona dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti fittings tat-tubi u tal-pajpijiet li joriġinaw mir-Repubblika tal-Korea (“il-Korea”) u mill-Malasja (“l-investigazzjoni oriġinali”). Wara l-ewwel rieżami ta' skadenza tal-miżuri anti-dumping skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (KE) Nru 1001/2008 (3) il-Kunsill reġa' impona l-miżuri anti-dumping. Wara t-tieni rieżami ta' skadenza tal-miżuri anti-dumping skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1283/2014 (4) il-Kummissjoni reġgħet imponiet il-miżuri anti-dumping. Wara rieżami interim parzjali skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku, limitat fl-ambitu tiegħu għall-eżaminar tad-dumping f'dak li kellu x'jaqsam ma' TK Corporation, produttur esportatur Korean, il-Kummissjoni emendat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1283/2014 bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/306 (5).

(2)

Il-miżuri anti-dumping li bħalissa huma fis-seħħ fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti fittings tat-tubi u tal-pajpijiet li joriġinaw mir-Repubblika tal-Korea ħadu l-forma ta' rata tad-dazju ad valorem, li ġiet stabbilita fil-livell tal-marġni tad-dumping ta' 32,4 % għall-importazzjonijiet minn esportatur imsemmi individwalment (TK Corporation), b'rata tad-dazju residwa ta' 44,0 % stabbilita fil-livell tal-marġni ta' ħsara.

(3)

Il-miżuri anti-dumping li bħalissa huma fis-seħħ fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti fittings tat-tubi u tal-pajpijiet li joriġinaw mill-Malasja ħadu l-forma ta' rata tad-dazju ad valorem, li ġiet stabbilita fil-livell tal-marġni tad-dumping ta' 49,9 % u 59,2 % għall-importazzjonijiet minn esportaturi msemmija individwalment, b'rata tad-dazju residwa ta' 75,0 %.

(b)    Ir-Repubblika tat-Turkija u l-Federazzjoni Russa

(4)

Il-Kunsill, wara investigazzjoni anti-dumping, skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 78/2013 (6) impona dazju anti-dumping definittiv kontra l-importazzjonijiet ta' ċerti fittings tat-tubi u tal-pajpijiet li joriġinaw mir-Repubblika tat-Turkija (“it-Turkija”) u mill-Federazzjoni Russa (“ir-Russja”).

(5)

Il-miżuri anti-dumping li huma fis-seħħ bħalissa fir-rigward tar-Russja ħadu l-forma ta' rata tad-dazju residwa ad valorem stabbilita fil-livell tal-marġni tad-dumping ta' 23,8 %. Fir-rigward tat-Turkija, ir-rati tad-dazju ad valorem ġew stabbiliti fil-livell tal-marġini tad-dumping ta' 2,9 %, ta' 9,6 % u ta' 12,1 % għal importazzjonijiet mill-esportaturi msemmija b'mod individwali, b'rata tad-dazju residwa ta' 16,7 %.

(c)    Pajjiżi terzi oħra mhux soġġetti għal dan ir-rieżami

(6)

Bħalissa hemm miżuri anti-dumping fis-seħħ fuq importazzjonijiet ta' ċerti fittings tat-tubi u tal-pajpijiet li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“iċ-Ċina”), li ġew estiżi għat-Tajwan, għall-Indoneżja, għas-Sri Lanka u għall-Filippini (7).

1.2.   Talba għal rieżami ta' skadenza

(7)

Wara l-pubblikazzjoni ta' avviż dwar l-iskadenza imminenti (8) tal-miżuri anti-dumping fis-seħħ fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti fittings tat-tubi u tal-pajpijiet li joriġinaw mit-Turkija, mir-Russja, mill-Korea, u mill-Malasja (“il-pajjiżi kkonċernati”), il-Kummissjoni rċiviet talba għal rieżami skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku.

(8)

It-talba saret mill-Kumitat tad-Difiża tal-Industrija tat-Tubi tal-Azzar Mingħajr Saldaturi Paralleli (“l-applikant”) f'isem produtturi tal-Unjoni li jirrappreżentaw madwar 51 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta' ċerti fittings tal-pajpijiet u tat-tubi.

(9)

It-talba kienet imsejsa fuq ir-raġunijiet li l-iskadenza tal-miżuri x'aktarx twassal għat-tkomplija u/jew għar-rikorrenza ta' dumping u għat-tkomplija u/jew għar-rikorrenza ta' dannu għall-industrija tal-Unjoni.

1.3.   Il-bidu

(10)

Billi ddeterminat, wara li kkonsultat mal-Kumitat, stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku, li kien hemm biżżejjed evidenza għall-bidu ta' rieżami ta' skadenza, fis-27 ta' Jannar 2018 il-Kummissjoni ħabbret, permezz ta' avviż ippubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (9) (“in-Notifika ta' Bidu”), il-bidu ta' rieżami ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku.

1.4.   Il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami u l-perjodu li qed jiġi kkunsidrat

(11)

L-investigazzjoni tat-tkomplija jew tar-rikorrenza tad-dumping kienet tkopri s-sena 2017 (“il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami” jew “PIR”). L-istħarriġ dwar ix-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tal-probabbiltà ta' tkomplija jew ta' rikorrenza tad-dannu kopra l-perjodu mill-1 ta' Jannar 2014 sa tmiem il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami (“il-perjodu li qed jiġi kkunsidrat”).

1.5.   Il-partijiet interessati

(12)

Fin-Notifika ta' Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati kollha biex jipparteċipaw fl-investigazzjoni. Minbarra dan, il-Kummissjoni speċifikament infurmat lill-applikant, lil produtturi magħrufa oħra tal-Unjoni, lil produtturi esportaturi, lil importaturi u lil utenti fl-Unjoni li kien magħruf li kienu kkonċernati u lill-awtoritajiet fit-Turkija, fir-Russja, fil-Korea u fil-Malasja dwar il-bidu tar-rieżami ta' skadenza u stednithom biex jipparteċipaw.

(13)

Il-partijiet interessati kollha ġew mistiedna jressqu l-fehmiet tagħhom, jissottomettu l-informazzjoni u jipprovdu evidenza ta' sostenn fi żmien l-iskadenzi stabbiliti fin-Notifika ta' Bidu. Il-partijiet interessati ngħataw ukoll l-opportunità li jitolbu bil-miktub għal seduta ta' smigħ mis-servizzi ta' investigazzjoni tal-Kummissjoni u/jew l-Uffiċjal tas-Seduta fil-proċedimenti kummerċjali.

1.5.1.   Kampjunar

(14)

Fin-Notifika ta' Bidu, il-Kummissjoni ddikjarat li hi tista' tieħu kampjun tal-partijiet interessati, f'konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

1.5.2.   Kampjunar tal-produtturi tal-Unjoni

(15)

Fin-Notifika ta' Bidu tagħha, il-Kummissjoni stqarret li kienet għażlet b'mod provviżorju kampjun tal-produtturi tal-Unjoni. B'konformità mal-Artikolu 17(1) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni għażlet il-kampjun fuq il-bażi tal-akbar volum rappreżentattiv tal-produzzjoni li seta' jkun investigat b'mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli, b'kont meħud ukoll tal-pożizzjoni ġeografika. Dan il-kampjun kien jikkonsisti f'erba' produtturi tal-Unjoni. Il-produtturi tal-Unjoni magħżulin għall-kampjun kienu jirrappreżentaw madwar 54 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni. Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jikkummentaw dwar il-kampjun provviżorju. Ma wasal l-ebda kumment sal-iskadenza u għaldaqstant il-kampjun kien ikkonfermat. Il-kampjun tqies li kien rappreżentattiv tal-industrija tal-Unjoni.

1.5.3.   Kampjunar ta' importaturi mhux relatati

(16)

Bl-għan li l-Kummissjoni tkun tista' tiddeċiedi jekk il-kampjunar huwiex meħtieġ u, jekk ikun il-każ, biex tagħżel kampjun, l-importaturi/l-utenti mhux relatati kollha ġew mistiedna jipparteċipaw f'din l-investigazzjoni. Dawk il-partijiet intalbu jippreżentaw irwieħhom billi jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni dwar il-kumpaniji tagħhom mitluba fl-Anness II tan-Notifika ta' Bidu. Ippreżentaw ruħhom żewġ importaturi. Dawn kienu mistiedna jikkooperaw billi jimlew il-kwestjonarju. Madankollu, l-ebda wieħed minn dawn it-tnejn ma wieġeb.

1.5.4.   Kampjunar tal-produtturi esportaturi

(17)

Minħabba li jidher li hemm għadd kbir ta' produtturi esportaturi fl-erba' pajjiżi kkonċernati minn dan ir-rieżami ta' skadenza, il-kampjunar kien previst fin-Notifika ta' Bidu.

(18)

Biex tiddeċiedi jekk il-kampjunar kienx meħtieġ u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-produtturi esportaturi magħrufa kollha fil-pajjiżi kkonċernati sabiex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta' Bidu. L-informazzjoni mitluba kienet tinkludi l-volum u l-valur tal-bejgħ, il-volum tal-produzzjoni u l-kapaċità tal-produzzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni talbet lill-Missjoni tal-pajjiżi kkonċernati għall-Unjoni Ewropea biex tidentifika u/jew tikkuntattja produtturi esportaturi oħra, jekk ikun hemm, li jistgħu jkunu interessati li jipparteċipaw fl-investigazzjoni.

(19)

Il-kwestjonarji tal-kampjunar intbagħtu lil erbgħin produttur esportatur potenzjali magħruf: ħdax fit-Turkija, ħamsa fil-Malasja, għaxra fil-Korea t'Isfel u erbatax fir-Russja. Tliet kumpaniji Torok wieġbu għall-kwestjonarju tal-kampjunar, waħda minnhom imbagħad irtirat il-kooperazzjoni tagħha. Kumpanija waħda fir-Russja wieġbet għall-kwestjonarju tal-kampjunar iżda mbagħad irtirat il-kooperazzjoni tagħha. L-ebda wieħed mill-produtturi Malasjani jew Koreani li ġew ikkuntattjati u l-ebda produttur Malasjan/Korean ieħor ma daħal f'kuntatt u pprovda l-informazzjoni mitluba.

1.5.5.   Kwestjonarji u żjarat ta' verifika

(20)

Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-erba' produtturi tal-Unjoni fil-kampjun, lil erba' produtturi esportaturi kif imsemmija fil-premessa (18) u lil żewġ importaturi li daħlu f'kuntatt wara l-bidu.

(21)

Waslu tweġibiet għall-kwestjonarju mingħand l-erba' produtturi tal-Unjoni fil-kampjun u mingħand żewġ produtturi esportaturi fit-Turkija. Ma waslet ebda tweġiba mingħand l-importaturi.

(22)

Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li qieset neċessarja għad-determinazzjoni tal-probabbiltà ta' tkomplija jew ta' rikorrenza tad-dumping u tad-dannu u għad-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni. Iż-żjarat ta' verifika skont l-Artikolu 16 tar-Regolament bażiku twettqu fl-uffiċċji tal-kumpaniji li ġejjin:

(a)

Il-produtturi tal-Unjoni:

Erne Fittings GmbH Group, l-Awstrija

Lindemann, il-Ġermanja

Vallourec Fittings S.A., Franza

Virgilio CENA& Figli S.p.A., l-Italja

(b)

Produtturi esportaturi:

Sardogan Industry and Trade – Mehmet Sardogan, it-Turkija

RSA Tesisat Malzemeleri San. Tic. A.S., it-Turkija

2.   IL-PRODOTT LI QED JIĠI RIEŻAMINAT U L-PRODOTT SIMILI

2.1.   Il-prodott li qed jiġi rieżaminat

(23)

Il-prodott li qed jiġi rieżaminat hu l-istess bħal dak fl-investigazzjoni oriġinali, jiġifieri fittings tat-tubi u tal-pajpijiet (għajr fittings tal-fondut, flanġi u tagħmir bil-kamin) tal-ħadid jew azzar (mhux inkluż l-azzar inossidabbli) bl-akbar dijametru ta' barra li ma jaqbiżx is-609,6 mm, tat-tip li jiġi użat għall-issaldjar jew finijiet oħra, li bħalissa huwa klassifikabbli fil-kodiċi NM ex 7307 93 11, ex 7307 93 19 u ex 7307 99 80 (Kodiċi TARIC 7307931191, 7307931193, 7307931194, 7307931195, 7307931199, 7307931991, 7307931993, 7307931994, 7307931995, 7307931999, 7307998092, 7307998093, 7307998094, 7307998095 u 7307998098) (“TPF” jew “il-prodott li qed jiġi rieżaminat”).

2.2.   Prodott simili

(24)

Kien ikkunsidrat li l-prodott li qed jiġi rieżaminat manifatturat fl-erba' pajjiżi kkonċernati u esportat lejn l-Unjoni u l-prodott manifatturat u mibjugħ fl-Unjoni mill-industrija tal-Unjoni għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi u kimiċi bażiċi u l-istess użi bażiċi. Għalhekk, dawn tqiesu bħala prodotti simili skont it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

3.   PROBABBILTÀ TA' TKOMPLIJA JEW TA' RIKORRENZA TAD-DUMPING

(25)

Skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk l-iskadenza tal-miżuri fis-seħħ tistax x'aktarx twassal għal tkomplija jew għal rikorrenza tad-dumping mill-pajjiżi kkonċernati.

3.1.   Kummenti preliminari

(26)

L-ebda produttur mir-Russja, mill-Malasja u mill-Korea ma kkoopera fl-investigazzjoni. Barra minn hekk, iż-żewġ produtturi esportaturi Torok li kkooperaw kienu jirrappreżentaw madwar 50 % tal-esportazzjonijiet Torok totali tat-TPF lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami. Dawn kienu jirrappreżentaw madwar 40 % mill-produzzjoni totali stabbilita għat-Turkija matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami. Għaldaqstant, il-livell ta' kooperazzjoni mit-Turkija tqies baxx.

(27)

Il-Kummissjoni informat lill-awtoritajiet tal-erba' pajjiżi kkonċernati kollha kemm huma li, minħabba n-nuqqas ta' kooperazzjoni, il-Kummissjoni tista' tapplika l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku rigward is-sejbiet fir-rigward tat-Turkija, tar-Russja, tal-Malasja u tal-Korea. Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda kumment jew talba għal intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta mingħand l-awtoritajiet tal-erba' pajjiżi f'dan ir-rigward.

(28)

Konsegwentement, f'konformità mal-Artikolu 18(1) tar-Regolament bażiku, is-sejbiet fir-rigward tal-probabbiltà ta' tkomplija jew ta' rikorrenza tad-dumping kienu bbażati fuq il-fatti disponibbli, b'mod partikolari l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku, bħal siti web uffiċjali tal-kumpaniji, l-informazzjoni fit-talba għal rieżami u l-informazzjoni miksuba mill-partijiet li kkooperaw matul l-investigazzjoni ta' rieżami (jiġifieri l-applikant, il-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun u ż-żewġ produtturi esportaturi li kkooperaw). Il-Kummissjoni użat ukoll diversi statistiki dwar l-importazzjonijiet, li jinkludu statistiki dwar l-importazzjonijiet miġbura skont l-Artikolu 14(6) tar-Regolament bażiku (“il-bażi ta' data tal-Artikolu 14(6)”). Intużat ukoll il-bażi ta' data tal-Global Trade Atlas (“GTA”) (10), u tal-Istati Uniti tal-Amerka (“l-Istati Uniti”).

3.2.   It-Turkija

3.2.1.   Dumping matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami

(29)

Skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni l-ewwel eżaminat jekk l-importazzjonijiet tat-TPF mit-Turkija fl-Unjoni matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami kinux oġġett ta' dumping, fuq il-bażi tad-data pprovduta mill-produtturi esportaturi li kkooperaw. Għall-fini ta' kompletezza, id-dumping minn produtturi esportaturi li ma kkooperawx matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami ġie eżaminat ukoll, fuq il-bażi tal-fatti disponibbli b'mod partikolari abbażi tad-data mill-bażi ta' data tal-Artikolu 14(6), aġġustata għall-merkanzija u għall-assigurazzjoni, fuq il-bażi tat-tweġibiet tal-produtturi esportaturi li kkooperaw.

3.2.1.1.   Dumping immirat

(30)

Fl-investigazzjoni oriġinali l-Kummissjoni sabet li wħud mill-produtturi esportaturi li kkooperaw f'dik l-investigazzjoni kienu qed jipprattikaw dumping immirat, skont it-tifsira tal-Artikolu 2(11) tar-Regolament bażiku. F'din l-investigazzjoni ta' rieżami, il-Kummissjoni analizzat il-bejgħ tal-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami biex teżamina jekk id-dumping immirat kompliex matul dak il-perjodu, jiġifieri jekk kienx hemm xejra ċara ta' prezzijiet tal-esportazzjoni li varjat b'mod sinifikanti fost ix-xerrejja, ir-reġjuni jew il-perjodi ta' żmien differenti. Ma nstabet ebda indikazzjoni ta' prattiki bħal dawn f'dan ir-rieżami ta' skadenza.

3.2.1.2.   Produtturi esportaturi li kkooperaw

Valur normali

(31)

Il-Kummissjoni l-ewwel eżaminat jekk il-volum totali ta' bejgħ domestiku ta' kull produttur esportatur li kkoopera kienx rappreżentattiv, skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. Il-bejgħ domestiku jkun rappreżentattiv jekk il-volum totali tal-bejgħ domestiku tal-prodott simili lil konsumaturi indipendenti fis-suq nazzjonali għal kull produttur esportatur ikun mill-anqas 5 % tal-volum tal-bejgħ totali tiegħu għall-esportazzjoni tal-prodott li qed jiġi rieżaminat lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami.

(32)

Il-Kummissjoni mbagħad identifikat it-tipi ta' prodott mibjugħin fis-suq domestiku li kienu identiċi jew komparabbli mat-tipi ta' prodott mibjugħin għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni u eżaminat jekk il-bejgħ domestiku minn kull produttur esportatur li kkoopera għal kull tip ta' prodott kienx rappreżentattiv, skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. Il-bejgħ domestiku ta' tip ta' prodott huwa rappreżentattiv jekk il-volum totali tal-bejgħ domestiku ta' dak it-tip ta' prodott lil konsumaturi indipendenti matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami jirrappreżenta mill-inqas 5 % tal-volum totali tal-bejgħ b'esportazzjoni tal-prodott identiku jew komparabbli lejn l-Unjoni.

(33)

Il-Kummissjoni ddefinixxiet il-proporzjon ta' bejgħ bi profitt lil konsumaturi indipendenti fis-suq domestiku għal kull tip ta' prodott matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami sabiex tiddeċiedi jekk tużax il-prezzijiet propji tal-bejgħ domestiku għall-kalkolu tal-valur normali skont l-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku.

(34)

Il-valur normali kien ibbażat fuq il-prezz domestiku effettiv skont it-tip ta' prodott, irrispettivament minn jekk dak il-bejgħ kienx profittabbli jew le, jekk:

(a)

il-volum tal-bejgħ tat-tip ta' prodott, mibjugħ bi prezz tal-bejgħ nett li huwa daqs jew ogħla mill-kost ikkalkulat tal-produzzjoni, jirrappreżenta aktar minn 80 % tal-volum totali tal-bejgħ ta' dan it-tip ta' prodott; u

(b)

il-prezz medju ponderat tal-bejgħ ta' dak it-tip ta' prodott ikun daqs jew ogħla mill-kost tal-produzzjoni għal kull unità.

(35)

F'dawk il-każijiet, il-valur normali ġie stabbilit bil-medja ponderata tal-prezzijiet tal-bejgħ domestiku kollu ta' dak it-tip ta' prodott matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami.

(36)

Il-valur normali kien ibbażat fuq il-prezz domestiku effettiv, skont it-tip ta' prodott, tal-bejgħ domestiku profittabbli biss ta' dawk it-tipi ta' prodott matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami jekk:

(a)

il-volum tal-bejgħ bi profitt tat-tip ta' prodott jirrappreżenta 80 % jew anqas mill-volum totali tal-bejgħ ta' dan it-tip; jew

(b)

il-prezz medju ponderat ta' dan it-tip ta' prodott ikun inqas mill-kost tal-produzzjoni għal kull unità.

(37)

Fejn ma kien hemm l-ebda bejgħ jew ma kienx hemm biżżejjed bejgħ ta' tip ta' prodott simili fil-kors ordinarju tal-kummerċ, jew fejn tip ta' prodott ma nbiegħx fi kwantitajiet rappreżentattivi fis-suq domestiku, il-Kummissjoni ħadmet il-valur normali skont l-Artikoli 2(3) u 2(6) tar-Regolament bażiku.

(38)

Il-valur normali nħadem billi ġie miżjud dan li ġej mal-kost medju tal-produzzjoni tal-prodott simili ta' kull produttur esportatur li kkoopera matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami:

(a)

l-ispejjeż medji ponderati tal-bejgħ, ġenerali u amministrattivi (“BĠA”) mġarrbin minn kull produttur esportatur li kkoopera għall-bejgħ domestiku tal-prodott simili, fil-kors ordinarju tal-kummerċ, matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami; u

(b)

il-profitt medju ponderat magħmul minn kull produttur esportatur li kkoopera mill-bejgħ domestiku tal-prodott simili, fil-kors ordinarju tal-kummerċ, matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami.

Prezz tal-esportazzjoni

(39)

Fil-każijiet kollha, il-prodott li qed jiġi rieżaminat kien esportat lil klijenti indipendenti fl-Unjoni, u għalhekk, il-prezz tal-esportazzjoni ġie stabbilit skont l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku, jiġifieri fuq il-bażi tal-prezzijiet tal-esportazzjoni effettivament imħallsa jew pagabbli.

Paragun

(40)

Il-Kummissjoni qabblet il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni tal-produtturi esportaturi kif stabbiliti hawn fuq fuq il-bażi tal-prezz mill-fabbrika.

(41)

Fejn kien iġġustifikat mill-ħtieġa li jkun żgurat paragun ġust, il-Kummissjoni aġġustat il-valur normali u/jew il-prezz tal-esportazzjoni għad-differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-paragonabbiltà tal-prezz, skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Il-valur normali ġie aġġustat għall-kostijiet tal-merkanzija u tal-kreditu, filwaqt li l-prezz tal-esportazzjoni ġie aġġustat għall-kostijiet tal-merkanzija, tal-assigurazzjoni u tal-kreditu.

Dumping mill-produtturi esportaturi li kkooperaw matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami

(42)

Għall-produtturi esportaturi li kkoperaw, il-Kummissjoni qabblet il-valur normali medju ponderat għal kull tip tal-prodott simili mal-prezz tal-esportazzjoni medju ponderat tat-tip korrispondenti tal-prodott li qed jiġi rieżaminat, b'konformità mal-Artikolu 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku.

(43)

Għaż-żewġ produtturi esportaturi li kkooperaw, il-paragun bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni ma wera ebda dumping matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami.

3.2.1.3.   Il-produtturi esportaturi li ma kkooperawx

(44)

Il-Kummissjoni eżaminat id-dumping minn produtturi esportaturi li ma kkooperawx billi użat il-fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.

Valur normali

(45)

Il-Kummissjoni ma setgħetx tuża l-valur normali medju ponderat stabbilit għall-produtturi esportaturi li kkooperaw, peress li dan kien ibbażat fuq biċċiet filwaqt li l-prezz tal-esportazzjoni meħud mill-bażi ta' data tal-Artikolu 14(6) kien ibbażat fuq tunnellati. Għaldaqstant, il-Kummissjoni użat il-valur normali pprovdut mill-applikant bħala aktar rappreżentattiv għall-pajjiż fis-sħuħija tiegħu. Fi kwalunkwe każ, kif intqal qabel, l-użu tal-valur normali medju ponderat tal-produtturi esportaturi li kkooperaw ma jbiddilx is-sejbiet tal-Kummissjoni rigward in-nuqqas ta' dumping matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami.

Prezz tal-esportazzjoni

(46)

Biex tistabbilixxi l-prezz medju tal-esportazzjoni għall-produtturi esportaturi li ma kkooperawx fit-Turkija, il-Kummissjoni użat data mill-bażi ta' data tal-Artikolu 14(6), filwaqt li eskludiet iċ-ċifri tal-importazzjonijiet tal-produtturi esportaturi li kkooperarw.

Paragun

(47)

Il-Kummissjoni qabblet il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni tal-produtturi esportaturi fuq il-bażi tal-prezz mill-fabbrika.

(48)

Il-Kummissjoni aġġustat il-valur normali u/jew il-prezz tal-esportazzjoni għal differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabilità tal-prezzijiet skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni ġew aġġustati għall-kostijiet tal-merkanzija, tal-assigurazzjoni u tal-kreditu, ikkalkulati fuq il-bażi tad-data pprovduta mill-produtturi esportaturi li kkooperaw.

Dumping mill-produtturi esportaturi li ma kkooperawx matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami

(49)

Il-Kummissjoni ma sabet ebda dumping peress li l-prezz tal-esportazzjoni kien ferm ogħla mill-valur normali. Barra minn hekk, il-prezz medju tal-esportazzjoni tal-produtturi esportaturi li ma kkooperawx kien ogħla mill-prezz medju tal-esportazzjoni tal-produtturi esportaturi li kkooperaw. B'hekk, lanqas li kieku ntuża l-valur normali medju ponderat tal-produtturi esportaturi li kkooperaw ma kien jirriżulta dumping.

3.2.2.   Il-probabbiltà ta' rikorrenza tad-dumping

(50)

Peress li ma ġie stabbilit ebda dumping matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami, il-Kummissjoni analizzat jekk kienx hemm probabbiltà ta' rikorrenza tad-dumping, f'każ li l-miżuri fuq l-importazzjonijiet tat-TPF mit-Turkija jitħallew jiskadu. Waqt dan, saret analiżi tal-elementi li ġejjin: il-prezz ta' esportazzjoni għal destinazzjonijiet oħra, il-kapaċità ta' produzzjoni u l-kapaċità żejda fit-Turkija u l-attrattività tas-suq tal-Unjoni.

3.2.2.1.   Esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi oħrajn

(51)

Il-Kummissjoni eżaminat l-imġiba tal-prezzijiet tal-esportaturi Torok lejn pajjiżi terzi oħra, abbażi tal-istatistika tal-esportazzjoni Torka, li hija fil-livell ta' kodiċi bi tmien figuri (11). Il-Kummissjoni kkonsultat dawn l-istatistiki, peress li ż-żewġ produtturi esportaturi li kkooperaw ma kinux jesportaw lejn pajjiżi terzi matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami.

(52)

Fuq il-bażi tal-istatistiki tal-esportazzjonijiet tal-GTA, għad li l-Unjoni hi l-aktar suq tal-esportazzjoni sinifikanti għall-produtturi Torok, dawn l-esportazzjonijiet kienu jirrappreżentaw 13 % biss mill-produzzjoni stmata tat-TPF fit-Turkija, kif deskritt fil-premessa (53) aktar 'il quddiem. Għaldaqstant, is-suq domestiku Tork għadu l-fokus ewlieni tal-produtturi Torok tat-TPF. L-analiżi tal-Kummissjoni tal-istatistiki Torok dwar l-esportazzjonijiet uriet ukoll li l-esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi kienu negliġibbli (12) u li l-varjazzjonijiet fil-prezzijiet tat-tip tal-prodott kienu sinifikanti tant li rendew il-prezz unitarju medju f'dawk il-pajjiżi terzi u kwalunkwe tqabbil mal-prezz unitarju medju fis-suq tal-Unjoni mhux rappreżentattiv u inutli.

3.2.2.2.   Kapaċità tal-produzzjoni tat-Turkija

(53)

Fuq il-bażi tat-talba, it-tweġibiet għall-kwestjonarju tal-kumpaniji li kkooperaw u sottomissjoni mill-Assoċjazzjoni Torka tal-Esportaturi tal-Azzar, il-Kummissjoni stabbilixxiet il-kapaċità tal-produzzjoni tat-Turkija għal madwar 35 000 tunnellata. Fuq il-bażi tal-istess sett ta' data, il-Kummissjoni stabbilixxiet il-kapaċità ta' riżerva tat-TPF fit-Turkija għal madwar 23 000 tunnellata. Filwaqt li dan għadu qrib nofs il-konsum tal-Unjoni tat-TPF matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami (53 000 tunnellata), kif stabbilit fil-premessi (54) sa (55), hu improbabbli li dawn il-kapaċitajiet ta' riżerva ser ikunu mmirati lejn is-suq tal-Unjoni fi kwantitajiet kbar li kieku l-miżuri jitħallew jiskadu. Ta' min jinnota wkoll li l-kapaċitajiet ta' riżerva fit-Turkija huma ferm anqas mil-livelli li nstabu fil-pajjiżi kkonċernati l-oħra, li ġew stmati għal 50 000 tunnellata għar-Russja, 112 000 tunnellata għall-Korea u 44 000 tunnellata għall-Malasja.

3.2.2.3.   L-attrattività tas-suq tal-Unjoni

(54)

Minkejja li huma attribwiti bil-bosta l-anqas dazju meta mqabbla mad-dazju anti-dumping fuq l-importazzjonijiet tal-prodott li qed jiġi rieżaminat minn pajjiżi oħra soġġetti għall-miżuri (13), il-produtturi Torok tat-TPF ma sfruttawx dan il-vantaġġ relattiv, kif huwa kkonfermat mill-volumi relattivament baxxi esportati lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami. B'hekk, filwaqt li l-produtturi Torok tat-TPF għadhom preżenti fis-suq tal-Unjoni tat-TPF, l-attrattività tiegħu għal dawn il-produtturi kienet limitata.

(55)

Il-kunsiderazzjonijiet ta' hawn fuq jidhru li huma kkonfermati mill-imġiba ta' wieħed mill-akbar produtturi tat-TPF fit-Turkija, li s-sitwazzjoni tiegħu ġiet determinata bħala indikatur tajjeb ta' dak li jista' jseħħ li kieku jitwaqqfu l-miżuri għat-Turkija. Il-kumpanija ġiet attribwita l-anqas dazju anti-dumping (2,9 %). Minkejja dan id-dazju relattivament baxx, b'mod partikolari meta mqabbel ma' dak tal-kompetituri tagħha, hija ma żiditx il-bejgħ tal-esportazzjonijiet tagħha lejn l-Unjoni, li kien saħansitra anqas fil-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami meta mqabbel mal-perjodu ta' investigazzjoni oriġinali. Fl-istess ħin, il-bejgħ domestiku tagħha baqa' bejn wieħed u ieħor fl-istess livell meta mqabbel maż-żmien ta' qabel l-impożizzjoni tal-miżuri definittivi.

3.2.2.4.   Konklużjoni dwar ir-rikorrenza tad-dannu

(56)

Filwaqt li hemm kapaċità ta' produzzjoni ta' riżerva tat-TPF fit-Turkija, il-Kummissjoni ma sabet ebda indikazzjoni li l-kapaċità ta' riżerva kieku tintuża għal esportazzjonijiet lejn l-Unjoni fi kwantitajiet sinifikanti, anki fid-dawl tan-nuqqas ta' interess fis-suq tal-Unjoni li wrew il-produtturi Torok matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami, minkejja l-vantaġġ relattiv tagħhom biex jaċċessaw is-suq tal-Unjoni. Din is-sejba hi ssostanzjata ulterjorment mill-fatt li l-produtturi Torok, li jibbenefikaw minn dazji anti-dumping baxxi fl-Unjoni, li jagħtuhom vantaġġ komparattiv relattiv meta mqabbla ma' produtturi esportaturi oħra, ma użawx din l-opportunità biex iżidu s-sehem mis-suq tagħhom. Fl-aħħar nett, hu improbabbli li kwalunkwe esportazzjoni lejn l-Unjoni ssir fil-livelli ta' dumping, peress li l-esportazzjonijiet matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami ma sarux fil-livelli ta' dumping. Il-Kummissjoni ma sabet ebda indikazzjoni li l-esportazzjonijiet futuri jkunu fil-livelli tal-prezz oġġett ta' dumping. Fuq din il-bażi, hu mistenni li, anki jekk l-esportazzjonijiet Torok jistgħu jiżdiedu li kieku titneħħa l-miżura, din iż-żieda ma tkunx f'xi kwantitajiet sinifikanti u fi kwalunkwe każ mhux f'livelli tal-prezz oġġett ta' dumping.

(57)

Fid-dawl ta' dan li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma hemm ebda probabbiltà ta' rikorrenza ta' dumping mit-Turkija jekk il-miżuri jitħallew jiskadu.

3.3.   Ir-Russja

(58)

Skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk kienx probabbli li jitkompla jew jerġa' jseħħ id-dumping mal-iskadenza tal-miżuri fis-seħħ.

3.3.1.   Dumping matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami

3.3.1.1.   Kummenti preliminari

(59)

L-ebda wieħed mill-produtturi esportaturi Russi ma kkoopera mal-investigazzjoni. Għaldaqstant, il-Kummissjoni użat il-fatti disponibbli, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku biex tistabbilixxi t-tkomplija jew ir-rikorrenza tad-dumping. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni użat data statistika (jiġifieri l-bażi ta' data tal-Artikolu 14(6) u l-istatistiki tal-GTA dwar l-esportazzjonijiet), kif ukoll l-informazzjoni pprovduta mill-applikant fit-talba għal rieżami.

(60)

Fil-kummenti tiegħu dwar id-divulgazzjoni finali, il-Gvern Russu argumenta li l-informazzjoni użata mill-Kummissjoni biex tikkalkula l-marġni ta' dumping kienet ibbażata biss fuq it-talba għal rieżami, ma kinitx ġiet iċċekkjata kif suppost u ma tirriflettix is-sitwazzjoni reali fis-suq Russu. Kif iddikjarat fil-premessa (59), l-ebda wieħed mill-produtturi esportaturi Russi ma kkoopera fl-investigazzjoni tar-rieżami minkejja li kienu mistiedna jagħmlu dan. Barra minn hekk, kuntrarjament għal dak li qed isostni l-Gvern Russu, meta użat il-fatti disponibbli l-Kummissjoni mhux biss użat l-informazzjoni pprovduta mill-applikant iżda ddependiet ukoll fuq data statistika oħra minn sorsi indipendenti. Dan l-argument huwa għalhekk miċħud.

3.3.1.2.   It-tkomplija tad-dumping lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami

Valur normali

(61)

Fin-nuqqas ta' kwalunkwe informazzjoni oħra disponibbli, il-valur normali ġie bbażat fuq data pprovduta mill-applikant fit-talba għal rieżami, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.

Prezz tal-esportazzjoni

(62)

Minħabba n-nuqqas ta' kooperazzjoni, il-prezz medju tal-esportazzjoni lejn l-Unjoni ġie stabbilit fuq il-bażi tal-bażi ta' data tal-Artikolu 14(6). Ma kien hemm ebda informazzjoni disponibbli biex issir distinzjoni bejn tipi ta' prodotti fil-bażi ta' data tal-Artikolu 14(6). Għaldaqstant intuża l-prezz medju tal-esportazzjonijiet tat-tipi kollha tal-prodott.

(63)

Fil-kummenti tiegħu dwar id-divulgazzjoni finali, il-Gvern Russu sostna li l-prezz tal-esportazzjoni kien ġie kkalkulat b'mod selettiv fuq il-bażi tad-data dwar l-esportazzjoni Russa lejn ir-Repubblika Ċeka biss. Dan huwa żbaljat. Meta stabbilixxiet il-prezz tal-esportazzjoni, il-Kummissjoni użat l-esportazzjonijiet tal-prodott li qed jiġi rieżaminat lejn l-Istati Membri kollha matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami, kif irreġistrat fil-bażi tad-data tal-Artikolu 14(6), mhux biss lejn ir-Repubblika Ċeka. Dan l-argument huwa għalhekk miċħud.

Paragun

(64)

Il-valur normali medju ponderat tqabbel mal-prezz tal-esportazzjoni medju ponderat, skont l-Artikolu 2(11) tar-Regolament bażiku.

(65)

Biex jiġi żgurat tqabbil ġust bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni, tqiesu d-differenzi fil-fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet u t-tqabbil tal-prezzijiet skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. F'dan ir-rigward, il-kost tat-trasport u l-assigurazzjoni, li ġew stabbiliti fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta mill-applikant fit-talba għal rieżami, tnaqqsu mill-prezz tal-esportazzjoni.

Marġni tad-dumping

(66)

Tqabbil tal-valur normali medju u tal-prezz medju tal-esportazzjoni aġġustati kif xierqa għal-livell tal-prezz mill-fabbrika kif deskritt aktar 'il fuq, espress bħala perċentwal tal-prezz fil-fruntiera tal-Unjoni tal-Kost, Assigurazzjoni u Nol (cost, insurance, freight, CIF), irriżulta f'marġni tad-dumping ta' 41,8 % matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami. Għaldaqstant, il-Kummissjoni sabet li d-dumping tkompla matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami. Madankollu, il-livell tal-importazzjonijiet matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami kien relattivament limitat, u jirrappreżenta 0,9 % tal-konsum totali tal-Unjoni matul dak il-perjodu, skont il-bażi ta' data tal-Artikolu 14(6). Madankollu, il-Kummissjoni kkunsidrat din l-informazzjoni bħala l-aħjar informazzjoni disponibbli biex tikkonkludi li d-dumping kompla matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami.

3.3.2.   Il-probabbiltà ta' tkomplija jew ta' rikorrenza tad-dumping jekk jitħassru l-miżuri fuq l-importazzjonijiet mir-Russja

(67)

Kif stabbilit aktar 'il fuq, l-importazzjonijiet tat-TPF mir-Russja nstabu li kienu oġġett ta' dumping matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami. Il-Kummissjoni analizzat ulterjorment jekk id-dumping misjub matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami kienx probabbli li jkompli jekk il-miżuri anti-dumping attwali fuq importazzjonijiet ta' TPF mir-Russja jitħallew jiskadu. Għas-saħħa tal-kompletezza, il-Kummissjoni analizzat ukoll jekk id-dumping misjub kienx probabbli li jerġa' jseħħ jekk il-miżuri anti-dumping attwali fuq importazzjonijiet ta' TPF mir-Russja jitħallew jiskadu. Waqt dan, saret analiżi tal-elementi li ġejjin: il-prezz tal-esportazzjoni lejn destinazzjonijiet oħra, il-kapaċità ta' produzzjoni u l-kapaċità ta' riżerva fir-Russja u l-attrattività tas-suq tal-Unjoni.

3.3.2.1.   Esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi

(68)

Skont l-istatistiki tal-GTA dwar l-esportazzjonijiet, żewġ swieq tal-esportazzjoni biss, minbarra l-Unjoni (li tirrappreżenta madwar 12 % tal-esportazzjonijiet tagħha), huma ta' importanza għall-produtturi tat-TPF mir-Russja. Dawn huma l-Każakistan (madwar 46 % tal-esportazzjonijiet kollha) u l-Belarus (madwar 26 % tal-esportazzjonijiet totali). Madankollu, l-informazzjoni dwar il-bejgħ ta' esportazzjoni lejn dawn il-pajjiżi hija disponibbli biss fil-livell ta' kodiċi b'sitt figuri u għalhekk tinkludi prodotti oħra minbarra l-prodott ikkonċernat. Għaldaqstant, il-konklużjonijiet dwar il-volumi tal-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi oħra fuq il-bażi tal-istatistiki tal-GTA dwar l-esportazzjonijiet jistgħu jiġu kkunsidrati bħala indikattivi biss. Bl-istess mod, il-prezzijiet medji stabbiliti fuq din il-bażi jkunu jinkludu wkoll prodotti oħra minbarra l-prodott li qed jiġi rieżaminat, li jista' jkollhom valuri unitarji differenti, u kwalunkwe konklużjoni bbażata fuqhom tkun teħtieġ li titqies indikattiva wkoll.

(69)

Fil-kummenti tiegħu dwar id-divulgazzjoni finali, il-Gvern Russu allega li ma kien ikun hemm l-ebda dumping li kieku l-Kummissjoni użat il-bejgħ tal-produtturi ATP Russi lejn pajjiżi terzi, minflok l-esportazzjonijiet Russi lejn l-Unjoni, kif irreġistrati fil-bażi ta' data tal-Artikolu 14(6). Fin-nuqqas ta' kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi, il-Kummissjoni ma setgħetx teżamina ċ-ċifri attwali tal-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi. Barra minn hekk, iċ-ċifri invokati mill-Gvern Russu għal din it-talba huma bbażati fuq kodiċi b'sitt ċifri (li jinkludi prodotti oħra minbarra l-prodott li qed jiġi rieżaminat kif spjegat hawn fuq fil-premessa (68)). L-analiżi li għamlet il-Kummissjoni fil-premessa (66) hija bbażata fuq il-bażi tad-data tal-Artikolu 14(6), li, għalkemm ma tiddistingwix bejn it-tipi ta' prodott, tagħti data preċiża dwar l-importazzjonijiet tal-prodott li qed jiġi rieżaminat. Dan l-argument huwa għalhekk miċħud.

3.3.2.2.   Il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità ta' riżerva

(70)

Skont il-fatti disponibbli inklużi fit-talba għal rieżami, ir-Russja għandha kapaċità ta' produzzjoni stmata ta' 90 000 tunnellata u kapaċità ta' riżerva stmata ta' 50 000 tunnellata. Għaldaqstant, il-kapaċità ta' riżerva tar-Russja hi kważi daqs il-konsum sħiħ mill-Unjoni tat-TPF.

3.3.2.3.   L-attrattività tas-suq tal-Unjoni

(71)

It-TPF jintuża prinċipalment fl-industrija taż-żejt u tal-gass, fil-kostruzzjoni, fil-ġenerazzjoni tal-enerġija, fil-bini tal-bastimenti u fl-istallazzjonijiet industrijali. L-ebda fatt disponibbli ma jindika tkabbir jew tnaqqis sostanzjali ta' dawn is-setturi fir-Russja u, għalhekk, is-suq domestiku Russu għat-TPF hu meqjus li se jibqa' pjuttost stabbli fis-snin li ġejjin u hu improbabbli li joffri xi possibbiltà ta' espansjoni sostanzjali għat-TPF mir-Russja. Minbarra r-Russja, is-swieq tal-esportazzjonijiet ewlenin għal dawn l-industriji huma l-Unjoni, il-Każakistan u l-Belarus. Ma hemm ebda informazzjoni disponibbli li tissuġġerixxi li d-domanda fuq xi wieħed minn dawk is-swieq se tonqos jew tiżdied b'mod sinifikanti fis-snin li ġejjin. Skont l-informazzjoni pprovduta mill-applikant, hemm kapaċità eċċessiva dinjija tat-TPF u s-suq tal-Unjoni hu wieħed mill-akbar swieq fid-dinja u, għalhekk, hu destinazzjoni attraenti għall-esportazzjonijiet.

(72)

Fil-kummenti tiegħu dwar id-divulgazzjoni finali, il-Gvern Russu sostna li l-konsum domestiku Russu kif ukoll id-domanda prevista għat-TPF urew xejra moderata 'l fuq (2 % u 2,4-2,8 % rispettivament). Ta' min jinnota li l-Gvern Russu naqas milli jsostni dawn iċ-ċifri b'sett ta' data verifikabbli. Fi kwalunkwe każ, anki meta jittieħdu ċ-ċifri msemmija kif inhuma, dawn huma konsistenti mas-sejbiet tal-Kummissjoni li s-sitwazzjoni fis-suq Russu għall-prodott li qed jiġi rieżaminat hija pjuttost stabbli u x'aktarx li ma toffri l-ebda possibbiltà ta' espansjoni sostanzjali għat-TPF Russu. Dan l-argument huwa għalhekk miċħud.

(73)

Il-produtturi esportaturi Russi tat-TPF ma kkooperawx ma' din l-investigazzjoni. Ma hemm ebda informazzjoni statisitka valida dwar il-prezzijiet disponibbli fuq il-bejgħ tat-TPF mir-Russja fi swieq ta' pajjiżi terzi oħra jew fis-suq domestiku fir-Russja. Għaldaqstant, il-livelli tal-prezzijiet f'dawn is-swieq ma setgħux jiġu stabbiliti matul l-investigazzjoni.

(74)

Fid-dawl tad-dazji anti-dumping fis-seħħ, il-produtturi Russi kienu kważi waqqfu l-esportazzjonijiet tagħhom lejn l-Unjoni. L-investigazzjoni wriet li l-importazzjonijiet Russi kienu prattikament assenti mis-suq tal-Unjoni fl-2014 u fl-2015. Ir-Russja reġgħet bdiet l-esportazzjonijiet tagħha lejn l-Unjoni (li barra minn hekk kienu oġġett ta' dumping minkejja d-dazji għoljin fis-seħħ) fl-2016 biss u kompliet iżżidhom aktar fil-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami.

(75)

Jekk id-dazju jitħalla jiskadi, l-esportazzjonijiet Russi jkunu jistgħu jaċċessaw is-suq tal-Unjoni mingħajr ostakli. Fid-dawl tal-kapaċitajiet ta' riżerva kbar tar-Russja, flimkien mal-kapaċità eċċessiva globali, il-Kummissjoni qieset li ma jistax jiġi eskluż li dan ikun iwassal għal żieda sinifikanti fl-esportazzjonijiet mir-Russja lejn l-Unjoni, li hi dovuta wkoll għall-qrubija tagħha lejn suq tal-esportazzjoni potenzjali importanti għar-Russja. Barra minn hekk, l-esportazzjonijiet Russi lejn l-Unjoni x'aktarx li se jkunu bi prezzijiet oġġett ta' dumping kif stabbilit fil-premessa (66).

3.3.2.4.   Konklużjoni dwar il-probabbiltà tat-tkomplija jew, fi kwalunkwe każ, il-probabbiltà tar-rikorrenza tad-dumping

(76)

Fuq il-bażi ta' dan ta' hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li d-dumping x'aktarx li jkompli fil-futur jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. Il-Kummissjoni kkonkludiet ukoll li kien hemm probabbiltà ta' rikorrenza ta' dumping. Minħabba n-nuqqas ta' kooperazzjoni, il-Kummissjoni tista' biss tanalizza d-data dwar l-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi fil-livell ta' kodiċi b'sitt figuri. Din l-analiżi ma setgħetx titqies bħala konklużiva għar-raġunijiet spjegati fil-premessa (68). Madankollu, meta wieħed iqis il-kapaċità żejda kbira fir-Russja, il-livelli tal-prezz tat-TPF li huma l-oġġett ta' dumping lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami, flimkien mal-attrattività tas-suq tal-Unjoni għall-produtturi Russi tat-TPF, li huwa suq potenzjali ewlieni tal-esportazzjoni għar-Russja, il-Kummissjoni kkonkludiet ukoll li kwantitajiet sinifikanti ta' TPF x'aktarx jidħlu fis-suq tal-Unjoni f'livelli ta' prezzijiet li huma l-oġġett ta' dumping, jekk il-miżuri jitħallew jiskadu.

(77)

Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, abbażi tal-fatti disponibbli, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-iskadenza tal-miżuri anti-dumping fuq it-TPF mir-Russja x'aktarx li twassal għal tkomplija u fi kwalunkwe każ għal rikorrenza ta' dumping.

3.4.   Il-Korea

(78)

L-ebda produttur Korean ma kkoopera matul l-investigazzjoni. Għaldaqstant, il-probabbiltà ta' tkomplija ta' jew ta' rikorrenza tad-dumping kienet ibbażata fuq il-fatti disponibbli f'konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni użat it-talba, l-istatistiki tal-GTA dwar l-esportazzjonijiet u l-istatistiki tal-Istati Uniti dwar l-importazzjonijiet.

3.4.1.   It-tkomplija tad-dumping fl-Unjoni matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami

(79)

L-esportazzjonijiet mill-Korea kienu negliġibbli (anqas minn 40 tunnellata) matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami u, għalhekk, ma tqisux rappreżentattivi. L-analiżi ffokat fuq ir-rikorrenza tad-dumping mill-Korea fuq il-bażi tal-fatti disponibbli, f'konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.

3.4.2.   Evidenza tal-probabbiltà ta' rikorrenza tad-dumping

(80)

Il-Kummissjoni analizzat jekk kienx hemm probabbiltà ta' rikorrenza tad-dumping f'każ li l-miżuri jiskadu. Waqt dan, saret analiżi tal-elementi li ġejjin: il-prezzijiet tal-esportazzjoni mill-Korea lejn destinazzjonijiet oħra, il-kapaċità ta' produzzjoni u l-kapaċità ta' riżerva fil-Korea u l-attrattività tas-suq tal-Unjoni.

3.4.2.1.   Esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi

(81)

Biex teżamina l-imġiba probabbli tal-produtturi tat-TPF mill-Korea fir-rigward tas-suq tal-Unjoni, li kieku l-miżuri jitħallew jiskadu, il-Kummissjoni qieset l-imġiba tal-esportazzjoni mill-Korea lejn is-suq tal-Istati Uniti. Il-Kummissjoni għażlet lill-Istati Uniti peress li, għall-kuntrarju ta' kwalunkwe destinazzjoni oħra tal-esportazzjonijiet Koreani, dak is-suq hu ta' daqs simili għas-suq tal-Unjoni, b'ħafna produtturi domestiċi iżda b'sehem kbir ukoll ta' importazzjonijiet u b'rati baxxi ta' tariffi fuq l-importazzjonijiet, li jagħmluh suq kompetittiv ħafna. Barra minn hekk, l-Istati Uniti hija l-ewwel destinazzjoni għall-esportazzjonijiet mill-Korea, u tirrappreżenta madwar 27 % tal-esportazzjonijiet tat-TPF fil-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami (14), bi statistika relattivament dettaljata (15). Finalment, dan l-approċċ hu identiku għal dak applikat fir-rieżami ta' skadenza ta' qabel għall-Korea li ssemma fil-premessa (1).

Valur normali

(82)

Fin-nuqqas ta' kwalunkwe informazzjoni oħra disponibbli, il-valur normali ġie bbażat fuq data pprovduta mill-applikant fit-talba għal rieżami, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.

(83)

Għall-fini ta' kompletezza, il-Kummissjoni użat ukoll l-elenku tal-prezzijiet domestiċi pprovdut mill-applikant fit-talba għal rieżami bħala metodu alternattiv biex tiddetermina l-valur normali. Minkejja dan, bl-użu ta' kwalunkwe wieħed mill-valuri normali, is-sejbiet tal-Kummissjoni fuq id-dumping baqgħu pożittivi. Fil-fatt, l-użu tal-elenku tal-prezzijiet domestiċi rriżulta fis-sejbien ta' marġini tad-dumping ogħla.

Prezz tal-esportazzjoni

(84)

Il-prezzijiet tal-esportazzjoni matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami ġew stabbiliti fuq il-bażi ta' data disponibbli pubblikament, jiġifieri l-istatistiki doganali tal-Istati Uniti. Fuq il-bażi tal-metodoloġija żviluppata mill-applikant fit-talba għal rieżami, il-Kummissjoni aġġustat l-istatistiki biex teskludi t-tipi ta' prodotti, li ma kinux inklużi fil-valur normali mibni kif deskritt aktar 'il fuq, biex ikun hemm komparabbiltà aħjar.

Paragun

(85)

Il-valur normali medju ponderat tqabbel mal-prezz medju ponderat tal-esportazzjoni kif stabbilit aktar 'il fuq, f'konformità mal-Artikolu 2(11) tar-Regolament bażiku, it-tnejn li huma fil-livell tal-prezz mill-fabbrika.

(86)

Biex jiġi żgurat tqabbil ġust bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni, tqiesu d-differenzi fil-fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet u t-tqabbil tal-prezzijiet skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Għalhekk, il-prezz tal-esportazzjoni ġie aġġustat għall-kostijiet tat-trasport, tal-assigurazzjoni u tal-imballaġġ stmati mill-applikant fit-talba għal rieżami biex il-valuri miksuba mill-istatistiki tal-Istati Uniti dwar l-importazzjonijiet fuq bażi CIF jinġiebu għal-livell tal-prezz mill-fabbrika.

Il-marġni tad-dumping matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami

(87)

Tqabbil tal-valur normali medju u tal-prezz tal-esportazzjoni medju aġġustat kif xieraq għal-livell tal-prezz mill-fabbrika kif deskritt hawn fuq, espress bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Istati Uniti rriżulta f'marġni tad-dumping ta' 7,2 % għal valur normali mibni u ta' 9,1 % għal meta ntuża l-elenku tal-prezzijiet domestiċi. Barra minn hekk, kif spjegat b'mod ulterjuri fil-premessa (90) hawn taħt, reċentement instab li l-produtturi Koreani ta' ċerti TPF (tagħmir tal-iwweldjar tarf ma' tarf tal-azzar bil-karbonju) nstab li kienu qed iwettqu dumping tal-prodott tagħhom fil-Ġappun.

3.4.2.2.   Il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità ta' riżerva

(88)

Skont il-fatti disponibbli fit-talba għal rieżami, il-Korea għandha kapaċità ta' produzzjoni ta' 160 000 tunnellata u kapaċità ta' produzzjoni ta' riżerva ta' 112 000 tunnellata. Din il-kapaċità ta' riżerva hi d-doppju tal-konsum sħiħ tal-Unjoni. Skont it-talba, sa mill-introduzzjoni tad-dazji definittivi fl-2002, il-kapaċità ta' produzzjoni tat-TPF tal-Korea ġiet estiża b'mod sinifikanti, minn 10 000 tunnellata stmati għal 160 000 tunnellata stmati matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami.

3.4.2.3.   L-attrattività tas-suq tal-Unjoni

(89)

L-ebda fatt disponibbli ma jindika żieda jew tnaqqis sostanzjali tas-setturi li jużaw it-TPF fil-Korea u, għalhekk, is-suq domestiku Korean għat-TPF hu meqjus li se jibqa' pjuttost stabbli għas-snin li ġejjin u ma joffri l-ebda possibbiltà ta' espansjoni sostanzjali għall-produtturi Koreani tat-TPF. Minbarra l-Istati Uniti, is-swieq tal-esportazzjoni ewlenin l-oħra għall-produtturi Koreani tat-TPF huma l-Lvant Nofsani u x-Xlokk tal-Asja. L-ebda informazzjoni disponibbli matul l-investigazzjoni ma tissuġġerixxi li d-domanda f'xi wieħed minn dawk is-swieq se tiżdied b'mod sinifikanti fis-snin li ġejjin.

(90)

Barra minn hekk, fil-31 ta' Marzu 2018, il-Ġappun impona dazji anti-dumping definittivi, li varjaw bejn 41,8 % u 63,2 % fuq l-importazzjonijiet tal-fittings tal-iwweldjar għall-ġonġiment tal-azzar tal-karbonju mill-Korea. Suq miftuħ tal-Unjoni jkun mira perfetta għad-diverżjoni ta' dawk l-esportazzjonijiet.

(91)

L-investigazzjoni wriet li s-suq tat-TPF tal-Unjoni huwa attraenti għall-esportazzjonijiet Koreani, peress li għadu mhux sfruttat b'mod sħiħ minnhom, fid-dawl tad-dazji għoljin fis-seħħ (minn 32,4 %, għal produttur wieħed, għal 44 % għall-oħrajn). Għad li l-esportazzjonijiet tagħhom waqfu wara l-introduzzjoni tal-miżuri fl-2002, l-industrija Koreana tat-TPF għadha ferm dipendenti fuq l-esportazzjonijiet. B'kapaċitajiet eċċessivi fix-Xlokk tal-Asja, bid-dazji anti-dumping fil-Ġappun u b'esportazzjonijiet diġà sinifikanti lejn l-Istati Uniti, is-suq tal-Unjoni jkun jirrappreżenta suq tal-esportazzjoni potenzjali importanti ieħor għall-kapaċitajiet eċċessivi Koreani, jekk il-miżuri jitħallew jiskadu.

3.4.2.4.   Konklużjoni dwar il-probabbiltà tar-rikorrenza tad-dumping

(92)

Fid-dawl tal-kapaċitajiet ta' produzzjoni u ta' riżerva, tal-prattiki tal-prezzar tal-produtturi Koreani fis-suq tal-Istati Uniti u tal-attrattività tas-suq tal-Unjoni għall-produtturi Koreani tat-TPF, hu ferm probabbli li l-produtturi Koreani tat-TPF jesportaw kwantitajiet sinifikanti tat-TPF lejn l-Unjoni bi prezzijiet oġġett ta' dumping, jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. Fid-dawl taż-żieda fil-kapaċità ta' produzzjoni u fil-kapaċità ta' riżerva mindu ddaħħlu oriġinarjament il-miżuri, il-livell ta' importazzjonijiet oġġett ta' dumping jista' jkun ferm ogħla minn dak li kien qabel ma ġew imposti l-miżuri definittivi. Għaldaqstant, il-Kummissjoni kkonkludiet li hemm probabbiltà ta' rikorrenza tad-dumping jekk il-miżuri jitħallew jiskadu.

3.5.   Il-Malasja

(93)

L-ebda produttur Malasjan ma kkoopera matul l-investigazzjoni. Għaldaqstant, il-probabbiltà ta' tkomplija jew ta' rikorrenza tad-dumping kien ibbażat fuq il-fatti disponibbli f'konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni użat it-talba, l-istatistiki tal-GTA dwar l-esportazzjonijiet u l-istatistiki tal-Istati Uniti dwar l-importazzjonijiet.

3.5.1.   It-tkomplija tad-dumping fl-Unjoni matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami

(94)

Skont il-bażi ta' data tal-Artikolu 14(6), l-importazzjonijiet mill-Malasja kienu negliġibbli (anqas minn 10 tunnellati) matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami u, għalhekk, ma tqisux rappreżentattivi. L-analiżi ffokat fuq ir-rikorrenza tad-dumping mill-Malasja fuq il-bażi tal-fatti disponibbli, f'konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.

3.5.2.   Evidenza tal-probabbiltà ta' rikorrenza tad-dumping

(95)

Il-Kummissjoni analizzat jekk kienx hemm probabbiltà ta' rikorrenza tad-dumping f'każ li l-miżuri jiskadu. Waqt dan, saret analiżi tal-elementi li ġejjin: il-prezzijiet tal-esportazzjoni mill-Malasja għal destinazzjonijiet oħra, il-kapaċità ta' produzzjoni u l-kapaċità żejda fil-Malasja u l-attrattività tas-suq tal-Unjoni.

3.5.2.1.   Esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi

(96)

Biex teżamina l-imġiba probabbli tal-produtturi tat-TPF fil-Malasja, il-Kummissjoni eżaminat l-esportazzjonijiet tal-Malasja lejn l-Istati Uniti. Dan l-approċċ hu identiku għal dak applikat fir-rieżami ta' skadenza ta' qabel għall-Malasja li ssemma fil-premessa (1). Il-Kummissjoni għażlet lill-Istati Uniti peress li s-suq tal-Istati Uniti hu ta' daqs simili għal dak tal-Unjoni, b'ħafna produtturi domestiċi iżda b'sehem kbir ukoll ta' importazzjonijiet u b'rati baxxi ta' tariffi fuq l-importazzjonijiet, li jagħmluh suq kompetittiv ħafna. Barra minn hekk, is-suq tal-Istati Uniti hu bil-bosta l-aktar suq tal-esportazzjoni importanti għall-Malasja. Skont l-istatistiki tal-GTA dwar l-esportazzjonijiet, il-volum tal-esportazzjonijiet lejn l-Istati Uniti kien ta' kważi 19 000 tunnellata fil-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami, li jirrappreżenta madwar 90 % tal-esportazzjonijiet totali tat-TPF mill-Malasja matul dak il-perjodu. Il-volum ta' esportazzjoni lejn l-Istati Uniti huwa wkoll ogħla mill-istima totali tal-produzzjoni Malasjana (16). Is-swieq tal-esportazzjoni ewlenin l-oħra għall-produtturi Malasjani tat-TPF huma l-Messiku, it-Turkija u l-Kanada, li jirrappreżentaw 4 %, 3 % u 1 % mill-esportazzjonijiet tat-TPF tagħhom, rispettivament.

Valur normali

(97)

Fin-nuqqas ta' kwalunkwe informazzjoni oħra disponibbli, il-valur normali ġie bbażat fuq data pprovduta mill-applikant fit-talba għal rieżami, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.

Prezz tal-esportazzjoni

(98)

Il-prezzijiet tal-esportazzjoni matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami ġew stabbiliti fuq il-bażi ta' data disponibbli pubblikament, jiġifieri l-istatistiki doganali tal-Istati Uniti. Fuq il-bażi tal-metodoloġija żviluppata mill-applikant fit-talba għal rieżami, il-Kummissjoni aġġustat l-istatistiki biex teskludi t-tipi ta' prodotti, li ma kinux inklużi fil-valur normali mibni kif deskritt aktar 'il fuq, fid-dawl ta' komparabbiltà aħjar.

Paragun

(99)

Il-valur normali medju ponderat kien imqabbel mal-prezz medju ponderat tal-esportazzjoni tat-TPF, skont l-Artikolu 2(11) tar-Regolament bażiku, it-tnejn f'livell tal-prezz mill-fabbrika.

(100)

Biex jiġi żgurat tqabbil ġust bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni, tqiesu d-differenzi fil-fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet u t-tqabbil tal-prezzijiet skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Għalhekk, il-prezz tal-esportazzjoni ġie aġġustat għall-kostijiet tat-trasport, tal-assigurazzjoni u tal-imballaġġ stmati mill-applikant fit-talba għal rieżami biex il-valuri miksuba mill-istatistiki tal-Istati Uniti dwar l-importazzjonijiet fuq bażi CIF jinġiebu għal-livell tal-prezz mill-fabbrika.

Il-marġni tad-dumping matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami

(101)

Tqabbil tal-valur normali medju u tal-prezz medju tal-esportazzjoni aġġustati kif xieraq għal-livell tal-prezz mill-fabbrika kif deskritt aktar 'il fuq, espress bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Istati Uniti, irriżulta fil-każijiet kollha f'marġni tad-dumping ta' aktar minn 86,7 %. Tabilħaqq, kif spjegat fil-premessa (105) hawn taħt, l-awtoritajiet tal-Istati Uniti sabu li l-Malasja kienet qed tintuża biex jiġu evitati dazji anti-dumping imposti fuq produtturi Ċiniżi tat-TPF. Id-dazji ġew estiżi għall-esportaturi Malasjani tat-TPF.

3.5.2.2.   Il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità ta' riżerva

(102)

Skont it-talba, il-Malasja għandha kapaċità ta' produzzjoni ta' 59 000 tunnellata u kapaċità ta' riżerva ta' 44 000 tunnellata, li kważi tilħaq il-konsum sħiħ tal-Unjoni tat-TPF. It-talba għal rieżami żżid li, sa mill-introduzzjoni tal-miżuri definittivi fl-2002, il-kapaċità ta' produzzjoni tat-TPF tal-Malasja ġiet estiża b'mod sinifikanti, minn 10 000 tunnellata stmati għal 59 000 tunnellata stmati matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami.

3.5.2.3.   L-attrattività tas-suq tal-Unjoni

(103)

L-ebda fatt disponibbli ma jindika żieda jew tnaqqis sostanzjali fl-industriji tal-Malasja li jużaw it-TPF u, għalhekk, is-suq domestiku Malasjan għat-TPF hu meqjus li se jibqa' pjuttost stabbli għas-snin li ġejjin u ma joffri l-ebda possibbiltà ta' espansjoni sostanzjali għat-TPF tal-Malasja.

(104)

L-investigazzjoni wriet li s-suq tat-TPF tal-Unjoni hu attraenti għall-esportazzjonijiet mill-Malasja. Dan hu primarjament dovut għall-potenzjal offrut lill-produtturi Malasjani tat-TPF, li mhumiex qed jilħqu minħabba l-livell tad-dazji anti-dumping. Għad li l-esportazzjonijiet tagħhom prattikament waqfu wara l-introduzzjoni tal-miżuri definittivi fl-2002, l-industrija Malasjana tat-TPF tiddependi ħafna mill-esportazzjonijiet, u s-suq ewlieni tal-esportazzjoni hu dak tal-Istati Uniti.

(105)

Fil-25 ta' Lulju 2018, l-awtoritajiet tal-Istati Uniti estendew id-dazju anti-dumping ta' 182,9 % impost fuq l-importazzjonijiet ta' fittings tal-iwweldjar għall-ġonġiment tal-azzar tal-karbonju mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina b'mod provviżorju għall-importazzjonijiet ta' dak il-prodott mill-Malasja, għaliex sabu li l-Malasja kienet qed tintuża għaċ-ċirkomvenzjoni ta' dawn il-miżuri. Filwaqt li l-produtturi ġenwini tat-TPF fil-Malasja jistgħu jkunu eżentati minn dan id-dazju, l-obbligu ta' ċertifikazzjoni joħolqilhom aktar piżijiet u, b'hekk, jagħmilhielhom anqas attraenti biex ibigħu l-prodotti tagħhom fl-Istati Uniti.

(106)

Dan ta' hawn fuq, flimkien ma' kapaċitajiet żejda fl-Asja tax-Xlokk, imsemmija fil-premessa (91), iqiegħed is-suq tal-Unjoni suq fil-mira tal-kapaċitajiet u l-prodotti Malasjani żejda li qabel kienu jinbiegħu lill-Istati Uniti, f'każ li l-miżuri jitħallew jiskadu.

3.5.2.4.   Konklużjoni dwar il-probabbiltà tar-rikorrenza tad-dumping

(107)

Fid-dawl tal-kapaċità ta' riżerva, il-prattiki ta' pprezzar fl-Istati Uniti u d-dazji anti-dumping estiżi għall-Malasja f'dak is-suq, flimkien mal-attrattività tas-suq tal-Unjoni għall-produtturi tat-TPF mill-Malasja, hu ferm probabbli li l-produtturi tat-TPF mill-Malasja jesportaw kwantitajiet sinifikanti tat-TPF bi prezzijiet oġġett ta' dumping lejn l-Unjoni, li kieku l-miżuri jitħallew jiskadu. Fid-dawl taż-żieda fil-kapaċità ta' produzzjoni u fil-kapaċità ta' riżerva mindu ġew introditti fl-2002 il-miżuri definittivi, il-livell ta' importazzjonijiet oġġett ta' dumping jista' jkun ferm ogħla minn dak li kien qabel ma ġew imposti l-miżuri definittivi. Għaldaqstant, il-Kummissjoni kkonkludiet li hemm probabbiltà ta' rikorrenza tad-dumping jekk il-miżuri jitħallew jiskadu.

3.6.   Konklużjoni

3.6.1.   It-Turkija

(108)

Kif konkluż fil-premessi (43) u (49), l-investigazzjoni ma sabet ebda dumping għal kwalunkwe wieħed mill-produtturi esportaturi fit-Turkija matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami u ma stabbilixxiet ebda probabbiltà ta' rikorrenza ta' dumping jekk il-miżuri jitħallew jiskadu.

(109)

Għaldaqstant, l-investigazzjoni li tikkonċerna t-Turkija jenħtieġ li tiġi terminata u l-miżuri rigward it-Turkija jienħtieġ li jiġu revokati.

3.6.2.   Ir-Russja, il-Korea u l-Malasja

(110)

Fir-rigward tar-Russja, il-Kummissjoni kkonkludiet li, abbażi tal-informazzjoni disponibbli, matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami kompla d-dumping mir-Russja. Minbarra dan, meta wieħed iqis il-kapaċità żejda kbira fir-Russja, il-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi, il-livelli tal-prezz tat-TPF li huma l-oġġett ta' dumping lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami, flimkien mal-attrattività tas-suq tal-Unjoni għall-produtturi Russi tat-TPF, li huwa suq potenzjali ewlieni tal-esportazzjoni għar-Russja, il-Kummissjoni kkonkludiet ukoll li kwantitajiet sinifikanti ta' TPF x'aktarx jidħlu fis-suq tal-Unjoni f'livelli ta' prezzijiet li huma l-oġġett ta' dumping, jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet ukoll li kien hemm evidenza ta' rikorrenza ta' dumping.

(111)

Fir-rigward tal-Malasja u l-Korea, minħabba l-kapaċitajiet żejda importanti f'dawk il-pajjiżi, il-potenzjal ta' tkabbir limitat fis-swieq domestiċi tagħhom, u l-attrattività tas-suq tal-Unjoni għall-produtturi tat-TPF f'dawn il-pajjiżi, ġie konkluż li l-importazzjonijiet minn dawn il-pajjiżi tal-prodott li qed jiġi rieżaminat lejn l-Unjoni jiżdiedu fi kwantitajiet sinifikanti jekk il-miżuri anti-dumping jitħallew jiskadu. Barra minn hekk, il-Kummissjoni sabet li dawn l-importazzjonijiet x'aktarx li jsiru bi prezzijiet li huma l-oġġett ta' dumping. Il-Kummissjoni għalhekk ikkonkludiet li l-iskadenza tal-miżuri fuq it-TPF x'aktarx li twassal għal rikorrenza ta' dumping fir-rigward tal-Korea u l-Malasja.

4.   PROBABBILTÀ TA' TKOMPLIJA JEW TA' RIKORRENZA TAD-DANNU

4.1.   Id-definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u tal-produzzjoni tal-Unjoni

(112)

Matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami, il-prodott simili kien immanifatturat minn madwar wieħed u għoxrin produttur tal-Unjoni. Tlieta minn dawn il-produtturi huma rrappreżentati mill-applikant. Dawn il-wieħed u għoxrin produttur tal-Unjoni jikkostitwixxu l-“industrija tal-Unjoni” skont it-tifsira tal-Artikoli 4(1) u 5(4) tar-Regolament bażiku. L-erba' produtturi tal-Unjoni ġew kampjunati, kif deskritt fil-premessi (14) sa (15). Il-kampjun jammonta għal aktar minn 54 % tal-volum tal-produzzjoni u l-bejgħ totali tal-Unjoni kif deskritt fil-premessa (15).

4.2.   Il-konsum fl-Unjoni

(113)

Il-Kummissjoni stabbilixxiet il-konsum tal-Unjoni billi għaddet flimkien:

(i)

il-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun, miksub wara l-verifika tat-tweġibiet għall-kwestjonarju,

(ii)

il-bejgħ ta' produtturi tal-Unjoni li kkooperaw li ma ddaħħlux fil-kampjun, miksub mit-talba għal rieżami u mill-informazzjoni sussegwenti pprovduta mill-applikant,

(iii)

l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati u mill-pajjiżi terzi kollha l-oħrajn, fuq il-bażi tal-Eurostat (livell TARIC).

(114)

Abbażi ta' dan, il-konsum tal-Unjoni żviluppa kif ġej:

Tabella 1

Il-konsum tal-Unjoni

 

2014

2015

2016

PIR

Il-konsum tal-Unjoni (tunnellati)

59 864

51 151

56 722

52 535

Indiċi (2014 = 100)

100

85

95

88

Sors: tweġibiet għall-kwestjonarju tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun, talba għal rieżami, informazzjoni pprovduta mill-applikant, Eurostat (livell TARIC).

(115)

Il-konsum ġenerali tal-Unjoni naqas bi 12 % waqt il-perjodu li qed jiġi kkunsidrat. B'mod aktar speċifiku, filwaqt li l-konsum tal-Unjoni naqas bi 15 % fl-2015, dan irkupra bejn l-2015 u l-2016 u mbagħad reġa' naqas mill-2016 sal-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami.

4.3.   Importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati

4.3.1.   Kumment preliminari

(116)

Kif intqal fil-premessi (43), (49) u (57), ma nstabu ebda dumping matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami jew probabbiltà ta' rikorrenza tad-dumping f'dak li għandu x'jaqsam mal-importazzjonijiet tal-prodott li qed jiġi rieżaminat u li joriġina mit-Turkija. Konsegwentement, il-miżuri rigward it-Turkija jenħtieġ li jintemmu. Għaldaqstant, għall-fini tal-eżaminar tat-tkomplija jew tar-rikorrenza tad-dannu, il-Kummissjoni se teżamina l-importazzjonijiet mit-Turkija flimkien mal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi. Għall-fini ta' kompletezza, iċ-ċifri li jikkonċernaw lit-Turkija se jiġu rrapportati b'mod separat fit-taqsima 4.3.5 ukoll.

4.3.2.   Importazzjonijiet mill-Malasja

(117)

Il-volumi tal-importazzjonijiet mill-Malasja kienu bbażati fuq l-istatistiki tal-Eurostat (livell TARIC). Il-Kummissjoni stabbilixxiet is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet fuq il-bażi tal-konsum tal-Unjoni kif stabbilit fil-premessa (113).

(a)    Volum u sehem mis-suq

Tabella 2

Il-volum tal-importazzjoni u s-sehem mis-suq

 

 

2014

2015

2016

PIR

Il-Malasja

Volum tal-importazzjoni (tunnellati)

0,1

0,6

0,4

1,3

Indiċi 2014 = 100

100

600

400

1 300

Sehem mis-suq (%)

0,0

0,0

0,0

0,0

Sors: Eurostat (livell TARIC)

(118)

Il-volumi tal-importazzjoni mill-Malasja kienu kważi żero matul il-perjodu kollu li qed jiġi kkunsidrat u f'livell simili mindu ġew imposti l-miżuri definittivi fl-2002. L-ishma mis-suq kienu negliġibbli matul il-perjodu kollu li qed jiġi kkunsidrat.

(b)    Il-prezzijiet u t-twaqqigħ tal-prezzijiet

(119)

Fid-dawl tal-volumi baxxi ħafna tal-importazzjoni mill-Malasja u tal-firxa wiesgħa ta' tipi ta' prodotti (li jinkludu varjetà ta' parametri bħall-istandards tal-ispeċifikazzjoni, grad tal-materjal, materja prima bażika, tip (fittings forma ta' l, forma ta' t jew riduċenti), dijametru estern u ħxuna tal-materjal) tal-prodott li qed jiġi rieżaminat, il-prezzijiet ta' dawn l-importazzjonijiet ma setgħux jiġu analizzati b'mod sinifikanti.

4.3.3.   Importazzjonijiet mill-Korea

(120)

Il-volumi tal-importazzjonijiet mill-Korea kienu bbażati fuq l-istatistiki tal-Eurostat (livell TARIC). Il-Kummissjoni stabbilixxiet is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet fuq il-bażi tal-konsum tal-Unjoni kif stabbilit fil-premessa (113).

(a)    Volum u sehem mis-suq

Tabella 3

Volum tal-importazzjoni u sehem mis-suq

 

 

2014

2015

2016

PIR

Il-Korea

Volum tal-importazzjoni (tunnellati)

405

89

346

36

Indiċi 2014 = 100

100

22

85

9

Sehem mis-suq (%)

0,7

0,2

0,6

0,1

Indiċi 2014 = 100

100

26

90

10

Sors: Eurostat (livell TARIC)

(121)

Il-volumi tal-importazzjoni mill-Korea kienu negliġibbli matul il-perjodu kollu li qed jiġi kkunsidrat u naqsu għal 0,1 % mis-sehem mis-suq matul il-PIR. Dawn baqgħu f'livell simili mindu ġew imposti l-miżuri definittivi fl-2002. L-ishma mis-suq naqsu minn 0,7 % fl-2014 għal 0,1 % fil-PIR.

(b)    Il-prezzijiet u t-twaqqigħ tal-prezzijiet

(122)

Fid-dawl tal-volumi baxxi ħafna tal-importazzjonijiet mill-Korea u tal-firxa wiesgħa tat-tipi tal-prodott li qed jiġi rieżaminat, il-prezzijiet ta' dawn l-importazzjonijiet ma setgħux jiġu analizzati b'mod sinifikanti.

4.3.4.   Importazzjonijiet mir-Russja

(123)

Il-volum tal-importazzjoni u l-prezz medju tal-importazzjoni għar-Russja kienu bbażati fuq statistiki tal-Eurostat (livell TARIC). Il-Kummissjoni stabbilixxiet is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet fuq il-bażi tal-konsum tal-Unjoni kif stabbilit fil-premessa (113).

(a)    Volum u sehem mis-suq

Tabella 4

Il-volum tal-importazzjoni u s-sehem mis-suq

 

 

2014

2015

2016

PIR

Ir-Russja

Volum tal-importazzjoni (tunnellati)

18

21

431

468

Indiċi 2014 = 100

100

119

2 448

2 657

Sehem mis-suq (%)

0,0

0,0

0,8

0,9

Indiċi 2014 = 100

100

139

2 584

3 027

Sors: Eurostat (livell TARIC)

(124)

Il-volumi tal-importazzjonijiet mir-Russja kienu f'livelli baxxi matul il-perjodu kollu li qed jiġi kkunsidrat. Dawn żdiedu minn 18-il tunnellata fl-2014 u fl-2015 għal 431 tunnellata fl-2016 u għal 468 tunnellata matul il-PIR, li kienu jikkorrispondu għal żieda fis-sehem mis-suq minn 0 % fl-2014/15 għal 0,9 % fil-PIR.

(b)    Il-prezzijiet u t-twaqqigħ tal-prezzijiet

(125)

Il-prezz medju tal-importazzjonijiet fl-Unjoni mir-Russja żviluppa kif ġej:

Tabella 5

Prezz tal-importazzjoni

 

 

2014

2015

2016

PIR

Ir-Russja

Prezzijiet tal-importazzjoni (EUR/tunnellata)

9 706

7 088

1 126

980

Indiċi 2014 = 100

100

73

12

10

Sors: Eurostat (livell TARIC)

(126)

Il-prezz medju tal-importazzjoni mir-Russja laħaq livelli għoljin ħafna matul l-2014 u l-2015, iżda naqas b'84 % mill-2015 għall-2016 u bi 13 % oħra fil-PIR. B'mod ġenerali, il-prezzijiet tal-importazzjoni naqsu b'90 % matul il-perjodu li qed jiġi kkunsidrat.

(127)

Kif stipulat fil-premessa (124), filwaqt li l-volumi tal-importazzjonijiet kienu baxxi wisq biex jitqiesu rappreżentattivi, tqies li l-prezzijiet ta' dawk l-importazzjonijiet jistgħu madankollu jitqiesu bħala indikazzjoni ġusta tal-imġiba tal-prezzijiet fil-ġejjieni jekk il-miżuri jitħallew jiskadu.

(128)

Fin-nuqqas ta' kooperazzjoni mill-esportaturi/produtturi Russi kif imsemmi fil-premessa (58), il-Kummissjoni kellha tibbaża fuq il-fatti disponibbli biex tiddetermina l-livell tat-twaqqigħ tal-prezz skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. F'dan il-każ, hi ddeterminat it-twaqqigħ tal-prezz għall-importazzjonijiet li joriġinaw mir-Russja matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami billi qabblet (i) il-prezzijiet tal-bejgħ medji ponderati tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun mitluba lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni, aġġustati għal-livell tal-prezz mill-fabbrika; ma' (ii) il-prezz medju tal-importazzjonijiet mir-Russja mitlub lill-ewwel klijent indipendenti fis-suq tal-Unjoni, stabbilit fuq bażi CIF kif rapportat fil-Eurostat aġġustat għall-kostijiet ta' wara l-importazzjoni. Fin-nuqqas ta' kwalunkwe informazzjoni oħra, dawn il-kostijiet ġew stmati għal 1 % tal-valur CIF.

(129)

Minħabba n-nuqqas ta' kooperazzjoni, it-tipi tal-prodotti esportati mir-Russja ma setgħux jiġu ddeterminati. Għalhekk, ma kienx possibbli tqabbil fuq il-bażi tat-tip. Ir-riżultat tat-tqabbil kien espress bħala perċentwal tal-fatturat tal-industrija tal-Unjoni fil-kampjun matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami.

(130)

It-tqabbil wera marġni tat-twaqqigħ tal-prezz medju ponderat ta' 49,8 % għar-Russja fis-suq tal-Unjoni matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami.

4.3.5.   Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn

(131)

Il-volum tal-importazzjoni u l-prezz medju tal-importazzjoni għall-pajjiżi terzi l-oħra kollha kienu bbażati fuq statistiki tal-Eurostat (livell TARIC). Il-Kummissjoni stabbilixxiet is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet fuq il-bażi tal-konsum tal-Unjoni kif stabbilit fil-premessa (113).

Tabella 6

Il-volum tal-importazzjoni u s-sehem mis-suq

Pajjiż

 

2014

2015

2016

PIR

Il-pajjiżi terzi l-oħrajn kollha

Importazzjonijiet (tunnellati)

21 906

17 812

23 062

20 865

Indiċi 2014 = 100

100

81

105

95

Sehem mis-suq (%)

36,6

34,8

40,7

39,7

Prezz (EUR/tunnellata)

1 879

2 202

1 907

1 686

Indiċi 2014 = 100

100

117

102

90

Iċ-Ċina

Importazzjonijiet (tunnellati)

8 915

7 239

10 054

8 086

Indiċi 2014 = 100

100

81

113

91

Sehem mis-suq (%)

14,9

14,2

17,7

15,4

Prezz (EUR/tunnellata)

1 232

1 474

1 285

1 233

Indiċi 2014 = 100

100

120

104

100

Il-Kambodja

Importazzjonijiet (tunnellati)

1 151

1 137

2 899

3 403

Indiċi 2014 = 100

100

99

252

296

Sehem mis-suq (%)

1,9

2,2

5,1

6,5

Prezz (EUR/tunnellata)

1 301

1 486

1 280

1 322

Indiċi 2014 = 100

100

114

98

102

Il-Vjetnam

Importazzjonijiet (tunnellati)

2 954

2 377

2 348

2 803

Indiċi 2014 = 100

100

80

79

95

Sehem mis-suq (%)

4,9

4,6

4,1

5,3

Prezz (EUR/tunnellata)

1 696

1 883

1 473

1 501

Indiċi 2014 = 100

100

111

87

88

It-Turkija

Volum tal-importazzjoni (tunnellati)

1 147

1 316

1 745

1 509

Indiċi 2014 = 100

100

115

152

132

Sehem mis-suq (%)

1,9

2,6

3,1

2,9

Indiċi 2014 = 100

100

134

161

150

Prezzijiet tal-importazzjoni (EUR/tunnellata)

1 924

1 915

1 824

1 782

Indiċi 2014 = 100

100

100

95

93

Pajjiżi terzi oħrajn

Importazzjonijiet (tunnellati)

7 739

5 743

6 016

5 065

Indiċi 2014 = 100

100

74

78

65

Sehem mis-suq (%)

12,9

11,2

10,6

9,6

Prezz (EUR/tunnellata)

2 773

3 460

3 443

2 729

Indiċi 2014 = 100

100

125

124

98

Sors: Eurostat (livell TARIC).

(132)

Bħalma l-konsum kien qed jonqos, il-volum tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi kollha l-oħrajn naqas b'5 % bejn l-2014 u l-PIR. Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi l-oħrajn kollha baqa' fil-medda ta' 34,8 % – 40,7 % matul il-perjodu li qed jiġi kkunsidrat. Ħafna mill-importazzjonijiet waslu miċ-Ċina, mill-Kambodja u mill-Vjetnam, li kienu l-uniċi pajjiżi b'ishma mis-suq individwali ogħla minn 5 % matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami.

(133)

Kif intqal fil-premessa (6), bħalissa hemm fis-seħħ miżuri anti-dumping fuq l-importazzjonijiet tat-TPF li joriġinaw miċ-Ċina. Minkejja li l-volumi tal-importazzjonijiet qed jonqsu (9 % matul il-perjodu li qed jiġi kkunsidrat), fid-dawl tat-tnaqqis fil-konsum tal-Unjoni, is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet Ċiniżi żdied ftit matul l-istess perjodu (0,5 %). Matul il-perjodu li qed jiġi kkunsidrat, is-sehem mis-suq varja bejn 14,2 % u 17,7 %. Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet miċ-Ċina kienu stabbli matul il-perjodu li qed jiġi kkunsidrat. Bħala medja, dawn kienu anqas mill-prezzijiet tal-produtturi tal-Unjoni u anki anqas mill-prezzijiet tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi oħra.

(134)

Il-volumi tal-importazzjonijiet mill-Kambodja żdiedu f'termini assoluti matul il-perjodu li qed jiġi kkunsidrat u s-sehem mis-suq żdied b'4,6 punti perċentwali, minn 1,9 % fl-2014 għal 6,5 % fil-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami. Il-volumi tal-importazzjonijiet mill-Vjetnam naqsu (b'5 %), iżda, madankollu, bħal fil-każ taċ-Ċina, minħabba t-tnaqqis fil-konsum tal-Unjoni dan issarraf f'żieda fis-sehem mis-suq (ta' 0,4 punti perċentwali). B'hekk, is-sehem mis-suq tal-Vjetnam żviluppa minn 4,9 % fl-2014 għal 5,3 % fil-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami. Il-prezzijiet tal-importazzjoni mill-Vjetnam u mill-Kambodja bħala medja kienu anqas mill-prezzijiet tal-produtturi tal-Unjoni u anki anqas mill-prezzijiet tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi oħra.

(135)

Finalment, il-volumi tal-importazzjoni tal-pajjiżi terzi li jifdal mhux imsemmija hawn fuq naqsu b'mod konsiderevoli b'35 % bejn l-2014 u l-PIR. Is-sehem mis-suq tagħhom naqas bi 3,3 punti perċentwali matul il-perjodu li qed jiġi kkunsidrat, jiġifieri minn 12,9 % fl-2014 għal 9,6 % fil-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami. Il-prezzijiet tal-importazzjoni minn dawn il-pajjiżi kienu bħala medja sostanzjalment ogħla mill-prezzijiet tal-produtturi tal-Unjoni. Dawn kienu ferm ogħla mill-prezzijiet tal-importazzjoni miċ-Ċina, mill-Kambodja u mill-Vjetnam ukoll.

4.4.   Is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni

4.4.1.   Kummenti ġenerali

(136)

F'konformità mal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat il-fatturi ekonomiċi u l-indiċijiet kollha rilevanti li għandhom effett fuq l-istat tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu li qed jiġi kkunsidrat.

(137)

Kif imsemmi fil-premessa (15), ġie applikat il-kampjunar għad-determinazzjoni tad-dannu possibbli li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni.

(138)

Biex tiddetermina d-dannu, il-Kummissjoni għamlet distinzjoni bejn l-indikaturi tad-dannu makroekonomiċi u dawk mikroekonomiċi. Il-Kummissjoni vvalutat l-indikaturi makroekonomiċi relatati mal-industrija kollha tal-Unjoni fuq il-bażi tad-data miksuba mill-applikant, kontroverifikata mal-informazzjoni pprovduta minn għadd ta' produtturi tal-Unjoni fl-istadju ta' qabel il-bidu u t-tweġibiet ivverifikati għall-kwestjonarju tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun. Il-Kummissjoni vvalutat l-indikaturi mikroekonomiċi fuq il-bażi tad-data li tinsab fit-tweġibiet għall-kwestjonarju mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun, li kienu vverifikati. Iż-żewġ settijiet ta' data nstabu bħala rappreżentattivi tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni.

(139)

L-indikaturi makroekonomiċi huma: il-produzzjoni, il-kapaċità ta' produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, il-volum tal-bejgħ, is-sehem mis-suq, it-tkabbir, l-impjiegi, il-produttività, il-kobor tal-marġni tad-dumping u l-irkupru mid-dumping tal-passat.

(140)

L-indikaturi mikroekonomiċi huma: il-prezzijiet medji ta' unità, il-kost ta' unità, il-kostijiet lavorattivi, l-inventarji, il-profittabilità, il-flussi tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti u l-kapaċità ta' ġenerazzjoni tal-kapital.

4.4.2.   Indikaturi makroekonomiċi

(c)    Produzzjoni, kapaċità ta' produzzjoni u użu tal-kapaċità

(141)

Il-produzzjoni totali tal-Unjoni, il-kapaċità ta' produzzjoni u l-użu tal-kapaċità żviluppaw kif ġej matul il-perjodu li qed jiġi kkunsidrat:

Tabella 7

Il-produzzjoni, il-kapaċità produttiva u l-użu tal-kapaċità tal-produtturi tal-Unjoni

 

2014

2015

2016

PIR

Volum tal-produzzjoni (tunnellati)

48 385

44 428

40 008

41 350

Indiċi 2014 = 100

100

92

83

85

Kapaċità ta' produzzjoni (tunnellati)

165 181

165 181

164 003

150 202

Indiċi 2014 = 100

100

100

99

91

Użu tal-kapaċità (%)

29,3

26,9

24,4

27,5

Sors: talba għal rieżami, informazzjoni pprovduta mill-applikant, tweġibiet verifikati għall-kwestjonarju tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun.

(142)

Tul il-perjodu li qed jiġi kkunsidrat, il-volum ta' produzzjoni naqas bi 15 %. B'mod aktar speċifiku, dan beda jonqos fl-2015 u mbagħad naqas aktar fl-2016 filwaqt li rpilja ftit fil-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami.

(143)

Il-kapaċità ta' produzzjoni naqset b'9 % matul il-perjodu li qed jiġi kkunsidrat. Hu nnotat li s-sit tal-produzzjoni ta' produttur minnhom tal-Unjoni waqqfet l-operazzjonijiet u għalqet għalkollox f'Awwissu 2017, jiġifieri matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami.

(144)

Peress li l-volum tal-produzzjoni naqas aktar mill-kapaċità, l-użu tal-kapaċità naqas b'1,8 punti perċentwali matul il-perjodu li qed jiġi kkunsidrat.

(d)    Volum tal-bejgħ u sehem mis-suq

(145)

Il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw hekk matul il-perjodu li qed jiġi kkunsidrat:

Tabella 8

Volum ta' bejgħ u sehem mis-suq tal-produtturi tal-Unjoni

 

2014

2015

2016

PIR

Volum tal-bejgħ fl-Unjoni (tunnellati)

37 535

33 228

32 882

31 165

Indiċi 2012 = 100

100

89

88

83

Sehem mis-suq (%)

62,7

65,0

58,0

59,3

Sors: talba għal rieżami, informazzjoni pprovduta mill-applikant, tweġibiet verifikati għall-kwestjonarju tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun.

(146)

Il-bejgħ totali tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni naqas bi 17 % matul il-perjodu li qed jiġi kkunsidrat, b'rata ftit aktar mgħaġġla mill-konsum matul l-istess perjodu (-12 %). Is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni naqas bi 3,4 punti perċentwali matul il-perjodu li qed jiġi kkunsidrat. Fuq bażi annwali, il-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni naqas primarjament bejn l-2014 u l-2015 (bi 11 %), baqa' relattivament stabbli fl-2016, u naqas b'6 % oħra fil-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami. Dan irriżulta f'sehem mis-suq li ra ċaqliq qawwi matul il-perjodu li qed jiġi kkunsidrat, hekk kif żdied bi 2,3 punti perċentwali fl-2015, u mbagħad naqas b'7 punti perċentwali fl-2016 u reġa' żdied b'1,3 punti perċentwali fil-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami.

(e)    Tkabbir

(147)

Bejn l-2014 u l-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami, il-konsum tal-Unjoni naqas bi 12 %. Il-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni naqas bi 17 % li sarraf f'telf fis-sehem mis-suq ta' 3,4 punti perċentwali.

(f)    Impjiegi u produttività

(148)

Matul il-perjodu li qed jiġi kkunsidrat, l-impjiegi u l-produttività żviluppaw kif ġej:

Tabella 9

L-impjiegi u l-produttività tal-produtturi tal-Unjoni

 

2014

2015

2016

PIR

Għadd ta' impjegati

1 312

1 314

1 250

924

Indiċi 2014 = 100

100

100

95

70

Produttività (tunnellati/impjegat)

37

34

32

45

Indiċi 2014 = 100

100

92

87

121

Sors: talba għal rieżami, informazzjoni pprovduta mill-applikant, tweġibiet verifikati għall-kwestjonarju tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun.

(149)

L-impjiegi tal-industrija tal-Unjoni naqsu bi 30 % matul il-perjodu li qed jiġi kkunsidrat. It-tnaqqis ewlieni seħħ fl-2017, parzjalment minħabba l-għeluq tas-sit tal-produzzjoni ta' wieħed mill-produtturi tal-Unjoni.

(150)

Minħabba t-tnaqqis fil-produzzjoni u t-tnaqqis saħansitra akbar fl-impjiegi (tnaqqis ta' 14 % u ta' 30 % rispettivament tul il-perjodu li qed jiġi kkunsidrat), il-produttività żdiedet b'21 % tul l-istess perjodu.

(g)    Daqs tal-marġni tad-dumping u rkupru mid-dumping tal-passat

(151)

Il-marġni tad-dumping stabbilit fir-rigward tal-importazzjonijiet tat-TPF fl-Unjoni mir-Russja matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami kien ferm ogħla mil-livell de minimis. Fl-istess ħin, il-livell tal-importazzjonijiet mir-Russja matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami kien limitat ħafna, u kien jirrappreżenta 0,9 % biss mill-konsum tal-Unjoni. Għaldaqstant, l-impatt tad-daqs tal-marġini attwali tad-dumping mir-Russja fuq l-industrija tal-Unjoni kien pjuttost limitat.

(152)

Kif spjegat fil-premessi (118) u (121), l-importazzjonijiet mill-Malasja u mill-Korea kienu negliġibbli matul il-perjodu kkunsidrat. Għaldaqstant, ma kienx possibbli li tiġi stabbilita determinazzjoni affermattiva tad-dumping fir-rigward ta' dawn iż-żewġ pajjiżi. Għalhekk, l-investigazzjoni ffokat fuq il-probabbiltà ta' rikorrenza tad-dumping jekk jiġu rrevokati l-miżuri anti-dumping.

4.4.3.   Indikaturi mikroekonomiċi

(a)    Prezzijiet u fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet

(153)

Matul il-perjodu li qed jiġi kkunsidrat, il-prezzijiet medji tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni żviluppaw kif ġej:

Tabella 10

Prezzijiet tal-bejgħ medji fl-Unjoni u l-kost unitarju

 

2014

2015

2016

PIR

Prezz medju tal-bejgħ ta' unità fl-Unjoni (EUR/tunnellata)

2 784

2 865

2 628

2 552

Indiċi 2014 = 100

100

103

94

92

Kost tal-produzzjoni għal kull unità (EUR/tunnellata)

3 175

3 303

3 185

2 999

Indiċi 2014 = 100

100

104

100

94

Sors: tweġibiet verifikati għall-kwestjonarji mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun.

(154)

Il-prezz medju tal-bejgħ ta' unità tal-industrija tal-Unjoni lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni naqas bi 8 % u laħaq l-2 553 EUR/tunnellata fil-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami. L-industrija tal-Unjoni kellha tnaqqas il-prezzijiet tagħha biex tirrifletti t-tnaqqis ġenerali fil-prezzijiet tal-bejgħ fis-suq tat-TPF, minħabba t-tiċkin tad-domanda.

(155)

Il-kost medju tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni naqas ftit anqas, b'6 % matul il-perjodu li qed jiġi kkunsidrat. Il-fattur qawwi li influwenza t-tnaqqis fil-kost tal-produzzjoni għal kull unità kien it-tnaqqis fil-prezz tal-materja prima.

(b)    Kostijiet lavorattivi

(156)

Matul il-perjodu li qed jiġi kkunsidrat, il-kostijiet lavorattivi medji żviluppaw kif ġej:

Tabella 11

Il-kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat

 

2014

2015

2016

PIR

Kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat (EUR/impjegat)

55 163

54 443

53 850

54 988

Indiċi 2014 = 100

100

99

98

100

Sors: tweġibiet ivverifikati għall-kwestjonarji mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun.

(157)

Il-kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat baqgħu stabbli matul il-perjodu li qed jiġi kkunsidrat.

(c)    Inventarji

(158)

Matul il-perjodu li qed jiġi kkunsidrat, il-livelli tal-istokkijiet żviluppaw kif ġej:

Tabella 12

Inventarji

 

2014

2015

2016

PIR

Stokkijiet tal-għeluq

5 857

6 213

7 495

7 098

Indiċi 2014 = 100

100

106

128

121

Stokkijiet tal-għeluq bħala perċentwal tal-produzzjoni (%)

23

28

38

32

Sors: tweġibiet ivverifikati għall-kwestjonarji mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun.

(159)

Il-livell ta' stokks tal-għeluq tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żdied b'21 % matul il-perjodu li qed jiġi kkunsidrat. Fil-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami, il-livell ta' stokkijiet kien jirrappreżenta madwar 32 % tal-produzzjoni tagħhom.

(d)    Il-profittabilità, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti u l-kapaċità li jiġi ġġenerat kapital

(160)

Matul il-perjodu li qed jiġi kkunsidrat, il-profittabilità, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti żviluppaw kif ġej:

Tabella 13

Il-profittabilità, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti

 

2014

2015

2016

Il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami

Il-profittabilità tal-bejgħ fl-Unjoni lil klijenti mhux relatati (% tal-fatturat mill-bejgħ)

– 12,3

– 13,3

– 17,5

– 14,9

Likwidità (EUR)

– 3 572 396

– 3 040 537

– 2 134 815

1 100 439

Indiċi 2014 = 100

– 100

– 85

– 60

31

Investimenti (EUR)

2 606 076

1 644 753

1 691 602

3 550 772

Indiċi 2012 = 100

100

63

65

136

Redditu fuq l-investimenti (%)

– 20,0

– 20,3

– 25,7

– 18,5

Sors: tweġibiet ivverifikati għall-kwestjonarji mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun.

(161)

Il-Kummissjoni stabbiliet il-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni billi esprimiet il-profitt nett qabel it-taxxa tal-bejgħ tal-prodott simili lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni bħala perċentwal tal-fatturat ta' dak il-bejgħ. It-telf tal-industrija tal-Unjoni żdied minn – 12,3 % fl-2014 għal – 14,9 % fil-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami, jiġifieri żieda ta' 2,6 punti perċentwali.

(162)

Il-fluss tal-flus nett hu l-kapaċità tal-produttur tal-Unjoni li jiffinanzja waħdu l-attivitajiet tiegħu. Il-fluss tal-flus nett żdied u sar pożittiv matul il-perjodu li qed jiġi kkunsidrat. Kien affettwat l-aktar mill-profitt iġġenerat mill-bejgħ tal-esportazzjoni. Dan il-bejgħ tal-esportazzjoni kien jirrappreżenta 32 % tal-bejgħ mhux relatat kollu tal-produtturi fil-kampjun fil-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami u ppermetta lill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun biex jiġu f'sitwazzjoni kważi ta' ekwilibriju matul il-perjodu li qed jiġi kkunsidrat.

(163)

Matul il-perjodu kkunsidrat, il-fluss annwali ta' investimenti fil-prodott li qed jiġi rieżaminat, li sar mill-industrija tal-Unjoni żdied, minn EUR 2,6 miljun fl-2014 għal EUR 3,6 miljun fil-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. Kien hemm bżonn li jsiru investimenti biex il-produtturi tal-Unjoni jsostnu l-produzzjoni tal-Unjoni, primarjament fil-manutenzjoni u fis-sostituzzjoni tal-makkinarju l-antik u dawn jenħtieġ li jitqiesu bħala parti mill-proċess kurrenti ta' ristrutturar tal-industrija tal-Unjoni.

(164)

Ir-redditu fuq l-investimenti hu l-profitt f'perċentwal tal-valur kontabilistiku nett tal-investimenti. Ir-redditu fuq l-investiment mill-produzzjoni u mill-bejgħ tal-prodott simili ra ċaqliq u laħaq -18,5 % matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami.

4.4.4.   Konklużjoni dwar is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni

(165)

L-investigazzjoni wriet li minkejja l-miżuri fis-seħħ, ħafna mill-indikaturi tad-dannu żviluppaw b'mod negattiv u li s-sitwazzjoni ekonomika u finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni marret għall-agħar matul il-perjodu li qed jiġi kkunsidrat.

(166)

B'kunsiderazzjoni tal-iżviluppi msemmija hawn fuq, jista' jiġi konkluż li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet dannu materjali matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami.

(167)

L-iżviluppi negattivi tal-industrija tal-Unjoni huma primarjament spjegati mit-tnaqqis fil-konsum, li naqas bi 12 % matul il-perjodu li qed jiġi kkunsidrat u mill-preżenza tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra, primarjament iċ-Ċina, il-Kambodja u l-Vjetnam, li rrappreżentaw 67 % tal-importazzjonijiet kollha fl-Unjoni matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami. Peress li ma kien hemm ebda kooperazzjoni mill-importaturi/mill-utenti u li d-data disponibbli fil-Eurostat ma tagħmilx distinzjoni bejn tipi differenti tal-prodott, ma setax isir tqabbil sinifikanti tal-prezzijiet skont it-tip tal-prodott u l-impatt tal-importazzjonijiet minn dawn il-pajjiżi terzi ma setax jiġi stabbilit b'mod ċar.

4.4.5.   Konklużjoni

(168)

Il-Kummissjoni kkonkludiet fil-premessa (166) li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet dannu materjali matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. Il-Kummissjoni kkonkludiet ukoll fil-premessa (167) li d-dannu lill-industrija tal-Unjoni osservat matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami ma setax kien ikkawżat minn importazzjonijiet mill-Malasja, mill-Korea, u mir-Russja minħabba l-volum limitat ħafna tagħhom.

(169)

F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni kompliet teżamina l-probabbiltà ta' rikorrenza tad-dannu oriġinarjament ikkawżat mill-importazzjonijiet oġġett ta' dumping mill-Malasja, mill-Korea u mir-Russja li kieku l-miżuri jiġu revokati.

4.5.   Il-probabbiltà ta' rikorrenza tad-dannu

4.5.1.   Kumment preliminari

(170)

Biex tiġi stabbilita l-probabbiltà ta' rikorrenza tad-dannu li kieku jiġu revokati l-miżuri, ġew analizzati l-elementi li ġejjin: (a) il-kapaċità ta' produzzjoni u l-kapaċità ta' riżerva fil-Malasja, fil-Korea u fir-Russja, (b) il-livelli possibbli tal-prezz tal-importazzjonijiet minn dawn il-pajjiżi li kieku l-miżuri jitħallew jiskadu u l-impatt tagħhom fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, (c) l-eżistenza ta' miżuri restrittivi tal-kummerċ f'pajjiżi terzi oħra fuq l-esportazzjonijiet tat-TPF mill-Malasja, mill-Korea u mir-Russja.

(171)

Fid-dawl tan-nuqqas assolut ta' kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi, is-sejbiet kienu bbażati fuq il-fatti disponibbli f'konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. F'dan ir-rigward, intużaw l-informazzjoni mit-talba għal rieżami, mill-Eurostat (livell TARIC) u mill-istatistiki tal-kummerċ tal-Istati Uniti.

(a)    Il-kapaċità ta' produzzjoni u l-kapaċità ta' riżerva disponibbli fil-Malasja, fil-Korea u fir-Russja

(172)

Kif stabbilit fil-premessi (70), (88) u (102), il-kapaċità żejda fir-Russja, fil-Malasja u fil-Korea kienet stmata li hi ta' madwar 251 000 tunnellata fil-PIR, li huwa aktar minn erba' darbiet il-konsum tal-Unjoni matul l-istess perjodu.

(173)

Barra minn hekk, ma kien hemm l-ebda element li jista' jindika xi żieda sinifikanti fid-domanda domestika tat-TPF fil-Malasja, fil-Korea jew fir-Russja jew fi kwalunkwe suq ta' pajjiż terz ieħor fil-futur qrib. Meta wieħed iqis it-tnaqqis fil-konsum tat-TPF tal-Unjoni matul il-perjodu li qed jiġi kkunsidrat, il-Kummissjoni kkonkludiet li d-domanda domestika fil-Malasja, fil-Korea jew fir-Russja jew fi swieq ta' pajjiżi terzi oħrajn ma setgħetx tassorbi l-kapaċità ta' riżerva disponibbli.

(b)    Il-livelli possibbli tal-prezz tal-importazzjonijiet mill-Malasja, mill-Korea u mir-Russja

(174)

Ma kien hemm ebda kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi fil-Malasja, fil-Korea u fir-Russja. Barra minn hekk, fid-dawl tal-kwantitajiet baxxi ħafna importati fl-Unjoni mill-Malasja u mill-Korea, ma seta' jiġi stabbilit ebda prezz affidabbli tal-importazzjoni għal dawn il-pajjiżi matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami.

(175)

F'dawn iċ-ċirkustanzi u f'konformità mal-metodoloġija użata fl-aħħar rieżami ta' skadenza tal-miżuri anti-dumping fuq l-importazzjonijiet li joriġinaw mill-Malasja u mill-Korea, il-prezzijiet tal-esportazzjoni mill-Korea u mill-Malasja lejn l-Istati Uniti ntużaw bħala indikatur biex jiġi stabbilit xi jkun il-livell probabbli tal-prezz tal-importazzjonijiet mill-Malasja u mill-Korea li kieku l-miżuri jiġu mħassra. F'dan ir-rigward, ta' min jinnota li l-volumi tal-importazzjoni mill-Korea u mill-Malasja lejn l-Istati Uniti kienu jammontaw għal 63 % tal-konsum tal-Unjoni matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami. Barra minn hekk, kif stabbilit fil-premessa (96), instab li l-Istati Uniti kienu suq komparabbli għas-suq tal-Unjoni. Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni kkalkolat il-marġini tat-twaqqigħ tal-prezz esklużi d-dazji anti-dumping għal dawn l-importazzjonijiet fl-Istati Uniti. Il-kalkolu wera li l-prezzijiet tal-importazzjoni mill-Malasja u mill-Korea aktarx li jwaqqgħu l-prezzijiet tal-bejgħ tal-Unjoni bi 53 % u b'20 % rispettivament.

(176)

F'dak li għandu x'jaqsam mar-Russja, filwaqt li l-volum tal-importazzjoni fl-Unjoni fil-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami kien baxx, dan tqies suffiċjenti biex jagħti indikazzjoni ġusta tal-imġiba futura tal-prezz li kieku l-miżuri jitħallew jiskadu. Fuq din il-bażi, il-kalkolu mingħajr id-dazji anti-dumping wera li l-prezzijiet tal-importazzjoni mir-Russja aktarx li jwaqqgħu l-prezzijiet tal-bejgħ tal-Unjoni b'59 %.

(177)

Għaldaqstant, li kieku l-miżuri jiġu revokati, l-industrija tal-Unjoni tkun taħt pressjoni sinifikanti fuq il-prezzijiet mill-Malasja, il-Korea u r-Russja, li tkompli tgħarraq is-sitwazzjoni ekonomika tagħha.

(c)    Il-miżuri restrittivi tal-kummerċ fuq l-esportazzjonijiet mill-Malasja, mill-Korea u mir-Russja u l-attrattività tas-suq tal-Unjoni

(178)

Kif indikat fil-premessa (90), il-Ġappun impona dazji anti-dumping definittivi fuq l-importazzjonijiet tat-TPF mill-Korea f'Marzu 2018. Barra minn hekk, kif indikat fil-premessa (98), il-miżuri anti-dumping fuq l-importazzjonijiet tat-TPF fl-Istati Uniti kienu ġew estiżi għall-Malasja minn Lulju 2018. Dan jimplika li l-aċċess għat-tliet l-akbar swieq tal-esportazzjoni għall-produtturi esportaturi mill-Korea u mill-Malasja hu ristrett u, fid-dawl tal-attrattività tas-suq tal-Unjoni għall-esportaturi Koreani u Malasjani deskritta fil-partijiet 3.4.2.3 u 3.5.2.3, u tal-qrubija tas-suq tal-Unjoni għall-esportaturi Russi deskritta fil-parti 3.3.2.3, hemm probabbiltà kbira li dawn il-produtturi esportaturi (jerġgħu) jidderieġu l-importazzjonijiet tagħhom tal-prodott li qed jiġi rieżaminat lejn is-suq tal-Unjoni.

4.5.2.   L-impatt fuq l-industrija tal-Unjoni

(179)

Jista' jkun raġonevolment mistenni li, bħala konsegwenza tal-attrattività tas-suq tal-Unjoni deskritta fil-partijiet 3.3.2.3, 3.4.2.3 u 3.5.2.3, jekk il-miżuri jiġu revokati, tal-anqas parti mill-kapaċità ta' riżerva aktarx li tiġi diretta (mill-ġdid) lejn is-suq tal-Unjoni.

(180)

Fil-premessi (76), (92) u (107), ġie konkluż li huwa probabbli li l-produtturi esportaturi mill-Malasja, mill-Korea u mir-Russja jesportaw kwantitajiet sinifikanti tal-prodott li qed jiġi rieżaminat lejn l-Unjoni, f'każ li l-miżuri jitħallew jiskadu u li dawn l-esportazzjonijiet x'aktarx isiru bi prezzijiet li huma l-oġġett ta' dumping.

(181)

F'termini ta' volumi, u fid-dawl tal-kapaċità ta' riżerva sinifikanti, hu ferm probabbli li l-produtturi esportaturi mill-Malasja, mill-Korea u mir-Russja se jerġgħu jibdew l-importazzjonijiet tagħhom lejn l-Unjoni u jiggwadanjaw l-ishma mis-suq fis-suq tal-Unjoni. Fid-dawl tat-tendenza kurrenti ta' konsum li qed jonqos, il-gwadann fis-sehem mis-suq hu mistenni jkun saħansitra aktar importanti. F'dan ix-xenarju, l-industrija tal-Unjoni taffaċċja tnaqqis immedjat fil-volumi ta' bejgħ u fl-ishma mis-suq tagħha. Dan ikun jirriżulta wkoll fi tnaqqis ulterjuri tar-rata ta' użu tal-kapaċità li diġà hi f'livelli baxxi ħafna u jkompli jżid it-telf saħansitra aktar.

(182)

Barra minn hekk, minħabba l-marġini ta' profitt diġà negattivi tal-industrija tal-Unjoni, din mhux se tkun tista' tnaqqas aktar il-prezzijiet tagħha biex tipprova tlaħħaq mal-prezzijiet tal-importazzjonijiet u żżomm il-volumi tal-bejgħ fl-Unjoni. It-tnaqqis tal-livelli tal-prezz tagħha jwassal għal deterjorament ulterjuri immedjat tas-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, li diġà kienet qed iġġarrab dannu materjali matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami u hu probabbli ħafna li dan jixħet lill-industrija tal-Unjoni b'mod ġenerali f'riskju, li jinvolvi tnaqqis jew saħansitra għeluq ta' siti tal-produzzjoni.

(183)

Abbażi ta' dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li hemm probabbiltà kbira ta' rikorrenza tad-dannu mill-importazzjonijiet mill-Malasja, mill-Korea u mir-Russja f'każ li l-miżuri jiġu revokati.

(184)

Fil-kummenti tiegħu dwar id-divulgazzjoni finali, il-Gvern Russu sostna li ma kien hemm l-ebda rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet Russi u d-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. Din id-dikjarazzjoni tinjora l-analiżi tal-elementi u l-konklużjonijiet elenkati fil-premessi (170) sa (183) li jindikaw probabbiltà kbira ta' rikorrenza ta' dannu mill-importazzjonijiet mill-Malasja, mill-Korea u mir-Russja f'każ li l-miżuri jiġu revokati u għalhekk kellha tiġi miċħuda. Il-konklużjonijiet fil-premessa (183) għalhekk huma miżmuma.

5.   L-INTERESS TAL-UNJONI

(185)

Skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk iż-żamma tal-miżuri anti-dumping eżistenti kontra l-Malasja, il-Korea u r-Russja tmurx kontra l-interessi tal-Unjoni b'mod ġenerali. Id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq apprezzament tal-interessi varji kollha involuti, inklużi dawk tal-industrija, tal-importaturi u tal-utenti tal-Unjoni.

(186)

Hu mfakkar ukoll li, fl-investigazzjonijiet oriġinali, tqies li l-adozzjoni tal-miżuri ma tmurx kontra l-interessi tal-Unjoni.

(187)

Il-partijiet interessati kollha ngħataw l-opportunità li jesprimu l-fehmiet tagħhom skont l-Artikolu 21(2) tar-Regolament bażiku.

(188)

Fuq din il-bażi l-Kummissjoni eżaminat jekk, minkejja l-konklużjonijiet dwar il-probabbiltà ta' rikorrenza tad-dumping u tad-dannu, kinux jeżistu raġunijiet konvinċenti li jwasslu għall-konklużjoni li ma kienx fl-interess tal-Unjoni li jinżammu l-miżuri eżistenti.

5.1.   Interess tal-industrija tal-Unjoni

(189)

Kif ġie konkluż fil-premessa (166), l-industrija tal-Unjoni ġarrbet dannu materjali matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami, kif ikkonfermat mix-xejriet negattivi tal-biċċa l-kbira tal-indikaturi tad-dannu. Fl-istess ħin, ġie konkluż ukoll fil-premessa (183) li l-industrija tal-Unjoni aktarx tesperjenza deterjorament ulterjuri tas-sitwazzjoni tagħha f'każ li l-miżuri anti-dumping kontra l-Malasja, il-Korea u r-Russja jitħallew jiskadu.

(190)

B'mod ġenerali, minkejja s-sitwazzjoni dannuża tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-industrija għadha vijabbli. Dan kien ibbażat fuq il-fatt li, kif imsemmi fil-premessa (162), il-bejgħ tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni jammonta għal sehem sinifikanti mill-volum tal-bejgħ u ppermetta lill-industrija tal-Unjoni toqrob lejn sitwazzjoni ta' ekwilibriju matul il-perjodu kkunsidrat. Minkejja dan, l-industrija tal-Unjoni għadha turi livelli baxxi ħafna ta' użu tal-kapaċità u qed tipprova ttejjeb is-sitwazzjoni ekonomika tagħha billi tagħmel investimenti kurrenti li jagħmlu possibbli l-proċess ta' ristrutturar tagħha.

(191)

Kwalunkwe deterjorament ulterjuri jkollu impatt fuq is-sitwazzjoni ġenerali tagħha bir-riskju ta' tnaqqis jew saħansitra ta' għeluq għalkollox ta' siti tal-produzzjoni fl-Unjoni. Għaldaqstant, jista' jiġi konkluż li t-tkomplija tal-miżuri kontra l-Malasja, il-Korea u r-Russja tkun fl-interess tal-industrija tal-Unjoni.

5.2.   L-interess tal-importaturi, tal-operaturi tas-suq u tal-utenti

(192)

Wieħed u sittin importatur u utent ġew ikkuntattjati fil-bidu ta' din l-investigazzjoni u ġew mistiedna jikkooperaw. Madankollu, ebda wieħed minnhom ma kkoopera fl-investigazzjoni kurrenti. Hu mfakkar li fl-investigazzjonijiet preċedenti dwar it-TPF instab li l-impożizzjoni ta' miżuri x'aktarx li ma kienet se tħalli l-ebda effett negattiv serju fuq is-sitwazzjoni tal-importaturi u tal-utenti fl-Unjoni.

(193)

L-utenti ma ssottomettew ebda informazzjoni li turi li kien hemm diffikultajiet fis-sejbien ta' sorsi oħrajn u lanqas l-investigazzjoni ma sabet xi informazzjoni bħal din.

(194)

Fl-investigazzjonijiet preċedenti, l-analiżi tal-interess tal-Unjoni ma wriet ebda impatt negattiv tal-miżuri fuq l-importaturi u fuq l-utenti, li setgħu jittrasferixxu ż-żieda fil-prezz. Ma nstab ebda element f'dan ir-rieżami ta' skadenza li jikkontradixxi din il-konklużjoni. L-utenti tat-TPF joperaw primarjament fl-industriji petrokimiċi kif ukoll fl-industriji attivi fis-settur tal-bini. Il-prodott li qed jiġi rieżaminat jintuża biex jitqabbdu tubi jew pajpijiet ma' xulxin. Filwaqt li t-tubi u l-pajpijiet jirrappreżentaw sehem aktar sinifikanti mill-kost ġenerali tal-proġetti, ġeneralment it-TPF jirrappreżenta parti minuri mill-kost ġenerali.

(195)

Barra minn hekk, b'kunsiderazzjoni tat-terminazzjoni tal-miżuri rigward it-Turkija, madwar 60 % tal-importazzjonijiet tat-TPF jistgħu jsiru mingħajr dazji anti-dumping fl-Unjoni u, għaldaqstant, tinżamm għażla raġonevoli ta' fornituri.

(196)

Abbażi ta' dan u b'konformità mal-konklużjonijiet stabbiliti fl-investigazzjonijiet preċedenti, hu mistenni li t-tkomplija tal-miżuri mhux ser ikollha impatt negattiv sinifikanti fuq l-utenti u għalhekk ma hemm l-ebda raġuni b'saħħitha biex jiġi konkluż li mhuwiex fl-interess tal-Unjoni li jiġu estiżi l-miżuri eżistenti għall-Malasja, għall-Korea u għar-Russja.

5.3.   Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni

(197)

Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma hemmx raġunijiet konvinċenti ta' interess tal-Unjoni kontra ż-żamma tal-miżuri anti-dumping kurrenti kontra l-Malasja, il-Korea u r-Russja.

6.   MIŻURI ANTI-DUMPING

(198)

Il-partijiet interessati kollha ġew informati dwar il-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom kien hemm l-għan li jinżammu l-miżuri anti-dumping fis-seħħ għall-Malasja, għall-Korea u għar-Russja u li jiġu revokati l-miżuri fis-seħħ fuq l-importazzjonijiet tal-prodott li qed jiġi rieżaminat li joriġina mit-Turkija. Huma ngħataw ukoll perjodu li matulu setgħu jressqu kummenti wara din id-divulgazzjoni. Is-sottomissjonijiet u l-kummenti ngħataw il-kunsiderazzjoni dovuta.

(199)

Mill-kunsiderazzjonijiet ta' hawn fuq isegwi li, skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-miżuri anti-dumping applikabbli għall-importazzjonijiet tat-TPF li joriġinaw mill-Malasja, mill-Korea u mir-Russja imposti permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 78/2013 u permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1283/2014, kif emendat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/306 jenħtieġ li jinżammu u l-miżuri anti-dumping applikabbli għall-importazzjonijiet tat-TPF li joriġinaw mit-Turkija jenħtieġ li jitħallew jiskadu.

(200)

Ir-rati tad-dazju anti-dumping tal-kumpaniji individwali speċifikati f'dan ir-Regolament japplikaw biss għall-importazzjonijiet tal-prodott li qed jiġi eżaminat immanifatturat minn dawn il-kumpaniji u għalhekk mill-entitajiet ġuridiċi speċifiċi msemmija. L-importazzjonijiet tal-prodott li qed jiġi rieżaminat immanifatturat minn kull kumpanija oħra mhux imsemmija speċifikament fil-parti operattiva ta' dan ir-Regolament bl-isem u l-indirizz tagħha, inklużi entitajiet relatati ma' dawk imsemmija speċifikament, ma jistgħux jibbenefikaw minn dawn ir-rati u jkunu soġġetti għar-rata tad-dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħra kollha”.

(201)

Kull dikjarazzjoni li titlob l-applikazzjoni ta' dawn ir-rati ta' dazju anti-dumping individwali (pereżempju, wara bidla fl-isem tal-entità jew wara t-twaqqif ta' entitajiet ġodda tal-produzzjoni jew tal-bejgħ) jenħtieġ li tiġi indirizzata lill-Kummissjoni (17) flimkien mal-informazzjoni kollha rilevanti, b'mod partikolari kwalunkwe tibdil fl-attivitajiet tal-kumpanija marbuta mal-produzzjoni, mal-bejgħ domestiku u esportat, assoċjat pereżempju ma' dik il-bidla fl-isem jew dik il-bidla fl-entità tal-produzzjoni jew tal-bejgħ. Jekk ikun xieraq, ir-Regolament għandu jiġi emendat kif xieraq billi tiġi aġġornata l-lista ta' kumpaniji li jibbenifikaw minn rati tad-dazju individwali.

(202)

Fid-dawl tal-Artikolu 109 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (18), meta ammont jiġi rimborżat wara sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, l-imgħax li jrid jitħallas jenħtieġ li jkun ir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet ta' rifinanzjament ewlenin tiegħu, kif ippubblikata fis-serje C ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fl-ewwel jum kalendarju ta' kull xahar.

(203)

Il-Kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2016/1036 ma tax opinjoni,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   B'dan hu impost dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' fittings tat-tubi u tal-pajpijiet (għajr għall-fittings fonduti, il-flanġi u l-aċċessorji bil-kamin), tal-ħadid jew tal-azzar (eskluż l-azzar inossidabbli), b'dijametru estern massimu ta' 609,6 mm, tat-tip li jiġi użat għall-iwweldjar għall-ġonġiment (butt-welding) jew xi użi oħra, li bħalissa huma fil-kodiċi NM ex 7307 93 11, ex 7307 93 19 u ex 7307 99 80 (kodiċi TARIC 7307931191, 7307931193, 7307931194, 7307931195, 7307931199, 7307931991, 7307931993, 7307931994, 7307931995, 7307931999, 7307998092, 7307998093, 7307998094, 7307998095 u 7307998098) u li joriġinaw mill-Malasja, mill-Federazzjoni Russa u mir-Repubblika tal-Korea.

2.   Ir-rata tad-dazju anti-dumping definittiv applikabbli għall-prezz nett ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodotti deskritti fil-paragrafu 1 u mmanifatturati mill-kumpaniji elenkati hawn taħt, għandha tkun kif ġej:

Pajjiż

Kumpanija

Rata tad-dazju

Kodiċi TARIC addizzjonali

Il-Malasja

Anggerik Laksana Sdn Bhd, Selangor Darul Ehsan

59,2 %

A324

Pantech Steel Industries Sdn Bhd

49,9 %

A961

Il-kumpaniji l-oħrajn kollha

75,0 %

A999

Il-Federazzjoni Russa

Il-kumpaniji kollha

23,8 %

Ir-Repubblika tal-Korea

TK Corporation, 1499-1, Songjeong- Dong, Gangseo-Gu, Busan

32,4 %

C066

Il-kumpaniji l-oħrajn kollha

44,0 %

C999

3.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.

Artikolu 2

B'dan, id-dazji anti-dumping definittivi fuq importazzjonijiet ta' fittings tat-tubi u tal-pajpijiet (għajr għall-fittings fonduti, il-flanġi u l-aċċessorji bil-kamin), tal-ħadid jew tal-azzar (eskluż l-azzar inossidabbli), b'dijametru estern massimu ta' 609,6 mm, tat-tip li jiġi użat għall-iwweldjar għall-ġonġiment (butt-welding) jew xi użi oħra, li bħalissa huma fil-kodiċi NM ex 7307 93 11, ex 7307 93 19 u ex 7307 99 80 (kodiċi TARIC 7307931191, 7307931193, 7307931194, 7307931195, 7307931199, 7307931991, 7307931993, 7307931994, 7307931995, 7307931999, 7307998092, 7307998093, 7307998094, 7307998095 u 7307998098) u li joriġinaw mir-Repubblika tat-Turkija huma revokati u l-proċediment li jikkonċerna dawn l-importazzjonijiet hu terminat.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta' April 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21 (Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kap. 02, Vol. 008, p. 217)

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 778/2003 tas-6 ta' Mejju 2003 li jemenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 283/2000/KEFA u r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 584/96, (KE) Nru 763/2000 u (KE) Nru 1514/2002 li jikkonċernaw il-miżuri ta' kontra d-dumping li applikaw għal ċerti rollijiet illaminati fis-sħana u għal ċertu armar għal tubaturi u pajpijiet, tal-ħadid jew azzar (ĠU L 114, 8.5.2003, p. 1).

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1001/2008 tat-13 ta' Ottubru 2008 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti aċċessorji ta' tubi u pajpijiet, tal-ħadid jew tal-azzar, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Korea u mill-Malasja wara reviżjoni ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 384/96 (ĠU L 275, 16.10.2008, p. 18).

(4)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1283/2014 tat-2 ta' Diċembru 2014 li jimponi dazju definittiv tal-anti-dumping fuq importazzjonijiet ta' ċerti aċċessorji ta' tubi u pajpijiet, tal-ħadid jew tal-azzar, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Korea u mill-Malasja wara rieżami tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 (ĠU L 347, 3.12.2014, p. 17).

(5)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/306 tat-3 ta' Marzu 2016 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1283/2014 li jimponi dazju definittiv tal-anti-dumping fuq importazzjonijiet ta' ċerti aċċessorji ta' tubi u pajpijiet, tal-ħadid jew tal-azzar, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Korea u mill-Malasja wara rieżami interim skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 (ĠU L 58, 4.3.2016, p. 38).

(6)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 78/2013 tas-17 ta' Jannar 2013 li jimponi dazju anti-dumping definittiv u li jiġbor b'mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti aċċessorji ta' tubi u pajpijiet tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw mir-Russja u mit-Turkija (ĠU L 27, 29.1.2013, p. 1).

(7)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1934 tas-27 ta' Ottubru 2015 li jimponi dazju definittiv tal-antidumping fuq importazzjonijiet ta' ċerti aċċessorji ta' tubi u pajpijiet, tal-ħadid jew tal-azzar, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 (ĠU L 282, 28.10.2015, p. 14.).

(8)  ĠU C 214, 4.7.2017, p. 8 u ĠU C 146, 11.5.2017, p. 9.

(9)  Notifika ta' bidu dwar ir-rieżami ta' skadenza tal-miżuri anti-dumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta' ċerti fittings tat-tubi u tal-pajpijiet li joriġinaw mit-Turkija, mir-Russja, mill-Korea u mill-Malasja (ĠU C 31, 27.1.2018, p. 16).

(10)  http://www.gtis.com/gta/secure/default.cfm.

(11)  Kodiċijiet bi tmien figuri jippermettu ffokar aktar preċiż tal-istatistiki tal-kummerċ fuq il-prodott li qed jiġi rieżaminat meta mqabbla ma' kodiċijiet b'sitt figuri. Għaldaqstant, iċ-ċifri bbażati fuq kodiċijiet bi tmien figuri huma eqreb lejn il-valur u l-volum tal-kummerċ tal-prodott li qed jiġi rieżaminat.

(12)  L-akbar tlieta fosthom kienu t-Turkmenistan, il-Georgia u l-Ażerbajġan, li kienu jirrappreżentaw madwar 0,7 %, 0,5 % u 0,3 % mill-produzzjoni stmata totali tat-TPF fit-Turkija fil-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami, rispettivament.

(13)  Hemm dazji anti-dumping imposti fuq l-importazzjonijiet tat-TPF li joriġinaw miċ-Ċina fil-livell ta' 58,6 % (li jestendu għat-Tajwan, għall-Indoneżja, għas-Sri Lanka u għall-Filippini), filwaqt li d-dazji anti-dumping imposti fuq l-importazzjonijiet tat-TPF li joriġinaw mill-Korea t'Isfel, mill-Malasja u mir-Russja jvarjaw bejn 23,8 % u 75 %. Meta mqabbla, id-dazji anti-dumping imposti għall-importazzjonijiet tat-TPF li joriġina mit-Turkija jvarjaw bejn 2,9 % u 16,7 %.

(14)  Id-destinazzjonijiet ewlenin l-oħra matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami kienu l-Arabja Sawdija, l-Emirati Għarab Magħquda u ċ-Ċina, li jirrappreżentaw 16 %, 5 % u 4 % rispettivament tal-esportazzjonijiet Koreani tat-TPF.

(15)  L-istatistiki tal-Istati Uniti dwar l-importazzjonijiet huma bbażati fuq kodiċijiet bi tmien figuri, li jippermettu ffokar aktar preċiż tal-istatistiki tal-kummerċ fuq il-prodott li qed jiġi rieżaminat meta mqabbla ma' kodiċijiet b'sitt figuri. Għaldaqstant, iċ-ċifri bbażati fuq kodiċijiet bi tmien figuri huma eqreb lejn il-valur u l-volum tal-kummerċ tal-prodott li qed jiġi rieżaminat.

(16)  Fid-deċiżjoni tagħhom tal-25 ta' Lulju 2018, l-awtoritajiet tal-Istati Uniti estendew b'mod provviżorju d-dazji ta' 182,9 % imposti fuq fittings tal-iwweldjar għall-ġonġiment tal-azzar tal-karbonju mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-Malasja minħabba ċ-ċirkomvenzjoni, 83 FR 35205 – 35208..

(17)  European Commission, Directorate-General for Trade, Directorate H, B-1049 Brussels, Belgium.

(18)  Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).