29.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 88/19


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/530

tas-27 ta' Marzu 2019

li jaħtar il-laboratorji ta' referenza tal-Unjoni Ewropea għall-pesti tal-pjanti fir-rigward tal-insetti u d-dud, in-nematodi, il-batterji, il-faqqiegħ u l-oomiċeti u l-viruses, il-virojdi u l-fitoplażmi

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta' regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 93(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/631 (2) stabbilixxa l-laboratorji ta' referenza tal-Unjoni Ewropea (“EURLs”) għall-pesti tal-pjanti fir-rigward tal-insetti u d-dud, in-nematodi, il-batterji, il-faqqiegħ u l-oomiċeti u l-viruses, il-virojdi u l-fitoplażmi.

(2)

Wara l-istabbiliment ta' dawk l-EURLs, il-Kummissjoni wettqet proċess ta' għażla pubblika għall-ħatra ta' EURLs għall-pesti tal-pjanti fir-rigward tal-insetti u d-dud, in-nematodi, il-batterji, il-faqqiegħ u l-oomiċeti u l-viruses, il-virojdi u l-fitoplażmi

(3)

Il-konsorzju mmexxi mill-French Agency for Food, Environmental and Occupational Health and Safety (ANSES), li jinkludi wkoll l-Austrian Agency for Health and Food Safety (AGES), applika għall-proċess ta' għażla sabiex jinħatar bħala EURL għall-pesti tal-pjanti fir-rigward tal-insetti u d-dud.

(4)

Il-konsorzju mmexxi mill-French Agency for Food, Environmental and Occupational Health and Safety (ANSES), li jinkludi wkoll il-Flanders Research Institute for Agriculture, Fisheries and Food (ILVO, il-Belġju), applika għall-proċess ta' għażla sabiex jinħatar bħala EURL għall-pesti tal-pjanti fir-rigward tan-nematodi.

(5)

Il-konsorzju mmexxi min-Netherlands Food and Consumer Product Safety Authority-National Reference Centre Plant Health (NVWA-NRC), li jinkludi wkoll il-Flanders Research Institute for Agriculture, Fisheries and Food (ILVO, il-Belġju), ir-Research Centre for Plant Protection and Certification (CREA-DC (DIALAB), l-Italja), u n-National Institute of Biology (NIB, is-Slovenja) applika għall-proċess ta' għażla sabiex jinħatar bħala EURL għall-pesti tal-pjanti fir-rigward tal-batterji.

(6)

Il-French Agency for Food, Environmental and Occupational Health and Safety (ANSES) applikat għall-proċess ta' għażla sabiex tinħatar bħala EURL għall-pesti tal-pjanti fir-rigward tal-faqqiegħ u l-oomiċeti.

(7)

Il-konsorzju mmexxi min-Netherlands Food and Consumer Product Safety Authority-National Reference Centre Plant Health (NVWA-NRC), li jinkludi wkoll ir-Research Centre for Plant Protection and Certification (CREA-DC (DIALAB), l-Italja), u n-National Institute of Biology (NIB, is-Slovenja) applika għall-proċess ta' għażla sabiex jinħatar bħala EURL għall-pesti tal-pjanti fir-rigward tal-viruses, il-virojdi u l-fitoplażmi.

(8)

Il-kumitat tal-għażla u tal-evalwazzjoni maħtur għall-proċess tal-għażla kkonkluda li dawn il-konsorzji u laboratorji kollha jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 93(3) tar-Regolament (UE) 2017/625 u jistgħu jkunu responsabbli għall-kompiti stabbiliti fl-Artikolu 94 ta' dak ir-Regolament.

(9)

Jenħtieġ għalhekk li dawn l-erba' konsorzji u dan il-laboratorju jiġu maħtura bħala EURLs għall-pesti rispettivi tal-pjanti fir-rigward tal-insetti u d-dud, in-nematodi, il-batterji, il-faqqiegħ u l-oomiċeti u l-viruses, il-virojdi u l-fitoplażmi. Jenħtieġ li l-programmi ta' ħidma tagħhom jiġu stabbiliti f'konformità mal-għanijiet u mal-prijoritajiet tal-programmi ta' ħidma rilevanti adottati mill-Kummissjoni f'konformità mal-Artikolu 36 tar-Regolament (UE) Nru 652/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3).

(10)

Sabiex jiġi żgurat li jinżamm il-livell xieraq tal-metodi ta' analiżi, ta' ttestjar jew ta' dijanjożi, u l-iżvilupp ta' metodi vvalidati u li tinżamm l-assistenza kkoordinata tal-laboratorji uffiċjali, u f'konformità mal-punt b) tal-Artikolu 93(2) tar-Regolament (UE) 2017/625, jenħtieġ li l-ħatra bħala EURLs tiġi rieżaminata b'mod regolari,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Laboratorju ta' referenza tal-UE għall-pesti tal-pjanti fir-rigward tal-insetti u d-dud

Il-konsorzju li ġej huwa maħtur bħala laboratorju ta' referenza tal-Unjoni Ewropea għall-pesti tal-pjanti fir-rigward tal-insetti u d-dud responsabbli għall-appoġġ tal-attivitajiet orizzontali tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri fil-qasam tas-saħħa tal-pjanti:

 

Konsorzju mmexxi mill-French Agency for Food, Environmental and Occupational Health and Safety (ANSES, Plant Health Laboratory, Entomology and Invasive Plants Unit, 755 avenue du campus Agropolis, CS 30016, 34988 Montferrier-sur-Lez cedex, Franza),

u magħmul ukoll minn:

l-Austrian Agency for Health and Food Safety (AGES, Institute for Sustainable Plant Production, Spargelfeldstraße 191, 1220 Vjenna, Awstrija).

Artikolu 2

Laboratorju ta' referenza tal-UE għall-pesti tal-pjanti fir-rigward tan-nematodi

Il-konsorzju li ġej huwa maħtur bħala Laboratorju ta' Referenza tal-Unjoni Ewropea għall-pesti tal-pjanti fir-rigward tan-nematodi responsabbli għall-appoġġ tal-attivitajiet orizzontali tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri fil-qasam tas-saħħa tal-pjanti:

 

Konsorzju mmexxi mill-French Agency for Food, Environmental and Occupational Health and Safety (ANSES, Plant Health Laboratory, Nematology Unit, Domaine de la Motte au Vicomte - BP 35327, 35653 Le Rheu, Franza),

u magħmul ukoll minn:

l-Flanders Research Institute for Agriculture, Fisheries and Food (ILVO, Plant Sciences, Nematology group, Burg. Van Gansberghelaan 96, 9820 Merelbeke, il-Belġju).

Artikolu 3

Laboratorju ta' referenza tal-UE għall-pesti tal-pjanti fir-rigward tal-batterji

Il-konsorzju li ġej huwa maħtur bħala Laboratorju ta' Referenza tal-Unjoni Ewropea għall-pesti tal-pjanti fir-rigward tal-batterji responsabbli għall-appoġġ tal-attivitajiet orizzontali tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri fil-qasam tas-saħħa tal-pjanti:

Konsorzju mmexxi min-Netherlands Food and Consumer Product Safety Authority-National Reference Centre Plant Health (NVWA-NRC, Bacteriology group, Geertjesweg, 15, 6706 EA Wageningen, in-Netherlands),

 

u magħmul ukoll minn:

l-Flanders Research Institute for Agriculture, Fisheries and Food (ILVO, Plant Sciences, Bacteriology group, Burg. Van Gansberghelaan 96, 9820 Merelbeke, il-Belġju);

ir-Research Centre for Plant Protection and Certification (CREA-DC (DIALAB), Laboratory of Phytopathology, Bacteriology group, via Carlo Giuseppe Bertero 22, 00156 Ruma, l-Italja);

in-National Institute of Biology (NIB, Department of Biotechnology and Systems Biology, Bacteriology and Metrology Unit, Laboratory for diagnostics of bacteria, Večna pot 111, Ljubljana, Slovenja).

Artikolu 4

Laboratorju ta' referenza tal-UE għall-pesti tal-pjanti fir-rigward tal-faqqiegħ u l-oomiċeti

Il-laboratorju li ġej huwa maħtur bħala Laboratorju ta' Referenza tal-Unjoni Ewropea għall-pesti tal-pjanti fir-rigward tal-faqqiegħ u l-oomiċeti responsabbli għall-appoġġ tal-attivitajiet orizzontali tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri fil-qasam tas-saħħa tal-pjanti:

 

il-French Agency for Food, Environmental and Occupational Health and Safety (ANSES, Plant Health Laboratory, Mycology Unit, Domaine de Pixérécourt, CS 400009, 54220 Malzéville, Franza).

Artikolu 5

Laboratorju ta' referenza tal-UE għall-pesti tal-pjanti fir-rigward tal-viruses, il-virojdi u l-fitoplażmi

Il-konsorzju li ġej huwa maħtur bħala Laboratorju ta' Referenza tal-Unjoni Ewropea għall-pesti tal-pjanti fir-rigward tal-viruses, il-virojdi u l-fitoplażmi responsabbli għall-appoġġ tal-attivitajiet orizzontali tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri fil-qasam tas-saħħa tal-pjanti.

Konsorzju mmexxi min-Netherlands Food and Consumer Product Safety Authority National Reference Centre Plant Health (NVWA-NRC, Virology group, Geertjesweg, 15, 6706 EA Wageningen, in-Netherlands),

 

u magħmul ukoll minn:

ir-Research Centre for Plant Protection and Certification (CREA-DC (DIALAB), Laboratory of Phytopathology, Virology group, via Carlo Giuseppe Bertero 22, 00156 Ruma, l-Italja);

in-National Institute of Biology (NIB, Department of Biotechnology and Systems Biology, Microbiology Unit, Laboratory for diagnostics of viruses, viroids and phytoplasmas, Večna pot 111, Ljubljana, Slovenja).

Artikolu 6

Rieżami tal-ħatra

Il-ħatra tal-Laboratorji ta' Referenza tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi rieżaminata b'mod regolari.

Artikolu 7

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Marzu 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 95, 7.4.2017, p. 1.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/631 tas-7 ta' Frar 2018 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi l-laboratorji ta' referenza tal-Unjoni Ewropea għall-pesti tal-pjanti (ĠU L 105, 25.4.2018, p. 1).

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 652/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-ġestjoni tan-nefqa marbuta mal-katina alimentari, mas-saħħa tal-annimali u mat-trattament xieraq tal-annimali, u marbuta mas-saħħa tal-pjanti u mal-materjal riproduttiv tal-pjanti, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 98/56/KE, 2000/29/KE u 2008/90/KE, ir-Regolamenti (KE) Nru 178/2002, (KE) Nru 882/2004 u (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 66/399/KEE, 76/894/KEE u 2009/470/KE (ĠU L 189, 27.6.2014, p. 1).