26.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 84/1


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/486

tad-19 ta' Marzu 2019

li jdaħħal isem fir-reġistru tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti “Schaf-Heumilch”/“Sheep's Haymilk”/“Latte fieno di pecora”/“Lait de foin de brebis”/“Leche de heno de oveja” (STG)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

F'konformità mal-Artikolu 50(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, it-talba għar-reġistrazzjoni tal-ismijiet “Schaf-Heumilch”/“Sheep's Haymilk”/“Latte fieno di pecora”/“Lait de foin de brebis”/“Leche de heno de oveja”, imressqa mill-Awstrija, ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2).

(2)

Ladarba ebda dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni ma ġiet innotifikata lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-ismijiet “Schaf -Heumilch”/“Sheep's Haymilk”/“Latte fieno di pecora”/“Lait de foin de brebis”/“Leche de heno de oveja” jenħtieġ li jiġu rreġistrati,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-ismijiet “Schaf-Heumilch”/“Sheep's Haymilk”/“Latte fieno di pecora”/“Lait de foin de brebis”/“Leche de heno de oveja” (STG) huma b'dan irreġistrati.

L-ismijiet imsemmija fl-ewwel paragrafu jidentifikaw prodott tal-Klassi 1.4. Prodotti oħrajn li joriġinaw mill-annimali (bajd, għasel, diversi prodotti mill-ħalib għajr butir, eċċ.) tal-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 (3).

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Marzu 2019.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Phil HOGAN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU C 400, 6.11.2018, p. 3.

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 tat-13 ta' Ġunju 2014 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 179, 19.6.2014, p. 36).