22.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 81/125


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/364

tat-13 ta' Diċembru 2018

li jistipula l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni rigward il-format tal-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni u l-estensjoni tar-reġistrazzjoni għar-repożitorji tat-tranżazzjonijiet skont ir-Regolament (UE) 2015/2365 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2015/2365 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2015 dwar it-trasparenza ta' transazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli u l-użu mill-ġdid u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(8) tiegħu,

Billi:

(1)

Jenħtieġ li format uniformi għall-applikazzjonijiet lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (European Securities and Markets Authority, ESMA) għar-reġistrazzjoni u l-estensjoni tar-reġistrazzjoni tar-repożitorji tat-tranżazzjonijiet jiżgura li l-informazzjoni kollha meħtieġa skont ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/359 (2) tiġi ppreżentata lill-ESMA, u tiġi identifikata faċilment minnha.

(2)

Sabiex tkun iffaċilitata l-identifikazzjoni tal-informazzjoni ppreżentata mir-repożitorju tat-tranżazzjonijiet, jenħtieġ li kull dokument inkluż fl-applikazzjoni jkollu numru ta' referenza uniku.

(3)

Skont l-Artikolu 1(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2019/359, meta repożitorju tat-tranżazzjonijiet applikant iqis li rekwiżit ta' ir-Regolament Delegat (UE) 2019/359 mhux applikabbli għalih, huwa jrid jindika b'mod ċar dak ir-rekwiżit fl-applikazzjoni tiegħu u jipprovdi spjegazzjoni għalfejn dak ir-rekwiżit ma japplikax. Jenħtieġ li dawn ir-rekwiżiti u l-ispjegazzjonijiet jiġu identifikati b'mod ċar fl-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni jew l-estensjoni tar-reġistrazzjoni.

(4)

Jenħtieġ li kull informazzjoni ppreżentata lill-ESMA f'applikazzjoni għar-reġistrazzjoni jew l-estensjoni tar-reġistrazzjoni ta' repożitorju tat-tranżazzjonijiet tingħata f'mezz durabbli kif definit fid-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) li jippermetti l-ħżin tagħha għal użu futur u għar-riproduzzjoni.

(5)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni ppreżentat mill-ESMA lill-Kummissjoni Ewropea skont il-proċedura tal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) (4).

(6)

L-ESMA wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar dan l-abbozz tal-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni, analizzat il-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq stabbilit skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Format tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni jew l-estensjoni tar-reġistrazzjoni

1.   Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni jew l-estensjoni ta' reġistrazzjoni għandha tiġi ppreżentata fil-format stipulat fl-Anness.

2.   Ir-repożitorju tat-tranżazzjonijiet għandu jagħti numru ta' referenza uniku lil kull dokument li jissottometti u għandu jidentifika b'mod ċar liema rekwiżit speċifiku fir-Regolament Delegat (UE) 2019/359.

3.   Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni jew l-estensjoni tar-reġistrazzjoni għandha tindika b'mod ċar ir-raġunijiet għaliex l-informazzjoni b'referenza għal xi rekwiżit partikolari ma tiġix ippreżentata.

4.   Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni jew l-estensjoni tar-reġistrazzjoni għandha tiġi ppreżentata f'mezz durabbli kif definit fl-Artikolu 2(1)(m) tad-Direttiva 2009/65/KE.

Artikolu 2

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Diċembru 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 337, 23.12.2015, p. 1.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/359 tat-13 ta' Diċembru 2018 li jissuplimenta r-Regolament (UE) 2015/2365 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw id-dettalji tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni u l-estensjoni tar-reġistrazzjoni bħala repożitorju tat-tranżazzjonijiet (Ara l-paġna 45 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(3)  Id-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi ta' investiment kollettiv f'titoli trasferibbli (UCITS) (ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32).

(4)  Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).


ANNESS

FORMAT GĦAL APPLIKAZZJONI GĦAR-REĠISTRAZZJONI JEW L-ESTENSJONI GĦAR-REĠISTRAZZJONI BĦALA REPOŻITORJU TAT-TRANŻAZZJONIJIET

INFORMAZZJONI ĠENERALI

Data ta' applikazzjoni

 

Isem korporattiv tar-repożitorju tat-tranżazzjonijiet

 

Indirizz ġuridiku tar-repożitorju tat-tranżazzjonijiet

 

Tipi ta' titoli li jiffinanzjaw it-tranżazzjonijiet li għalihom qiegħed japplika biex ikun irreġistrat ir-repożitorju

 

Isem il-persuna responsabbli mill-applikazzjoni

 

Dettalji ta' kuntatt tal-persuna responsabbli mill-applikazzjoni

 

Isem il-persuna/i responsabbli għall-konformità tar-repożitorju tat-tranżazzjonijiet jew involuta/i fil-valutazzjonijiet tal-konformità tar-repożitorju tat-tranżazzjonijiet

 

Dettalji ta' kuntatt tal-persuna/i responsabbli għall-konformità tar-repożitorju tat-tranżazzjonijiet jew involuta/i f'valutazzjonijiet ta' konformità tar-repożitorju tat-tranżazzjonijiet

 

Identifikazzjoni ta' kull kumpanija prinċipali jew kull sussidjarju

 


REFERENZI TAD-DOKUMENT (1)

 

Artikolu ta' (UE) 2019/359

Numru ta' referenza uniku tad-dokument

Titolu tad-dokument

Kapitolu/taqsima/paġna tad-dokument fejn hija pprovduta l-informazzjoni jew raġuni għaliex l-informazzjoni mhix ipprovduta

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 


(1)  Għal kull informazzjoni meħtieġa fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/359 bl-eċċezzjoni tal-punti (a), (c) u (g) tal-Artikolu 1 tiegħu.