22.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 81/30


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/358

tat-13 ta' Diċembru 2018

li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2015/2365 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji dwar il-ġbir, il-verifika, l-aggregazzjoni, il-paragun u l-pubblikazzjoni ta' data dwar tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli (SFT) minn repożitorji tat-tranżazzjonijiet

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2015/2365 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2015 dwar it-trasparenza ta' tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli u l-użu mill-ġdid u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(7)(a) u l-punti (a) u (b) tal-Artikolu 12(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Sabiex jiżguraw il-kwalità għolja tad-dettalji tal-SFT irrappurtati lir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet, ir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet għandhom jivverifikaw l-identità tal-entitajiet li qed jissottomettu r-rapport, l-integrità loġika tas-sekwenza li fiha huma rrappurtati d-dettalji tal-SFT, u l-kompletezza u l-korrettezza ta' dawk id-dettalji tal-SFT.

(2)

Għall-istess raġuni, ir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet għandhom jirrikonċiljaw id-dettalji ta' kull rapport tal-SFT riċevut. Għandu jiġi speċifikat proċess standardizzat li jawtorizza r-repożitorji tat-tranżazzjonijiet biex iwettqu rikonċiljazzjoni b'mod konsistenti u biex jitnaqqsu r-riskji ta' dettalji ta' SFT li mhux qed jiġu rikonċiljati. Madankollu, ċerti dettalji ta' SFT jistgħu ma jkunux identiċi minħabba l-ispeċifiċitajiet tas-sistemi tat-teknoloġija tal-informatika użati mill-entitajiet li qed jissottomettu r-rapport. Għalhekk, għandhom jiġu applikati ċerti tolleranza sabiex differenzi żgħar fid-dettalji rrappurtati tal-SFT ma jwaqqfux l-awtoritajiet milli janalizzaw id-data b'livell adegwat ta' kunfidenza.

(3)

Huwa mistenni li entitajiet li qed jissottomettu r-rapport maż-żmien itejbu r-rappurtar tagħhom kemm f'termini ta' tnaqqis fin-numru ta' rapporti rifjutati kif ukoll f'termini ta' rapporti rikonċiljati. Madankollu, għandhom jingħataw ħin biżżejjed biex jadattaw għar-rekwiżiti tar-rappurtar, b'mod partikolari biex jipprevjenu l-akkumulazzjoni ta' negozji mhux rikonċiljati immedjatment wara li jibda japplika l-obbligu tar-rappurtar. Għalhekk, huwa xieraq li għandhom jiġu rrikonċiljati sett imnaqqas ta' entrati fl-ewwel fażi biss.

(4)

Entitajiet li jissottomettu rapporti u entitajiet responsabbli għar-rappurtar, jekk applikabbli, għandhom ikunu jistgħu jimmonitorjaw il-konformità tagħhom mal-obbligi ta' rappurtar tagħhom, skont ir-Regolament (UE) 2015/2365. Għalhekk, dawn għandhom ikunu jistgħu jaċċessaw ċertu informazzjoni kuljum fir-rigward ta' dawk ir-rapporti, inkluż ir-riżultat tal-verifika ta' dawk ir-rapporti, kif ukoll il-progress tar-rikonċiljazzjoni tad-data rrappurtata. Għalhekk, huwa neċessarju li tiġi speċifikata l-informazzjoni li repożitorju tat-tranżazzjonijiet għandu jagħmel disponibbli lil dawn l-entitajiet fi tmiem ta' kull jum ta' ħidma.

(5)

Sabiex tiġi iffaċilitata l-integrità tad-dettalji tal-SFT, l-aċċess dirett u immedjat referut fl-Artikolu 12(2) tar-Regolament (UE) 2015/2365 għandu jiġi pprovdut b'mod armonizzat u konsistenti. Sabiex ir-rappurtar ikun standardizzat, l-ispejjeż għall-industrija mnaqqsa u tiġi żgurata l-komparabbiltà u l-aggregazzjoni konsistenti ta' data bejn ir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet, huwa xieraq li kull rapport maħruġ u kull skambju jingħataw b'mudelli b'format XML u jsegwu metodoloġija li tintuża ħafna fl-industrija finanzjarja.

(6)

L-aċċess għal data tal-pożizzjoni fuq id-data fil-livell ta' pożizzjoni bejn iż-żewġ kontropartijiet huwa essenzjali biex jippermetti l-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 12(2) tar-Regolament (UE) 2015/2365 biex jiddeterminaw is-sorsi potenzjali ta' riskji sistemiċi u mhux sistematiċi għas-stabbiltà finanzjarja.

(7)

Sabiex jiġi pprovdut livell xieraq ta' trasparenza lill-pubbliku fir-rigward ta' SFT, il-kriterja użata għall-aggregazzjoni ta' pożizzjonijiet għandha tawtorizza l-pubbliku ġenerali biex jifhem il-funzjonament tas-swieq SFT mingħajr ma xxekkel il-kunfidenzjalità tad-data rrapportata lir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet. Il-frekwenza u d-dettalji tal-pubblikazzjoni ta' repożitorju tat-tranżazzjonijiet ta' pożizzjonijiet aggregati skont l-Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE) 2015/2365 għandhom jiġu speċifikati b'mod li jibni fuq il-qafas relatat previst mir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) għal kuntratti derivattivi.

(8)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji sottomess lill-Kummissjoni mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3).

(9)

Id-dispożizzjonijiet f'dan ir-Regolament jittrattaw l-istandards operazzjonali għall-ġbir, l-aggregazzjoni u t-tqabbil ta' data mir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet, kif ukoll proċeduri li għandhom jiġu applikati mir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet sabiex jivverifikaw il-kompletezza u l-korrettezza tad-dettalji tal-SFT irrappurtati lilhom. Sabiex tiġi żgurata koeżjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u sabiex tiġi ffaċilitata perspettiva komprensiva għal repożitorji tat-tranżazzjonijiet, huwa mixtieq li jkunu inklużi l-istandards tekniċi regolatorji relatati f'Regolament wieħed.

(10)

L-ESMA għamlet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar dawn l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji, analizzat il-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq tal-AETS stabbilit skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Verifika ta' rapporti ta' SFT minn repożitorji tat-tranżazzjonijiet

1.   Repożitorju tat-tranżazzjonijiet għandu jivverifika dan kollu li ġej f'rapport ta' SFT:

(a)

l-identità tal-entità li qed tissottometti r-rapport kif imsemmi fil-Kaxxa 2 tat-Tabella 1 tal-Anness I tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/363 (4);

(b)

li l-mudell tal-XML użat biex jirrapporta SFT jikkonforma mal-metodoloġija tal-ISO 20022 b'konformità mar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2019/363;

(c)

li l-entità li qed tissottometti r-rapport, jekk hija differenti mill-kontroparti tar-rappurtar imsemmi fil-Kaxxa 3 tat-Tabella 1 tal-Anness I tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2019/363, hija awtorizzata biex tirrapporta kif xieraq, f'isem il-kontroparti li qed tirrapporta, ħlief fil-każ previst fl-Artikolu 4(3) tar-Regolament (UE) 2015/2365;

(d)

li l-istess rapport tal-SFT ma jkunx ġie preżentat qabel;

(e)

li rapport ta' SFT b'tip ta' azzjoni “Modifika” jirreferi għal rapport ta' SFT sottomess preċedentament;

(f)

li rapport ta' SFT b'tip ta' azzjoni “Modifika” ma jirreferix għal SFT li tkun ġiet irrappurtata li ġiet ikkanċellata;

(g)

li r-rapport tal-SFT ma jinkludix fih it-tip ta' azzjoni “Ġdid” fir-rigward ta' SFT li ġie rrappurtat diġà;

(h)

li r-rapport tal-SFT ma jinkludix fih it-tip ta' azzjoni “Komponent ta' pożizzjoni” fir-rigward ta' SFT li ġie rrappurtat diġà;

(i)

li r-rapport tal-SFT mhuwiex imfassal biex jimmodifika d-dettalji tal-entità li qed tissottometti r-rapport, il-kontroparti li tirrapporta jew il-kontraparti l-oħra ta' SFT diġà rappurtata;

(j)

li r-rapport tal-SFT mhuwiex imfassal biex jimmodifika rapport ta' SFT diġà eżistenti billi jispeċifika data ta' valur li jiġi wara d-data ta' maturità ta' SFT diġà rrappurtata;

(k)

il-korrettezza u l-kompletezza tar-rapport tal-SFT.

2.   Repożitorju tat-tranżazzjonijiet għandu jivverifika jekk tkunx ġiet irrappurtata informazzjoni dwar il-kollateral fil-Kaxxi 73 sa 96 tat-Tabella 2 tal-Anness I tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2019/363 fejn il-Kaxxa 72 “Markatura tas-self ta' titoli mhux kollateralizzati” tal-istess Tabella hija rrappurtata bħala “falza”. Ir-repożitorju tat-tranżazzjonijiet għandha tinnotifika, b'konformità mal-Artikolu 3 ta' dan ir-Regolament, l-entità li qed tissottometti r-rapport u l-kontroparti li qed tirrapporta, kif ukoll lill-entità responsabbli għar-rappurtar, jekk applikabbli, dwar ir-riżultat tal-verifika.

3.   Repożitorju tat-tranżazzjonijiet għandu jiċħad rapport tal-SFT li ma jikkonformax ma' wieħed mir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1 u jassenjalu waħda mill-kategoriji ta' ċaħda stabbiliti fit-Tabella 2 tal-Anness I ta' dan ir-Regolament.

4.   Repożitorju tat-tranżazzjonijiet għandu jipprovdi l-entità li qed tissottometti r-rapport u l-kontroparti tar-rappurtar, kif ukoll l-entità responsabbli għar-rapportar, jekk applikabbli, b'informazzjoni dettaljata dwar ir-riżultati tal-verifika ta' data msemmija fil-paragrafu 1 fi żmien sittin minuta wara li tkun irċeviet rapport ta' SFT. Repożitorju tat-tranżazzjonijiet għandu jipprovdi dawk ir-riżultati f'format XML u b'mudell li ġie żviluppat skont il-metodoloġija tal-ISO 20022. Ir-riżultati għandhom jinkludu, fejn applikabbli, ir-raġunijiet speċifiċi għaċ-ċaħda ta' rapport tal-SFT skont il-paragrafu 3.

Artikolu 2

Rekonċiljazzjoni ta' data mir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet

1.   Repożitorju tat-tranżazzjonijiet għandu jara li jirrikonċilja SFT rrappurtata billi jieħu l-passi stabbiliti fil-paragrafu 2, bil-kundizzjoni li jintlaħqu l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

ir-repożitorju tat-tranżazzjonijiet ikun wettaq il-verifiki stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 tal-Artikolu 1;

(b)

iż-żewġ kontropartijiet tal-SFT irrappurtata ikollhom obbligu ta' rappurtar;

(c)

ir-repożitorju tat-tranżazzjonijiet ma jkunx irċieva rapport sussegwenti bit-tip ta' azzjoni “Żball” fir-rigward tal-SFT rappurtata.

2.   Meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha tal-paragrafu 1, repożitorju tat-tranżazzjonijiet għandu jieħu l-passi li ġejjin filwaqt li juża l-iktar valur riċenti għal kull wieħed mill-kaxxi fit-Tabella 1 tal-Anness I ta' dan ir-Regolament:

(a)

repożitorju tat-tranżazzjonijiet li jkun irċieva rapport tal-SFT għandu jivverifika jekk ikunx irċieva rapport tal-SFT korrispondenti minn jew f'isem il-kontraparti l-oħra;

(b)

repożitorju tat-tranżazzjonijiet li ma jkunx irċieva rapport tal-SFT korrispondenti kif imsemmi fil-punt (a) għandu jipprova jidentifika r-repożitorju tat-tranżazzjonijiet li jkun irċieva r-rapport tal-SFT korrispondenti billi jikkomunika l-valuri tal-kaxxi li ġejjin ta' SFT irrappurtati lir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet rreġistrati kollha: “Identifikatur Uniku ta' Tranżazzjoni”, “Kontroparti li qed tirrapporta”, “Kontroparti oħra” u “Tip ta' Ftehim Prinċipali”;

(c)

repożitorju tat-tranżazzjonijiet li jiddetermina li repożitorju tat-tranżazzjonijiet ieħor ikun irċieva rapport tal-SFT korrispondenti kif imsemmi fil-punt (a) għandu jiskambja ma' dak ir-repożitorju tat-tranżazzjoni d-dettalji tal-SFT irrappurtata f'format XML u f'mudell li ġie żviluppat skont il-metodoloġija tal-ISO 20022;

(d)

skont il-punt (e), repożitorju tat-tranżazzjonijiet għandu jittratta SFT irrappurtata bħala rikonċiljata meta d-dettalji ta' dik l-SFT jaqblu mad-dettalji tar-rapport tal-SFT korrispondenti, kif imsemmi fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu;

(e)

repożitorju tat-tranżazzjonijiet għandu jara li jqabbel separatament l-entrati li jirrelataw mad-data tas-self u l-entrati li jirrelataw mad-data kollaterali ta' SFT irrappurtata b'konformità mal-limiti ta' tolleranza u d-dati tal-applikazzjoni rilevanti stabbiliti fit-Tabella 1 tal-Anness I ta' dan ir-Regolament;

(f)

sussegwentament, repożitorju tat-tranżazzjonijiet għandujassenja valuri għall-kategoriji ta' rikonċiljazzjoni għal kull SFT irrappurtata, kif stabbilit fit-Tabella 3 tal-Anness I ta' dan ir-Regolament;

(g)

repożitorju tat-tranżazzjonijiet għandu jikkonkludi l-passi fil-punti (a) sa (f) ta' dan il-paragrafu mill-iktar fis possibbli u m'għandu jieħu ebda passi bħal dawn wara s-18:00 Ħin Universali Koordinat f'jum tax-xogħol partikolari;

(h)

repożitorju tat-tranżazzjonijiet li ma jistax jirrikonċilja SFT irrappurtata għandu jara li jqabbel id-dettalji ta' dik l-SFT rrappurtata fil-jum tax-xogħol ta' wara. Ir-repożitorju tat-tranżazzjonijiet m'għandux jibqa' jirrikonċilja l-SFT irrappurtata tletin jum kalendarju wara l-maturità rrappurtata tal-SFT jew wara li r-repożitorju tat-tranżazzjonijiet ikun irċieva rapport relatat miegħu b'tip ta' azzjoni “Terminazzjoni” jew “Komponent ta' pożizzjoni”.

3.   Repożitorju tat-tranżazzjonijiet għandu jikkonferma l-għadd totali ta' SFT rikonċiljati u rrappurtati ma' kull repożitorju tat-tranżazzjonijiet li magħhom irrikonċilja l-SFT irrapportati fi tmiem kull jum ta' ħidma.

4.   Mhux aktar tard minn sittin minuta wara l-konklużjoni tal-proċess ta' rikonċiljazzjoni, kif stabbilit fil-punt (g) tal-paragrafu 2, repożitorju tat-tranżazzjonijiet għandu jipprovdi r-riżultati tal-proċess ta' rikonċiljazzjoni mwettaq minnu fuq l-SFT irrappurtati lill-entità li qed tissottometti r-rapport u l-kontroparti tar-rappurtar kif ukoll l-entità responsabbli għar-rapportar, jekk applikabbli. Repożitorju tat-tranżazzjonijiet għandu jipprovdi dawk ir-riżultati f'format XML u b'mudell li ġie żviluppat skont il-metodoloġija tal-ISO 20022, inkluż informazzjoni dwar l-entrati li ma ġewx rikonċiljati.

Artikolu 3

Mekkaniżmi ta' rispons ta' tmiem il-jum

Mat-tmiem ta' kull jum ta' ħidma, repożitorju tat-tranżazzjonijiet għandu jpoġġi għad-dispożizzjoni tal-entità li qed tissottometti r-rapport u l-kontroparti tar-rappurtar kif ukoll l-entità responsabbli għar-rappurtar, jekk applikabbli, l-informazzjoni li ġejja dwar l-SFT rilevanti f'format XML u b'mudell żviluppat b'konformità mal-metodoloġija tal-ISO 20022:

(a)

l-SFT irrappurtati matul dak il-jum;

(b)

l-aħħar stati ta' tranżazzjonijiet tal-SFT li għadhom ma mmaturawx jew li għalihom għadhom ma sarux rapporti b'tipi ta' azzjoni “Żball”, “Terminazzjoni” jew “Komponent ta' pożizzjoni”;

(c)

l-Identifikaturi Uniċi ta' Tranżazzjoni (UTI) tal-SFT li għalihom il-Kaxxa 72 tat-Tabella 2 tal-Anness I tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2019/363 rrappurtata bħala “falza”, u informazzjoni dwar il-kollateral fil-Kaxxi 73 sa 96 tal-istess Tabella għadha ma ġietx irrappurtata;

(d)

ir-rapporti tal-SFT li twarrbu tul dak il-jum;

(e)

l-istatus ta' rikonċiljazzjoni tal-SFT kollha rrappurtati, ħlief dawk l-SFT li skadew jew li għalihom ġew riċevuti rapporti tal-SFT b'tip ta' azzjoni “Terminazzjoni” jew “Komponent tal-Pożizzjoni” iktar minn xahar qabel dak il-jum ta' ħidma.

Artikolu 4

Aċċess għad-dettalji tal-SFT

Repożitorju tat-tranżazzjonijiet għandu jipprovdi l-entitajiet elenkati fl-Artikolu 12(2) tar-Regolament (UE) 2015/2365 b'aċċess dirett u immedjat, inkluż fejn teżisti delegazzjoni skont l-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, għad-dettalji tal-SFT f'forma elettronika u li tinqara minn magna b'konformità mar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/357 (5).

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, ir-repożitorju tat-tranżazzjonijiet għandu juża format XML u mudell żviluppat f'konformità mal-metodoloġija tal-ISO 20022.

Artikolu 5

Kalkolu ta', u aċċess għal data fil-livell ta' pożizzjoni

1.   Repożitorju tat-tranżizzjonijiet għandu jikkalkula d-data fil-livell ta' pożizzjoni dwar l-iskoperturi bejn il-kontropartijiet f'termini ta' self u kollateral. Il-kalkolu tad-data fil-livell ta' pożizzjoni għandu jkun ibbażat fuq il-kriterji li ġejjin:

(a)

il-valuri għall-kategoriji ta' rikonċiljazzjoni, skont it-Tabella 3 tal-Anness I ta' dan ir-Regolament;

(b)

it-tip ta' SFT;

(c)

is-settur tal-kontropartijiet;

(d)

l-istatus ta' kklerjar;

(e)

fiċ-ċentru tan-negozjar jew 'il barra minnu;

(f)

it-tip ta' kollateral;

(g)

il-munita tal-parti ta' flus;

(h)

il-medda ta' maturità;

(i)

il-medda tal-haircut;

(j)

ir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet li għalihom il-kontroparti l-oħra rrappurtat dettalji tal-SFT.

2.   Repożitorju tat-tranżazzjoni għandu jiżgura li l-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 12(2) tar-Regolament (UE) 2015/2365 għandhom aċċess għal data fil-livell ta' pożizzjoni skont l-aċċess għad-data speċifikat fir-Regolament Delegat (UE) 2019/357.

3.   Id-data fil-livell ta' pożizzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi pprovduta f'forma elettronika u li tinqara minn magna u f'format XML u b'mudell li ġie żviluppat skont il-metodoloġija tal-ISO 20022.

4.   L-aċċess imsemmi fil-paragrafu 2 għandu jingħata mill-iktar fis possibbli u sa mhux aktar tard mill-jum ta' ħidma wara l-irċevuta ta' rapport ta' SFT skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) 2015/2365.

5.   Repożitorju tat-tranżazzjoni għandu jipprovdi l-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 12(2) tar-Regolament (UE) 2015/2365 b'aċċess għal data fil-livell aggregat skont l-aċċess għad-data speċifikat fir-Regolament Delegat (UE) 2019/357 u kkalkolati b'konformità għall-istandards u l-proċessi komunament maqbula għall-ġbir u l-aggregazzjoni globali ta' data tal-SFT.

Artikolu 6

Kalkolu ta' data tal-pożizzjoni aggregata għall-pubblikazzjoni

1.   Repożitorju tat-tranżazzjonijiet għandu jaggrega d-data tal-pożizzjoni skont il-kriterja fil-paragrafi 2 u 3 fir-rigward tal-valuri li ġejjin:

(a)

l-ammont prinċipali ta' ftehimiet ta' riakkwist, tranżazzjonijiet ta' akkwist bil-patt ta' rivendita jew tranżazzjonijiet ta' vendita bil-patt ta' riakkwist, kwantità aggregata ta' titoli jew komoditajiet mikrija jew misselfa u ammont ta' self ta' marġini;

(b)

l-għadd ta' UTI li jirrelataw mal-SFT rilevanti;

(c)

il-valur tas-suq tal-kollateral.

2.   Repożitorju tat-tranżizzjonijiet għandu jaggrega d-data ta' pożizzjoni għal kull tip ta' SFT rappurtati b'tip ta' azzjoni “Ġdid” bejn is-Sibt 00:00:00 UTC u l-Ġimgħa 23:59:59 UTC abbażi tal-kriterji li ġejjin u l-valuri relatati stabbiliti fit-Tabella 1 tal-Anness II ta' dan ir-Regolament:

(a)

il-post tal-kontroparti li qed tirrapporta jew, fejn applikabbli, tal-fergħa rilevanti;

(b)

il-post tal-kontroparti l-oħra jew, fejn applikabbli, tal-fergħa rilevanti;

(c)

it-tip ta' SFT;

(d)

l-istatus ta' rikonċiljazzjoni tal-SFT, skont it-Tabella 3 tal-Anness I ta' dan ir-Regolament;

(e)

it-tip ta' post fejn ġiet konkluża l-SFT;

(f)

jekk l-SFT tkunx ġiet approvata jew le;

(g)

Il-metodu metodu li bih ikun ġie trasferit il-kollateral;

(h)

kull indiċi użata bħala referenza f'SFT, innegozjata f'ċentru ta' eżekuzzjoni differenti minn “XXXX” fejn l-ammont nominali aggregat irrapportat lir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet fl-indiċi huwa iktar minn EUR 5 biljun u fejn hemm mill-inqas sitt kontropartijiet differenti li rrapportaw l-SFT rilevanti lir-repożitorju tat-tranżazzjonijiet.

3.   Repożitorju tat-tranżizzjonijiet għandu jaggrega d-data ta' pożizzjoni għal kull tip ta' SFT li għadha ma mmaturatx, jew li r-rapporti tagħhom b'tipi ta' azzjoni “Żball”, “Terminazzjoni”, “Komponiment ta' pożizzjoni” ma ġewx irċevuti, sal-Ġimgħa 23:59:59 UTC abbażi tal-kriterji li ġejjin u l-valuri relatati stabbiliti fit-Tabella 1 tal-Anness II ta' dan ir-Regolament:

(a)

il-post tal-kontroparti li qed tirrapporta jew, fejn applikabbli, tal-fergħa rilevanti;

(b)

il-post tal-kontroparti l-oħra jew, fejn applikabbli, tal-fergħa rilevanti;

(c)

it-tip ta' SFT;

(d)

l-istatus ta' rikonċiljazzjoni tal-SFT, skont it-Tabella 3 tal-Anness I ta' dan ir-Regolament;

(e)

it-tip ta' post fejn ġiet konkluża l-SFT;

(f)

jekk l-SFT tkunx ġiet approvata jew le;

(g)

il-metodu li bih ikun ġie trasferit il-kollateral;

(h)

kull indiċi użata bħala referenza f'SFT, innegozjata f'ċentru ta' eżekuzzjoni differenti minn “XXXX” fejn l-ammont nominali aggregat irrapportat lir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet fl-indiċi huwa iktar minn EUR 5 biljun u fejn hemm mill-inqas sitt kontropartijiet differenti li rrapportaw l-SFT rilevanti lir-repożitorju tat-tranżazzjonijiet.

4.   Repożitorju tat-tranżazzjonijiet għandu jkollu fis-seħħ proċedura biex jidentifika l-valuri straordinarji li jirrelataw mad-dejta aggregata tal-pożizzjoni.

5.   Repożitorju tat-tranżazzjonijiet għandu jkollu fis-seħħ proċedura biex iwettaq u jinnotifika korrezzjonijiet ta' data aggregata tal-pożizzjoni, inkluż data minn rapporti bit-tip ta' azzjoni “Żball” u jippubblika l-oriġinali u l-aggregazzjonijiet tad-data ikkorreġuti.

Artikolu 7

Pubblikazzjoni ta' data aggregata tal-pożizzjoni

1.   Repożitorju tat-tranżazzjonijiet għandu jippubblika d-data aggregata tal-pożizzjoni fuq il-websajt tiegħu kull ġimgħa, ikkalkulat skont l-Artikolu 6, u sa mhux aktar tard mit-Tlieta f'nofsinhar għal SFT irrappurtati sa 23:59:59 UTC ta' nhar il-Ġimgħa tal-ġimgħa ta' qabel.

2.   Repożitorju tat-tranżazzjoni għandu jippubblika d-data aggregata tal-pożizzjoni f'euro u għandu juża r-rati ta' kambju ppubblikati fuq il-websajt tal-BĊE fil-jum tal-Ġimgħa qabel il-pubblikazzjoni ta' dik id-data.

3.   Repożitorju tad-data għandu jiżgura li d-data aggregata tal-pożizzjoni tiġi ppubblikata f'format tabulari kif stabbilit fl-Anness II ta' dan ir-Regolament u li jippermetti t-tniżżil tad-data.

4.   Id-data aggregata tal-pożizzjoni li repożitorju tat-tranżazzjonijiet ikun ippubblika fuq il-websajt tiegħu għandha tibqa' fuq dak il-websajt għal ta' mill-inqas 104 ġimgħat.

Artikolu 8

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Diċembru 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 337, 23.12.2015, p. 1.

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet (ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1).

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).

(4)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/363 tat-13 ta' Diċembru 2018 li jistipula standards tekniċi ta' implimentazzjoni rigward il-format u l-frekwenza tar-rapporti dwar id-dettalji ta' tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli lir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet skont ir-Regolament (UE) 2015/2365 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemenda Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1247/2012 rigward l-użu ta' kodiċi ta' rapportar fir-rapportar tal-kuntratti tad-derivati (Ara l-paġna 85 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(5)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/357 tat-13 ta' Diċembru 2018 tat-13 ta' Diċembru 2018 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2015/2365 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji dwar l-aċċess għal dettalji ta' tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli (SFT) miżmuma f'repożitorji tat-tranżazzjonijiet (Ara l-paġna 22 ta' da nil-Ġurnal Uffiċjali).


ANNESS I

Tabella 1

Entrati ta' rikonċiljazzjoni, livelli ta' tolleranza u d-data tal-bidu tal-fażi ta' rikonċiljazzjoni

Tabella

Taqsima

Entrata

Tolleranza

Data tal-bidu imsemmija f':

Dejta tal-kontroparti

Mhux applikabbli

Kontroparti li Tirrapporta

Le

L-Artikolu 33(2)(a)(i) tar-Regolament (UE) 2015/2365

Dejta tal-Kontroparti

Mhux applikabbli

Naħa tal-kontroparti

Le

L-Artikolu 33(2)(a)(i) tar-Regolament (UE) 2015/2365

Dejta tal-Kontroparti

Mhux applikabbli

Kontroparti oħra

Le

L-Artikolu 33(2)(a)(i) tar-Regolament (UE) 2015/2365

Dejta tat-tranżazzjoni

Self

Identifikatur Uniku ta' Tranżazzjoni (“UTI”)

Le

L-Artikolu 33(2)(a)(i) tar-Regolament (UE) 2015/2365

Dejta tat-tranżazzjoni

Self

Tip ta' SFT

Le

L-Artikolu 33(2)(a)(i) tar-Regolament (UE) 2015/2365

Dejta tat-tranżazzjoni

Self

Ikklerjat

Le

L-Artikolu 33(2)(a)(i) tar-Regolament (UE) 2015/2365

Dejta tat-tranżazzjoni

Self

Kronogramma tal-ikklerjar

siegħa

L-Artikolu 33(2)(a)(iv) tar-Regolament (UE) 2015/2365

+ 24 xahar

Dejta tat-tranżazzjoni

Self

CCP

Le

L-Artikolu 33(2)(a)(i) tar-Regolament (UE) 2015/2365

Dejta tat-tranżazzjoni

Self

Ċentru tan-negozjar

Le

L-Artikolu 33(2)(a)(i) tar-Regolament (UE) 2015/2365

Dejta tat-tranżazzjoni

Self

Tip ta' ftehim prinċipali

Le

L-Artikolu 33(2)(a)(i) tar-Regolament (UE) 2015/2365

Dejta tat-tranżazzjoni

Self

Kronogramma tal-eżekuzzjoni

siegħa

L-Artikolu 33(2)(a)(i) tar-Regolament (UE) 2015/2365

Dejta tat-tranżazzjoni

Self

Data tal-Valur (Data tal-Bidu)

Le

L-Artikolu 33(2)(a)(i) tar-Regolament (UE) 2015/2365

Dejta tat-tranżazzjoni

Self

Data tal-Maturità (Data tat-Tmiem)

Le

L-Artikolu 33(2)(a)(i) tar-Regolament (UE) 2015/2365

Dejta tat-tranżazzjoni

Self

Data tat-terminazzjoni

Le

L-Artikolu 33(2)(a)(i) tar-Regolament (UE) 2015/2365

Dejta tat-tranżazzjoni

Self

Perjodu minimu ta' avviż minn qabel

Le

L-Artikolu 33(2)(a)(iv) tar-Regolament (UE) 2015/2365

+ 24 xahar

Dejta tat-tranżazzjoni

Self

L-iktar data kmieni għall-Irtirar

Le

L-Artikolu 33(2)(a)(iv) tar-Regolament (UE) 2015/2365

+ 24 xahar

Dejta tat-tranżazzjoni

Self

Indikatur tal-Kollateral Ġenerali

Le

L-Artikolu 33(2)(a)(iv) tar-Regolament (UE) 2015/2365

+ 24 xahar

Dejta tat-tranżazzjoni

Self

Indikatur tal-Konsenja skont il-Valur (“DBV”)

Le

L-Artikolu 33(2)(a)(iv) tar-Regolament (UE) 2015/2365

+ 24 xahar

Dejta tat-tranżazzjoni

Self

Metodu użat għall-provvediment tal-kollateral

Le

L-Artikolu 33(2)(a)(i) tar-Regolament (UE) 2015/2365

Dejta tat-tranżazzjoni

Self

Terminu miftuħ

Le

L-Artikolu 33(2)(a)(i) tar-Regolament (UE) 2015/2365

Dejta tat-tranżazzjoni

Self

Opzjonalità tat-Terminazzjoni

Le

L-Artikolu 33(2)(a)(iv) tar-Regolament (UE) 2015/2365

+ 24 xahar

Dejta tat-tranżazzjoni

Self

Rata fissa

Sat-tielet ċifra wara l-punt deċimali

L-Artikolu 33(2)(a)(i) tar-Regolament (UE) 2015/2365

Dejta tat-tranżazzjoni

Self

Konvenzjoni għall-għadd tal-jiem

Le

L-Artikolu 33(2)(a)(i) tar-Regolament (UE) 2015/2365

Dejta tat-tranżazzjoni

Self

Rata varjabbli

Le

L-Artikolu 33(2)(a)(i) tar-Regolament (UE) 2015/2365

Dejta tat-tranżazzjoni

Self

Perjodu ta' referenza tar-rata varjabbli - perjodu ta' żmien

Le

L-Artikolu 33(2)(a)(i) tar-Regolament (UE) 2015/2365

Dejta tat-tranżazzjoni

Self

Perjodu ta' referenza tar-rata varjabbli - multiplikatur

Le

L-Artikolu 33(2)(a)(iv) tar-Regolament (UE) 2015/2365

+ 24 xahar

Dejta tat-tranżazzjoni

Self

Pagament b'rata varjabbli frekwenza - perjodu ta' żmien

Le

L-Artikolu 33(2)(a)(iv) tar-Regolament (UE) 2015/2365

+ 24 xahar

Dejta tat-tranżazzjoni

Self

Frekwenza tal-pagamenti b'rata varjabbli – multiplikatur

Le

L-Artikolu 33(2)(a)(iv) tar-Regolament (UE) 2015/2365

+ 24 xahar

Dejta tat-tranżazzjoni

Self

Issettjar mill-ġdid tar-rata varjabbli frekwenza - perjodu ta' żmien

Le

L-Artikolu 33(2)(a)(i) tar-Regolament (UE) 2015/2365

Dejta tat-tranżazzjoni

Self

Issettjar mill-ġdid tar-rata varjabbli frekwenza – multiplikatur

Le

L-Artikolu 33(2)(a)(i) tar-Regolament (UE) 2015/2365

Dejta tat-tranżazzjoni

Self

Firxa

Sat-tielet tielet ċifra wara l-punt deċimali

L-Artikolu 33(2)(a)(i) tar-Regolament (UE) 2015/2365

Dejta tat-tranżazzjoni

Self

Ammont ta' self marġinali tal-muniti

Le

L-Artikolu 33(2)(a)(i) tar-Regolament (UE) 2015/2365

Dejta tat-tranżazzjoni

Self

Self marġinali tal-muniti

Le

L-Artikolu 33(2)(a)(i) tar-Regolament (UE) 2015/2365

Dejta tat-tranżazzjoni

Self

Rata aġġustata

Sat-tielet tielet ċifra wara l-punt deċimali

L-Artikolu 33(2)(a)(iv) tar-Regolament (UE) 2015/2365

+ 24 xahar

Dejta tat-tranżazzjoni

Self

Data tar-rata

Le

L-Artikolu 33(2)(a)(iv) tar-Regolament (UE) 2015/2365

+ 24 xahar

Dejta tat-tranżazzjoni

Self

Ammont prinċipali fuq id-data tal-valur

Le

L-Artikolu 33(2)(a)(i) tar-Regolament (UE) 2015/2365

Dejta tat-tranżazzjoni

Self

Ammont prinċipali fuq id-data tal-maturità

0,0005 %

L-Artikolu 33(2)(a)(i) tar-Regolament (UE) 2015/2365

Dejta tat-tranżazzjoni

Self

Munita tal-ammont prinċipali

Le

L-Artikolu 33(2)(a)(i) tar-Regolament (UE) 2015/2365

Dejta tat-tranżazzjoni

Self

Tip ta' assi

Le

L-Artikolu 33(2)(a)(i) tar-Regolament (UE) 2015/2365

Dejta tat-tranżazzjoni

Self

Identifikatur tas-sigurtà

Le

L-Artikolu 33(2)(a)(i) tar-Regolament (UE) 2015/2365

Dejta tat-tranżazzjoni

Self

Klassifikazzjoni ta' sigurtà

Le

L-Artikolu 33(2)(a)(i) tar-Regolament (UE) 2015/2365

Dejta tat-tranżazzjoni

Self

Prodott bażiku

Le

L-Artikolu 33(2)(a)(iv) tar-Regolament (UE) 2015/2365

+ 24 xahar

Dejta tat-tranżazzjoni

Self

Prodott sekondarju

Le

L-Artikolu 33(2)(a)(iv) tar-Regolament (UE) 2015/2365

+ 24 xahar

Dejta tat-tranżazzjoni

Self

Prodott sekondarju ieħor

Le

L-Artikolu 33(2)(a)(iv) tar-Regolament (UE) 2015/2365

+ 24 xahar

Dejta tat-tranżazzjoni

Self

Kwantità jew ammont nominali

Le

L-Artikolu 33(2)(a)(i) tar-Regolament (UE) 2015/2365

Dejta tat-tranżazzjoni

Self

Unità ta' kejl

Le

L-Artikolu 33(2)(a)(iv) tar-Regolament (UE) 2015/2365

+ 24 xahar

Dejta tat-tranżazzjoni

Self

Munita tal-ammont nominali

Le

L-Artikolu 33(2)(a)(i) tar-Regolament (UE) 2015/2365

Dejta tat-tranżazzjoni

Self

Sigurtà jew prezz tal-komodità

Le

L-Artikolu 33(2)(a)(iv) tar-Regolament (UE) 2015/2365

+ 24 xahar

Dejta tat-tranżazzjoni

Self

Munita tal-prezz

Le

L-Artikolu 33(2)(a)(iv) tar-Regolament (UE) 2015/2365

+ 24 xahar

Dejta tat-tranżazzjoni

Self

Kwalità tas-sigurtà

Le

L-Artikolu 33(2)(a)(iv) tar-Regolament (UE) 2015/2365

Dejta tat-tranżazzjoni

Self

Maturità tas-sigurtà

Le

L-Artikolu 33(2)(a)(iv) tar-Regolament (UE) 2015/2365

Dejta tat-tranżazzjoni

Self

Ġurisdizzjoni tal-emittent

Le

L-Artikolu 33(2)(a)(iv) tar-Regolament (UE) 2015/2365

Dejta tat-tranżazzjoni

Self

LEI tal-emittent

Le

L-Artikolu 33(2)(a)(iv) tar-Regolament (UE) 2015/2365

Dejta tat-tranżazzjoni

Self

Tip ta' Sigurtà

Le

L-Artikolu 33(2)(a)(iv) tar-Regolament (UE) 2015/2365

Dejta tat-tranżazzjoni

Self

Valur tas-self

Le

L-Artikolu 33(2)(a)(iv) tar-Regolament (UE) 2015/2365

+ 24 xahar

Dejta tat-tranżazzjoni

Self

Valur tas-suq

0,0005 %

L-Artikolu 33(2)(a)(iv) tar-Regolament (UE) 2015/2365

+ 24 xahar

Dejta tat-tranżazzjoni

Self

Rata fissa tat-tnaqqis

Sat-tielet tielet ċifra wara l-punt deċimali

L-Artikolu 33(2)(a)(i) tar-Regolament (UE) 2015/2365

Dejta tat-tranżazzjoni

Self

Rata varjabbli tat-tnaqqis

Sat-tielet tielet ċifra wara l-punt deċimali

L-Artikolu 33(2)(a)(i) tar-Regolament (UE) 2015/2365

Dejta tat-tranżazzjoni

Self

Perjodu ta' referenza tar-rata varjabbli tat-tnaqqis - perjodu ta' żmien

Le

L-Artikolu 33(2)(a)(iv) tar-Regolament (UE) 2015/2365

+ 24 xahar

Dejta tat-tranżazzjoni

Self

Perjodu ta' referenza tar-rata varjabbli tat-tnaqqis - multiplikatur

Le

L-Artikolu 33(2)(a)(iv) tar-Regolament (UE) 2015/2365

+ 24 xahar

Dejta tat-tranżazzjoni

Self

Pagament tar-rata varjabbli tat-tnaqqis frekwenza - perjodu ta' żmien

Le

L-Artikolu 33(2)(a)(iv) tar-Regolament (UE) 2015/2365

+ 24 xahar

Dejta tat-tranżazzjoni

Self

Pagament tar-rata varjabbli tat-tnaqqis frekwenza – multiplikatur

Le

L-Artikolu 33(2)(a)(iv) tar-Regolament (UE) 2015/2365

+ 24 xahar

Dejta tat-tranżazzjoni

Self

Issettjar mill-ġdid tar-rata varjabbli tat-tnaqqis frekwenza - perjodu ta' żmien

Le

L-Artikolu 33(2)(a)(iv) tar-Regolament (UE) 2015/2365

+ 24 xahar

Dejta tat-tranżazzjoni

Self

Issettjar mill-ġdid tar-rata varjabbli tat-tnaqqis frekwenza – multiplikatur

Le

L-Artikolu 33(2)(a)(iv) tar-Regolament (UE) 2015/2365

+ 24 xahar

Dejta tat-tranżazzjoni

Self

Firxa tar-rata ta' tnaqqis

Sat-tielet tielet ċifra wara l-punt deċimali

L-Artikolu 33(2)(a)(iv) tar-Regolament (UE) 2015/2365

+ 24 xahar

Dejta tat-tranżazzjoni

Self

Ħlas ta' self

Le

L-Artikolu 33(2)(a)(i) tar-Regolament (UE) 2015/2365

Dejta tat-tranżazzjoni

Self

Arranġamenti esklussivi

Le

L-Artikolu 33(2)(a)(iv) tar-Regolament (UE) 2015/2365

+ 24 xahar

Dejta tat-tranżazzjoni

Self

Self tal-marġni pendenti

Le

L-Artikolu 33(2)(a)(i) tar-Regolament (UE) 2015/2365

Dejta tat-tranżazzjoni

Self

Munita bażi ta' self ta' marġni pendenti

Le

L-Artikolu 33(2)(a)(i) tar-Regolament (UE) 2015/2365

Dejta tat-tranżazzjoni

Self

Valur qasir fis-suq

0,0005 %

L-Artikolu 33(2)(a)(i) tar-Regolament (UE) 2015/2365

Dejta tat-tranżazzjoni

Kollateral

Markatura tas-self ta' titoli mhux kollateralizzati (“SL”)

Le

L-Artikolu 33(2)(a)(i) tar-Regolament (UE) 2015/2365

Dejta tat-tranżazzjoni

Kollateral

Kollateralizzazzjoni tal-iskopertura netta

Le

L-Artikolu 33(2)(a)(i) tar-Regolament (UE) 2015/2365

Dejta tat-tranżazzjoni

Kollateral

Data tal-valur tal-kollateral

Le

L-Artikolu 33(2)(a)(i) tar-Regolament (UE) 2015/2365

Dejta tat-tranżazzjoni

Kollateral

Tip ta' komponent tal-kollateral

Le

L-Artikolu 33(2)(a)(i) tar-Regolament (UE) 2015/2365

Dejta tat-tranżazzjoni

Kollateral

Ammont ta' kollateral fi flus

Le

L-Artikolu 33(2)(a)(i) tar-Regolament (UE) 2015/2365

Dejta tat-tranżazzjoni

Kollateral

Munita ta' Kollateral fi Flus

Le

L-Artikolu 33(2)(a)(i) tar-Regolament (UE) 2015/2365

Dejta tat-tranżazzjoni

Kollateral

Identifikazzjoni ta' sigurtà li tintuża bħala kollateral

Le

L-Artikolu 33(2)(a)(i) tar-Regolament (UE) 2015/2365

Dejta tat-tranżazzjoni

Kollateral

Klassifikazzjoni ta' sigurtà li tintuża bħala kollateral

Le

L-Artikolu 33(2)(a)(i) tar-Regolament (UE) 2015/2365

Dejta tat-tranżazzjoni

Kollateral

Prodott bażiku

Le

L-Artikolu 33(2)(a)(iv) tar-Regolament (UE) 2015/2365

+ 24 xahar

Dejta tat-tranżazzjoni

Kollateral

Prodott sekondarju

Le

L-Artikolu 33(2)(a)(iv) tar-Regolament (UE) 2015/2365

+ 24 xahar

Dejta tat-tranżazzjoni

Kollateral

Prodott sekondarju ieħor

Le

L-Artikolu 33(2)(a)(iv) tar-Regolament (UE) 2015/2365

+ 24 xahar

Dejta tat-tranżazzjoni

Kollateral

Kwantità jew ammont nominali tal-kollateral

Le

L-Artikolu 33(2)(a)(i) tar-Regolament (UE) 2015/2365

Dejta tat-tranżazzjoni

Kollateral

Unità ta' kejl tal-kollateral

Le

L-Artikolu 33(2)(a)(i) tar-Regolament (UE) 2015/2365

+ 24 xahar

Dejta tat-tranżazzjoni

Kollateral

Munita tal-ammont nominali tal-kollateral

Le

L-Artikolu 33(2)(a)(i) tar-Regolament (UE) 2015/2365

Dejta tat-tranżazzjoni

Kollateral

Munita tal-prezz

Le

L-Artikolu 33(2)(a)(i) tar-Regolament (UE) 2015/2365

+ 24 xahar

Dejta tat-tranżazzjoni

Kollateral

Prezz għal kull unità

Le

L-Artikolu 33(2)(a)(i) tar-Regolament (UE) 2015/2365

+ 24 xahar

Dejta tat-tranżazzjoni

Kollateral

Valur tal-kollateral fis-suq

0,0005 %

L-Artikolu 33(2)(a)(i) tar-Regolament (UE) 2015/2365

+ 24 xahar

Dejta tat-tranżazzjoni

Kollateral

Haircut jew marġini

Sat-tielet tielet ċifra wara l-punt deċimali

L-Artikolu 33(2)(a)(i) tar-Regolament (UE) 2015/2365

Dejta tat-tranżazzjoni

Kollateral

Kwalità tal-kollateral

Le

L-Artikolu 33(2)(a)(i) tar-Regolament (UE) 2015/2365

Dejta tat-tranżazzjoni

Kollateral

Data tal-maturità tas-sigurtà

Le

L-Artikolu 33(2)(a)(i) tar-Regolament (UE) 2015/2365

Dejta tat-tranżazzjoni

Kollateral

Ġurisdizzjoni tal-emittent

Le

L-Artikolu 33(2)(a)(i) tar-Regolament (UE) 2015/2365

Dejta tat-tranżazzjoni

Kollateral

LEI tal-emittent

Le

L-Artikolu 33(2)(a)(i) tar-Regolament (UE) 2015/2365

Dejta tat-tranżazzjoni

Kollateral

Tip ta' kollateral

Le

L-Artikolu 33(2)(a)(i) tar-Regolament (UE) 2015/2365

Dejta tat-tranżazzjoni

Kollateral

Disponibbiltà għall-użu mill-ġdid tal-kollateral

Le

L-Artikolu 33(2)(a)(i) tar-Regolament (UE) 2015/2365

Dejta tat-tranżazzjoni

Kollateral

Identifikatur ta' baskett ta' kollateral

Le

L-Artikolu 33(2)(a)(i) tar-Regolament (UE) 2015/2365

Dejta tat-tranżazzjoni

Self

Livell

Le

L-Artikolu 33(2)(a)(i) tar-Regolament (UE) 2015/2365


Tabella 2

Raġunijiet għaċ-ċaħda ta' rapport tal-SFT

Kategoriji ta' ċaħda

Raġuni

Skema

l-SFT ġiet miċħuda minħabba li l-iskema mhix konformi

Permess

l-SFT ġiet miċħuda minħabba li l-entità li qed tissottometti r-rapport mhix permessa tirrapporta f'isem il-kontroparti li qed tirrapporta

Loġiku

l-SFT ġiet miċħuda minħabba t-tip ta' azzjoni għall-SFT mhuwiex loġikament korrett

Negozju

l-SFT ġiet miċħuda minħabba li l-SFT mhix konformi ma' validazzjoni waħda jew aktar tal-kontenut.


Tabella 3

Riżultati tal-proċess ta' rikonċiljazzjoni

Kategoriji ta' rikonċiljazzjoni

Rikonċiljazzjoni tal-valuri

Tip ta' rappurtar

Naħa waħda/Żewġ naħat

Rekwiżit ta' rappurtar taż-żewġ kontropartijiet

Iva/Le

Status tal-Ippariġġar

Ippariġġati/mhux ippariġġati

Status tar-rikonċiljazzjoni ta' self

Rikonċiljati/Mhux rikonċiljati

Status tar-rikonċiljazzjoni tal-kollateral

Rikonċiljati/Mhux rikonċiljati

Modifiki oħrajn

Iva/Le


ANNESS II

Tabella 1

Dejta pubblika

Tabella A. Aggregazzjoni

Data

TR

Tip ta' Aggregazzjoni

Tip ta' Ċentru

Sit tal-kontroparti li qed tirrapporta

Sit tal-kontroparti l-oħra li qed tirrapporta

Rikonċiljazzjoni

Tip ta' SFT

Ikklerjat

Metodu tat-trasferiment tal-kollateral

Indiċi użata bħala referenza (1)

Ammont aggregat misluf

Għadd aggregat ta' tranżazzjonijiet

Valur aggregat ta' kollateral

20161007

EU TR

Irrapportat

XXXX

ŻEE

ŻEE

Żewġ naħat, self rikonċiljat, kollateral mhux rikonċiljat

Repo

Iva

TTCA

 

 

Pendenti

XOFF

Mhux taż-ŻEE

Mhux taż-ŻEE

Żewġ naħat, self rikonċiljat, kollateral rikonċiljat

BSB/SBB

Le

SICA

 

 

ŻEE MIC

ŻEE fuq naħa unika, self rikonċiljat, kollateral rikonċiljat

Self u teħid ta' self ta' sigurtajiet jew komoditajiet

SIUR

 

 

Mhux taż-ŻEE MIC

Self marġinali

 

 

 


(1)  Għandha timtela' bl-indiċi rilevanti li hemm fil-Kaxxa 25 tat-Tabella 2 “Data tas-Self u l-Kollateral” tal-Anness I tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2019/363.