5.3.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 64/5 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/353
tal-4 ta' Marzu 2019
li jemenda għall-295 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da'esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da'esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a) u l-Artikolu 7a(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi skont dan ir-Regolament. |
(2) |
Fit-28 ta' Frar 2019, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill għas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jżid annotazzjoni waħda mal-lista tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet tiegħu li għalihom għandu japplika l-iffriżar tal-fondi u riżorsi finanzjarji. Għalhekk jenħtieġ li l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jiġi emendat skont dan. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Marzu 2019.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Il-Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija
ANNESS
Fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002, tiddaħħal l-entrata li ġejja taħt l-intestatura “Persuni naturali”:
“Hamza Usama Muhammad bin Laden. Data tat-twelid: 9.5.1989. Post tat-twelid: Jeddah, l-Arabja Sawdija. Nazzjonalità: Sawdija. Informazzjoni oħra: (a) Iben Usama bin Laden (mejjet); (b) Imħabbar minn Aiman Muhammed Rabi al-Zawahiri bħala membru uffiċjali ta' Al-Qaida. Talab lis-segwaċi tal-Al-Qaida jagħmlu attakki terroristiċi. Huwa meqjus bħala s-suċċessur l-aktar probabbli ta' al-Zawahiri. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 28.2.2019.”