4.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

LI 63/1


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/350

tal-4 ta' Marzu 2019

li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 tat-18 ta' Jannar 2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 442/2011 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 32(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-18 ta' Jannar 2012, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 36/2012.

(2)

Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni fis-Sirja, u meta jitqiesu l-ħatriet ministerjali u l-bidliet governattivi reċenti, jenħtieġ li jiżdiedu seba' persuni mal-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi soġġetti għal miżuri restrittivi fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012. L-informazzjoni relatata ma' tmien persuni li tinsab fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012 jenħtieġ li tiġi aġġornata.

(3)

Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 36/2012 jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012 huwa emendat kif indikat fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Marzu 2019.

Għall-Kunsill

Il-President

A. ANTON


(1)  ĠU L 16, 19.1.2012, p. 1.


ANNESS

I.   

Il-persuni li ġejjin jiżdiedu mal-lista li tinsab fit-taqsima A (Persuni) tal-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012:

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

“275.

Il-Maġġur Ġeneral Mohammad Khaled al-Rahmoun

Data tat-twelid: 1957; Post tat-twelid: Idleb;

Sess: raġel

Ministru għall-Intern.

Maħtur f'Novembru 2018.

4.3.2019

276.

Mohammad Rami Radwan Martini

Data tat-twelid: 1970; Post tat-twelid: Aleppo;

Sess: raġel

Ministru għat-Turiżmu.

Maħtur f'Novembru 2018.

4.3.2019

277.

Imad Muwaffaq al-Azab

Data tat-twelid: 1970; Post tat-twelid: Il-kampanja ta' Damasku;

Sess: raġel

Ministru għall-Edukazzjoni.

Maħtur f'Novembru 2018.

4.3.2019

278.

Bassam Bashir Ibrahim

Data tat-twelid: 1960; Post tat-twelid: Hama;

Sess: raġel

Ministru għall-Edukazzjoni Għolja.

Maħtur f'Novembru 2018.

4.3.2019

279.

Suhail Mohammad Abdullatif

Data tat-twelid: 1961; Post tat-twelid: Lattakia;

Sess: raġel

Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u d-Djar.

Maħtur f'Novembru 2018.

4.3.2019

280.

Iyad Mohammad al-Khatib

Data tat-twelid: 1974; Post tat-twelid: Damasku;

Sess: raġel

Ministru għall-Komunikazzjoni u t-Teknoloġija.

Maħtur f'Novembru 2018.

4.3.2019

281.

Mohammad Maen Zein-al-Abidin Jazba

Data tat-twelid: 1962; Post tat-twelid: Aleppo;

Sess: raġel

Ministru għall-Industrija.

Maħtur f'Novembru 2018.

4.3.2019”.

II.   

Fit-taqsima A (Persuni) tal-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012, l-entrati li ġejjin jinbidlu kif ġej:

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

“74.

Mohammad Walid Ghazal

Data tat-twelid: 1951; Post tat-twelid: Aleppo;

Sess: raġel

Ex-Ministru għad-Djar u l-Iżvilupp Urban. Bħala ex-Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

21.10.2014

107.

Mohammad Ibrahim Al-Sha'ar

Data tat-twelid: 1956; Post tat-twelid: Aleppo;

Sess: raġel

Ex-Ministru għall-Intern. Bħala ex-Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

1.12.2011

172.

Ali Hadar

Sess: raġel

Kap tal-Aġenzija Nazzjonali għar-Rikonċiljazzjoni u ex-Ministru tal-Istat għall-Affarijiet Nazzjonali ta' Rikonċiljazzjoni. Bħala ex-Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

16.10.2012

188.

Bishr Riyad Yazigi

Data tat-twelid: 1972;

Sess: raġel

Ex-Ministru għat-Turiżmu. Bħala ex-Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

24.6.2014

190.

Hussein Arnous (magħruf ukoll bħala Arnus)

Data tat-twelid: 1953;

Sess: raġel

Ministru għar-Riżorsi tal-Ilma. Bħala Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

24.6.2014

213.

Bishr al-Sabban (magħruf ukoll bħala Mohammed Bishr Al-Sabban; Bishr Mazin Al-Sabban)

Sess: raġel

Ex-Gvernatur ta' Damasku, li nħatar minn, u hu assoċjat ma', Bashar al-Assad. Jappoġġa lir-reġim u huwa responsabbli għar-repressjoni vjolenti kontra l-popolazzjoni ċivili fis-Sirja, inkluż it-twettiq ta' prattiki diskriminatorji kontra komunitajiet Sunniti fil-belt kapitali.

28.10.2016.

217.

Atef Naddaf

Data tat-twelid: 1956; Post tat-twelid: Il-kampanja ta' Damasku;

Sess: raġel

Ministru għall-Kummerċ Intern u l-Protezzjoni tal-Konsumatur.

Maħtur f'Novembru 2018.

14.11.2016

219.

Ali Al-Zafir

Data tat-twelid: 1962; Post tat-twelid: Tartous;

Sess: raġel

Ex-Ministru għall-Komunikazzjoni u t-Teknoloġija. Bħala ex-Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

14.11.2016”.