25.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 23/19


REGOLAMENT (UE) 2019/113 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tas-7 ta' Diċembru 2018

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1333/2014 dwar l-istatistika tas-swieq monetarji (BĊE/2018/33)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikolu 5 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98 tat-23 ta' Novembru 1998 (1) dwar il-ġbir ta' tagħrif statistiku mill-Bank Ċentrali Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikoli 5(1) u 6(4) tiegħu,

Wara li kkonsulta mal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 1333/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2014/48) (2) jeħtieġ ir-rapportar ta' dejta statistika mill-aġenti li jirrapportaw sabiex is-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali (SEBĊ), fil-qadi ta' dmirijietha, tkun tista' tipproduċi statistika dwar is-suq monetarju tal-euro.

(2)

Biex tiġi żgurata d-disponibbiltà ta' statistika ta' kwalità għolja dwar is-suq monetarju tal-euro, jenħtieġ li jiġu emendati ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 1333/2014 (BĊE/2014/48). B'mod partikolari, huwa importanti li jiġi żgurat li l-aġenti li jirrapportaw lill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) jew lill-bank ċentrali nazzjonali (BĊN) rilevanti dwar it-tranżazzjonijiet kollha konklużi bejn l-aġent li jirrapporta u l-korporazzjonijiet finanzjarji (ħlief għal tranżazzjonijiet ma' banek ċentrali li ma jsirux għal skopijiet ta' investiment), kif ukoll gvern ġenerali u ċerti korporazzjonijiet mhux finanzjarji. Barra minn hekk, jenħtieġ li jiġi żgurat li l-ġbir tad-dejta jibbenefika mill-użu obbligatorju estiż tal-Identifikatur tal-Entità Legali (LEI) fir-rapportar fl-Unjoni.

(3)

Minħabba l-importanza li tiġi żgurata d-disponibbiltà ta' statistika tempestiva dwar is-suq monetarju tal-euro, jenħtieġ ukoll li jiġu armonizzati u msaħħa l-obbligi tal-aġenti li jirrapportaw li jittrażmettu informazzjoni lill-BĊNi jew lill-BĊE fil-ħin.

(4)

Għandhom jittieħdu prekawzjonijiet sabiex jiġi żgurat li l-informazzjoni statistika tinġabar, tiġi kkompilata u trażmessa mill-aġenti li jirrapportaw b'mod li jipproteġi l-integrità tal-informazzjoni. B'mod partikolari, huwa importanti li jiġi enfasizzat li l-informazzjoni statistika li jirċievu l-BĊNi jew il-BĊE għandha tkun imparzjali, jiġifieri rappreżentazzjoni newtrali ta' tranżazzjonijiet osservabbli konklużi f'kundizzjonijiet ta' kompetizzjoni ġusta mill-aġent li jirrapporta, oġġettiva u affidabbli, sabiex tikkonforma mal-prinċipji ġenerali fl-Impenn Pubbliku tas-SEBĊ dwar l-Istatistika Ewropea (3). Barra minn hekk, l-aġenti li jirrapportaw għandhom jiżguraw li kwalunkwe żball li jiskopru fl-informazzjoni statistika rrapportata jiġi kkoreġut u kkomunikat lill-BĊE u lill-BĊN relevanti fl-iqsar żmien possibbli.

(5)

L-implimentazzjoni ta' dawn id-dispożizzjonijiet se tiżgura li s-SEBĊ ikollha informazzjoni statistika aktar f'waqtha, komprensiva, dettaljata, armonizzata u affidabbli dwar is-suq monetarju tal-euro, li għandha tippermetti analiżi aktar fil-fond tal-mekkaniżmu ta' trażmissjoni tal-politika monetarja. Barra minn hekk, id-dejta miġbura tista' tintuża għall-iżvilupp u l-amministrazzjoni ta' rata tal-imgħax mil-lum għall-għada mhux iggarantita.

(6)

Għaldaqstant, ir-Regolament (UE) Nru 1333/2014 (BĊE/2014/48) għandu jkun emendat kif xieraq,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi

Ir-Regolament (UE) Nru 1333/2014 (BĊE/2014/48) hu emendat kif ġej:

1.

L-Artikolu 1 hu emendat kif ġej:

(a)

Jiddaħħal il-punt (5a) li ġej:

“(5a)

“korporazzjonijiet finanzjarji” tfisser unitajiet istituzzjonali li huma entitajiet legali u produtturi tas-suq indipendenti, u li l-attività ewlenija tagħhom hija l-produzzjoni ta' servizzi finanzjarji kif stipulat fis-Sistema Ewropea riveduta tal-Kontijiet (ESA 2010) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 549/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1);

(*1)  Ir-Regolament (UE) Nru 549/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar is-sistema Ewropea tal-kontijiet nazzjonali u reġjonali fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 174, 26.6.2013, p. 1).”;"

(b)

jitħassru l-punti (3) sa (5);

(c)

il-punt 9 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(9)

“statistiċi dwar is-suq monetarju” tfisser statistiċi marbutin ma' tranżazzjonijiet iggarantiti, mhux iggarantiti u derivattivi fi strumenti tas-suq monetarju konklużi fil-perjodu ta' rapportar rilevanti bejn aġenti li jirrapportaw u korporazzjonijiet finanzjarji (ħlief banek ċentrali meta t-tranżazzjoni ma tkunx għal skopijiet ta' investiment), gvern ġenerali, jew korporazzjonijiet mhux finanzjarji kklassifikati bħala ‘grossisti’ skont il-Qafas ta' Basel III dwar l-LCR, iżda esklużi tranżazzjonijiet intragrupp;”;

(d)

il-punt (14) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(14)

“popolazzjoni ta' referenza li tirrapporta” tfisser MFIs residenti fiż-żona tal-euro, għajr banek ċentrali u MMFs, li jieħdu depożiti ddenominati fl-euro u/jew joħorġu kwalunkwe strument ieħor tad-dejn u/jew jagħtu self iddenominat fl-euro kif elenkat fl-Annessi I, II jew III minn/lil korporazzjonijiet finanzjarji oħrajn, il-gvern ġenerali, jew korporazzjonijiet mhux finanzjarji;”;

(e)

jiddaħħal il-punt (20a) li ġej:

“(20a)

“istituzzjoni ta' kreditu” għandha l-istess tifsira kif iddefinita fil-punt (1) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*2);

(*2)  Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).”;"

(f)

il-punt (25) huwa ssostitwit b'dan li ġej:

“(25)

“swap tal-indiċi matul il-lejl” jew (OIS) tfisser swap tar-rata tal-imgħax fejn ir-rata tal-imgħax varjabbli perjodika tkun daqs il-medja ġeometrika ta' rata matul il-lejl (jew ir-rata tal-indiċi matul il-lejl) fuq terminu speċifikat. Il-pagament finali jiġi kkalkolat bħala d-differenza bejn ir-rata tal-imgħax fissa u r-rata matul il-lejl komposta rreġistrata tul il-ħajja tal-OIS applikata għall-ammont nominali tat-tranżazzjoni.;”;

2.

L-Artikolu 3 hu emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.   Għall-finijiet tal-produzzjoni regolari tal-istatistiċi dwar is-suq monetarju, l-aġenti li jirrapportaw għandhom jirrapportaw lill-BĊN tal-Istat Membru fejn huma residenti fuq bażi kkonsolidata, inklużi l-friegħi kollha tagħhom li jinsabu fl-Unjoni u l-EFTA, informazzjoni statistika ta' kuljum marbuta mal-istrumenti tas-suq monetarju. L-informazzjoni statistika meħtieġa hija speċifikata fl-Annessi I, II u III. L-aġenti li jirrapportaw għandhom jirrapportaw l-informazzjoni statistika meħtieġa skont l-istandards minimi għat-trażmissjoni, il-preċiżjoni, il-konformità mal-kunċetti, ir-reviżjonijiet u l-integrità tad-data stipulati fl-Anness IV. Il-BĊN għandu jittrażmetti l-informazzjoni statistika li jirċievi mingħand l-aġenti li jirrapportaw skont l-Artikolu 4(2) ta' dan ir-Regolament.”;

(b)

il-paragrafu 2 huwa ssostitwit b'dan li ġej:

“2.   Il-BĊNi għandom jiddefinixxu u jimplimentaw l-arranġamenti tar-rapportar li l-aġenti li jirrapportaw iridu jsegwu b'rabta mal-istrumenti tas-suq monetarju. Dawn l-arranġamenti tar-rapportar għandhom jiżguraw il-forniment tal-informazzjoni statistika meħtieġa u jippermettu li jiġi vverifikat l-issodisfar tal-istandards minimi kif stipulat fl-Anness IV.”;

(c)

il-paragrafu 5 huwa ssostitwit b'dan li ġej:

“5.   Il-BĊNi għandhom jiddefinixxu u jimplimentaw l-arranġamenti tar-rapportar li jridu jiġu segwiti mill-aġenti li jirrapportaw addizzjonali skont ir-rekwiżiti nazzjonali tagħhom ta' rapportar statistiku. Il-BĊNi għandhom jiżguraw li l-arranġamenti nazzjonali tar-rapportar jeżiġu aġenti li jirrapportaw addizzjonali sabiex jikkonformaw ma' rekwiżiti li huma ekwivalenti għall-Artikoli 6 sa 8, 10(3), 11 u 12 ta' dan ir-Regolament. Il-BĊNi għandhom jiżguraw li dawn l-arranġamenti tar-rapportar jipprovdu l-informazzjoni statistika meħtieġa u jippermettu li ssir verifika preċiża tal-issodisfar tal-istandards minimi kif stipulat fl-Anness IV.”;

3.

L-Artikolu 4 hu emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa ssostitwit b'dan li ġej:

“1.   F'każ li BĊN jiddeċiedi skont l-Artikolu 3(3) li l-aġenti li jirrapportaw għandhom jirrapportaw l-informazzjoni statistika speċifikata fl-Annessi I, II, III direttament lill-BĊE, l-aġenti li jirrapportaw għandhom jibagħtu dik l-informazzjoni lill-BĊE darba kuljum bejn is-6 p.m. fid-data tan-negozju u s-7 a.m. Ħin tal-Ewropa Ċentrali (CET) (*3) fl-ewwel jum tas-saldu ta' TARGET2 wara l-ġurnata tan-negozjar.

(*3)  is-CET jieħu inkunsiderazzjoni l-bidla fil-Ħin tas-Sajf tal-Ewropa Ċentrali.”;"

(b)

il-paragrafu 2 huwa ssostitwit b'dan li ġej:

“2.   Fi kwalunkwe każ ieħor li ma jaqax taħt il-paragrafu 1, il-BĊNi għandhom jibagħtu lill-BĊE l-informazzjoni statistika ta' kuljum dwar is-suq monetarju, kif speċifikat fl-Annessi I, II u III, li jirċievu mingħand l-aġenti li jirrapportaw skont l-Artikolu 2(2), (3) u (4), jew minn aġenti addizzjonali li jirrapportaw magħżula skont l-Artikolu 2(6), darba kuljum qabel is-7 a.m. CET fl-ewwel jum tas-saldu ta' TARGET2 wara l-ġurnata tan-negozjar”;

(c)

jiżdied il-paragrafu 5 li ġej:

“5.   Meta jiġi evalwat jekk aġent li jirrapporta ssodisfax ir-rekwiżiti taħt dan l-Artikolu, il-ksur ta' xi wieħed mill-istandards minimi għat-trażmissjoni stipulati f'(i) sa (ii) tal-ewwel paragrafu tal-Anness IV għandu jikkostitwixxi każ ta' nonkonformità tal-istess tip ta' rekwiżit ta' rapportar għall-finijiet tal-istabbiliment ta' nonkonformità fil-qafas tan-nonkonformità statistika tal-BĊE.”;

4.

Jitħassar l-Artikolu 5.

5.

L-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 1333/2014 (BĊE/2014/48) jiġi sostitwit bit-test stipulat fl-Anness I għal dan ir-Regolament.

6.

L-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 1333/2014 (BĊE/2014/48) jiġi sostitwit bit-test stipulat fl-Anness II għal dan ir-Regolament.

7.

L-Anness III għar-Regolament (UE) Nru 1333/2014 (BĊE/2014/48) jiġi sostitwit bit-test stipulat fl-Anness III għal dan ir-Regolament.

8.

L-Anness IV għar-Regolament (UE) Nru 1333/2014 (BĊE/2014/48) jiġi sostitwit bit-test stipulat fl-Anness IV għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dispożizzjonijiet finali

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu jidħol fis-seħħ fil-15 ta' Marzu 2019.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri f'konformità mat-Trattati.

Magħmul fi Frankfurt am Main, is-7 ta' Diċembru 2018.

Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  ĠU L 318, 27.11.1998, p. 8.

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 1333/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-26 ta' Novembru 2014 dwar l-istatistika tas-swieq monetarji (ECB/2014/48) (ĠU L 359, 16.12.2014, p. 97).

(3)  Disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-BĊE fl-indirizz www.ecb.europa.eu


ANNESS I

“ANNESS I

Skema ta' rapportar għal statistiċi dwar is-suq monetarju marbutin ma' tranżazzjonijiet iggarantiti

PARTI 1

TIP TA' STRUMENTI

L-aġenti li jirrapportaw għandhom jirrapportaw lill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) jew lill-bank ċentrali nazzjonali (BĊN) relevanti kull ftehim ta' riakkwist u kull tranżazzjoni konkluż skont dawn, inklużi tranżazzjonijiet repo bi tliet partijiet, li huma ddenominati f'euro b'maturità li tasal sa u tinkludi sena (iddefiniti bħala tranżazzjonijiet b'data ta' maturità ta' mhux iktar minn 397 jum wara d-data tas-saldu) bejn l-aġent li jirrapporta u korporazzjonijiet finanzjarji (ħlief għal banek ċentrali fejn it-tranżazzjoni mhijiex għal skopijiet ta' investiment), il-gvern ġenerali, jew korporazzjonijiet mhux finanzjarji kklassifikati bħala “grossisti” skont il-qafas ta' Basel III dwar l-LCR. It-tranżazzjonijiet intragrupp għandhom ikunu esklużi.

PARTI 2

TIP TA' DEJTA

1.

Tip ta' dejta bbażata fuq it-tranżazzjoni (*1) li trid tiġi rrapportata għal kull tranżazzjoni:

Qasam

Deskrizzjoni tad-dejta

Opzjoni alternattiva ta' rapportar (jekk teżisti) u kwalifiki oħrajn

Status tat-tranżazzjoni rrapportata

Dan l-attribut jispeċifika jekk it-tranżazzjoni hijiex tranżazzjoni ġdida, emenda ta' tranżazzjoni rrapportata qabel, kanċellazzjoni jew korrelazzjoni ta' tranżazzjoni rrapportata qabel.

 

Status ta' novazzjoni

Dan l-attribut jispeċifika jekk tranżazzjoni hijiex novazzjoni.

 

Identifikatur uniku tat-tranżazzjoni

Il-kodiċi uniku li jippermetti li tiġi identifikata tranżazzjoni fis-segment tas-suq rispettiv.

Ir-rapportar ta' dan il-qasam huwa meħtieġ jekk disponibbli.

Identifikazzjoni proprjetarja ta' tranżazzjoni

L-identifikatur uniku intern tat-tranżazzjoni użat mill-aġent li jirrapporta għal kull tranżazzjoni. L-identifikatur proprjetarju ta' tranżazzjoni huwa uniku għal kwalunkwe tranżazzjoni rrapportata għal kull segment tas-suq monetarju u għal kull aġent li jirrapporta.

 

Identifikazzjoni proprjetarja ta' tranżazzjoni relatata

L-identifikatur uniku intern tat-tranżazzjoni użat mill-aġent li jirrapporta għan-negozju inizjali li sussegwentement ġie nnovat.

Ir-rapportar ta' dan il-qasam huwa obbligatorju fejn applikabbli.

Identifikazzjoni proprjetarja ta' tranżazzjoni tal-kontroparti

L-Identifikazzjoni proprjetarja ta' tranżazzjoni assenjata mill-kontroparti tal-aġent li jirrapporta lill-istess tranżazzjoni.

Ir-rapportar ta' dan il-qasam huwa meħtieġ jekk disponibbli.

Identifikazzjoni tal-kontroparti

Kodiċi ta' identifikazzjoni użat biex tiġi rikonoxxuta l-kontroparti tal-aġent li jirrapporta għat-tranżazzjoni rrapportata.

Il-kodiċi tal-Identifikatur tal-Entità Legali (LEI) irid jintuża f'kull ċirkustanza fejn il-kontroparti tkun ġiet assenjata tali identifikatur. Is-settur tal-kontroparti u s-sit tal-kontroparti għandhom jiġu rrapportati jekk ma jiġix assenjat kodiċi LEI.

Settur tal-kontroparti

Is-settur istituzzjonali tal-kontroparti.

Obbligatorju jekk ma tingħatax l-identifikazzjoni tal-kontroparti.

Sit tal-kontroparti

Il-kodiċi tal-pajjiż tal-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni (ISO) tal-pajjiż fejn hija inkorporata l-kontroparti.

Obbligatorju jekk ma tingħatax l-identifikazzjoni tal-kontroparti.

Identifikazzjoni tal-aġent bi tliet partijiet

L-identifikatur tal-kontroparti tal-aġent bi tliet partijiet.

Ir-rapportar ta' dan il-qasam huwa meħtieġ għat-tranżazzjonijiet bi tliet partijiet.

Il-kodiċi tal-Identifikatur tal-Entità Legali (LEI) irid jintuża f'kull ċirkustanza fejn il-kontroparti tkun ġiet assenjata tali identifikatur.

Data ta' rapportar

Id-data u l-ħin tal-bidu u tat-tmiem tal-perjodu li għalih tirreferi d-dejta dwar it-tranżazzjoni fil-fajl.

 

Kronogramma elettronika

Il-ħin meta tiġi konkluża jew irreġistrata tranżazzjoni.

 

Data tan-negozju

Id-data li fiha l-partijiet iwettqu t-tranżazzjoni finanzjarja.

 

Data tas-saldu

Id-data li fiha l-flus inizjalment jibdlu l-idejn għall-assi kif miftiehem fil-kuntratt.

Fil-każ ta' rifinanzjament ta' tranżazzjonijiet ta' riakkwist fuq bażi miftuħa, anki jekk l-ebda flus ma jibdlu l-idejn.

Data tal-maturità

Id-data tar-riakkwist, jiġifieri d-data li fiha l-flus huma mistennija li jitħallsu lura jew jidħlu bi skambju għall-assi mirhun jew riċevut bħala kollateral.

 

Tip ta' tranżazzjoni

Dan l-attribut jispeċifika jekk it-tranżazzjoni hijiex għat-teħid jew għall-għoti b'self ta' flus.

 

Ammont nominali tat-tranżazzjoni

L-ammont f'euro inizjalment meħud jew mogħti b'self.

 

Tip ta' rata

Biex jiġi identifikat jekk l-istrument għandux rata fissa jew varjabbli.

 

Rata tan-negozju

Ir-rata tal-imgħax mogħtija skont il-konvenzjoni dwar is-swieq monetarji ACT/360 li biha ġie konkluż il-ftehim ta' riakkwist u li biha l-ammont ta' flus misluf huwa remunerat.

Ir-rapportar ta' dan il-qasam huwa meħtieġ għall-istrumenti b'rata fissa biss.

Indiċi tar-rata ta' referenza

In-Numru Internazzjonali għall-Identifikazzjoni tat-Titoli (ISIN) tar-rata ta' referenza sottostanti li fuq il-bażi tagħha huma kkalkulati l-pagamenti perjodiċi tal-imgħax.

Ir-rapportar ta' dan il-qasam huwa meħtieġ għall-istrumenti b'rata varjabbli biss.

Firxa tal-punti bażi

In-numru ta' punti bażi miżjudin mar-rata ta' referenza sottostanti (jekk pożittiva) jew imnaqqsin minnha (jekk negattiva) biex tiġi kkalkolata r-rata tal-imgħax attwali applikabbli għal perjodu partikolari mal-ħruġ tal-istrument b'rata varjabbli.

Ir-rapportar ta' dan il-qasam huwa meħtieġ għall-istrumenti b'rata varjabbli biss.

ISIN tal-kollateral

L-ISIN tal-assi kollateralizzat.

Ir-rapportar ta' dan il-qasam huwa fakultattiv għal ftehimiet ta' riakkwist bi tliet partijiet li ma jsirux fuq basket ta' titoli li għalih jeżisti ISIN ġeneriku, jew tipi ta' kollateral li għalihom ebda ISIN ma huwa disponibbli.

Kull meta l-ISIN tal-assi kollateralizzat ma jkunx ipprovdut, it-tip ta' kollateral, is-settur tal-emittent tal-kollateral u l-aggregazzjoni tal-kollateral iridu jiġu pprovduti.

Aggregazzjoni ta' kollateral

Biex jiġi indikat jekk l-assi mirhun bħala kollateral huwiex aggregazzjoni ta' kollateral.

 

Tip ta' kollateral

Biex tiġi identifikata l-klassi tal-assi mirhun bħala kollateral.

Obbligatorju jekk ma jiġix ipprovdut l-ISIN.

Settur tal-emittent tal-kollateral

Is-settur istituzzjonali tal-emittent tal-kollateral.

Obbligatorju jekk ma jiġix ipprovdut l-ISIN tal-kollateral.

Indikatur speċjali tal-kollateral

Sabiex jiġu identifikati l-ftehimiet kollha ta' riakkwist mwettqa kontra kollateral ġenerali u dawk imwettqa kontra kollateral speċjali.

Għandu jiġi pprovdut biss jekk dan ikun fattibbli għall-aġent li jirrapporta.

Ammont nominali kollaterali

L-ammont nominali, f'euro, tal-assi mirhuna bħala kollateral.

Fakultattiv għar-riakkwisti bi tliet partijiet u għal kwalunkwe tranżazzjoni li fiha l-assi mirhuna mhumiex identifikati permezz ta' ISIN.

Haircut kollaterali

Miżura ta' kontroll tar-riskju applikata għal kollateral sottostanti li permezz tagħha l-valur tal-kollateral sottostanti jiġi kkalkulat bħala l-valur tas-suq tal-assi mnaqqas b'ċertu perċentwal (haircut).

Ir-rapportar ta' dan il-qasam huwa meħtieġ biss għal tranżazzjonijiet ta' kollateral individwali, inkella huwa fakultattiv.

2.

Livell minimu ta' materjalità:

Tranżazzjonijiet imwettqa ma' korporazzjonijiet mhux finanzjarji għandhom jiġu rrapportati biss meta jitwettqu ma' korporazzjonijiet mhux finanzjarji kklassifikati bħala “grossisti” skont il-Qafas ta' Basel III dwar l-LCR (*2).


(*1)  L-istandards ta' rapportar elettroniku u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għad-data huma stipulati b'mod separat. Dawn huma disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-BĊE fuq www.ecb.europa.eu.

(*2)  Ara “Basel III: Il-proporzjon tal-kopertura tal-likwidità u l-għodda ta' monitoraġġ tar-riskju ta' likwidità”, il-Kumitat ta' Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja, Jannar 2013, pp. 23 sa 27, disponibbli fuq is-sit web tal-Bank għall-Ħlasijiet Internazzjonali fl-indirizz: www.bis.org.


ANNESS II

“ANNESS II

Skema ta' rapportar għal statistiċi dwar is-suq monetarju marbutin ma' tranżazzjonijiet mhux iggarantiti

PARTI 1

TIP TA' STRUMENTI

1.

L-aġenti li jirrapportaw għandhom jirrapportaw lill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) jew lill-bank ċentrali nazzjonali relevanti (BĊN):

(a)

kull self li juża l-istrumenti ddefiniti fit-tabella hawn isfel, li huma ddenominati f'euro b'maturità li tasal sa u tinkludi sena (iddefiniti bħala tranżazzjonijiet b'data ta' maturità ta' mhux iktar minn 397 jum wara d-data tas-saldu), tal-aġent li jirrapporta minn korporazzjonijiet finanzjarji (ħlief għal banek ċentrali fejn it-tranżazzjoni mhijiex għal skopijiet ta' investiment), il-gvern ġenerali, jew korporazzjonijiet mhux finanzjarji kklassifikati bħala grossisti skont il-Qafas ta' Basel III dwar l-LCR;

(b)

kull tranżazzjoni ta' self iddenominata f'euro lil istituzzjonijiet ta' kreditu oħrajn b'maturità li tasal sa u tinkludi sena (iddefiniti bħala tranżazzjonijiet b'data ta' maturità ta' mhux iktar minn 397 jum wara d-data tas-saldu) permezz ta' depożiti mhux iggarantiti jew kontijiet ta' sejħa, jew permezz tax-xiri mill-istituzzjonijiet ta' kreditu emittenti ta' karta kummerċjali, ċertifikati ta' depożitu, noti ta' rati varjabbli u titoli ta' dejn oħrajn b'maturità sa sena.

Għall-finijiet tal-paragrafi 1(a) u (b) hawn fuq, it-tranżazzjonijiet intragrupp għandhom ikunu esklużi.

2.

It-tabella hawn isfel tipprovdi deskrizzjoni standard iddettaljata tal-kategoriji ta' strumenti għal tranżazzjonijiet li l-aġenti li jirrapportaw huma meħtieġa jirrapportaw lill-BĊE. F'każ li l-aġenti li jirrapportaw ikunu meħtieġa jirrapportaw it-tranżazzjonijiet lill-BĊN tagħhom, il-BĊN relevanti għandhom jittrasponu dawk id-deskrizzjonijiet ta' kategoriji ta' strumenti fil-livell nazzjonali skont dan ir-Regolament.

Tip ta' strument

Deskrizzjoni

Depożiti

Depożiti mhux iggarantiti li jagħtu l-imgħax (inklużi l-kontijiet tas-sejħiet iżda esklużi kontijiet kurrenti) li jew ikunu jistgħu jinfdew b'avviż jew ikollhom maturità ta' mhux aktar minn sena, jiġifieri sa 397 jum wara d-data tas-saldu u li jew jittieħdu (b'self) jew inkella jitqiegħdu (jingħataw b'self) mill-aġent li jirrapporta.

Kont ta' sejħiet/self b'avviż ta' jum

Kontijiet ta' flus kontanti b'bidliet ta' kuljum fir-rata tal-imgħax applikabbli, li jagħtu lok għal ħlasijiet ta' imgħaxijiet jew kalkoli f'intervalli regolari, u perjodu ta' notifika biex jinġibdu flus.

Kont ta' tfaddil b'perjodu ta' notifika biex jinġibdu flus.

Ċertifikat ta' depożitu

Strument ta' dejn b'rata fissa f'forma negozjabbli jew mhux negozjabbli maħruġ minn MFI li jagħti jedd lid-detentur għal rata ta' imgħax fissa speċifika fuq terminu fiss iddefinit sa sena, jiġifieri sa 397 jum wara d-data tas-saldu, li jkun jagħti l-imgħax jew ikun skontat.

Karta kummerċjali

Strument ta' dejn mhux iggarantit maħruġ minn MFI li jkollu maturità ta' mhux aktar minn sena, jiġifieri sa 397 jum wara d-data tas-saldu, li jkun jagħti l-imgħax jew ikun skontat.

Karta kummerċjali ggarantita b'assi

Strument ta' dejn maħruġ minn MFI li jkollu maturità ta' mhux aktar minn sena, jiġifieri sa 397 jum wara d-data tas-saldu, li jkun jagħti l-imgħax jew ikun skontat u li jkun garantit b'xi forma ta' kollateral.

Nota ta' rata varjabbli

Strument ta' dejn li fih il-ħlasijiet perjodiċi ta' imgħax ikunu kkalkulati fuq il-bażi tal-valur, jiġifieri permezz tal-iffissar ta' rata ta' referenza sottostanti bħar-rata interbankarja offruta f'euro (Euribor), f'dati predefiniti magħrufa bħala dati tal-iffissar, u li jkollu maturità ta' mhux aktar minn sena, jiġifieri sa 397 jum wara d-data tas-saldu.

Titoli ta' dejn oħrajn b'terminu qasir

Titoli mhux subordinati, għajr ekwità, b'maturità sa sena, jiġifieri sa 397 jum wara d-data tas-saldu, maħruġa minn aġenti li jirrapportaw, li huma strumenti li normalment jistgħu jiġu nnegozjati u kkummerċjalizzati fi swieq sekondarji jew li jistgħu jiġu paċuti fis-suq u li ma jagħtu lis-sid ebda dritt ta' proprjetà fuq l-istituzzjoni emittenti. Din il-partita tinkludi:

(a)

titoli li jagħtu lid-detentur id-dritt mingħajr kundizzjoni għal qligħ fiss jew qligħ stabbilit b'kuntratt fil-forma ta' ħlasijiet ta' kupuni u/jew ta' somma fissa stabbilita minn qabel f'data speċifika (jew dati speċifiċi) jew li tibda minn data stabbilita fil-ħin tal-ħruġ;

(b)

strumenti li mhumiex negozjabbli maħruġa minn aġenti li jirrapportaw li sussegwentement isiru negozjabbli u li għandhom ikunu kklassifikati mill-ġdid bħala “titoli ta' dejn”.

PARTI 2

TIP TA' DEJTA

1.

Tip ta' dejta bbażata fuq it-tranżazzjoni (*1) li trid tiġi rrapportata għal kull tranżazzjoni:

Qasam

Deskrizzjoni tad-dejta

Opzjoni alternattiva ta' rapportar (jekk teżisti) u kwalifiki addizzjonali

Status tat-tranżazzjoni rrapportata

Dan l-attribut jispeċifika jekk it-tranżazzjoni hijiex tranżazzjoni ġdida, emenda ta' tranżazzjoni rrapportata qabel, kanċellazzjoni jew korrelazzjoni ta' tranżazzjoni rrapportata qabel.

 

Status ta' novazzjoni

Dan l-attribut jispeċifika jekk tranżazzjoni hijiex novazzjoni.

 

Identifikatur uniku tat-tranżazzjoni

Il-kodiċi uniku li jippermetti li tiġi identifikata tranżazzjoni fis-segment tas-suq rispettiv.

Ir-rapportar ta' dan il-qasam huwa meħtieġ jekk disponibbli.

Identifikazzjoni proprjetarja ta' tranżazzjoni

L-identifikatur uniku intern tat-tranżazzjoni użat mill-aġent li jirrapporta għal kull tranżazzjoni. L-Identifikazzjoni proprjetarja ta' tranżazzjoni hija unika għal kwalunkwe tranżazzjoni rrapportata għal kull segment tas-suq monetarju u għal kull aġent li jirrapporta.

 

Identifikazzjoni proprjetarja ta' tranżazzjoni relatata

L-identifikatur uniku intern tat-tranżazzjoni użat mill-aġent li jirrapporta għan-negozju inizjali li sussegwentement ġie nnovat.

Ir-rapportar ta' dan il-qasam huwa obbligatorju fejn applikabbli.

Identifikazzjoni proprjetarja ta' tranżazzjoni tal-kontroparti

L-Identifikazzjoni proprjetarja ta' tranżazzjoni assenjata mill-kontroparti tal-aġent li jirrapporta lill-istess tranżazzjoni.

Ir-rapportar ta' dan il-qasam huwa meħtieġ jekk disponibbli.

Identifikazzjoni tal-kontroparti

Kodiċi ta' identifikazzjoni użat biex tiġi rikonoxxuta l-kontroparti tal-aġent li jirrapporta għat-tranżazzjoni rrapportata.

Il-kodiċi tal-Identifikatur tal-Entità Legali (LEI) irid jintuża f'kull ċirkustanza fejn il-kontroparti tkun ġiet assenjata tali identifikatur. Is-settur tal-kontroparti u s-sit tal-kontroparti għandhom jiġu rrapportati jekk ma jiġix assenjat kodiċi LEI.

Settur tal-kontroparti

Is-settur istituzzjonali tal-kontroparti.

Obbligatorju jekk ma tingħatax l-identifikazzjoni tal-kontroparti.

Sit tal-kontroparti

Il-kodiċi tal-pajjiż tal-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni (ISO) tal-pajjiż fejn hija inkorporata l-kontroparti.

Obbligatorju jekk ma tingħatax l-identifikazzjoni tal-kontroparti.

Data ta' rapportar

Id-data u l-ħin tal-bidu u tat-tmiem tal-perjodu li għalih tirreferi d-dejta dwar it-tranżazzjoni fil-fajl.

 

Kronogramma elettronika

Il-ħin meta tiġi konkluża jew irreġistrata tranżazzjoni.

 

Data tan-negozju

Id-data li fiha l-partijiet iwettqu t-tranżazzjoni finanzjarja rrapportata.

 

Data tas-saldu

Id-data li fiha l-ammont ta' flus jibdel l-idejn bejn il-kontropartijiet jew li fiha jiġi saldat ix-xiri jew il-bejgħ ta' strument ta' dejn.

Fil-każ ta' kontijiet ta' sejħa u għoti/teħid b'self mhux iggarantit ieħor mifdi b'notifika, id-data li fiha jiġi rrifinanzjat id-depożitu (jiġifieri li fiha kien jitħallas lura li kieku ġie eżerċitat/ma ġiex rifinanzjat).

Data tal-maturità

Id-data li fiha l-ammont ta' flus huwa mistenni li jitħallas lura mill-mutwatarju jew li fiha strument ta' dejn jimmatura u huwa mistenni li jitħallas lura.

 

Tip ta' strument

L-istrument li permezz tiegħu jsir it-teħid jew l-għoti b'self.

 

Tip ta' tranżazzjoni

Dan l-attribut jispeċifika jekk it-tranżazzjoni hijiex teħid jew għoti b'self ta' flus.

 

Ammont nominali tat-tranżazzjoni

L-ammont ta' flus f'euro mogħti jew meħud b'self fuq depożiti. Fil-każ ta' titoli ta' dejn, huwa l-ammont nominali tat-titoli maħruġa/mixtrija.

 

Prezz tan-negozju tat-tranżazzjoni

Il-prezz maħmuġ (jiġifieri l-prezz li jinkludi kwalunkwe imgħax akkumulat) li bih it-titolu jinħareġ jew jiġi nnegozjat f'punti perċentwali.

Għandu jiġi rrapportat bħala 100 għal depożiti mhux garantiti.

Tip ta' rata

Biex jiġi identifikat jekk l-istrument għandux rata fissa jew varjabbli.

 

Rata tan-negozju

Ir-rata tal-imgħax mogħtija skont il-konvenzjoni dwar is-swieq monetarji ACT/360 li biha ġie konkluż id-depożitu u li biha l-ammont ta' flus misluf huwa remunerat. Fil-każ ta' strumenti ta' dejn, din hija r-rata effettiva tal-imgħax, mogħtija skont il-konvenzjoni dwar is-swieq monetarji ACT/360, li biha nħareġ jew inxtara l-istrument.

Ir-rapportar ta' dan il-qasam huwa meħtieġ għall-istrumenti b'rata fissa biss.

Indiċi tar-rata ta' referenza

In-Numru Internazzjonali għall-Identifikazzjoni tat-Titoli (ISIN) tar-rata ta' referenza sottostanti li fuq il-bażi tagħha huma kkalkulati l-pagamenti perjodiċi tal-imgħax.

Ir-rapportar ta' dan il-qasam huwa meħtieġ għall-istrumenti b'rata varjabbli biss.

Firxa tal-punti bażi

In-numru ta' punti bażi miżjudin mal-indiċi tar-rata ta' referenza sottostanti (jekk pożittiv) jew imnaqqsin minnu (jekk negattiv) biex tiġi kkalkolata r-rata tal-imgħax attwali applikabbli għal perjodu partikolari mal-ħruġ tal-istrument b'rata varjabbli.

Ir-rapportar ta' dan il-qasam huwa meħtieġ għall-istrumenti b'rata varjabbli biss.

Sejħa jew bejgħ

Biex jiġi identifikat jekk l-istrument għandux opzjoni ta' xiri jew opzjoni ta' bejgħ

Ir-rapportar ta' dan il-qasam huwa meħtieġ għall-istrumenti eżerċitabbli jew puttable biss.

L-ewwel data tal-opzjoni eżerċitabbli/put

L-ewwel data li fiha l-opzjoni eżerċitabbli/put tista' tiġi eżerċitata.

Ir-rapportar ta' dan il-qasam huwa meħtieġ biss għal strumenti b'opzjoni eżerċitabbli jew b'opzjoni put li tista' tiġi eżerċitata f'data definita minn qabel jew f'diversi dati ddefiniti minn qabel.

Perjodu ta' notifika għall-opzjoni eżerċitabbli/put

In-numru ta' jiem tal-kalendarju li d-detentur tal-opzjoni/l-emittent tal-istrument jagħti lill-emittent/lid-detentur tal-istrument qabel jeżerċita l-opzjoni put/eżerċitabbli.

Ir-rapportar ta' dan il-qasam huwa meħtieġ biss għall-istrumenti/għat-tranżazzjonijiet kollha b'perjodu ta' notifika għall-opzjoni eżerċitabbli/put u għad-depożiti mifdijin b'perjodu ta' notifika maqbul minn qabel.

2.

Livell minimu ta' materjalità:

Tranżazzjonijiet imwettqa ma' korporazzjonijiet mhux finanzjarji għandhom jiġu rrapportati biss meta jitwettqu ma' korporazzjonijiet mhux finanzjarji kklassifikati bħala “grossisti” skont il-Qafas ta' Basel III dwar l-LCR.


(*1)  L-istandards ta' rapportar elettroniku u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għad-dejta huma stipulati b'mod separat. Dawn huma disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-BĊE fuq www.ecb.europa.eu.


ANNESS III

“ANNESS III

Skema ta' rapportar għal statistiċi dwar is-suq monetarju marbutin ma' tranżazzjonijiet derivattivi

PARTI 1

TIP TA' STRUMENTI

L-aġenti li jirrapportaw għandhom jirrapportaw lill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) jew lill-bank ċentrali nazzjonali relevanti (BĊN):

(a)

kull tranżazzjoni ta' swap ta' kambju barrani, fejn l-euro jinxtraw/jinbiegħu spot kontra munita barranija u jerġgħu jinbiegħu jew jerġgħu jinxtraw f'data forward b'rata forward ta' kambju miftiehma minn qabel b'maturità li tasal sa u tinkludi sena (iddefiniti bħala tranżazzjonijiet b'data ta' maturità ta' mhux iktar minn 397 jum wara d-data tas-saldu tal-parti spot tat-tranżazzjoni ta' swap ta' kambju barrani), bejn l-aġent li jirrapporta u korporazzjonijiet finanzjarji (ħlief għal banek ċentrali fejn it-tranżazzjoni mhijiex għal skopijiet ta' investiment), il-gvern ġenerali, jew korporazzjonijiet mhux finanzjarji kklassifikati bħala “grossisti” skont il-Qafas ta' Basel III dwar l-LCR;

(b)

tranżazzjonijiet ta' swaps ta' indiċi mil-lejl għan-nhar (OIS) iddenominati f'euro bejn l-aġent li jirrapporta u korporazzjonijiet finanzjarji (ħlief għal banek ċentrali fejn it-tranżazzjoni mhijiex għal skopijiet ta' investiment), il-gvern ġenerali, jew korporazzjonijiet mhux finanzjarji kklassifikati bħala “grossisti” skont il-Qafas ta' Basel III dwar l-LCR.

Għall-finijiet tal-paragrafi 1(a) u (b) hawn fuq, it-tranżazzjonijiet intragrupp għandhom ikunu esklużi.

PARTI 2

TIP TA' DEJTA

1.

Tip ta' dejta bbażata fuq it-tranżazzjoni (*1) għal tranżazzjonijiet ta' swaps tal-kambju li trid tiġi rrapportata għal kull tranżazzjoni:

Qasam

Deskrizzjoni tad-dejta

Opzjoni alternattiva ta' rapportar (jekk teżisti) u kwalifiki oħrajn

Status tat-tranżazzjoni rrapportata

Dan l-attribut jispeċifika jekk it-tranżazzjoni hijiex tranżazzjoni ġdida, emenda ta' tranżazzjoni rrapportata qabel, kanċellazzjoni jew korrelazzjoni ta' tranżazzjoni rrapportata qabel.

 

Status ta' novazzjoni

Dan l-attribut jispeċifika jekk tranżazzjoni hijiex novazzjoni.

 

Identifikatur uniku tat-tranżazzjoni

Il-kodiċi uniku li jippermetti li tiġi identifikata tranżazzjoni fis-segment tas-suq rispettiv.

Ir-rapportar ta' dan il-qasam huwa meħtieġ jekk disponibbli.

Identifikazzjoni proprjetarja ta' tranżazzjoni

L-identifikatur uniku intern tat-tranżazzjoni użat mill-aġent li jirrapporta għal kull tranżazzjoni. L-Identifikazzjoni proprjetarja ta' tranżazzjoni hija unika għal kwalunkwe tranżazzjoni rrapportata għal kull segment tas-suq monetarju u għal kull aġent li jirrapporta.

 

Identifikazzjoni proprjetarja ta' tranżazzjoni relatata

L-identifikatur uniku intern tat-tranżazzjoni użat mill-aġent li jirrapporta għan-negozju inizjali li sussegwentement ġie nnovat.

Ir-rapportar ta' dan il-qasam huwa obbligatorju fejn applikabbli.

Identifikazzjoni proprjetarja ta' tranżazzjoni tal-kontroparti

L-Identifikazzjoni proprjetarja ta' tranżazzjoni assenjata mill-kontroparti tal-aġent li jirrapporta lill-istess tranżazzjoni.

Ir-rapportar ta' dan il-qasam huwa meħtieġ jekk disponibbli.

Identifikazzjoni tal-kontroparti

Kodiċi ta' identifikazzjoni użat biex tiġi rikonoxxuta l-kontroparti tal-aġent li jirrapporta għat-tranżazzjoni rrapportata.

Il-kodiċi tal-Identifikatur tal-Entità Legali (LEI) irid jintuża f'kull ċirkustanza fejn il-kontroparti tkun ġiet assenjata tali identifikatur. Is-settur tal-kontroparti u s-sit tal-kontroparti għandhom jiġu rrapportati jekk ma jiġix assenjat kodiċi LEI.

Settur tal-kontroparti

Is-settur istituzzjonali tal-kontroparti.

Obbligatorju jekk ma tingħatax l-identifikazzjoni tal-kontroparti.

Sit tal-kontroparti

Il-kodiċi tal-pajjiż tal-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni (ISO) tal-pajjiż fejn hija inkorporata l-kontroparti.

Obbligatorju jekk ma tingħatax l-identifikazzjoni tal-kontroparti.

Data ta' rapportar

Id-data u l-ħin tal-bidu u tat-tmiem tal-perjodu li għalih tirreferi d-dejta dwar it-tranżazzjoni fil-fajl.

 

Kronogramma elettronika

Il-ħin meta tiġi konkluża jew irreġistrata tranżazzjoni.

 

Data tan-negozju

Id-data li fiha l-partijiet iwettqu t-tranżazzjoni finanzjarja rrapportata.

 

Data tal-valur spot

Id-data meta parti waħda tbiegħ lill-oħra ammont speċifikat ta' munita speċifikata kontra l-ħlas ta' ammont miftiehem ta' munita differenti speċifikata bbażata fuq rata tal-kambju miftiehma li hija magħrufa bħala r-rata tal-kambju spot.

 

Data tal-maturità

Id-data meta t-tranżazzjoni ta' swap ta' kambju tiskadi u l-munita mibjugħa fid-data tal-valur spot terġa' tinxtara.

 

Tip ta' tranżazzjoni ta' kambju

Dan l-attribut jispeċifika jekk l-ammont ta' euro rraportat taħt l-ammont nominali tranżazzjonali jinxtarax jew jinbiegħx fid-data tal-valur spot.

Dan għandu jirreferi għall-ispot tal-euro, jiġifieri jekk l-euro tinxtarax jew tinbiegħx fid-data tal-valur spot.

 

Ammont nominali tat-tranżazzjoni

L-ammont nominali f'euro ta' swap tal-kambju.

 

Kodiċi tal-munita barranija

Il-kodiċi ISO internazzjonali bi tliet numri tal-munita mixtrija/mibjugħa bi skambju għall-euro.

 

Rata spot tal-kambju

Ir-rata tal-kambju bejn l-euro u l-munita barranija għall-parti spot tat-tranżazzjoni swap tal-kambju.

 

Punti bil-quddiem tal-kambju barrani

Id-differenza bejn ir-rata forward tal-kambju u r-rata spot tal-kambju espressa f'punti bażi kkwotati skont il-konvenzjonijiet prevalenti tas-suq għall-par ta' muniti rispettivi.

 

2.

Tip ta' dejta bbażata fuq it-tranżazzjoni għal tranżazzjonijiet tal-OIS li trid tiġi rrapportata għal kull tranżazzjoni:

Qasam

Deskrizzjoni tad-dejta

Opzjoni alternattiva ta' rapportar (jekk teżisti) u kwalifiki oħrajn

Status tat-tranżazzjoni rrapportata

Dan l-attribut jispeċifika jekk it-tranżazzjoni hijiex tranżazzjoni ġdida, emenda ta' tranżazzjoni rrapportata qabel, kanċellazzjoni jew korrelazzjoni ta' tranżazzjoni rrapportata qabel.

 

Status ta' novazzjoni

Dan l-attribut jispeċifika jekk tranżazzjoni hijiex novazzjoni.

 

Identifikatur uniku tat-tranżazzjoni

Il-kodiċi uniku li jippermetti li tiġi identifikata tranżazzjoni fis-segment tas-suq rispettiv.

Ir-rapportar ta' dan il-qasam huwa meħtieġ jekk disponibbli.

Identifikazzjoni proprjetarja ta' tranżazzjoni

L-identifikatur uniku intern tat-tranżazzjoni użat mill-aġent li jirrapporta għal kull tranżazzjoni. L-Identifikazzjoni proprjetarja ta' tranżazzjoni hija unika għal kwalunkwe tranżazzjoni rrapportata għal kull segment tas-suq monetarju u għal kull aġent li jirrapporta.

 

Identifikazzjoni proprjetarja ta' tranżazzjoni relatata

L-identifikatur uniku intern tat-tranżazzjoni użat mill-aġent li jirrapporta għan-negozju inizjali li sussegwentement ġie nnovat.

Ir-rapportar ta' dan il-qasam huwa obbligatorju fejn applikabbli.

Identifikazzjoni proprjetarja ta' tranżazzjoni tal-kontroparti

L-Identifikazzjoni proprjetarja ta' tranżazzjoni assenjata mill-kontroparti tal-aġent li jirrapporta lill-istess tranżazzjoni.

Ir-rapportar ta' dan il-qasam huwa meħtieġ jekk disponibbli.

Identifikazzjoni tal-kontroparti

Kodiċi ta' identifikazzjoni użat biex tiġi rikonoxxuta l-kontroparti tal-aġent li jirrapporta għat-tranżazzjoni rrapportata.

Il-kodiċi tal-Identifikatur tal-Entità Legali (LEI) irid jintuża f'kull ċirkustanza fejn il-kontroparti tkun ġiet assenjata tali identifikatur. Is-settur tal-kontroparti u s-sit tal-kontroparti għandhom jiġu rrapportati jekk ma jiġix assenjat kodiċi LEI.

Settur tal-kontroparti

Is-settur istituzzjonali tal-kontroparti.

Obbligatorju jekk ma tingħatax l-identifikazzjoni tal-kontroparti.

Sit tal-kontroparti

Il-kodiċi tal-pajjiż tal-(ISO) tal-pajjiż fejn hija inkorporata l-kontroparti.

Obbligatorju jekk ma tingħatax l-identifikazzjoni tal-kontroparti.

Data ta' rapportar

Id-data u l-ħin tal-bidu u tat-tmiem tal-perjodu li għalih tirreferi d-dejta dwar it-tranżazzjoni fil-fajl.

 

Kronogramma elettronika

Il-ħin meta tiġi konkluża jew irreġistrata tranżazzjoni.

Fakultattiv.

Data tan-negozju

Id-data li fiha l-partijiet iwettqu t-tranżazzjoni finanzjarja.

 

Data tal-bidu

Id-data li fiha tiġi kkalkolata r-rata matul il-lejl tal-parti varjabbli.

 

Data tal-maturità

L-aħħar data tat-terminu li matulu hija kkalkolata r-rata komposta matul il-lejl.

 

Rata tal-imgħax fissa

Ir-rata fissa użata fil-kalkolu tal-ħlas tal-OIS.

 

Tip ta' tranżazzjoni

Dan l-attribut jispeċifika jekk l-aġent li jirrapporta jħallasx jew jirċevix ir-rata tal-imgħax fissa.

 

Ammont nominali tat-tranżazzjoni

L-ammont nominali tal-OIS.

 

3.

Livell minimu ta' materjalità:

Tranżazzjonijiet imwettqa ma' korporazzjonijiet mhux finanzjarji għandhom jiġu rrapportati biss meta jitwettqu ma' korporazzjonijiet mhux finanzjarji kklassifikati bħala “grossisti” skont il-Qafas ta' Basel III dwar l-LCR.


(*1)  L-istandards ta' rapportar elettroniku u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għad-dejta huma stipulati b'mod separat. Dawn huma disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-BĊE fuq www.ecb.europa.eu.


ANNESS IV

“ANNESS IV

Standards minimi li jridu jiġu applikati mill-popolazzjoni attwali li tirrapporta

L-aġenti li jirrapportaw iridu jissodisfaw l-istandards minimi li ġejjin biex jilħqu r-rekwiżiti tar-rapportar statistiku tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE).

1.

Standards minimi għat-trażmissjoni:

(i)

ir-rapportar irid isir fil-ħin u fi ħdan id-dati ta' skadenza stipulati mill-BĊE u l-bank ċentrali nazzjonali (BĊN) relevanti;

(ii)

ir-rapporti statistiċi jridu jieħdu l-forma u l-format tagħhom mir-rekwiżiti tar-rapportar tekniku stipulati mill-BĊE u l-BĊN relevanti;

(iii)

l-aġent li jirrapporta jridu jipprovdi d-dettalji ta' persuna ta' kuntatt waħda jew iktar lill-BĊE u lill-BĊN relevanti;

(iv)

l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għat-trażmissjoni tad-dejta lill-BĊE u l-BĊN relevanti jridu jiġu segwiti.

2.

L-istandards minimi għall-preċiżjoni:

(i)

l-informazzjoni statistika trid tkun korretta;

(ii)

l-aġenti li jirrapportaw iridu jkunu kapaċi jipprovdu informazzjoni dwar l-iżviluppi implikati mid-data mibgħuta;

(iii)

l-informazzjoni statistika trid tkun sħiħa u ma jistax ikun fiha diskrepanzi kontinwi u strutturali; id-diskrepanzi eżistenti jridu jiġu rikonoxxuti, spjegati lill-BĊE u l-BĊN relevanti u, fejn applikabbli, jitnaqqsu kemm jista' jkun;

(iv)

l-aġenti li jirrapportaw iridu jsegwu d-dimensjonijiet, il-politika ta' arrotondament u d-deċimali stipulati mill-BĊE u l-BĊN relevanti għat-trażmissjoni teknika tad-dejta.

3.

L-istandards minimi għall-konformità mal-kunċetti:

(i)

l-informazzjoni statistika trid tikkonforma mad-definizzjonijiet u l-klassifikazzjonijiet li jinsabu f'dan ir-Regolament;

(ii)

fil-każ ta' devjazzjonijiet minn dawn id-definizzjonijiet u l-klassifikazzjonijiet, l-aġenti li jirrapportaw iridu jissorveljaw u jikkwantifikaw id-differenza bejn il-miżura użata u l-miżura li tinsab f'dan ir-Regolament fuq bażi regolari;

(iii)

l-aġenti li jirrapportaw iridu jkunu kapaċi jispjegaw waqfiet fit-trażmissjoni ta' dejta meta mqabbla ma' figuri ta' perjodi ta' qabel.

4.

L-istandards minimi għar-reviżjonijiet:

Il-politika u l-proċeduri dwar ir-reviżjonijiet stipulati mill-BĊE u l-BĊN relevanti jridu jiġu segwiti. Ir-reviżjonijiet li jiddevjaw mir-reviżjonijiet regolari jridu jkunu akkumpanjati minn noti ta' spjega.

5.

L-istandards minimi għall-integrità tad-dejta:

(i)

l-informazzjoni statistika trid tkun ikkompilata u trażmessa mill-aġenti li jirrapportaw b'mod imparzjali u oġġettiv;

(ii)

l-iżbalji skoperti mill-aġenti li jirrapportaw fid-data trażmessa jridu jiġu korretti u kkomunikati lill-BĊE u lill-BĊN relevanti fl-iqsar żmien possibbli.