18.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 160/14


DIRETTIVA TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/990

tas-17 ta' Ġunju 2019

li temenda l-lista tal-ġeneri u tal-ispeċijiet fl-Artikolu 2(1)(b) tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE, fl-Anness II tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/72/KE u fl-Anness tad-Direttiva tal-Kummissjoni 93/61/KEE

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE tat-13 ta' Ġunju 2002 dwar il-marketing ta' żrieragħ tal-ħxejjex (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(2) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2008/72/KE tal-15 ta' Lulju 2008 dwar it-tqegħid fis-suq ta' ħxejjex ta' propagazzjoni u materjal taż-żrigħ, barra ż-żerriegħa (2), u b'mod partikolari l-Artikoli 1(3) u 22 tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kummissjoni 93/61/KEE tat-2 ta' Lulju 1993 li tistabilixxi l-pjani li jindikaw il-kondizzjonijiet li jridu jiġu mħarsa mill-materjal propagattiv ta' ħaxix u pjanti, barra miż-żerriegħa skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/33/KEE (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 1 tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttivi 2002/55/KE u 2008/72/KE jipprevedu għall-ispeċijiet koperti minnhom permezz ta' tabella b'żewġ kolonni, b'kolonna waħda li telenka l-isem xjentifiku tal-ispeċi u l-oħra li telenka isem komuni wieħed jew aktar għal kull speċi.

(2)

Ċerti varjetajiet ta' speċijiet ta' ħxejjex jappartjenu għall-ispeċijiet imniżżla taħt l-ismijiet xjentifiċi tagħhom, iżda mhux għat-tipi ta' varjetajiet deskritti bl-ismijiet komuni. Għalhekk, jenħtieġ li jiġi speċifikat jekk varjetà tkunx koperta mill-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttivi 2002/55/KE u 2008/72/KE.

(3)

Din l-ispeċifikazzjoni jenħtieġ li tqis il-fatt li, filwaqt li wħud mill-varjetajiet ta' ċerti speċijiet ta' ħxejjex diversi jitqiegħdu fis-suq b'mod wiesa' fl-Unjoni, varjetajiet oħrajn għandhom swieq nazzjonali jew reġjonali limitati. Għaldaqstant, ma jkunx xieraq li jiġu koperti l-varjetajiet kollha ta' dawk l-ispeċijiet ta' ħxejjex. Għalhekk, jenħtieġ li jiġi speċifikat li għal ċerti speċijiet iridu jiġu koperti l-varjetajiet kollha, filwaqt li għal ċerti speċijiet oħrajn jenħtieġ li jiġu koperti biss ċerti varjetajiet.

(4)

L-International Code of Nomenclature for Cultivated Plants (ICNCP) introduċa l-kategorija formali ta' “Grupp” għall-klassifikazzjoni tal-varjetajiet tal-ispeċijiet ikkultivati. Il-kategorija ta' “Grupp” hija strument adattat biex jiġu ddefiniti l-varjetajiet li jappartjenu għal ċerti speċijiet, li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttivi 2002/55/KE u 2008/72/KE.

(5)

Bl-għan li jiġi speċifikat jekk humiex koperti l-varjetajiet kollha ta' speċi ta' ħaxix partikolari jew ċertu Gruppi minnha biss, jenħtieġ li t-tabelli tal-ispeċijiet previsti fid-Direttivi 2002/55/KE u 2008/72/KE jiġu emendati. Jenħtieġ li l-ismijiet botaniċi rispettivi tal-ispeċijiet tal-ħxejjex u l-ismijiet tal-Gruppi li jappartjenu għalihom jiġu ppreżentati f'ordni ġerarkika sabiex tiġi eliminata kwalunkwe ambigwità possibbli fir-rigward tal-ambitu tal-varjetajiet tal-ispeċijiet ikkonċernati.

(6)

L-użu tal-ibridizzazzjoni interspeċifika u tal-ibridizzazzjoni intraspeċifika tal-varjetajiet tista' tirriżulta f'varjetajiet ta' speċijiet ta' ħxejjex li ma jkunu inklużi fl-ebda speċi jew Grupp stabbilit. Sabiex tipi ta' varjetajiet bħal dawn jiġu inklużi fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2002/55/KE, il-lista tal-ispeċijiet jenħtieġ li tinkludi l-ibridi bejn l-ispeċijiet u l-Gruppi indikati fil-lista fil-punt (b) tal-Artikolu 2.1 ta' dik id-Direttiva.

(7)

Il-Gruppi indikati fil-lista fil-punt (b) tal-Artikolu 2.1 tad-Direttiva 2002/55/KE jenħtieġ li jiġu riflessi wkoll, fejn xieraq, fil-listi tal-Anness II, punt 3(a), u fl-Anness III, punt 2 ta' dik id-Direttiva.

(8)

Għalhekk, jenħtieġ li d-Direttivi 2002/55/KE, 2008/72/KE u 93/61/KEE jiġu emendati skont dan.

(9)

Barra minn hekk, id-Direttiva 93/61/KEE timplimenta l-Artikolu 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/33/KE (4), li tħassar u ġie sostitwit bl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2008/72/KE. L-Anness tad-Direttiva 93/61/KEE jistabbilixxi skeda li tindika l-kundizzjonijiet li jridu jiġu sodisfatti mill-materjal tal-propagazzjoni tal-ħxejjex u telenka dawk l-ispeċijiet u l-organiżmi ta' ħsara li jistgħu jaffettwaw il-kwalità tagħhom.

(10)

L-ismijiet botaniċi ta' ċerti speċijiet fid-Direttiva 93/61/KEE jenħtieġ li jiġu aġġornati f'konformità mal-iżvilupp tal-għarfien xjentifiku, bħala parti mill-aġġornament tal-iskeda rispettiva.

(11)

Il-miżuri previsti f'din id-Direttiva huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Emendi għad-Direttiva 2002/55/KE

Id-Direttiva 2002/55/KE hija emendata f'konformità mal-parti A tal-Anness ta' din id-Direttiva.

Artikolu 2

Emendi għad-Direttiva 2008/72/KE

L-Anness II tad-Direttiva 2008/72/KE huwa sostitwit bit-test fil-parti B tal-Anness ta' din id-Direttiva.

Artikolu 3

Emendi għad-Direttiva 93/61/KEE

L-Anness għad-Direttiva 93/61/KEE huwa emendat f'konformità mal-Parti C tal-Anness għal din id-Direttiva.

Artikolu 4

Traspożizzjoni

L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux iktar tard mit-30 ta' Ġunju 2020, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Huma għandhom jinfurmaw minnufih lill-Kummissjoni dwar dan.

Huma għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mill-1 ta' Lulju 2020.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati mit-tali referenza waqt il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir it-tali referenza.

Artikolu 5

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 6

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Ġunju 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 193, 20.7.2002, p. 33.

(2)  ĠU L 205, 1.8.2008, p. 28.

(3)  ĠU L 250, 7.10.1993, p. 19.

(4)  Id-Direttiva tal-Kunsill 92/33/KEE tat-28 ta' April 1992 dwar il-marketing ta' ħxejjex ta' propagazzjoni u materjal taż-żrigħ, barra ż-żerriegħa (ĠU L 157, 10.6.1992, p. 1).


ANNESS

PARTI A

Id-Direttiva 2002/55/KE hija emendata kif ġej:

(1)

il-punt (b) tal-Artikolu 2(1) huwa sostitwit b'dan li ġej:

 

Allium cepa L.

Grupp Cepa (Basal, Echalion)

Grupp Aggregatum (Shallot)

 

Allium fistulosum L. (Basal tal-għenieqed — Japanese bunching onion jew Welsh onion)

il-varjetajiet kollha

 

Allium porrum L. (Kurrat)

il-varjetajiet kollha

 

Allium sativum L. (Tewm)

il-varjetajiet kollha

 

Allium schoenoprasum L. (Kurrat salvaġġ)

il-varjetajiet kollha

 

Anthriscus cerefolium (L.) Hoffm. (Maxxita)

il-varjetajiet kollha

 

Apium graveolens L.

Grupp tal-Karfus

Grupp tas-Celeriac

 

Asparagus officinalis L. (Asparagu Sfraġ)

il-varjetajiet kollha

 

Beta vulgaris L.

Grupp tal-Pitravi (Pitravi inkluż il-pitrava Cheltenham)

Grupp tas-Selq (Spinach beet jew il-weraq tal-pitravi)

 

Brassica oleracea L.

Grupp tal-Kaboċċi tal-Weraq

Grupp tal-Pastard

Grupp tal-Capitata (Kaboċċa Ħamra u Kaboċċa Bajda)

Grupp tal-Brussel Sprouts

Grupp tal-Ġidra

Grupp tal-Kaboċċi Mfelfla (Savoy)

Grupp tal-Brokkli (tat-tip kalabris jew tat-tip li jnibbet)

Grupp tal-Kaboċċi tat-Toskana

Grupp tal-Kaboċċi Portugiżi (Tronchuda)

 

Brassica rapa L.

Grupp tal-Kaboċċi Ċiniżi

Grupp tan-Nevew

 

Capsicum annuum L. (Bżar aħmar jew Bżar ieħor)

il-varjetajiet kollha

 

Cichorium endivia L. (Indivja)

il-varjetajiet kollha

 

Cichorium intybus L.

Grupp taċ-Ċikwejra Witloof

Grupp taċ-Ċikwejra tal-Weraq (Ċikwejra b'weraq kbir jew ċikwejra Taljana)

Grupp taċ-Ċikwejra Industrijali (Għerq)

 

Citrullus lanatus (Thunb.) Matsum. et Nakai (Dulliegħ)

il-varjetajiet kollha

 

Cucumis melo L. (Bettieħ)

il-varjetajiet kollha

 

Cucumis sativus L.

Grupp tal-Ħjar

Grupp tal-Ħjar Żgħir

 

Cucurbita maxima Duchesne (Qargħa aħmar)

il-varjetajiet kollha

 

Cucurbita pepo L. (Qargħa bagħli, inkluż il-qargħa aħmar u l-qargħa arzella matur, jew Zukkini, inkluż il-qargħa arzella immatur)

il-varjetajiet kollha

 

Cynara cardunculus L.

Grupp tal-Qaqoċċ

Grupp tal-Kardun

 

Daucus carota L. (Karrotti u Karrotti għall-għalf)

il-varjetajiet kollha

 

Foeniculum vulgare Mill. (Bużbież)

Grupp tal-Azoricum

 

Lactuca sativa L. (Ħass)

il-varjetajiet kollha

 

Solanum lycopersicum L. (Tadam)

il-varjetajiet kollha

 

Petroselinum crispum (Mill.) Nyman ex A. W. Hill

Grupp tat-Tursin tal-Weraq

Grupp tat-Tursin tal-Għerq Kbir

 

Phaseolus coccineus L. (Fażola ta' Spanja)

il-varjetajiet kollha

 

Phaseolus vulgaris L.

Grupp tal-Fażola Franċiża Żgħira

Grupp tal-Fażola Franċiża li tixxeblek

 

Pisum sativum L.

Grupp tal-Piżella Tonda

Grupp tal-Piżella Mkemmxa

Grupp tal-Piżella Ħelwa

 

Raphanus sativus L.

Grupp tar-Ravanell

Grupp tar-Ravanell Iswed

 

Rheum rhabarbarum L. (Rabarbru)

il-varjetajiet kollha

 

Scorzonera hispanica L. (Scorzonera jew salsafja sewda)

il-varjetajiet kollha

 

Solanum melongena L. (Brunġiel)

il-varjetajiet kollha

 

Spinacia oleracea L. (Spinaċi)

il-varjetajiet kollha

 

Valerianella locusta (L.) Laterr. (Insalata tal-qamħ jew Ħass tal-ħaruf)

il-varjetajiet kollha

 

Vicia faba L. (Ful)

il-varjetajiet kollha

 

Zea mays L.

Grupp tal-Qamħirrum Ħelu

Grupp tal-Popcorn

L-ibridi kollha tal-ispeċijiet u l-Gruppi huma elenkati hawn fuq.”

(2)

fl-ewwel kolonna tat-tabella fil-punt 3(a) tal-Anness II, l-entrati bejn “Asparagus officinalis” u “Cichorium endivia” huma sostitwiti b'dan li ġej:

 

Beta vulgaris (Grupp tal-Pitravi)

 

Beta vulgaris (minbarra l-Grupp tal-Pitravi)

 

Brassica oleracea (Grupp tal-Pastard)

 

Brassica oleracea (minbarra l-Grupp tal-Pastard)

 

Brassica rapa (Grupp tal-Kaboċċi Ċiniżi)

 

Brassica rapa (Grupp tan-Nevew)

 

Capsicum annuum

 

Cichorium intybus (Grupp taċ-Ċikwejra Witloof, Grupp taċ-Ċikwejra tal-Weraq)

 

Cichorium intybus (Grupp taċ-Ċikwejra Industrijali (Għerq)”.

(3)

fl-ewwel kolonna tat-tabella fil-punt 2 tal-Anness III, l-entrati bejn “Capsicum annuum” u “Cichorium endivia” huma sostitwiti b'dan li ġej:

 

Cichorium intybus (Grupp taċ-Ċikwejra Witloof, Grupp taċ-Ċikwejra tal-Weraq)

 

Cichorium intybus (Grupp taċ-Ċikwejra Industrijali (Għerq)”.

PARTI B

“ANNESS II

Elenku tal-ġeneru u l-ispeċi msemmi fl-Artikolu 1(2)

Allium cepa L.

Grupp Cepa (Basal, Echalion)

Grupp Aggregatum (Shallot)

Allium fistulosum L. (Basal tal-għenieqed - Japanese bunching onion jew Welsh onion)

il-varjetajiet kollha

Allium porrum L. (Kurrat)

il-varjetajiet kollha

Allium sativum L. (Tewm)

il-varjetajiet kollha

Allium schoenoprasum L. (Kurrat salvaġġ)

il-varjetajiet kollha

Anthriscus cerefolium (L.) Hoffm. (Maxxita)

il-varjetajiet kollha

Apium graveolens L.

Grupp tal-Karfus

Grupp tas-Celeriac

Asparagus officinalis L. (Asparagu Sfraġ)

il-varjetajiet kollha

Beta vulgaris L.

Grupp tal-Pitravi (Pitravi inkluż il-pitrava Cheltenham)

Grupp tas-Selq (Spinach beet jew il-weraq tal-pitravi)

Brassica oleracea L.

Grupp tal-Kaboċċi tal-Weraq

Grupp tal-Pastard

Grupp tal-Capitata (Kaboċċa Ħamra u Kaboċċa Bajda)

Grupp tal-Brussel Sprouts

Grupp tal-Ġidra

Grupp tal-Kaboċċi Mfelfla (Savoy)

Grupp tal-Brokkli (tat-tip kalabris jew tat-tip li jnibbet)

Grupp tal-Kaboċċi tat-Toskana

Grupp tal-Kaboċċi Portugiżi (Tronchuda)

Brassica rapa L.

Grupp tal-Kaboċċi Ċiniżi

Grupp tan-Nevew

Capsicum annuum L. (Bżar aħmar jew Bżar ieħor)

il-varjetajiet kollha

Cichorium endivia L. (Indivja)

il-varjetajiet kollha

Cichorium intybus L.

Grupp taċ-Ċikwejra Witloof

Grupp taċ-Ċikwejra tal-Weraq (Ċikwejra b'weraq kbir jew ċikwejra Taljana)

Grupp taċ-Ċikwejra Industrijali (Għerq)

Citrullus lanatus (Thunb.) Matsum. et Nakai (Dulliegħ)

il-varjetajiet kollha

Cucumis melo L. (Bettieħ)

il-varjetajiet kollha

Cucumis sativus L.

Grupp tal-Ħjar

Grupp tal-Ħjar Żgħir

Cucurbita maxima Duchesne (Qargħa aħmar)

il-varjetajiet kollha

Cucurbita pepo L. (Qargħa bagħli, inkluż il-qargħa aħmar u l-qargħa arzella matur, jew Zukkini, inkluż il-qargħa arzella immatur)

il-varjetajiet kollha

Cynara cardunculus L.

Grupp tal-Qaqoċċ

Grupp tal-Kardun

Daucus carota L. (Karrotti u Karrotti għall-għalf)

il-varjetajiet kollha

Foeniculum vulgare Mill. (Bużbież)

Grupp tal-Azoricum

Lactuca sativa L. (Ħass)

il-varjetajiet kollha

Solanum lycopersicum L. (Tadam)

il-varjetajiet kollha

Petroselinum crispum (Mill.) Nyman ex A. W. Hill

Grupp tat-Tursin tal-Weraq

Grupp tat-Tursin tal-Għerq Kbir

Phaseolus coccineus L. (Fażola ta' Spanja)

il-varjetajiet kollha

Phaseolus vulgaris L.

Grupp tal-Fażola Franċiża Żgħira

Grupp tal-Fażola Franċiża li tixxeblek

Pisum sativum L.

Grupp tal-Piżella Tonda

Grupp tal-Piżella Mkemmxa

Grupp tal-Piżella Ħelwa

Raphanus sativus L.

Grupp tar-Ravanell

Grupp tar-Ravanell Iswed

Rheum rhabarbarum L. (Rabarbru)

il-varjetajiet kollha

Scorzonera hispanica L. (Scorzonera jew salsafja sewda)

il-varjetajiet kollha

Solanum melongena L. (Brunġiel)

il-varjetajiet kollha

Spinacia oleracea L. (Spinaċi)

il-varjetajiet kollha

Valerianella locusta (L.) Laterr. (Insalata tal-qamħ jew Ħass tal-ħaruf)

il-varjetajiet kollha

Vicia faba L. (Ful)

il-varjetajiet kollha

Zea mays L.

Grupp tal-Qamħirrum Ħelu

Grupp tal-Popcorn.

PARTI C

Fl-Anness tad-Direttiva 93/61/KEE, il-kolonna “Genus jew speċi” hija emendata kif ġej:

(a)

il-kliem “Allium ascalonicum” huma sostitwiti bil-kliem “Allium cepa – Grupp Aggregatum”;

(b)

il-kliem “Allium cepa” huma sostitwiti bil-kliem “Allium cepa – Grupp Cepa”;

(c)

il-kliem “Brassica pekinensis” huma sostitwiti bil-kliem “Brassica rapa – Grupp tal-Kaboċċi Ċiniżi”;

(d)

il-kliem “Lycopersicon lycopersicum” huma sostitwiti bil-kliem “Solanum lycopersicum”.