21.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 165/70


RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1019

tas-7 ta' Ġunju 2019

dwar il-modernizzazzjoni tal-bini

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 292 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Unjoni hija impenjata biex tiżviluppa sistema tal-enerġija sostenibbli, kompetittiva, sigura u dekarbonizzata. L-Unjoni tal-Enerġija u l-Qafas ta' Politika għall-Klima u l-Enerġija għall-2030 jistabbilixxu impenji ambizzjużi għall-Unjoni biex tkompli tnaqqas l-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra b'mill-inqas 40 % sal-2030 meta mqabbel mal-1990, biex iżżid il-proporzjon tal-enerġija rinnovabbli kkunsmata, biex tikseb iffrankar enerġetiku f'konformità mal-ambizzjonijiet fil-livell tal-Unjoni, u biex ittejjeb is-sigurtà, il-kompetittività u s-sostenibbiltà tal-enerġija tal-Unjoni. Id-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), kif emendata bid-Direttiva (UE) 2018/2002 (2), tistabbilixxi mira ewlenija għall-effiċjenza fl-enerġija b'iffrankar ta' mill-inqas 32,5 % fil-livell tal-Unjoni sal-2030. Id-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) tistabbilixxi mira vinkolanti ta' mill-inqas 32 % enerġija minn sorsi rinnovabbli fil-livell tal-Unjoni sal-2030.

(2)

Il-bini huwa fil-qalba tal-politika tal-effiċjenza fl-enerġija tal-Unjoni, minħabba li dan jikkostitwixxi kważi 40 % tal-konsum finali tal-enerġija.

(3)

Il-Ftehim ta' Pariġi tal-2015 dwar it-tibdil fil-klima b'segwitu tal-21 Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (COP 21) jagħti spinta lill-isforzi tal-Unjoni biex tiddekarbonizza l-istokk tal-bini tagħha. Minħabba li kważi 50 % tal-konsum finali tal-enerġija tal-Unjoni jintuża għat-tisħin u għat-tkessiħ, li minnu 80 % jintuża fil-bini, il-kisba tal-għanijiet tal-Unjoni fir-rigward tal-enerġija u l-klima hija marbuta mal-isforzi tagħha li tirrinnova l-istokk tal-bini tagħha billi tagħti prijorità lill-effiċjenza fl-enerġija, tapplika l-prinċipju “l-effiċjenza fl-enerġija tiġi l-ewwel”, u tikkunsidra l-użu tal-enerġija rinnovabbli.

(4)

Il-Kummissjoni enfasizzat l-importanza tal-effiċjenza fl-enerġija u r-rwol tas-settur tal-bini għall-kisba tal-għanijiet tal-Unjoni fir-rigward tal-enerġija u l-klima u għat-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa fil-Komunikazzjoni tagħha dwar l-effiċjenza fl-enerġija u l-kontribut tagħha għas-sigurtà tal-enerġija u għall-qafas tal-2030 għall-politika dwar l-enerġija u l-klima (4), fil-Komunikazzjoni tagħha dwar Qafas Strateġiku għal Unjoni tal-Enerġija Reżiljenti b'Politika dwar il-Bidla fil-Klima li Tħares 'il Quddiem (5), u fil-Komunikazzjoni tagħha dwar viżjoni strateġika Ewropea fit-tul għal ekonomija għanja, moderna, kompetittiva u newtrali għall-klima (6). Din il-Komunikazzjoni tal-aħħar tenfasizza li l-miżuri dwar l-effiċjenza fl-enerġija jenħtieġ li jkollhom rwol ċentrali fil-kisba ta' ekonomija newtrali għall-klima sal-2050 u fit-tnaqqis sa nofs il-konsum tal-enerġija meta mqabbel mal-2005.

(5)

L-implimentazzjoni sħiħa u t-tisħiħ tal-leġiżlazzjoni eżistenti tal-enerġija jitqiesu bħala l-ewwel prijorità fl-istabbiliment tal-Unjoni tal-Enerġija.

(6)

Id-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) (“EPBD”) hija l-leġiżlazzjoni ewlenija, flimkien mad-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) u r-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9), li tindirizza l-effiċjenza fl-enerġija fil-bini fil-kuntest tal-miri tal-effiċjenza fl-enerġija tal-2030. L-EPBD għandha żewġ objettivi komplementari, jiġifieri t-tħaffif tar-rinnovazzjoni tal-bini eżistenti sal-2050 u l-appoġġ għall-modernizzazzjoni tal-bini kollu b'teknoloġiji intelliġenti u b'rabta aktar ċara mal-mobbiltà nadifa.

(7)

Fl-2018 l-EPBD ġiet emendata bid-Direttiva (UE) 2018/844 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10) sabiex titħaffef il-modernizzazzjoni tal-bini fl-Unjoni.

(8)

Ir-rendiment tas-sistemi tekniċi tal-bini għandu impatt sinifikanti fuq ir-rendiment ġenerali tal-bini fl-użu tal-enerġija u għalhekk jenħtieġ li jiġi ottimizzat. Huwa importanti li jiġi żgurat li t-titjib tar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija jsegwi approċċ integrat, filwaqt li jitqiesu l-miżuri dwar l-involukru tal-bini u dwar is-sistemi tekniċi tal-bini.

(9)

Il-leġiżlazzjoni nazzjonali li tittrasponi l-Artikolu 8(1) tal-EPBD trid tiżgura li jiġu stabbiliti u infurzati r-rekwiżiti tas-sistemi għal grupp estiż ta' sistemi tekniċi tal-bini, u li jiġu introdotti rekwiżiti ġodda dwar l-installazzjoni ta' apparati awtoregolatorji fil-bini.

(10)

Sabiex jiġu ssodisfati l-objettivi tal-politika dwar l-effiċjenza fl-enerġija għall-bini, jenħtieġ li tittejjeb it-trasparenza taċ-ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija. Il-leġiżlazzjoni nazzjonali li tittrasponi r-rekwiżiti tal-Artikolu 8(9) tal-EPBD jeħtieġ li tiżgura li r-rendiment ġenerali tal-parti alterata fl-użu tal-enerġija, jew fejn rilevanti, tas-sistema kollha, tiġi dokumentata għall-użu fiċ-ċertifikazzjoni tal-bini u fil-kontroll tal-konformità meta jiġu installati, sostitwiti jew aġġornati s-sistemi tekniċi tal-bini, bħal pereżempju għat-tisħin tal-ispazji, għall-arja kundizzjonata jew għat-tisħin tal-ilma.

(11)

L-innovazzjoni u t-teknoloġija ġdida wkoll jagħmluha possibbli li l-bini jappoġġa d-dekarbonizzazzjoni ġenerali tal-ekonomija, inkluż fis-settur tat-trasport. Pereżempju, il-bini jista' jappoġġa l-iżvilupp tal-infrastruttura meħtieġa għall-iċċarġjar intelliġenti tal-vetturi elettriċi, li jista' jipprovdi bażi għall-Istati Membri, jekk iridu, biex jużaw il-batteriji tal-karozzi bħala sors ta' enerġija.

(12)

Il-vetturi elettriċi huma komponent importanti tat-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa bbażata fuq miżuri ta' effiċjenza fl-enerġija, fjuwils alternattivi, enerġija rinnovabbli u soluzzjonijiet innovattivi għall-ġestjoni tal-flessibbiltà enerġetika. Il-kodiċijiet tal-bini jistgħu jintużaw b'mod effettiv biex jiġu introdotti rekwiżiti mmirati li jappoġġaw l-użu tal-infrastruttura tal-iċċarġjar fil-parkeġġi tal-bini residenzjali u ta' dak mhux residenzjali. Il-leġiżlazzjoni nazzjonali li tittrasponi r-rekwiżiti tal-Artikolu 8(2) sal-Artikolu 8(8) tal-EPBD jeħtieġ li tiżgura l-użu tal-infrastruttura tal-iċċarġjar għall-vetturi elettriċi fil-parkeġġi tal-bini.

(13)

Meta japplikaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 8(2) sal-Artikolu 8(8) tal-EPBD, jenħtieġ li l-Istati Membri jikkunsidraw il-ħtieġa għal ippjanar urban olistiku u koerenti; kif ukoll il-promozzjoni ta' modalitajiet ta' trasport alternattivi, sikuri u sostenibbli u tal-infrastruttura ta' appoġġ tagħhom, pereżempju permezz ta' infrastruttura ddedikata għall-parkeġġ għar-roti elettriċi u għall-vetturi tal-persuni b'mobbiltà mnaqqsa.

(14)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu miżuri biex jissimplifikaw l-użu tal-infrastruttura tal-iċċarġjar bl-għan li jiġu indirizzati l-ostakli li jiltaqgħu magħhom is-sidien individwali meta jippruvaw jinstallaw punt tal-iċċarġjar fl-ispazju tal-parkeġġ tagħhom, bħal pereżempju inċentivi opposti u kumplikazzjonijiet amministrattivi.

(15)

Sabiex jiġi diġitalizzat is-settur tal-bini, u b'hekk jibdew jitfaċċaw djar intelliġenti u komunitajiet konnessi tajjeb, jenħtieġ li jiġu pprovduti inċentivi mmirati biex jippromwovu sistemi lesti għat-teknoloġiji intelliġenti u soluzzjonijiet diġitali fl-ambjent mibni.

(16)

Huwa importanti li titqajjem kuxjenza fost is-sidien u l-okkupanti tal-bini dwar il-valur tal-awtomatizzazzjoni tal-bini u l-monitoraġġ elettroniku tas-sistemi tekniċi tal-bini; u tinbena fiduċja fost l-okkupanti dwar l-iffrankar reali li joffru dawk il-funzjonalitajiet imtejba.

(17)

Sabiex jiġi żgurat ir-rendiment inizjali u kontinwu tas-sistemi tat-tisħin, tas-sistemi tal-arja kundizzjonata u tas-sistemi tal-ventilazzjoni, jenħtieġ li l-iskemi ta' spezzjoni jitfasslu b'tali mod li jimmassimizzaw ir-riżultati tagħhom. L-Artikoli 14 u 15 tal-EPBD jespandu l-ambitu tas-sistemi tekniċi tal-bini soġġetti għal spezzjonijiet regolari obbligatorji jew miżuri alternattivi. Barra minn hekk, dawk l-Artikoli jistipulaw alternattivi għall-ispezzjonijiet ibbażati fuq l-awtomatizzazzjoni u l-kontroll jew l-monitoraġġ elettroniku, u jistabbilixxu rekwiżiti ġodda dwar l-installazzjoni tas-sistemi tal-awtomatizzazzjoni u l-kontroll tal-bini f'ċertu bini mhux residenzjali.

(18)

L-awtomatizzazzjoni tal-bini u l-monitoraġġ elettroniku tas-sistemi tekniċi tal-bini wrew li huma sostitut effettiv għall-ispezzjonijiet, b'mod partikolari għas-sistemi l-kbar. B'riżultat ta' dan, għandhom potenzjal kbir biex jipprovdu ffrankar kosteffettiv u sinifikanti fl-enerġija kemm għall-konsumaturi kif ukoll għan-negozji. L-installazzjoni ta' tagħmir bħal dan jenħtieġ li tiġi kkunsidrata bħala alternattiva kosteffettiva għall-ispezzjonijiet ta' bini kbir mhux residenzjali u ta' -bini b'ħafna appartamenti ta' daqs suffiċjenti, minħabba li toffri redditu interessanti fuq l-investiment u tippermetti li tittieħed azzjoni abbażi tal-informazzjoni pprovduta, u b'hekk maż-żmien ikun żgurat l-iffrankar fl-enerġija. L-implimentazzjoni tar-rekwiżiti fl-Artikolu 14(4) u fl-Artikolu 15(4) tal-EPBD se tiżgura li s-sistemi tal-awtomatizzazzjoni u l-kontroll tal-bini jkunu installati fil-bini mhux residenzjali fejn l-output massimu attribwit effettiv tat-tisħin jew tal-arja kundizzjonata tkun ogħla minn ċertu livell limitu, u meta dan ikun teknikament u ekonomikament fattibbli.

(19)

Biex jintlaħqu l-objettivi tal-politika dwar l-effiċjenza fl-enerġija għall-bini, it-trasparenza tal-kalkoli tar-rendiment fl-użu tal-enerġija jenħtieġ li tittejjeb billi jiġi żgurat li l-parametri meħtieġa kollha kemm għaċ-ċertifikazzjoni kif ukoll għar-rekwiżiti minimi ta' rendiment fl-użu tal-enerġija, jiġu stabbiliti u applikati b'mod konsistenti fl-Unjoni kollha.

(20)

L-Anness I tal-EPBD ġie emendat sabiex jiġi introdott grad ta' trasparenza fil-kalkolu tal-fatturi tal-enerġija primarja, sabiex jiġi żgurat ir-rwol ċentrali tal-involukru tal-bini u sabiex jiġi indirizzat ir-rwol tas-sorsi tal-enerġija rinnovabbli fil-post u mhux fil-post.

(21)

L-Istati Membri jridu jdaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li jittrasponu d-Direttiva (UE) 2018/844 sal-10 ta' Marzu 2020.

(22)

It-traspożizzjoni sħiħa u l-implimentazzjoni effettiva tal-EPBD emendata huma fundamentali sabiex isostnu l-kisba tal-miri tal-effiċjenza fl-enerġija tal-2030 u sabiex l-Unjoni terġa' lura fit-triq tagħha lejn id-dekarbonizzazzjoni tal-istokkijiet tal-bini nazzjonali sal-2050.

(23)

L-EPBD tħalli marġni wiesgħa ta' diskrezzjoni lill-Istati Membri meta jkunu qed ifasslu l-kodiċijiet tal-bini tagħhom u meta jkunu qed jimplimentaw ir-rekwiżiti tekniċi fir-rigward tar-rinnovazzjonijiet, taċ-ċertifikati tal-bini u tas-sistemi tekniċi li jintużaw fil-bini b'mod li l-aktar ikun adattat għall-kundizzjonijiet klimatiċi u għall-istokkijiet tal-bini nazzjonali. Din ir-Rakkomandazzjoni għandha l-għan li tispjega s-sustanza ta' dawk ir-rekwiżiti tekniċi u l-modi differenti kif jistgħu jinkisbu l-objettivi tad-Direttiva. Tippreżenta wkoll l-esperjenza u l-aħjar prattiki li l-Kummissjoni rat fost l-Istati Membri.

(24)

Il-Kummissjoni hija impenjata li taħdem mill-qrib mal-Istati Membri fit-traspożizzjoni u fl-implimentazzjoni effettiva tagħhom tal-EPBD. Din ir-Rakkomandazzjoni tħejjiet għal dan l-għan sabiex tispjega f'aktar dettall kif jenħtieġ li jinqraw ċerti dispożizzjonijiet tal-EPBD u kif dawn jistgħu jiġu applikati l-aħjar fil-kuntest tat-traspożizzjoni nazzjonali. B'mod partikolari l-għan huwa li jiġi żgurat fehim uniformi fl-Istati Membri kollha fit-tħejjija tal-miżuri ta' traspożizzjoni tagħhom. Din ir-Rakkomandazzjoni ma tbiddilx l-effetti legali tal-EPBD u hija mingħajr preġudizzju għall-interpretazzjoni vinkolanti tal-EPBD kif ipprovduta mill-Qorti tal-Ġustizzja. Din ir-Rakkomandazzjoni tindirizza suġġetti fl-EPBD li huma legalment kumplessi, diffiċli biex jiġu trasposti u li għandhom potenzjal kbir f'termini ta' impatt fuq l-effiċjenza fl-enerġija tal-bini. Din ir-Rakkomandazzjoni tiffoka fuq id-dispożizzjonijiet rigward il-modernizzazzjoni tal-bini u tikkonċerna l-Artikoli 2, 8, 14, 15, u l-Anness I tal-EPBD, li jinkludu dispożizzjonijiet dwar is-sistemi tekniċi tal-bini u l-ispezzjonijiet tagħhom, l-elettromobbiltà, u l-kalkolu tar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija. Id-dispożizzjonijiet fl-EPBD li jittrattaw ir-rinnovazzjoni huma indirizzati f'Rakkomandazzjoni separata.

(25)

Għalhekk jenħtieġ li din ir-Rakkomandazzjoni tippermetti lill-Istati Membri jiksbu impatti qawwija f'termini tal-modernizzazzjoni tal-istokk tal-bini tagħhom.

ADOTTAT DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:

1.

Jenħtieġ li l-Istati Membri jsegwu l-linji gwida pprovduti fl-Anness ta' din ir-Rakkomandazzjoni fit-traspożizzjoni tar-rekwiżiti stipulati fid-Direttiva (UE) 2018/844.

2.

Din ir-Rakkomandazzjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

3.

Ir-Rakkomandazzjoni għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Ġunju 2019.

Għall-Kummissjoni

Miguel ARIAS CAÑETE

Membru tal-Kummissjoni


(1)  Id-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar l-effiċjenza fl-enerġija, li temenda d-Direttivi 2009/125/KE u 2010/30/UE u li tħassar id-Direttivi 2004/8/KE u 2006/32/KE (ĠU L 315, 14.11.2012, p. 1).

(2)  Id-Direttiva (UE) 2018/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2018 li temenda d-Direttiva 2012/27/UE dwar l-effiċjenza fl-enerġija (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 210).

(3)  Id-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 82).

(4)  Impact Assessment accompanying the document Communication from the Commission to the European Parliament and the Council Energy Efficiency and its contribution to energy security and the 2030 Framework for climate and energy policy (SWD(2014) 255 final).

(5)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, il-Kumitat tar-Reġjuni u l-Bank Ewropew għall-Investiment “Qafas Strateġiku għal Unjoni tal-Enerġija Reżiljenti b'Politika dwar il-Bidla fil-Klima li tħares 'il quddiem” (COM(2015) 80 final).

(6)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kumitat tar-Reġjuni u lill-Bank Ewropew tal-Investiment “Pjaneta Nadifa għal kulħadd — Viżjoni strateġika Ewropea fit-tul għal ekonomija għanja, moderna, kompetittiva u newtrali għall-klima” (COM(2018) 773 final).

(7)  Id-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Mejju 2010 dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija (ĠU L 153, 18.6.2010, p. 13).

(8)  Id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta' rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija (ĠU L 285, 31.10.2009, p. 10).

(9)  Ir-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2017 li jistabbilixxi qafas għat-tikkettar tal-enerġija u li jħassar id-Direttiva 2010/30/UE (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 1).

(10)  Id-Direttiva (UE) 2018/844 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2018 li temenda d-Direttiva 2010/31/UE dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija u d-Direttiva 2012/27/UE dwar l-effiċjenza fl-enerġija (ĠU L 156, 19.6.2018, p. 75).


ANNESS

1.   INTRODUZZJONI

Id-Direttiva 2010/31/UE (“EPBD”) tippromwovi t-titjib fir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija, inkluż tas-sistemi tekniċi użati fil-bini. B'mod partikolari, id-Direttiva tikkjarifika s-sistemi li għalihom għandhom jiġu applikati r-rekwiżiti u tinkludi dispożizzjonijiet speċifiċi maħsuba sabiex jiżguraw li dawk is-sistemi jiġu ddisinjati, dimensjonati, installati u aġġustati b'mod li jottimizza r-rendiment. Għal dawk is-sistemi li għandhom impatt partikolarment sinifikanti fuq ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija, id-Direttiva teżiġi wkoll li jsiru spezzjonijiet li jimmonitorjaw regolarment l-effiċjenza tas-sistema. Hija tqis il-monitoraġġ u l-kontroll elettroniċi bħala alternattiva possibbli għall-ispezzjonijiet.

Id-Direttiva 2012/27/UE (“EED”) kien fiha dispożizzjonijiet dwar ir-rinnovazzjoni tal-bini u l-istrateġiji fit-tul għall-mobilizzazzjoni tal-investiment fir-rinnovazzjoni tal-istokks tal-bini nazzjonali.

L-EPBD u l-EED ġew emendati bid-Direttiva (UE) 2018/844, li daħlet fis-seħħ fid-9 ta' Lulju 2018, issaħħaħ l-elementi msemmija hawn fuq u żżid it-tipi ta' sistemi li r-rendiment tagħhom għandu jiġi ottimizzat. Hija ssaħħaħ ukoll ir-rwol tal-monitoraġġ, l-awtomatizzazzjoni u l-kontroll elettroniċi u tinkludi rekwiżiti addizzjonali li jappoġġaw l-iskjerament ta' infrastruttura għall-iċċarġjar ta' vetturi elettriċi fil-parkeġġi tal-binjiet.

L-espansjoni tal-kamp ta' applikazzjoni tad-definizzjoni tas-sistemi tekniċi użati fil-bini sabiex jiġu inklużi aktar sistemi u, b'mod aktar ġenerali, il-ħtieġa li jiġu riflessi l-evoluzzjoni tal-bini u s-sistema tal-enerġija wasslu għall-ħtieġa li jiġi aġġornat il-qafas tal-EPBD għall-kalkolu tar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija. Notevolment, dan ifisser li tittejjeb it-trasparenza tal-kalkoli tar-rendiment fl-użu tal-enerġija u taċ-ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija, b'mod partikolari fir-rigward tal-kalkolu tal-fatturi tal-enerġija primarja.

L-għan ta' din ir-Rakkomandazzjoni huwa li tgħin sabiex jiġu żgurati l-implimentazzjoni u l-infurzar sħaħ tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-enerġija. Hija tipprovdi gwida dwar kif tinftiehem u tiġi trasposta l-EPBD, speċifikament dawk id-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw is-sistemi tekniċi użati fil-bini u l-ispezzjonijiet tagħhom, inklużi: ir-rekwiżiti dwar l-installazzjoni ta' apparati awtoregolatorji u sistemi ta' awtomatizzazzjoni u kontroll tal-bini (l-Artikolu 8 u l-Artikoli 14 u 15 tal-EPBD), l-infrastruttura tal-iċċarġjar tal-elettromobbiltà (l-Artikolu 8 tal-EPBD), u l-kalkolu tal-fatturi tal-enerġija primarja (l-Anness I tal-EPBD).

Il-linji gwida stabbiliti f'dan l-Anness jippreżentaw il-fehma tas-servizzi tal-Kummissjoni. Hija ma tbiddilx l-effetti tad-Direttiva u hija mingħajr preġudizzju għall-interpretazzjoni vinkolanti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Artikoli 2, 8, 14, 15 u tal-Anness I tal-EPBD.

2.   IS-SISTEMI TEKNIĊI UŻATI FIL-BINI U L-ISPEZZJONIJIET TAGĦHOM, INKLUŻI R-REKWIŻITI DWAR L-INSTALLAZZJONI TA' APPARATI AWTOREGOLATORJI U SISTEMI TA' AWTOMATIZZAZZJONI U KONTROLL TAL-BINI

2.1.   Għan: li jiġi żgurat l-aħjar rendiment tas-sistemi tekniċi użati fil-bini u li tiġi appoġġata l-ġestjoni tal-enerġija u l-ambjent ta' ġewwa

L-EPBD tinkludi dispożizzjonijiet dwar ir-rekwiżiti għas-sistemi tekniċi użati fil-bini u dwar il-valutazzjoni u d-dokumentazzjoni tar-rendiment tas-sistema, li l-għan tagħhom huwa doppju. L-ewwelnett, il-valutazzjoni u d-dokumentazzjoni tar-rendiment tas-sistema għandhom l-għan li jiżguraw li s-sistemi tekniċi użati fil-bini jiġu ddisinjati, installati u kkummissjonati b'mod adegwat sabiex jottimizzaw ir-rendiment attwali tagħhom. It-tieni nett, l-għan huwa li jiġi żgurat li kwalunkwe intervent li jista' jkollu impatt fuq ir-rendiment ta' sistema teknika użata fil-bini jiġi ssorveljat u ddokumentat. Dan huwa importanti minħabba li informazzjoni bħal din hija siewja għas-sid u sabiex tiġi ffaċilitata l-valutazzjoni tar-rendiment tal-bini b'mod ġenerali (pereżempju fil-kuntest taċ-ċertifikazzjoni tar-rendiment fl-użu tal-enerġija).

L-emenda tal-EPBD tespandi l-kamp ta' applikazzjoni tal-ispezzjoni regolari tas-sistemi tekniċi użati fil-bini. L-għan ta' dawn l-ispezzjonijiet huwa li jevalwaw ir-rendiment tas-sistema. L-ispezzjonijiet għandhom jidentifikaw ukoll kwistjonijiet jew problemi, jipproponu soluzzjonijiet jew miżuri ta' titjib, u jirreġistraw ir-riżultati tal-ispezzjoni f'rapport għal referenza futura.

L-EPBD tinkludi rekwiżiti għall-installazzjoni ta' apparati awtoregolatorji li kapaċi jirregolaw it-temperatura ta' ġewwa fil-bini, bl-għan li tittejjeb il-ġestjoni tal-konsum tal-enerġija, filwaqt li jiġu limitati l-kostijiet. Hija tinkludi wkoll il-ħtieġa li jiġu installati sistemi ta' awtomatizzazzjoni u kontroll tal-bini (BACS) fil-binjiet mhux residenzjali (eżistenti u ġodda) kollha fuq ċertu output nominali effettiv tas-sistemi tat-tisħin, ta' ventilazzjoni u tal-arja kundizzjonata. Dan minħabba li l-BACS iwasslu għal iffrankar sinifikanti tal-enerġija, itejbu l-ġestjoni tal-ambjent ta' ġewwa u, bħala tali, huma ta' benefiċċju għas-sidien u l-utenti tal-bini, b'mod partikolari f'binjiet mhux residenzjali kbar.

2.2.   Il-kamp ta' applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar is-sistemi tekniċi użati fil-bini u l-ispezzjonijiet tagħhom, l-apparati awtoregolatorji u l-BACS

Din is-subtaqsima tfakkar il-kamp ta' applikazzjoni u l-kontenut ta' dawn id-dispożizzjonijiet u tenfasizza d-differenzi introdotti mill-emendi mid-Direttiva (UE) 2018/844, fejn rilevanti.

2.2.1.   Sistemi tekniċi użati fil-bini: ir-rekwiżiti tas-sistemi, il-valutazzjoni u d-dokumentazzjoni tar-rendiment ġenerali fl-użu tal-enerġija (l-Artikolu 2, l-Artikolu 8(1) u 8(9) tal-EPBD)

Qabel l-emenda: qabel l-emenda, l-Artikolu 8(1) tal-EPBD talab lill-Istati Membri jistabbilixxu rekwiżiti tas-sistema fir-rigward tar-rendiment ġenerali, l-installazzjoni korretta u d-dimensjonament adattat, l-aġġustament u l-kontroll tas-sistemi tekniċi użati fil-bini. Dan l-obbligu applika għas-sistemi tekniċi użati fil-bini installati f'binjiet eżistenti u l-Istati Membri jistgħu japplikaw ukoll għas-sistemi tekniċi użati fil-bini installati f'binjiet ġodda. Barra minn hekk, qabel l-emenda, l-Artikolu 2(3) tal-EPBD iddefinixxa sistema teknika użata fil-bini bħala “tagħmir tekniku li jipprovdi għat-tisħin, għat-tkessiħ, għall-ventilazzjoni, għall-misħun, għad-dawl jew għal kumbinazzjoni ta' dawn, ta' bini jew unità ta' bini”.

Wara l-emenda: fir-rigward tas-sistemi tekniċi użati fil-bini, l-Artikolu 8 tal-EPBD ġie sostitwit, filwaqt li kien innotat dan li ġej:

(a)

id-dispożizzjonijiet dwar ir-rekwiżiti tas-sistemi tekniċi użati fil-bini fl-Artikolu 8(1) jibqgħu sostanzjalment l-istess (bl-eċċezzjoni tas-sistemi li għalihom kellhom jiġu applikati ir-rekwiżiti tas-sistema, elenkati fis-subparagrafu 2, li kien tħassar);

(b)

l-emenda taġġorna u testendi d-definizzjoni ta' “sistemi tekniċi użati fil-bini” (l-Artikolu 2(3));

(c)

l-emenda tintroduċi dispożizzjonijiet ġodda dwar il-valutazzjoni u d-dokumentazzjoni tar-rendiment ġenerali tas-sistemi tekniċi użati fil-bini (l-Artikolu 8(9)).

2.2.2.   Sistemi tekniċi użati fil-bini: spezzjonijiet (l-Artikoli 14 u 15 tal-EPBD)

Qabel l-emenda:

 

L-Artikolu 14 tal-EPBD stabbilixxa r-rekwiżiti ta' spezzjoni għal sistemi tat-tisħin b'saħħa effettiva ta' aktar minn 20 kW. L-Istati Membri kellhom jiddeterminaw il-frekwenzi tal-ispezzjoni abbażi tat-tip tas-sistema, l-output nominali effettiv, il-kostijiet tal-ispezzjonijiet u l-iffrankar stmat tal-enerġija. Is-sistemi tat-tisħin b'saħħa effettiva ta' aktar minn 100 kW kellhom jiġu spezzjonati mill-inqas kull sentejn. L-Istati Membri jistgħu jippermettu wkoll frekwenza mnaqqsa ta' spezzjoni għal sistemi b'sistemi elettroniċi ta' monitoraġġ u kontroll fis-seħħ. Bħala alternattiva għall-ispezzjonijiet, l-Artikolu 14(4) ippermetta lill-Istati Membri jagħżlu li jieħdu miżuri li jiżguraw li l-utenti jingħataw pariri dwar is-sostituzzjoni tal-bojlers, modifiki oħrajn fis-sistema tat-tisħin u soluzzjonijiet alternattivi sabiex jiġu vvalutati l-effiċjenza u d-daqs adattat tal-bojler. L-impatt ġenerali ta' dan l-approċċ kellu jkun ekwivalenti għall-impatt mistenni tal-ispezzjonijiet.

 

L-Artikolu 15 tad-Direttiva stabbilixxa r-rekwiżiti ta' spezzjoni għal sistemi tal-arja kundizzjonata b'saħħa effettiva ta' aktar minn 12 kW. L-Istati Membri kellhom jiddeterminaw il-frekwenzi tal-ispezzjoni abbażi tat-tip tas-sistema, l-output nominali effettiv, il-kostijiet tal-ispezzjonijiet u l-iffrankar stmat tal-enerġija. L-Istati Membri jistgħu jippermettu frekwenza mnaqqsa ta' spezzjoni għal sistemi b'sistemi elettroniċi ta' monitoraġġ u kontroll fis-seħħ. Bħala alternattiva għall-ispezzjonijiet, l-Artikolu 15(4) ippermetta lill-Istati Membri jagħżlu li jieħdu miżuri li jiżguraw li l-utenti jingħataw pariri dwar is-sostituzzjoni ta' sistemi tal-arja kundizzjonata u modifiki relatati oħrajn, inklużi spezzjonijiet sabiex jiġu vvalutati l-effiċjenza u d-daqs adattat tas-sistema. L-impatt ġenerali ta' dan l-approċċ kellu jkun ekwivalenti għall-impatt mistenni tal-ispezzjonijiet.

Wara l-emenda:

 

L-Artikolu 1(7) tad-Direttiva (UE) 2018/844 jissostitwixxi d-dispożizzjonijiet relatati mal-ispezzjonijiet fl-Artikoli 14 u 15 tal-EPBD.

 

Skont l-Artikolu 14 tal-EPBD, is-sistemi tat-tisħin u s-sistemi tat-tisħin u tal-ventilazzjoni kkombinati b'output nominali effettiv ta' 70 kW jew inqas ma għadhomx jirrikjedu spezzjonijiet. Skont l-istess Artikolu, is-sistemi tat-tisħin u s-sistemi tat-tisħin u tal-ventilazzjoni kkombinati b'output nominali effettiv ta' aktar minn 70 kW xorta jridu jiġu spezzjonati f'intervalli regolari. L-EPBD tippermetti eżenzjonijiet għal:

(a)

sistemi li huma taħt arranġamenti kuntrattwali tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija (jew simili), f'konformità mal-Artikolu 14(2);

(b)

sistemi mħaddmin minn operatur ta' utilità jew netwerk, f'konformità mal-Artikolu 14(2);

(c)

sistemi f'binjiet mhux residenzjali mgħammra b'sistemi ta' awtomatizzazzjoni u kontroll, f'konformità mal-Artikolu 14(4) u 14(6);

(d)

sistemi f'binjiet residenzjali b'funzjonalitajiet speċifiċi ta' monitoraġġ u kontroll, f'konformità mal-Artikolu 14(5) u 14(6).

 

Skont l-Artikolu 15 tal-EPBD, is-sistemi tal-arja kundizzjonata u s-sistemi tal-arja kundizzjonata u tal-ventilazzjoni kkombinati b'output nominali effettiv ta' 70 kW jew inqas ma għadhomx jirrikjedu spezzjonijiet. Skont l-istess Artikolu, is-sistemi tal-arja kundizzjonata u s-sistemi tal-arja kundizzjonata u tal-ventilazzjoni kkombinati b'output nominali effettiv ta' aktar minn 70 kW xorta jridu jiġu spezzjonati f'intervalli regolari. L-EPBD tippermetti eżenzjonijiet għal:

(a)

sistemi taħt arranġamenti kuntrattwali tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija (jew simili), f'konformità mal-Artikolu 15(2);

(b)

sistemi mħaddmin minn operatur ta' utilità jew netwerk, f'konformità mal-Artikolu 15(2);

(c)

sistemi f'binjiet mhux residenzjali mgħammra b'sistemi ta' awtomatizzazzjoni u kontroll, f'konformità mal-Artikolu 15(4) u 15(6);

(d)

sistemi f'binjiet residenzjali b'funzjonalitajiet speċifiċi ta' monitoraġġ u kontroll, f'konformità mal-Artikolu 15(5) u 15(6).

2.2.3.   Rekwiżiti relatati mal-installazzjoni ta' apparati awtoregolatorji (l-Artikolu 8(1) tal-EPBD)

Qabel l-emenda: Mhux applikabbli (dawn id-dispożizzjonijiet ġew introdotti mal-emenda)

Wara l-emenda: L-Artikolu 1 tad-Direttiva (UE) 2018/844 jintroduċi rekwiżiti ġodda relatati mal-installazzjoni ta' apparati awtoregolatorji u sistemi ta' awtomatizzazzjoni u kontroll tal-bini f'binjiet li jissodisfaw kundizzjonijiet speċifiċi. B'mod aktar preċiż, skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 8(1) tal-EPBD, l-Istati Membri jridu jirrikjedu l-installazzjoni ta' apparati awtoregolatorji fil-binjiet ġodda kollha u fil-binjiet eżistenti meta l-ġeneraturi tas-sħana jiġu sostitwiti, fejn ikun teknikament u ekonomikament fattibbli.

2.2.4.   Rekwiżiti relatati mal-installazzjoni ta' sistemi ta' awtomatizzazzjoni u kontroll tal-bini (l-Artikoli 14(4) u 15(4) tal-EPBD)

Qabel l-emenda: Mhux applikabbli (dawn id-dispożizzjonijiet ġew introdotti mal-emenda)

Wara l-emenda: Skont l-Artikolu 14(4) u l-Artikolu 15(4) tal-EPBD, l-Istati Membri jridu jirrikjedu l-installazzjoni ta' sistemi ta' awtomatizzazzjoni u kontroll tal-bini fil-binjiet mhux residenzjali kollha li fihom l-output nominali effettiv tat-tisħin, l-arja kundizzjonata, it-tisħin u l-ventilazzjoni kkombinati u l-arja kundizzjonata u l-ventilazzjoni kkombinati jkun ta' aktar minn 290 kW. F'konformità mal-Artikoli 14(4) u 15(4) tal-EPBD, dan irid isir sal-31 ta' Diċembru 2025, fejn ikun teknikament u ekonomikament fattibbli (ara t-taqsima 2.3.4 għal aktar gwida dwar il-fattibbiltà tal-issodisfar tar-rekwiżiti).

2.3.   Il-fehim tad-dispożizzjonijiet dwar is-sistemi tekniċi użati fil-bini u l-ispezzjonijiet tagħhom, l-apparati awtoregolatorji u l-BACS

2.3.1.   Ir-rekwiżiti tas-sistemi tekniċi użati fil-bini u l-valutazzjoni u d-dokumentazzjoni tar-rendiment ġenerali fl-użu tal-enerġija tas-sistemi tekniċi użati fil-bini (l-Artikolu 2, l-Artikolu 8(1) u 8(9) tal-EPBD)

2.3.1.1.   Estensjoni tad-definizzjoni ta' “sistema teknika użata fil-bini” (l-Artikolu 2(3) tal-EPBD)

L-obbligi li jirriżultaw mill-Artikolu 8(1) u 8(9) tal-EPBD japplikaw għas-sistemi tekniċi użati fil-bini kif definiti fl-Artikolu 2(3). Skont din id-definizzjoni, it-terminu “sistema teknika użata fil-bini” tfisser “tagħmir tekniku għat-tisħin tal-ispazju, għat-tkessiħ tal-ispazju, għall-ventilazzjoni, għall-ilma sħun domestiku, għad-dawl integrat, għall-awtomatizzazzjoni u l-kontroll tal-bini, għall-ġenerazzjoni tal-elettriku fuq il-post, jew għal taħlita tagħhom, inklużi dawk is-sistemi li jużaw enerġija minn sorsi rinnovabbli, ta' bini jew ta' unità ta' bini.”

“Sistema teknika użata fil-bini” kienet diġà definita fl-EPBD qabel l-aħħar emenda. L-EPBD taġġorna din id-definizzjoni billi: tuża kliem differenti għal xi sistemi, bl-għan li tikkjarifika l-kamp ta' applikazzjoni tagħhom; u testendih sabiex tinkludi sistemi addizzjonali (“tagħmir tekniku għall-awtomatizzazzjoni u l-kontroll tal-bini” u “tagħmir tekniku għall-ġenerazzjoni tal-elettriku fuq il-post”).

It-tabella li ġejja tiġbor fil-qosor il-bidliet li saru fid-definizzjoni skont l-EPBD:

Tabella 1

Bidliet fid-definizzjoni ta' “sistema teknika użata fil-bini” introdotti skont l-EPBD

Qabel l-emenda

Bl-emenda

Tip ta' bidla

tisħin

tisħin tal-ispazju

kjarifika tal-kamp ta' applikazzjoni

tkessiħ

tkessiħ tal-ispazju

kjarifika tal-kamp ta' applikazzjoni

ventilazzjoni

ventilazzjoni

ebda bidla

ilma sħun

ilma sħun domestiku

kjarifika tal-kamp ta' applikazzjoni

dawl

dawl integrat

kjarifika tal-kamp ta' applikazzjoni (1)

n/a

awtomatizzazzjoni u kontroll tal-bini

sistema teknika ġdida użata fil-bini

n/a

ġenerazzjoni tal-elettriku fuq il-post

sistema teknika ġdida użata fil-bini

Il-kunċett ta' “ġenerazzjoni tal-elettriku fuq il-post” skont l-EPBD għandu jkun soġġett għall-interpretazzjoni fid-dawl tal-Artikolu 15 tad-Direttiva dwar l-Elettriku (2) dwar regoli komuni għas-suq intern tal-elettriku li jirregola l-istatus, id-drittijiet u l-obbligi tal-klijenti tal-elettriku li jkollhom ukoll unitajiet ta' ġenerazzjoni, u tal-kunċett ta' “klijenti attivi” skont it-tifsira tal-istess Direttiva.

2.3.1.2.   Sistemi tekniċi ġodda użati fil-bini fl-EPBD (l-Artikolu 2(3) u 2(3a) tal-EPBD)

It-tagħmir tekniku għall-awtomatizzazzjoni u l-kontroll tal-bini u t-tagħmir tekniku għall-ġenerazzjoni tal-elettriku fuq il-post żdiedu mad-definizzjoni ta' sistemi tekniċi użati fil-bini.

(a)

Is-“sistemi ta' awtomatizzazzjoni u kontroll tal-bini” huma definiti fl-Artikolu 2(3a) tal-EPBD: “‘sistema ta' awtomatizzazzjoni u kontroll tal-bini’ tfisser sistema li tinkludi l-prodotti, is-softwer u s-servizzi ta' inġinerija kollha li jistgħu jappoġġaw it-tħaddim effiċjenti fl-użu tal-enerġija, ekonomiku u mingħajr periklu ta' sistemi tekniċi tal-bini permezz ta' kontrolli awtomatiċi u permezz tal-iffaċilitar tal-ġestjoni manwali ta' dawk is-sistemi tekniċi tal-bini;”

(b)

“Sistemi ta' ġenerazzjoni tal-elettriku fuq il-post” tirreferi għal sistemi li huma ddisinjati sabiex jipproduċu l-elettriku, li huma installati fi jew ġewwa l-konfini limitati tal-bini fejn tinsab il-binja u li għandhom xi livell ta' integrazzjoni mal-bini u l-installazzjoni elettrika tiegħu (3). Tali sistemi jinkludu, b'mod partikolari, il-pannelli fotovoltajċi (eż. pannelli fotovoltajċi mmuntati fuq is-soqfa), l-installazzjonijiet mikro ta' sħana u enerġija kkombinati (CHP) u t-turbini tar-riħ żgħar.

2.3.1.3.   Definizzjonijiet utli: “sistema tat-tisħin” u “sistema tal-arja kundizzjonata” (l-Artikolu 2(15a) u 2(15) tal-EPBD)

Minbarra d-definizzjoni ta' sistema teknika użata fil-bini, l-Artikolu 2 tal-EPBD jinkludi d-definizzjonijiet ta' sistema tat-tisħin u sistema tal-arja kundizzjonata (4):

(a)

“‘Sistema tat-tisħin’ tfisser taħlita tal-komponenti meħtieġa biex tkun ipprovduta forma ta' trattament tal-arja interna, li permezz tagħha tiżdied it-temperatura (5)”.

(b)

“‘Sistema ta' arja kundizzjonata’ tfisser numru ta' komponenti magħqudin li jkunu meħtieġa biex tkun ipprovduta forma ta' trattament tal-arja interna, li permezz tagħhom it-temperatura hija kkontrollata jew tista' titbaxxa (6)”.

2.3.1.4.   Meta japplikaw l-obbligi? (l-Artikolu 8(1) u 8(9) tal-EPBD)

Id-dispożizzjonijiet dwar is-sistema teknika użata fil-bini skont l-Artikolu 8(1) u 8(9) tal-EPBD japplikaw meta tiġi installata, sostitwita jew imtejba sistema teknika użata fil-bini.

Innota li l-kundizzjonijiet li jeħtieġ li jiġu ssodisfati sabiex japplikaw dawn l-obbligi huma relatati biss mas-sistemi tekniċi użati fil-bini nfushom u mhux mat-tip ta' bini jew unità ta' bini taħt kunsiderazzjoni. Id-definizzjoni ta' sistema teknika użata fil-bini tagħmilha ċara li sistema teknika użata fil-bini hija tagħmir f'bini jew unità ta' bini, li tfisser li d-dispożizzjonijiet li japplikaw għas-sistemi tekniċi użati fil-bini huma applikabbli fil-binjiet jew fl-unitajiet tal-bini kkonċernati, irrispettivament mit-tip jew il-karatteristiki ta' bini.

Madankollu, id-dispożizzjoni dwar l-iffissar tar-rekwiżiti tas-sistema hija obbligatorja fir-rigward tas-sistemi tekniċi użati fil-bini f'binjiet eżistenti. Huwa f'idejn l-Istati Membri jekk jagħżlux li jestendu l-obbligu għas-sistemi tekniċi użati fil-bini f'binjiet ġodda.

2.3.1.5.   Tifsira tat-termini (l-Artikolu 8(1) u 8(9) tal-EPBD)

Id-dispożizzjonijiet ġodda dwar id-dokumentazzjoni tar-rendiment tas-sistema (l-Artikolu 8(9) tal-EPBD) jużaw uħud mill-istess kunċetti bħad-dispożizzjonijiet dwar l-iffissar tar-rekwiżiti tas-sistema: “rendiment ġenerali fl-użu tal-enerġija”, “installazzjoni”, “sostituzzjoni” u “titjib”. It-tifsira ta' dawn it-termini tibqa' l-istess fid-dispożizzjonijiet il-ġodda. Għalhekk, dawn it-termini għandhom jiġu trasposti fil-livell nazzjonali bl-istess mod bħal fid-dispożizzjonijiet dwar l-iffissar tar-rekwiżiti tas-sistema.

Id-dispożizzjonijiet dwar id-dokumentazzjoni tar-rendiment tas-sistema jużaw ukoll it-terminu “parti mibdula”, li jirreferi għall-parti speċifika (jiġifieri komponent) ta' sistema li tiġi affettwata meta s-sistema tiġi mtejba. Dan huwa rilevanti biss fil-kuntest ta' titjib ta' sistema, mhux meta tiġi installata jew sostitwita sistema.

2.3.2.   Spezzjoni tas-sistemi tat-tisħin, tal-arja kundizzjonata, tat-tisħin u tal-ventilazzjoni kkombinati, u tal-arja kundizzjonata u tal-ventilazzjoni kkombinati (l-Artikoli 14 u 15 tal-EPBD)

2.3.2.1.   Evoluzzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar l-ispezzjonijiet skont l-EPBD (l-Artikoli 14 u 15 tal-EPBD)

Fil-qosor, il-bidliet ewlenin fir-rekwiżiti tal-ispezzjoni introdotti skont l-EPBD huma: (1) il-limiti differenti għall-ispezzjonijiet, (2) l-introduzzjoni tal-ispezzjonijiet tas-sistemi ta' ventilazzjoni għas-sistemi tat-tisħin (l-arja kundizzjonata) u tal-ventilazzjoni kkombinati, (3) enfasi akbar fuq il-kundizzjonijiet operattivi normali, u (4) rwol akbar għas-sistemi ta' awtomatizzazzjoni u kontroll tal-bini (BACS) u għas-sistemi elettroniċi ta' monitoraġġ u kontroll.

Bħala alternattiva għall-ispezzjonijiet, l-Artikoli 14(3) u 15(3) tal-EPBD jinkludu l-possibbiltà għall-Istati Membri li jagħżlu li jieħdu miżuri alternattivi li jiżguraw li l-utenti jingħataw pariri. Id-dispożizzjonijiet tal-EPBD dwar il-miżuri alternattivi huma simili għal dawk stabbiliti fl-EPBD qabel l-aħħar emenda.

Madankollu, l-Istati Membri li jagħżlu li japplikaw miżuri alternattivi jridu jiżguraw li l-impatt tagħhom ikun ekwivalenti għall-impatt li kieku kien ikollhom l-ispezzjonijiet imwettqa skont l-Artikolu 14(1) u l-Artikolu 15(1) tal-EPBD (dan jinkludi elementi bħal-limiti l-ġodda, is-sistemi tat-tisħin u tal-ventilazzjoni kkombinati, l-eżenzjonijiet, eċċ.).

Id-dispożizzjonijiet fl-Artikolu 15 tal-EPBD huma kważi identiċi għal dawk fl-Artikolu 14. L-unika differenza hija li l-Artikolu 14 japplika għas-sistemi tat-tisħin, filwaqt li l-Artikolu 15 japplika għas-sistemi tal-arja kundizzjonata. Għalhekk, l-Istati Membri għandhom japplikaw ir-rakkomandazzjonijiet ipprovduti għall-ispezzjoni tas-sistemi tat-tisħin fl-Artikolu 14 għall-ispezzjoni tas-sistemi tal-arja kundizzjonata fl-Artikolu 15 (jew il-miżuri alternattivi tagħhom, jekk applikabbli). Jirriżulta li r-referenzi għas-sistemi tat-tisħin japplikaw ukoll għas-sistemi tal-arja kundizzjonata, filwaqt li r-referenzi għall-ġeneraturi tas-sħana jew għall-bojlers japplikaw ukoll għall-ġeneraturi tat-tkessiħ jew għall-apparat tat-tkessiħ. Sabiex jiġi evitat test żejjed, it-taqsimiet li ġejjin jindirizzaw prinċipalment l-ispezzjoni tas-sistemi tat-tisħin skont l-Artikolu 14; referenzi separati għas-sistemi tal-arja kundizzjonata skont l-Artikolu 15 għandhom isiru biss fejn ikunu meħtieġa.

2.3.2.2.   Saħħa effettiva (output nominali effettiv) (l-Artikoli 2(17), 14 u 15 tal-EPBD)

Id-definizzjoni ta' “saħħa effettiva” hija mogħtija fl-Artikolu 2(17) tal-EPBD.

Għat-tisħin u l-arja kundizzjonata, l-output nominali effettiv tfisser l-output massimu (f'kW) matul it-tħaddim, kif speċifikat mill-manifattur tas-sistema (7):

(a)

potenza termika nominali għal sistema tat-tisħin;

(b)

potenza tat-tkessiħ nominali għal sistema tal-arja kundizzjonata.

Fejn applikabbli, il-limitu għall-output nominali effettiv japplika għal kull sistema individwalment (it-tisħin, l-arja kundizzjonata, it-tisħin u l-arja kundizzjonata kkombinati u l-ventilazzjoni).

Meta jkun hemm fis-seħħ sistemi kkombinati, l-output nominali effettiv għandu jirrifletti l-kapaċità tal-kombinazzjoni tas-sistemi, kif ikkjarifikat fit-taqsimiet 2.3.2.3 u 2.3.2.4.

Ġeneralment, sistema tkun tinkludi aktar minn unità waħda li jitħaddmu b'mod konġunt. F'dan il-każ, l-output nominali effettiv jikkorrispondi għas-somma tal-outputs nominali effettivi tal-unitajiet individwali.

2.3.2.3.   Sistemi tat-tisħin u tat-tisħin u tal-ventilazzjoni kkombinati (l-Artikolu 14 tal-EPBD)

L-aħħar emenda għall-EPBD tespandi l-kamp ta' applikazzjoni tal-ispezzjoni sabiex tkun tinkludi wkoll il-parti tal-ventilazzjoni tas-sistemi tat-tisħin u tal-ventilazzjoni kkombinati.

Għal dawk l-Istati Membri li diġà għandhom sistemi ta' spezzjoni fis-seħħ, il-kamp ta' applikazzjoni tas-sistema tat-tisħin innifisha għandu diġà jkun ġie definit fil-kuntest tat-traspożizzjoni. F'konformità mal-Artikolu 14(1) tal-EPBD, dan irid jinkludi l-partijiet aċċessibbli kollha, bħall-ġeneratur tas-sħana, is-sistema tal-kontroll u l-pompi taċ-ċirkolazzjoni.

L-EPBD teżiġi wkoll li ssir l-ispezzjoni tal-ventilazzjoni f'sistemi tat-tisħin u tal-ventilazzjoni kkombinati. Billi dan huwa rekwiżit ġdid, l-Istati Membri għandhom jiddefinixxu t-tipi ta' sistemi li issa se jitqiesu bħala sistemi tat-tisħin u tal-ventilazzjoni kkombinati.

Il-kunċett ta' sistemi tat-tisħin u tal-ventilazzjoni kkombinati għandu jinftiehem bħala li jinkludi l-kategoriji li ġejjin:

(a)

Tip 1: sistemi tal-ventilazzjoni mqabbda mas-sistema tat-tisħin. Dawn huma sistemi fejn is-sistema tal-ventilazzjoni tkun magħmula minn unità tat-trattament tal-arja (AHU) waħda jew aktar li jwasslu l-arja ttrattata lejn l-ispazju/i msaħħan/imsaħħnin u fejn dawn l-AHUs ikunu mqabbda ma' wieħed jew aktar mill-ġeneraturi tas-sħana bl-għan li jużaw is-sħana tagħhom sabiex jittrattaw l-arja. Eżempji ta' sistema ta' dan it-tip: bojler + AHU + unitajiet terminali (kojls tal-fannijiet/konvetturi tal-fannijiet/radjaturi) jew bojler + sistema bil-volum tal-arja varjabbli;

(b)

Tip 2: sistemi ta' ventilazzjoni kkoordinati mas-sistema tat-tisħin. Dawn huma sistemi fejn hemm unità tat-trattament tal-arja waħda jew aktar li jwasslu l-arja ttrattata lejn l-ispazju/i msaħħan/imsaħħnin. Is-sistema ta' ventilazzjoni hija mqabbda ma' sors tas-sħana indipendenti (eż. bojler jew pompa tas-sħana ddedikati) jew tuża sors tas-sħana intern (eż. reżistenza elettrika). L-ispazju jissaħħan l-aktar permezz ta' sistema li tuża sors tas-sħana differenti. Anki jekk is-sistemi tat-tisħin u tal-ventilazzjoni ma jikkondividux sorsi tas-sħana, huma jitħaddmu b'mod integrat u kkoordinat (pereżempju, f'termini ta' skedi, temperaturi tal-fluss jew rati tal-fluss). Eżempji ta' sistema ta' dan it-tip: unitajiet fuq is-soqfa (il-volum varjabbli tar-refriġerant jew il-fluss varjabbli tar-refriġerant) + AHUs;

(c)

Tip 3: sistemi ta' ventilazzjoni indipendenti mis-sistema tat-tisħin. Dawn huma sistemi fejn is-sistema ta' ventilazzjoni tkun kompletament indipendenti mit-tisħin, kemm f'termini tas-sors tas-sħana kif ukoll tat-tħaddim. Eżempji ta' sistema ta' dan it-tip: sistemi ta' estrazzjoni biss, sistemi ta' provvista u estrazzjoni (mingħajr tisħin minn qabel).

Is-sistemi tat-Tip 1 għandhom jitqiesu bħala sistemi tat-tisħin u tal-ventilazzjoni kkombinati. Dan ifisser li japplikaw ir-rekwiżiti tal-EPBD (il-premessa 35 tad-Direttiva (UE) 2018/844 tgħin sabiex jiġi stabbilit dan). Irrispettivament mis-sehem tas-sħana użata mis-sistema ta' ventilazzjoni, kemm is-sistema tat-tisħin kif ukoll is-sistema ta' ventilazzjoni huma involuti bis-sħiħ fit-twassil tas-sħana fil-bini. Sistema ta' dan it-tip tirrikjedi integrazzjoni bir-reqqa bejn il-ventilazzjoni u t-tisħin sabiex tipprovdi b'mod adegwat għall-ambjent ta' ġewwa bl-aktar mod effiċjenti, b'mod partikolari taħt kundizzjonijiet operattivi tipiċi jew medji. L-ispezzjonijiet imwettqa fuq sistemi bħal dawn huma opportunità tajba sabiex jiġu identifikati modi kif tiġi ffrankata l-enerġija b'kost imnaqqas (“low hanging fruit”).

Is-sistemi tat-Tip 2 għandhom jitqiesu wkoll bħala sistemi tat-tisħin u tal-ventilazzjoni kkombinati. Dan huwa primarjament minħabba l-ħtieġa li jiġi integrat b'mod adegwat it-tħaddim tas-sistemi tat-tisħin u tal-ventilazzjoni. B'mod simili għas-sistemi tat-Tip 1, spezzjoni hija opportunità tajba sabiex tidentifika modi kif tiġi ffrankata l-enerġija b'kost imnaqqas tal-implimentazzjoni.

Is-sistemi tat-Tip 3 ma għandhomx jitqiesu bħala sistemi tat-tisħin u tal-ventilazzjoni kkombinati. Is-sistema tat-tisħin u s-sistema tal-ventilazzjoni għandhom jiġu ttrattati bħala sistemi individwali u separati għall-finijiet tal-EPBD.

B'mod ġenerali, is-sistemi tat-Tip 1 u tat-Tip 2 huma aktar komuni f'binjiet mhux residenzjali (bħal uffiċċji, ċentri tax-xiri, eċċ.), filwaqt li s-sistemi tat-Tip 3 huma aktar komuni f'binjiet residenzjali.

L-output nominali effettiv ta' sistema kkombinata tat-tisħin u tal-ventilazzjoni għandu jkun is-somma tal-output nominali effettiv tal-ġeneraturi tas-sħana differenti installati fis-sistema (8).

Il-kalkolu tal-klassifikazzjoni effettiva ta' sistema tiddependi mit-tip ta' sistema użata. Fis-sistemi tat-Tip 1 u tat-Tip 3, id-daqs tal-ġeneratur tas-sħana huwa l-fattur determinanti. Fis-sistemi tat-Tip 2, id-daqs tal-ġeneratur tas-sħana għandu jiżdied mad-daqs tal-ġeneratur tas-sħana separat fis-sistema ta' ventilazzjoni (eż. ħiters tal-elettriku, pannelli solari termali, eċċ.). Dan minħabba li l-kapaċità tat-tisħin taż-żewġ elementi tintuża sabiex tikkumpensa għat-telf tas-sħana fl-ispazju ttrattat.

L-EPBD ma tispeċifikax sa liema punt l-ispezzjoni tapplika għall-immaniġġar tal-arja u l-aspetti tat-trattament tas-sistema (bħax-xogħol tal-kanali, l-ismorzaturi jew il-filtri tal-arja). Madankollu, tkun prattika tajba li l-espert indipendenti xorta jinkludihom fl-ispezzjoni, mill-inqas sa ċertu punt, abbażi tal-aċċessibbiltà tas-sistema u l-opportunitajiet ta' ffrankar tal-enerġija disponibbli. Fil-prattika, f'sistema kkombinata tat-tisħin u tal-ventilazzjoni, il-partijiet differenti tas-sistema jistgħu jkunu jinsabu flimkien jew qrib ħafna. Billi l-ispettur qed iżur il-bini fiżikament, l-ammont ta' xogħol u l-kostijiet miżjuda huma limitati, filwaqt li l-opportunitajiet sabiex tiġi ffrankata l-enerġija huma tajbin.

2.3.2.4.   Sistemi tat-tisħin, tal-arja kundizzjonata u tal-ventilazzjoni kkombinati (l-Artikoli 14 u 15 tal-EPBD)

Huwa komuni li sistema ta' ventilazzjoni tkun imqabbda kemm mas-sistema tat-tisħin kif ukoll mas-sistema tal-arja kundizzjonata.

Fl-Istati Membri li ddeċidew li jimplimentaw spezzjonijiet kemm għas-sistemi tat-tisħin kif ukoll għas-sistemi tal-arja kundizzjonata, il-ventilazzjoni tista' tkun soġġetta għal spezzjoni doppja (darba bis-sistema tat-tisħin u darba oħra bis-sistema tal-arja kundizzjonata). Dan ix-xenarju ta' spezzjonijiet doppji għandu jiġi evitat sabiex ikun limitat il-piż fuq il-bini u l-utenti.

Is-sistemi tat-tisħin, tal-arja kundizzjonata u tal-ventilazzjoni kkombinati preferibbilment għandhom jiġu spezzjonati fi żjara waħda minn espert ikkwalifikat sabiex jispezzjona t-tnejn. Fin-nuqqas ta' dan, huwa rrakkomandat li s-sistema tal-ventilazzjoni tiġi spezzjonata minn espert ikkwalifikat sabiex iwettaq spezzjonijiet tas-sistemi tal-arja kundizzjonata.

Fl-Istati Membri li ddeċidew li jimplimentaw spezzjonijiet għal tip wieħed ta' sistema u miżuri alternattivi għal ieħor, ir-riskju ta' spezzjoni doppja ma jeżistix. Madankollu, l-ispezzjoni għandha tiżgura li ċ-ċiklu tat-tisħin jew iċ-ċiklu tat-tkessiħ fis-sistema tal-ventilazzjoni ma jkunux kontra xulxin.

Sabiex jiġi stabbilit jekk sistema hijiex fuq jew taħt il-limitu ta' 70 kW, l-outputs nominali effettivi tat-tisħin u tat-tkessiħ rispettivi għandhom jiġu kkunsidrati separatament. Pereżempju, sistema tat-tisħin u tal-arja kundizzjonata kkombinati b'potenza termika nominali ta' 50 kW u potenza tat-tkessiħ nominali ta' 30 kW tkun 'il fuq mil-limitu kemm għall-ispezzjonijiet tat-tisħin kif ukoll għall-ispezzjonijiet tal-arja kundizzjonata. Sistema kkombinata b'potenza termika nominali ta' 80 kW u potenza tat-tkessiħ nominali ta' 30 kW tkun 'il fuq mil-limitu għall-ispezzjonijiet tat-tisħin u taħt il-limitu għall-ispezzjonijiet tal-arja kundizzjonata.

Ir-raġuni għal dan it-trattament separat hija li l-EPBD tittratta s-sistemi tat-tisħin u tal-arja kundizzjonata separatament (l-Artikolu 14 u l-Artikolu 15, rispettivament). Fl-EPBD ma hemmx dispożizzjonijiet li jittrattaw dawn is-sistemi flimkien. Konsegwentement, minkejja li fil-prattika tali sistemi kkombinati jistgħu jeżistu tabilħaqq, skont l-Artikoli 14 u 15 tal-EPBD, huma xorta waħda jridu jiġu ttrattati separatament, bir-rekwiżiti tal-ispezzjoni rispettivi tagħhom, l-obbligi tar-rapportar, il-perjodiċità, iċ-ċertifikazzjoni tal-ispetturi, eċċ.

2.3.2.5.   Pompi tas-sħana u unitajiet fuq is-soqfa (l-Artikoli 2(18), 14 u 15 tal-EPBD)

L-Artikolu 2(18) tal-EPBD jiddefinixxi l-pompi tas-sħana bħala “magna, apparat jew installazzjoni li tittrasferixxi s-sħana minn ambjenti naturali bħall-arja, l-ilma jew l-art għal ġewwa l-bini jew applikazzjonijiet industrijali billi jreġġgħu lura l-fluss naturali tas-sħana b'mod li timxi minn temperatura aktar baxxa għal waħda aktar għolja. Għall-pompi tas-sħana riversibbli, jistgħu wkoll imexxu s-sħana mill-bini għall-ambjent naturali tal-madwar”. Għalhekk, il-pompi tas-sħana kapaċi jaġixxu bħala ġeneraturi kemm għas-sistemi tat-tisħin kif ukoll għas-sistemi tal-arja kundizzjonata, għalkemm f'xi applikazzjonijiet jistgħu jipprovdu biss funzjoni waħda jew l-oħra. Minħabba din il-kapaċità li jipprovdu kemm it-tisħin kif ukoll it-tkessiħ, il-pompi tas-sħana jistgħu jaqgħu kemm taħt l-Artikolu 14 kif ukoll taħt l-Artikolu 15.

Jekk pompa tas-sħana tintuża bħala l-ġeneratur tas-sħana f'sistema li tipprovdi biss it-tisħin, mela s-sistema għandha taqa' taħt l-Artikolu 14. Pereżempju, din tkun is-sitwazzjoni ta' pompa tas-sħana li tiġġenera s-sħana għat-tisħin u l-ilma sħun domestiku.

Jekk pompa tas-sħana tintuża bħala l-ġeneratur tat-tisħin jew tat-tkessiħ f'sistema li tipprovdi kemm it-tisħin kif ukoll l-arja kundizzjonata, mela s-sistema għandha taqa' taħt l-Artikolu 15.

L-unitajiet fuq is-soqfa huma kategorija speċjali ta' pompa tas-sħana u ġeneralment jintużaw f'binjiet mhux residenzjali relattivament kbar. Huma jaħdmu bħala pompi tas-sħana u għandhom il-kapaċità miżjuda li jipprovdu tisħin u tkessiħ simultanjament. Huma għandhom dejjem jitqiesu bħala li jaqgħu taħt l-Artikolu 15.

2.3.2.6.   Ir-rendiment taħt kundizzjonijiet operattivi tipiċi jew medji (il-Premessa 36, l-Artikoli 14(1) u 15(1) tal-EPBD)

Qabel l-emenda, il-premessa 26 tal-EPBD iddikjarat li “l-manutenzjoni u l-ispezzjoni regolari ta' sistemi ta' tisħin u l-arja kkondizzjonata minn persuni kkwalifikati tikkontribwixxi sabiex jinżamm l-aġġustament korrett skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott u b'hekk jiġi żgurat ir-rendiment ottimali minn perspettiva ambjentali, ta' sigurtà u tal-użu tal-enerġija” u l-Artikolu 14(1) iddikjara li l-ispezzjoni trid tinkludi valutazzjoni tad-daqs tal-bojler imqabbel mar-rekwiżiti tal-bini.

Bl-emenda, l-EPBD tirreferi mhux biss għall-bojler, iżda għas-sistema kollha kemm hi u, b'mod partikolari, għall-ġeneratur tas-sħana. Għalhekk, hemm enfasi akbar fuq il-kundizzjonijiet operattivi normali. Il-Premessa 36 tad-Direttiva (UE) 2018/844 tindika li huwa preferibbli li l-ispezzjonijiet jiffokaw fuq il-kundizzjonijiet tal-użu fil-ħajja reali, b'kundizzjonijiet operattivi varji li jistgħu jirrikjedu biss parti mill-kapaċità tal-output nominali. Dan minħabba li frazzjoni żgħira biss tal-konsum tal-enerġija f'sistema tat-tisħin isseħħ taħt kundizzjonijiet li joqorbu lejn il-kundizzjonijiet tad-disinn. Minflok, l-akbar proporzjon ta' enerġija jiġi kkonsmat meta s-sistema tkun qed taħdem taħt “tagħbija parzjali” (jiġifieri meta s-sistema ma taħdimx b'kapaċità sħiħa). Għalhekk, l-għan għandu jkun li jiġi żgurat li s-sistema tkun tista' taħdem b'mod effiċjenti u effettiv taħt il-kundizzjonijiet kollha.

Skont l-Artikolu 14(1) tal-EPBD, l-ispezzjoni tas-sistemi tat-tisħin tinkludi, fejn rilevanti, valutazzjoni tal-kapaċità tas-sistema li ttejjeb ir-rendiment tagħha taħt kundizzjonijiet operattivi tipiċi jew medji. L-Istati Membri għandhom jaġġornaw il-leġiżlazzjoni tagħhom sabiex jiżguraw li din il-valutazzjoni tar-rendiment tkun inkluża, fejn rilevanti, fil-kamp ta' applikazzjoni tal-ispezzjonijiet.

It-tħaddim ta' sistema tat-tisħin jiddependi fuq ħafna fatturi, inklużi: il-kundizzjonijiet ta' barra, il-karatteristiki tal-bini, l-użu tal-bini u l-karatteristiki tas-sistema. Huwa kumpless u possibbilment mhux prattiku li jiġu definiti l-kundizzjonijiet operattivi tipiċi jew medji għall-kombinazzjonijiet possibbli kollha.

Is-sistemi rari jitħaddmu f'kapaċità sħiħa u minflok jitħaddmu f'dik li hija magħrufa bħala tagħbija parzjali. Huwa possibbli li jiġu pprovduti xi linji gwida ta' malajr dwar il-kundizzjonijiet operattivi tipiċi jew medji abbażi tal-perċentwal tal-output tas-sistema matul perjodu partikolari. Pereżempju, bħala regola ġenerali, jista' jingħad li l-kundizzjonijiet tipiċi jew medji jirriżultaw f'sistema li titħaddem bejn 20 % u 40 % tal-output tad-disinn tagħha matul perjodu ta' żmien (eż. jum). Madankollu, dan jagħti stampa mhux kompluta. Anki f'jum tipiku jew medju, l-aktar konfigurazzjonijiet effiċjenti għal sistema jistgħu jvarjaw sostanzjalment matul il-jum. Bħala riżultat, mhuwiex irrakkomandat li l-kundizzjonijiet operattivi tipiċi jew medji jiġu definiti bħala funzjoni tat-tagħbija tas-sistema fil-leġiżlazzjoni nazzjonali.

Huwa possibbli wkoll li jiġu pprovduti xi linji gwida ġenerali sabiex jiġu definiti l-kundizzjonijiet operattivi tipiċi jew medji abbażi tat-temperatura ta' barra u jiġi speċifikat kif dawn huma differenti mill-kundizzjonijiet tad-disinn. Pereżempju, jekk il-kundizzjonijiet tad-disinn jiġu stabbiliti f'temperatura ta' – 10 °C, wieħed jista' jiddefinixxi l-kundizzjonijiet operattivi tipiċi jew medji bħala funzjoni ta' temperatura ta' barra inqas eżiġenti (eż. bejn 5 u 10 °C), jew abbażi tad-differenza fit-temperatura bejn ġewwa u barra (eż. differenza fit-temperatura ta' 60 % bejn ġewwa u barra fil-kundizzjonijiet tad-disinn). Madankollu, l-istess sistema tista' taġixxi kompletament differenti, skont il-bini li fih tkun installata, kif tintuża, u t-temp f'mument speċifiku. Bħala riżultat, mhuwiex irrakkomandat li l-kundizzjonijiet operattivi tipiċi jew medji jiġu definiti jew tabulati bħala funzjoni tal-kundizzjonijiet ta' barra (eż. jum standard) fil-leġiżlazzjoni nazzjonali. L-istess jista' jingħad għall-karatteristiki tal-bini jew għall-użu tal-bini (eż. okkupanza ta' 80 %).

Id-dettalji tekniċi dwar kif titwettaq il-valutazzjoni jistgħu jiġu stabbiliti fit-taħriġ jew fid-dokumentazzjoni mogħtija lill-ispetturi.

Il-ħtieġa li jingħata rendikont tat-tħaddim tas-sistemi f'kundizzjonijiet tipiċi jew medji hija mifhuma sewwa mill-korpi u l-assoċjazzjonijiet tekniċi. Hemm għadd ta' manwali u linji gwida ppubblikati li jindirizzaw ir-rendiment tas-sistemi taħt tagħbija parzjali (kuntrarju għal tagħbija sħiħa jew tagħbija tad-disinn). Huwa rrakkomandat li l-Istati Membri jsegwu jew jużaw dawn il-linji gwida meta jiżviluppaw il-materjal tat-taħriġ tagħhom (9).

2.3.2.7.   Funzjonalitajiet ta' monitoraġġ elettroniku u kontroll effettiv f'binjiet residenzjali (l-Artikoli 14(5) u 15(5) tal-EPBD)

L-installazzjoni ta' funzjonalitajiet ta' monitoraġġ elettroniku u kontroll effettiv f'binjiet residenzjali tista' twassal għal iffrankar sinifikanti tal-enerġija, titjib fil-ġestjoni tal-ambjent ta' ġewwa u tkun ta' benefiċċju għas-sidien u l-utenti tal-bini. Dan huwa partikolarment il-każ għal binjiet kbar, fejn l-aċċess għall-kontrolli tas-sistema u l-informazzjoni dwar is-sistema jkun limitat għal ħafna mill-utenti.

L-Artikolu 14(5) tal-EPBD dwar il-funzjonalitajiet elettroniċi ta' monitoraġġ u kontroll ikopri biss il-binjiet residenzjali. Skont dan l-Artikolu, huwa f'idejn l-Istati Membri li jiddeċiedu jekk jagħżlux li jistabbilixxu rekwiżiti sabiex jiżguraw li l-binjiet residenzjali jkunu mgħammra b'funzjonalitajiet bħal dawn, u jintroduċuhom fil-miżuri ta' traspożizzjoni nazzjonali tagħhom.

L-Artikolu 14(5)(a) tal-EPBD jikkonċerna l-forniment ta' monitoraġġ elettroniku kontinwu. Is-sistemi li jagħmlu dan ikejlu l-konsum tal-enerġija tagħhom stess u jużawh sabiex jikkalkolaw ir-rendiment tas-sistema, li għandhom ikunu disponibbli għas-sid jew il-maniġer tas-sistema. Jekk ir-rendiment tas-sistema taqa' b'mod sinifikanti jew jekk ikun hemm ħtieġa ta' manutenzjoni, is-sistema tinnotifika lis-sid jew il-maniġer tas-sistema. Is-sistema għandha taħdem fuq bażi kontinwa, kuntrarju għal bażi perjodika (pereżempju kull 3 xhur).

L-Artikolu 14(5)(b) tal-EPBD jikkonċerna l-forniment ta' funzjonalitajiet ta' kontroll effettivi sabiex jiġu żgurati l-aħjar ġenerazzjoni, distribuzzjoni, ħażna u użu tal-enerġija. Dawn il-funzjonalitajiet ta' kontroll għandhom iqisu x-xenarju ta' bini b'bosta appartamenti b'sistema tat-tisħin waħda, fejn l-utenti individwali jkunu jistgħu jikkontrollaw is-sistema fil-konfini tal-unità tal-bini tagħhom biss.

L-Artikolu 14(5) tal-EPBD jikkonċerna l-introduzzjoni fakultattiva taż-żewġ funzjonalitajiet f'binjiet residenzjali.

Kuntrarju għall-Artikolu 14(1) u l-Artikolu 14(4) tal-EPBD, li jipprevedu limiti speċifiċi li jiskattaw l-obbligi obbligatorji li għandhom ikunu riflessi fil-miżuri ta' traspożizzjoni nazzjonali, l-Artikolu 14(5) għandu karattru fakultattiv (“jistgħu”) u, għalhekk, ma jinkludix dettalji dwar il-limiti għal output nominali effettiv u jkopri b'mod impliċitu l-binjiet residenzjali kollha, irrispettivament mid-daqs tagħhom. Huwa rrakkomandat li l-Istati Membri jqisu d-differenzi fis-sistema u t-tip ta' bini meta jistabbilixxu r-rekwiżiti.

2.3.2.8.   Eżenzjoni mill-ispezzjonijiet (l-Artikoli 14(2), 14(4), 14(5), 15(2), 15(4) u 15(5) tal-EPBD)

Qabel l-emenda, id-Direttiva ppermettiet il-possibbiltà li l-Istati Membri jnaqqsu l-frekwenza tal-ispezzjonijiet jew iħaffuhom, kif xieraq, meta jkun hemm fis-seħħ sistemi elettroniċi ta' monitoraġġ u kontroll.

L-emenda għall-EPBD tintroduċi eżenzjonijiet jekk:

(a)

is-sistema teknika użata fil-bini tkun koperta minn kuntratt għar-rendiment tal-enerġija (jew simili) jew titħaddem minn operatur ta' utilità jew ta' netwerk (eżenzjoni stipulata fl-Artikolu 14(2)); jew

(b)

is-sistema tat-tisħin ikollha karatteristiki speċifiċi ta' kontroll u monitoraġġ kif definiti fl-Artikolu 14(4) u (5) (eżenzjoni stipulata fl-Artikolu 14(6)).

(a)   Sistemi tekniċi użati fil-bini koperti minn kuntratti tar-rendiment tal-enerġija (jew simili) (l-Artikoli 14(2) u 15(2) tal-EPBD)

L-Artikolu 14(2) tal-EPBD jeskludi mill-ispezzjonijiet dawk is-sistemi tekniċi użati fil-bini li huma koperti espliċitament minn kriterju tar-rendiment fl-użu tal-enerġija miftiehem jew arranġament kuntrattwali li jispeċifika livell miftiehem ta' titjib fir-rendiment fl-użu tal-enerġija. Kuntratt tar-rendiment fl-użu tal-enerġija, kif definit fl-Artikolu 2(27) tal-EED, jissodisfa dawn ir-rekwiżiti.

Il-binjiet imħaddma minn operatur ta' utilità jew ta' netwerk li huma għalhekk soġġetti għall-monitoraġġ tar-rendiment min-naħa tas-sistema huma eżentati wkoll.

L-eżenzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 14(2) tal-EPBD japplikaw biss jekk l-impatt ġenerali tal-approċċ ikun ekwivalenti għall-impatt li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-ispezzjonijiet skont l-Artikolu 14(1) tal-EPBD.

L-EPBD ma tindikax kif għandha tiġi stabbilita din l-ekwivalenza. Possibbiltà waħda tista' tkun li jiġi ddeterminat jekk is-sistema teknika użata fil-bini hijiex għaddejja diġà minn spezzjoni regolari bħala parti mill-kuntratt jew mill-ftehim, u li din hija simili fin-natura għall-ispezzjonijiet skont l-Artikolu 14(1). Jekk is-sistema teknika użata fil-bini tgħaddi minn spezzjoni bħal din, tista' tiġi stabbilita eżenzjoni mir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 14(1).

Huwa tajjeb li wieħed jassumi li ħafna mill-kuntratti jew il-ftehimiet dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija diġà jinkludu ċertu livell ta' spezzjoni regolari. Madankollu, il-firxa sħiħa ta' dawn l-ispezzjonijiet tista' ma tkunx kompletament konformi mar-rekwiżiti tal-EPBD. Taħt ċirkostanzi normali, ma jkunx fattibbli għall-Istati Membri li jivverifikaw individwalment kull kuntratt ta' servizz tal-enerġija sabiex jiddeterminaw jekk humiex ekwivalenti jew le. Barra minn hekk, billi kuntratti bħal dawn jistgħu jiġu ffirmati minn żewġ kumpaniji privati, it-termini u l-kundizzjonijiet jistgħu jvarjaw ħafna bejn il-kuntratti. Bħala riżultat, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jissimplifikaw u jinnormalizzaw tali kuntratti.

L-Artikolu 2(27) tal-EED jiddefinixxi kuntratt għall-prestazzjoni tal-enerġija bħala “arranġament kuntrattwali bejn il-benefiċjarju u l-fornitur ta' miżura għal titjib tal-effiċjenza fl-enerġija, ivverifikata u sorveljata matul it-terminu kollu tal-kuntratt, fejn l-investimenti (ix-xogħol, il-provvista jew is-servizz) f'dik il-miżura jsir ħlas għalihom b'rabta ma' livell ta' titjib tal-effiċjenza fl-enerġija miftiehem kuntrattwalment jew ma' kriterju ieħor miftiehem ta' prestazzjoni tal-enerġija, bħal iffrankar finanzjarju.”

Fost miżuri oħrajn, l-EED tintroduċi wkoll dispożizzjonijiet dwar servizzi tal-enerġija. L-Artikolu 16 tal-EED jeżiġi li l-Istati Membri jiżviluppaw, fejn meħtieġ, skemi ta' ċertifikazzjoni u/jew akkreditazzjoni.

L-Artikolu 18 tal-EED jeżiġi li l-Istati Membri jappoġġaw is-settur pubbliku billi jipprovdu mudelli ta' kuntratti għall-kuntrattar tal-prestazzjoni tal-enerġija. Skont l-Artikolu 18 tal-EED, dawn il-mudelli ta' kuntratti jridu jinkludu mill-inqas il-punti li huma elenkati fl-Anness XIII.

Għall-finijiet tar-rekwiżiti ta' ekwivalenza indikati fl-Artikolu 14(2) tal-EPBD, il-kuntratti tar-rendiment fl-użu tal-enerġija ffirmati minn kumpanija akkreditata/ċċertifikata li ssegwi b'mod adegwat mudell bħal dak speċifikat mill-Anness XIII għall-EED jistgħu jitqiesu bħala li għandhom impatt ekwivalenti għal dak tal-ispezzjonijiet.

Għalhekk, jeħtieġ li l-Istati Membri jkollhom lista disponibbli għall-pubbliku ta' kumpaniji akkreditati jew iċċertifikati, flimkien ma' mudelli ta' kuntratti disponibbli għall-pubbliku.

Għall-finijiet taż-żamma tar-rekords, l-istatus ta' sistema eżenti mill-ispezzjonijiet minħabba kuntratt għar-rendiment fl-użu tal-enerġija għandu jiġi rreġistrat fil-bażi ta' data tal-ispezzjonijiet. Dan għandu jinkludi referenza għat-tul ta' żmien tal-kuntratt u, għalhekk, għall-perjodu li għalih tapplika l-eżenzjoni.

Fl-Istati Membri fejn ma jkunux disponibbli għall-pubbliku mudelli ta' kuntratti u lista ta' kumpaniji akkreditati jew iċċertifikati, l-awtoritajiet ikollhom jivverifikaw il-kuntratti individwalment sabiex jivverifikaw jekk hemmx ekwivalenza jew le. Il-partijiet kontraenti jistgħu jiffaċilitaw dan billi jżidu anness mal-kuntratt tagħhom, billi jindikaw b'mod ċar u inekwivoku mill-inqas il-punti li ġejjin elenkati fl-Anness XIII għall-EED:

(a)

l-iffrankar garantit li għandu jinkiseb bl-implimentazzjoni tal-miżuri tal-kuntratt;

(b)

it-tul u l-miri ewlenin tat-termini tal-kuntratt u l-perjodu ta' avviż;

(c)

id-data ta' referenza sabiex jiġi stabbilit l-iffrankar miksub;

(d)

obbligu li jiġu implimentati b'mod sħiħ il-miżuri fil-kuntratt u li jiġu ddokumentati l-bidliet kollha li jsiru matul il-proġett;

(e)

dispożizzjonijiet ċari u trasparenti dwar il-kejl u l-verifika tal-iffrankar garantit miksub, il-kontrolli tal-kwalità u l-garanziji (idealment b'referenza għall-istandards nazzjonali jew tal-UE).

L-Istati Membri jistgħu jsibuha utli li jirreferu għall-istandards (10), għall-linji gwida (11) u għall-mudelli ta' kuntratti eżistenti (12).

(b)   BACS, funzjonalitajiet kontinwi ta' monitoraġġ elettroniku u kontroll effettiv (l-Artikoli 14(4), 14(5), 15(4) u 15(5) tal-EPBD)

L-Artikolu 14(6) tal-EPBD jeżenta mill-ispezzjonijiet previsti fl-Artikolu 14(1) dawk il-binjiet li jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-Artikolu 14(4) u tal-Artikolu 14(5).

Skont l-Artikolu 14(4) tal-EPBD, il-binjiet mhux residenzjali b'sistemi tat-tisħin u tat-tisħin u tal-ventilazzjoni kkombinati b'output nominali effettiv ta' aktar minn 290 kW jeħtieġ li jkollhom BACS installati sal-2025, kull fejn ikun teknikament u ekonomikament fattibbli (13).

Il-binjiet mhux residenzjali b'sistemi li għandhom output nominali effettiv ta' bejn 70 kW u 290 kW mhumiex affettwati mir-rekwiżit li jkollhom BACS installati, għalkemm l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jbaxxu l-limitu u jeżiġu li s-sistemi tat-tisħin b'sistemi iżgħar ikollhom ukoll BACS installati. Il-binjiet li jaqgħu taħt ir-rekwiżit il-ġdid u li għandhom BACS installati għandhom ikunu eżenti wkoll mill-ispezzjonijiet.

Is-sidien ta' bini individwali jistgħu jiddeċiedu li jinstallaw BACS li tkun konformi mar-rekwiżiti sostantivi stabbiliti fl-Artikolu 14(4) tal-EPBD. F'każijiet bħal dawn, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jeżentaw dawk il-binjiet, anki jekk is-sistemi tagħhom ma jilħqux il-limitu ta' 290 kW. Jekk l-Istati Membri jiddeċiedu li jagħmlu dan, madankollu, huma għandhom jinkluduh fil-miżuri ta' traspożizzjoni tagħhom għall-EPBD.

L-Artikolu 14(5) tal-EPBD jintroduċi l-possibbiltà li l-Istati Membri jiżguraw li l-binjiet residenzjali jkunu mgħammra b'funzjonalitajiet kontinwi ta' monitoraġġ elettroniku u kontroll effettiv. F'xenarju simili għal dak tal-BACS, uħud minn dawn l-elementi jistgħu jkunu diġà preżenti fis-suq f'xi forma jew oħra. Madankollu, huma jistgħu ma jissodisfawx kompletament ir-rekwiżiti tal-Artikolu 14(5) tal-EPBD. Għalhekk, id-definizzjoni ta' dawn is-sistemi u kif huma introdotti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali għandhom jindirizzaw b'mod ċar id-differenzi.

Kif indikat fil-premessa 39 tad-Direttiva (UE) 2018/844, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jkomplu japplikaw is-sistemi ta' spezzjoni li huma diġà fis-seħħ. Madankollu, l-eżenzjonijiet applikabbli skont l-Artikolu 14(2) u l-Artikolu 14(6) xorta għandhom jiġu kkunsidrati.

2.3.2.9.   Miżuri alternattivi

L-Artikolu 14(3) tal-EPBD jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet u l-obbligi għall-Istati Membri li jagħżlu li jieħdu miżuri alternattivi li jikkonċernaw sistemi tat-tisħin jew sistemi tat-tisħin u tat-tkessiħ ikkombinati. F'każijiet bħal dawn, l-Istati Membri huma meħtieġa jiżguraw li l-miżuri jkollhom impatt ġenerali li huwa ekwivalenti għall-impatt li kien jinkiseb kieku kien hemm fis-seħħ skema ta' spezzjoni, kif stabbilit fl-Artikolu 14(1). Dan ifisser li għandha tiġi kkalkolata linja bażi ta' dak li jista' jinkiseb taħt il-miżuri stabbiliti fl-Artikolu 14(1), sabiex ikun magħruf jekk il-miżuri alternattivi humiex se jkollhom l-istess impatt.

Hemm erba' xenarji li jirriflettu s-sitwazzjonijiet differenti li jistgħu jiltaqgħu magħhom l-Istati Membri meta japplikaw miżuri alternattivi.

(a)   Xenarju 1: L-Istati Membri diġà applikaw miżuri alternattivi qabel l-emenda u jiddeċiedu li jkomplu japplikaw dawn il-miżuri

L-emenda għall-EPBD ma tbiddilx sostanzjalment id-dispożizzjonijiet dwar miżuri alternattivi għall-ispezzjonijiet. Madankollu, huma affettwati mill-emendi għad-dispożizzjonijiet fil-paragrafi l-oħrajn tal-Artikolu 14. Dawk id-dispożizzjonijiet għandhom effetti differenti fuq l-Artikolu 14(3) tal-EPBD, kif deskritt fil-paragrafi sussegwenti.

L-introduzzjoni tal-limitu l-ġdid (70 kW) fl-EPBD tfisser li l-Istati Membri li jagħżlu li japplikaw miżuri alternattivi jridu japplikaw dawn il-miżuri fir-rigward tas-sistemi li huma koperti mil-limitu ġdid miżjud. Dan jista' jirriżulta fi tnaqqis fin-numru ta' sistemi li għandhom jiġu koperti mill-miżuri alternattivi u, konsegwentement, jista' jirriżulta fi tnaqqis fl-iffrankar tal-enerġija miksub.

B'kuntrast, ir-rekwiżit ġdid li tiġi spezzjonata l-parti tal-ventilazzjoni tas-sistemi tat-tisħin u tal-ventilazzjoni kkombinati għandu jżid l-impatt f'termini tal-iffrankar tal-enerġija għal kull spezzjoni. L-Istati Membri għandhom jikkunsidraw dan meta jistabbilixxu l-linja bażi li għandhom jiksbu bil-miżuri alternattivi tagħhom.

Id-dispożizzjonijiet dwar l-eżenzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 14(2) tal-EPBD (eżenzjonijiet ta' sistemi koperti mill-kriterji tar-rendiment fl-użu tal-enerġija) u fl-Artikolu 14(6) (eżenzjonijiet ta' sistemi b'BACS) jistgħu jirriżultaw ukoll fi tnaqqis fl-għadd ta' spezzjonijiet.

Skont l-Artikolu 14(5) tal-EPBD, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu rekwiżiti relatati mal-funzjonalitajiet ta' monitoraġġ elettroniku u kontroll imtejjeb f'binjiet residenzjali. Skont l-Artikolu 14(6) tal-EPBD, il-binjiet koperti minn sistemi li jipprovdu dawk il-funzjonalitajiet ikunu eżentati mill-ispezzjonijiet. Bħala riżultat, l-Istati Membri li japplikaw miżuri alternattivi jkollhom jeskludu dan il-grupp ta' binjiet jekk jiddeċiedu li japplikaw rekwiżiti bħal dawn.

Il-firxa ta' miżuri li jistgħu jieħdu l-Istati Membri sabiex japplikaw l-Artikolu 14(3) tal-EPBD ma nbidlitx bl-emenda.

Fid-dawl ta' dak li ntqal hawn fuq, l-Istati Membri li jiddeċiedu li jkomplu japplikaw miżuri alternattivi skont l-EPBD huma obbligati li jiżguraw li dawn il-miżuri jkollhom impatt ġenerali li jkun ekwivalenti għall-impatt li kien jinkiseb kieku kien hemm fis-seħħ skema ta' spezzjoni, kif stabbilit fl-Artikolu 14(1). Dan jeżiġi li l-linja bażi ta' dak li jista' jinkiseb taħt skema ta' spezzjoni stabbilita skont l-Artikolu 14(1) tiġi kkalkolata mill-ġdid fid-dawl tal-Artikolu 14(1), kif ukoll fid-dawl tal-emendi u r-rekwiżiti msemmija hawn fuq fl-EPBD. Tali kalkolu mill-ġdid jippermetti lill-Istat Membru kkonċernat ikun jaf jekk il-miżuri alternattivi li għandu fis-seħħ għandhomx l-istess impatt bħal spezzjoni jew jekk ifallux f'dan, kif ukoll jimmodifika l-miżuri kif xieraq sabiex jiżgura impatt ekwivalenti.

L-Istati Membri għandhom jinkludu r-riżultati ta' dan il-proċess fir-rapport li jiddokumenta l-ekwivalenza u li jrid jiġi sottomess, f'konformità mal-Artikolu 14(3), lill-Kummissjoni qabel jiġu applikati l-miżuri alternattivi mill-Istat Membru.

(b)   Xenarju 2: Wara t-traspożizzjoni, l-Istati Membri li jkunu diġà applikaw miżuri alternattivi jiddeċiedu li jbiddlu n-natura tal-miżuri alternattivi tagħhom

Dan ix-xenarju jirrifletti sitwazzjoni fejn, wara t-traspożizzjoni inizjali tal-Artikolu 14(3) fil-liġi nazzjonali, Stat Membru jiddeċiedi li jbiddel il-kamp ta' applikazzjoni u/jew in-natura tal-miżuri alternattivi ekwivalenti li jkun daħħal fis-seħħ. Pereżempju: Stat Membru li japplika l-miżuri A, B u C jiddeċiedi li jbiddilhom u jibda japplika l-miżuri C, E u D.

Kif ġie spjegat taħt ix-Xenarju 1 hawn fuq, l-Artikolu 14(3) tal-EPBD jiddikjara li dan jirrikjedi li l-Istati Membri jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tagħhom li jieħdu miżuri alternattivi qabel jiġu applikati l-miżuri alternattivi. Sabiex jagħmel dan, skont l-Artikolu 14(3), Stat Membru jrid jissottometti lill-Kummissjoni rapport addizzjonali li juri li l-impatt tal-miżuri alternattivi emendati huwa ekwivalenti għall-impatt tal-iskemi ta' spezzjoni msemmija fl-Artikolu 14(1). Il-Kummissjoni mbagħad tevalwa dan ir-rapport addizzjonali sabiex tiżgura li l-Istat Membru inkwistjoni jkompli jikseb livell ekwivalenti ta' ffrankar.

(c)   Xenarju 3: Il-bidliet fl-istokk tal-bini jaffettwaw il-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 14(1) u, konsegwentement, ikollhom impatt fuq il-kamp ta' applikazzjoni tal-miżuri alternattivi

Hekk kif l-istokk tal-bini jinbidel u jevolvi, il-kamp ta' applikazzjoni ta' skema ta' spezzjoni kif stabbilit taħt l-Artikolu 14(1) jinbidel kif xieraq. Pereżempju, hekk kif aktar u aktar Binjiet b'Użu ta' Enerġija Qrib iż-Żero (“Nearly Żero-Energy Buildings” - NZEBs) jidħlu fis-suq, x'aktarx li l-proporzjon ta' binjiet b'sistemi ta' aktar minn 70 kW jonqos. Barra minn hekk, il-binjiet b'BACS installati (ara l-Kapitolu 2.8) se jkunu eżentati mill-ispezzjonijiet. Matul iż-żmien, dawn iż-żewġ elementi jista' jkollhom impatt sinifikanti fuq il-kamp ta' applikazzjoni tal-iskemi ta' spezzjoni u, għalhekk, fuq kwalunkwe miżura alternattiva ekwivalenti li l-Istati Membri diġà għandhom fis-seħħ.

Pereżempju, l-Istati Membri jistgħu jidentifikaw dawn il-bidliet permezz ta' studju awtonomu jew permezz ta' evalwazzjoni kontinwa tal-iskema ta' miżuri alternattivi. Huma jistgħu jinnotaw ukoll tali bidliet bħala parti mir-rapport ta' progress nazzjonali integrat dwar l-enerġija u l-klima li, skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14) (“ir-Regolament (UE) 2018/1999”), irid jiġi sottomess kull sentejn.

Jekk il-bidliet fl-istokk tal-bini nazzjonali ikunu tali li l-kamp ta' applikazzjoni jew l-intensità tal-miżuri alternattivi ma jibqgħux ekwivalenti għal dawk ta' sistema ta' spezzjoni, mela l-Istat Membru inkwistjoni għandu jadatta l-miżuri alternattivi. L-Istati Membri jistgħu jagħmlu dan billi jemendaw il-miżuri eżistenti jew billi jintroduċu oħrajn ġodda.

L-Artikolu 14(3) tal-EPBD jeżiġi li l-Istati Membri jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tagħhom li jieħdu miżuri alternattivi qabel ma japplikaw il-miżuri alternattivi. Il-bidliet fl-istokk tal-bini jistgħu jeżiġu li Stat Membru jemenda l-miżuri ekwivalenti tiegħu; f'każijiet bħal dawn, skont l-Artikolu 14(3) tal-EPBD, l-Istat Membru inkwistjoni jrid jinnotifika lill-Kummissjoni bi kwalunkwe bidla qabel ma jiġu applikati l-miżuri alternattivi emendati.

Skont l-Artikolu 14(3) tal-EPBD, l-Istati Membri jridu jinnotifikaw lill-Kummissjoni billi jissottomettu rapport li juri li l-impatt tal-miżuri alternattivi emendati huwa ekwivalenti għall-impatt tal-iskemi ta' spezzjoni msemmija fl-Artikolu 14(1). Il-Kummissjoni mbagħad tevalwa dan ir-rapport addizzjonali sabiex tiżgura li l-Istat Membru inkwistjoni jkompli jikseb livell ekwivalenti ta' ffrankar.

(d)   Xenarju 4: L-Istati Membri jagħżlu li jieħdu miżuri alternattivi għall-ewwel darba

Dan ix-xenarju jikkonċerna sitwazzjoni fejn Stat Membru li sa issa jkun uża skemi ta' spezzjoni jiddeċiedi li jaqleb għal miżuri alternattivi għall-ewwel darba.

L-Artikolu 14(3) tal-EPBD jeżiġi li l-Istati Membri jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tagħhom li jużaw din l-għażla qabel ma japplikaw il-miżuri alternattivi. Sabiex jagħmlu dan, skont l-Artikolu 14(3) tal-EPBD, l-Istati Membri jridu jissottomettu lill-Kummissjoni rapport li juri li l-impatt tal-miżuri alternattivi huwa ekwivalenti għall-impatt tal-iskemi ta' spezzjoni msemmija fl-Artikolu 14(1). Imbagħad, il-Kummissjoni tevalwa r-rapport sabiex tiżgura li l-Istat Membru inkwistjoni fil-fatt jikseb livell ekwivalenti ta' ffrankar.

(e)   Sottomissjoni ta' rapporti

Skont l-Artikolu 14(3) tal-EPBD, Stat Membru jrid jissottometti rapport ta' ekwivalenza lill-Kummissjoni qabel ma japplika kwalunkwe miżura alternattiva. Il-Kummissjoni se tevalwa r-rapport u tieħu azzjoni xierqa fil-konfront tal-Istat Membru.

Skont l-Artikolu 14(3) tal-EPBD, l-Istati Membri jridu jissottomettu wkoll kwalunkwe rapport ta' ekwivalenza bħala parti mill-pjanijiet nazzjonali dwar l-enerġija u l-klima (NECPs) integrati tagħhom. Skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2018/1999, kull Stat Membru għandu jissottometti dan fil-pass adattat li jmiss taċ-ċiklu tar-rapportar (15). Jekk it-twaqqit taċ-ċiklu tar-rapportar jaqbel mat-twaqqit tal-introduzzjoni tal-miżuri alternattivi ġodda jew emendati, l-Istat Membru jista' sempliċiment jissottometti r-rapport ta' ekwivalenza bħala anness għall-NECP.

Jekk it-twaqqit ma jaqbilx mal-mod deskritt hawn fuq, l-Istat Membru irid, fi kwalunkwe każ, skont l-Artikolu 14(3) tal-EPBD, jissottometti r-rapport tiegħu lill-Kummissjoni qabel ma l-miżuri jiddaħħlu fis-seħħ. L-Istati Membri jistgħu jissottomettu r-rapport tagħhom direttament lid-DĠ ENER, għalkemm huma jridu, skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2018/1999, jissottomettuh ukoll matul iċ-ċiklu li jmiss tal-NECP.

2.3.3.   Rekwiżiti relatati mal-installazzjoni ta' apparati awtoregolatorji u BACS (l-Artikoli 8(1), 14(4) u 15(4) tal-EPBD)

2.3.3.1.   Sistemi ta' awtomatizzazzjoni u kontroll tal-bini (BACS) (l-Artikoli 2(3a), 14(4) u 15(4) tal-EPBD)

Is-sistemi ta' awtomatizzazzjoni u kontroll tal-bini (BACS) huma kunċett magħruf u użat ħafna li t-tifsira tiegħu tista' tvarja b'mod sinifikanti. Qabel ma jiġu indirizzati r-rekwiżiti tal-BACS, huwa importanti li jiġi enfasizzat għal xiex jirreferi dan it-terminu fil-kamp ta' applikazzjoni speċifiku tal-Artikoli 14 u 15 tal-EPBD.

L-ewwel nett, BACS hija sistema li tikkonforma mad-definizzjoni mogħtija fl-Artikolu 2(3a) tal-EPBD, li jaqra kif ġej (16):

“3a.

‘sistema ta' awtomatizzazzjoni u kontroll tal-bini’ tfisser sistema li tinkludi l-prodotti, is-software u s-servizzi ta' inġinerija kollha li jistgħu jappoġġaw it-tħaddim effiċjenti fl-użu tal-enerġija, ekonomiku u mingħajr periklu ta' sistemi tekniċi tal-bini permezz ta' kontrolli awtomatiċi u permezz tal-iffaċilitar tal-ġestjoni manwali ta' dawk is-sistemi tekniċi tal-bini;”

Barra minn hekk, BACS fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikoli 14 u 15 tal-EPBD, jeħtieġ li jkollhom il-kapaċitajiet kollha elenkati fl-Artikoli 14(4) u 15(4) tal-EPBD, li jaqraw kif ġej:

(a)

“b'mod kontinwu jimmonitorjaw, jirreġistraw, janalizzaw u jħallu lok għal aġġustamenti fl-użu tal-enerġija;

(b)

iqabblu l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija tal-bini, jidentifikaw telf fl- effiċjenza ta' sistemi tekniċi użati fil-bini, u jinformaw lill-persuna responsabbli mill-faċilitajiet jew mill-ġestjoni teknika tal-bini dwar opportunitajiet għal titjib fl-effiċjenza fl-użu tal-enerġija; u

(c)

jippermettu l-komunikazzjoni mas-sistemi tekniċi użati fil-bini u apparati oħra konnessi ġewwa l-bini, u jkunu interoperabbli mas- sistemi tekniċi użati fil-bini bejn tipi differenti ta' teknoloġiji bi privattiva, apparati u manifatturi.”

Is-sistemi ta' awtomatizzazzjoni u kontroll tal-bini li huma installati f'binjiet mhux residenzjali skont l-obbligi tal-Artikoli 14(4) u 15(4) tal-EPBD iridu kemm ikunu konformi mad-definizzjoni tal-Artikolu 2(3a) ta' dik id-Direttiva, kif ukoll jinkludu l-kapaċitajiet elenkati hawn fuq. Dawk il-kapaċitajiet għandhom jiġu żgurati mill-inqas għas-sistemi tekniċi użati fil-bini li jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikoli 14 u 15 tal-EPBD: sistemi tat-tisħin, sistemi tal-arja kundizzjonata, sistemi tat-tisħin u tal-ventilazzjoni kkombinati, sistemi tal-arja kundizzjonata u ventilazzjoni kkombinati.

Għalkemm is-sistemi ta' awtomatizzazzjoni u kontroll kienu komuni għal xi kategoriji ta' binjiet (eż. mhux residenzjali), ħafna mill-binjiet ma għandhomx kapaċitajiet avvanzati bħal dawn u, għalhekk, dawk li jridu jkunu konformi mal-obbligi msemmija hawn fuq se jkunu jeħtieġu titjib, li jista' jkun impenn sinifikanti.

Għalhekk, huwa ta' importanza partikolari li l-partijiet interessati (eż. maniġers tal-faċilitajiet ta' binjiet li jridu jkunu konformi mal-obbligi) jiġu mgħarrfa bil-fatt li l-kamp ta' applikazzjoni tar-rekwiżiti jmur lil hinn minn dak li ġeneralment ikopru sistemi bħal dawn.

2.3.3.2.   Apparati awtoregolatorji (l-Artikolu 8(1) tal-EPBD)

L-EPBD tirreferi għal “apparati awtoregolatorji” mingħajr ma tagħti definizzjoni speċifika ta' dak li hu. Madankollu, l-Artikolu 8(1) tal-EPBD jikkjarifika li tagħmir bħal dan irid jippermetti r-regolazzjoni separata tat-temperatura f'kull kamra (jew, fejn ikun ġustifikat, f'żona magħżula) tal-unità tal-bini. Għalhekk, it-tagħmir installat bħala riżultat tal-implimentazzjoni ta' dawn id-dispożizzjonijiet għandu:

(a)

jippermetti l-adattament awtomatiku tal-produzzjoni tat-tisħin skont it-temperatura ta' ġewwa (u parametri addizzjonali b'mod fakultattiv (17));

(b)

jippermetti r-regolamentazzjoni tal-produzzjoni tat-tisħin f'kull kamra (jew żona), f'konformità mal-konfigurazzjonijiet tat-tisħin tal-kamra (jew iż-żona) kkunsidrata.

Dan ifisser b'mod partikolari li:

(a)

kwalunkwe soluzzjoni bbażata fuq ir-regolazzjoni manwali tal-produzzjoni tat-tisħin ma tissodisfax ir-rekwiżiti, anki jekk l-aġġustament jista' jsir fil-livell tal-kamra (jew taż-żona);

(b)

kwalunkwe soluzzjoni li tippermetti r-regolazzjoni awtomatika tat-temperatura iżda mhux fil-livell tal-kamra (jew taż-żona), eż. regolazzjoni awtomatika fil-livell ta' abitazzjoni, ma tissodisfax ir-rekwiżiti.

Huwa importanti li wieħed jinnota li, irrispettivament mill-għadd jew it-tipi ta' sistema/i installata/i, dak li huwa importanti huwa li s-sistemi jagħmluha possibbli għall-utenti li jaġġustaw il-konfigurazzjonijiet tat-temperatura u jiżguraw li dawn il-konfigurazzjonijiet jiġu rrispettati (18).

It-tabella li ġejja tagħti xi eżempji indikattivi ta' tagħmir li jissodisfa r-rekwiżit għal tipi differenti ta' sistemi (19):

Tabella 2

Eżempji ta' apparati awtoregolatorji

Tagħmir

Tip ta' sistema

Kapaċità tar-regolazzjoni

Valv ta' radjatur termostatiku

Sistema tat-tisħin idroniku u radjaturi

Regolamentazzjoni tal-fluss tal-ilma sħun f'emitturi skont il-konfigurazzjoni tat-temperatura

Termostat tal-kamra

Sistema tat-tisħin idroniku u tisħin tas-superfiċje (eż. tisħin tal-art)

Regolamentazzjoni tal-fluss tal-ilma sħun fit-tisħin tas-superfiċje grazzi għall-valv tat-taħlit tal-kamra

Termostat tal-unità tal-kojl tal-fann

Sistema tat-tisħin/tkessiħ idroniku

Kontroll tal-fluss tal-ilma u tal-arja sħan/kesħin abbażi tal-konfigurazzjoni tat-temperatura

Termostat individwali

Ħiters jew kundizzjonaturi tal-arja awtonomi

Kontroll tal-produzzjoni tas-sħana skont il-konfigurazzjoni tat-temperatura

(a)   Tisħin, arja kundizzjonata, jew it-tnejn?

It-tieni u t-tielet subparagrafi tal-Artikolu 8(1) tal-EPBD jirreferu għas-sistemi tekniċi użati fil-bini fis-sens wiesa', jiġifieri bħal fid-definizzjoni mogħtija fl-Artikolu 2 tal-EPBD. Fir-rigward tad-dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-apparati awtoregolatorji (is-subparagrafu 3), it-test ma jispeċifikax liema tip ta' sistema hija kkonċernata, iżda jirreferi għar-regolazzjoni tat-temperatura, li tapplika kemm għat-tisħin kif ukoll għas-sistemi għat-tkessiħ tal-ispazju.

Għalhekk, mhux biss is-sistemi tat-tisħin, iżda anki s-sistemi tal-arja kundizzjonata u s-sistemi għat-tkessiħ tal-ispazju għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti relatati ma' apparati awtoregolatorji.

B'mod partikolari, ir-referenza għal “żona msaħħna” fit-test ma għandhiex tiġi interpretata bħala li tirrestrinġi b'mod impliċitu r-rekwiżiti għas-sistemi tat-tisħin biss.

Madankollu, l-enfasi ta' dawn id-dispożizzjonijiet hija effettivament fuq it-tisħin, billi l-maġġoranza kbira tas-sistemi tal-arja kundizzjonata/tat-tkessiħ huma diġà mgħammra b'monitoraġġ u kontroll fil-livell tal-kamra jew taż-żona.

Barra minn hekk, meta jiġu sostitwiti l-ġeneraturi tas-sħana fil-binjiet eżistenti, ir-rekwiżit li jiġu installati apparati awtoregolatorji għandu japplika biss għas-sistemi tat-tisħin (20).

Barra minn hekk, it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 8(1) tal-EPBD ma jirrikjedix l-installazzjoni ta' apparati awtoregolatorji f'każijiet fejn jiġu sostitwiti l-ġeneraturi tat-tkessiħ f'binjiet eżistenti. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jikkunsidraw li jistabbilixxu rekwiżit addizzjonali bħal dan (21), billi dan ikun konsistenti mal-objettiv ġenerali ta' dawn id-dispożizzjonijiet: sabiex tiġi żgurata kapaċità ta' regolazzjoni adegwata u tiġi evitata l-ħela tal-enerġija.

It-tabella li ġejja tiġbor fil-qosor il-każijiet differenti li jistgħu jinħolqu.

Tabella 3

Każijiet li għandhom jiskattaw ir-rekwiżit li jiġi installat apparati awtoregolatorji

Bini ġdid jew eżistenti

Tip ta' intervent

Għandu japplika rekwiżit li jiġi installat apparati awtoregolatorji?

Ġdid

Installazzjoni ta' sistema tat-tisħin

Iva

Ġdid

Installazzjoni ta' sistema tat-tkessiħ tal-ispazju

Iva

Eżistenti

Sostituzzjoni tal-ġeneraturi tas-sħana

Iva, għal sistema tat-tisħin biss

Eżistenti

Sostituzzjoni tal-ġeneraturi tat-tkessiħ

F'idejn l-Istat Membru

(b)   Livell tal-kamra jew taż-żona?

Ir-rekwiżit prinċipali huwa l-possibbiltà li tiġi rregolata t-temperatura fil-livell tal-kamra. Madankollu, l-installazzjoni ta' apparati awtoregolatorji fil-livell taż-żona għandha tkun ġustifikata.

“Kamra” għandha tinftiehem bħala parti jew diviżjoni minn bini magħluqa minn ħitan, art u saqaf.

“Żona msaħħna” għandha tinftiehem bħala żona ta' bini jew unità ta' bini, li tinsab f'sular wieħed, b'parametri termali omoġenji u ħtiġijiet korrispondenti ta' regolamentazzjoni tat-temperatura (jiġifieri l-ekwivalenti ta' “żona termali”, kunċett komuni fil-kamp ta' applikazzjoni tal-kalkolu tar-rendiment tal-enerġija).

Hawnhekk qegħdin jiġu ppreżentati żewġ eżempji ta' każijiet (22) fejn jista' jkun ġustifikat li jiġi kkunsidrat il-livell taż-żona minflok il-livell tal-kamra għall-applikazzjoni tar-rekwiżiti:

(a)

uffiċċji maġenb xulxin b'rekwiżiti identiċi tal-ambjent ta' ġewwa f'bini ta' uffiċċju;

(b)

kmamar/spazji maġenb xulxin li mhumiex fiżikament separati minn xulxin (eż. kċina u salott bi pjan miftuħ f'appartament).

Il-valutazzjoni tal-aktar kamp ta' applikazzjoni adattat tar-regolazzjoni (kamra jew żona) ġeneralment tkun tiddependi fuq id-disinn u l-użu maħsub tal-bini speċifiku jew tal-unità tal-bini speċifika, u tal-ispazji fihom. Meta ssir din il-valutazzjoni, il-parametru ewlieni li għandu jiġi kkunsidrat ġeneralment ikun jekk bosta kmamar jistgħux jikkondividu l-istess rekwiżiti tal-ambjent ta' ġewwa u, għalhekk, jistgħux jiġu amalgamati f'żona waħda (minn perspettiva tar-regolazzjoni tat-temperatura). Każijiet bħal dawn għandhom ikunu ġġustifikati sewwa.

Madankollu, wara li jqisu ċerti karatteristiki speċifiċi lokali, reġjonali jew nazzjonali, l-Istati Membri jistgħu jippermettu regolazzjoni tat-temperatura fil-livell taż-żona għal xi kategoriji ta' bini jew unitajiet ta' bini, meta jkun hemm ġustifikazzjoni suffiċjenti sabiex isir dan. F'każijiet bħal dawn, l-Istati Membri għandhom jiċċaraw il-kategoriji ta' bini jew unitajiet ta' bini fil-mira u l-karatteristiki speċifiċi lokali, reġjonali jew nazzjonali kkunsidrati. Huma għandhom jiġġustifikaw ukoll (23) li jippermettu devjazzjoni bil-quddiem mir-rekwiżit prinċipali għal dawn il-kategoriji ta' bini jew unitajiet ta' bini.

2.3.3.3.   Meta japplikaw l-obbligi? (l-Artikoli 8(1), 14(4) u 15(4) tal-EPBD)

(a)   Apparati awtoregolatorji (l-Artikolu 8(1) tal-EPBD)

It-test jeżiġi li l-binjiet ġodda jkunu mgħammra b'apparati awtoregolatorji. Dan jeżiġi l-istess għall-binjiet eżistenti meta jkunu qed jiġu sostitwiti l-ġeneraturi tas-sħana.

L-obbligi japplikaw għat-tipi kollha ta' binjiet u t-tipi kollha ta' sistemi, sakemm l-issodisfar tagħhom ma jkunx teknikament u ekonomikament fattibbli (ara t-taqsima (b)).

L-Artikolu 2(15b) tal-EPBD jiddefinixxi “ġeneratur tas-sħana” kif ġej:

 

“‘ġeneratur tas-sħana’ tfisser il-parti ta' sistema tat-tisħin li tiġġenera sħana utli bl-użu ta' wieħed jew aktar mill-proċessi li ġejjin:

(a)

il-kombustjoni ta' fjuwils, pereżempju, f'bojler;

(b)

l-effett Joule, li jseħħ fl-elementi tat-tisħin ta' sistema tat-tisħin b'reżistenza elettrika;

(c)

il-ġbir tas-sħana mill-arja ambjentali, mill-arja tal-egżost tal-ventilazzjoni, jew mill-ilma jew minn sors ta' sħana ta' taħt l-art bl-użu ta' pompa tas-sħana;”

Huwa importanti li jiġi nnotat li din id-definizzjoni ma tiddifferenzjax bejn il-ġeneraturi tas-sħana li huma distinti minn emittenti tas-sħana (eż. bojler u radjaturi) u dawk li huma integrati mal-emittent tas-sħana f'sistema tat-tisħin awtonoma (eż. ħiters b'reżistenza elettrika). Dan ifisser li l-obbligi (fuq l-awtoregolazzjoni) għandhom japplikaw ukoll fil-każ tal-aħħar (jiġifieri meta tiġi sostitwita sistema tat-tisħin awtonoma f'bini eżistenti).

Meta l-binjiet ikunu mgħammra b'ġeneraturi tas-sħana multipli, jista' jkun hemm sitwazzjonijiet fejn tiġi sostitwita biss parti mill-ġeneraturi tas-sħana. F'sitwazzjonijiet bħal dawn, għandu japplika wkoll ir-rekwiżit li jiġi installat apparati awtoregolatorji, fejn ikun teknikament u ekonomikament fattibbli. B'mod partikolari, jekk diversi ġeneraturi tas-sħana jiġu akkopjati flimkien u jservu l-istess spazju, u jiġi sostitwit mill-inqas wieħed mill-ġeneraturi tas-sħana, mela japplika r-rekwiżit. Jekk bini jkun mgħammar b'diversi ġeneraturi tas-sħana li jkunu indipendenti u li jaqdu spazji differenti, l-Istati Membri jistgħu jippermettu r-rekwiżit li japplikaw biss għall-ispazju/i moqdi(ja) mill-ġeneratur(i) tas-sħana sostitwit(i).

Meta l-binjiet eżistenti jkunu mqabbda mat-tisħin distrettwali u ma jkunux mgħammra b'ġeneraturi tas-sħana fil-livell tal-bini, ir-rekwiżit li jiġi installat apparati awtoregolatorji normalment japplika meta jiġu sostitwiti l-ġeneraturi tas-sħana distrettwali. F'xi każijiet, dan jista' jwassal għal diffikultajiet, pereżempju, relatati mas-sjieda (24) jew mal-fattibbiltà ekonomika (25). F'każijiet bħal dawn, l-Istati Membri jistgħu jinvestigaw mogħdijiet alternattivi sabiex jiżguraw li jiġi installat apparati awtoregolatorji, pereżempju:

(a)

jitolbu li jiġi installat apparati awtoregolatorji meta jiġu sostitwiti l-iskambjaturi tas-sħana fil-bini;

(b)

ifasslu u jimplimentaw pjan direzzjonali għall-iskjerament progressiv ta' apparati awtoregolatorji, bl-għan li jkopru bis-sħiħ il-bini, iżda jxerrdu l-kostijiet fuq perjodu ta' żmien suffiċjenti.

L-installazzjoni ta' sistema tat-tisħin ġdida f'bini jew unità ta' bini eżistenti li kienu diġà mgħammra b'sistema tat-tisħin (eż. l-installazzjoni ta' sistema tat-tisħin ċentrali li tissostitwixxi sistemi tat-tisħin individwali f'bini) għandha twassal għar-rekwiżit li jiġi installat apparati awtoregolatorji, billi dan jimplika s-sostituzzjoni tal-ġeneraturi tas-sħana.

L-installazzjoni ta' sistema tat-tisħin f'kostruzzjoni li qabel ma kinitx bini skont it-tifsira tal-EPBD iżda li, pereżempju sussegwentement, minħabba xogħlijiet ta' restawr, issir bini fis-sens tal-EPBD, għandha twassal ukoll għar-rekwiżit li jiġi installat apparati awtoregolatorji.

(b)   BACS (l-Artikoli 14(4) u 15(4) tal-EPBD)

Id-dispożizzjonijiet dwar l-installazzjoni ta' sistemi ta' awtomatizzazzjoni u kontroll tal-bini japplikaw għall-binjiet mhux residenzjali kollha (jiġifieri kemm dawk ġodda kif ukoll dawk eżistenti) li għandhom sistemi tat-tisħin, tal-arja kundizzjonata, tat-tisħin u tal-ventilazzjoni kkombinati, tal-arja kundizzjonata u ta' ventilazzjoni kkombinati b'output nominali effettiv ta' aktar minn 290 kW.

Il-limitu ta' 290 kW japplika għal kull sistema individwalment, jiġifieri l-obbligi japplikaw fil-każijiet kollha li ġejjin, skont l-Artikoli 14(4) u 15(4):

(a)

meta l-output nominali effettiv tas-sistema tat-tisħin ikun aktar minn 290 kW;

(b)

meta l-output nominali effettiv tas-sistema tat-tisħin u tal-ventilazzjoni kkombinati jkun aktar minn 290 kW;

(c)

meta l-output nominali effettiv tas-sistema tal-arja kundizzjonata jkun aktar minn 290 kW;

(d)

meta l-output nominali effettiv tas-sistema tal-arja kundizzjonata u ventilazzjoni kkombinati jkun aktar minn 290 kW.

Kjarifiki addizzjonali dwar kif tiġi ddeterminata l-output nominali effettiva huma mogħtija fit-taqsima 2.3.2.2.

2.3.4.   Il-fattibbiltà teknika, ekonomika u funzjonali (l-Artikoli 8(1), 14(4) u 15(4) tal-EPBD)

Il-kunċett ta' “fattibbiltà” huwa rilevanti għal:

(a)

l-applikazzjoni tar-rekwiżiti tas-sistema skont l-Artikolu 8(1) tal-EPBD, li jiddikjara li r-rekwiżiti tas-sistema jridu jiġu applikati “safejn ikunu teknikament, ekonomikament u funzjonalment vijabbli (26)”, u

(b)

l-installazzjoni ta' apparati awtoregolatorji (l-Artikolu 8(1)) tal-EPBD u BACS (l-Artikoli 14(4) u 15(4) tal-EPBD), minħabba li r-rekwiżiti relatati japplikaw biss “fejn ikun teknikament u ekonomikament vijabbli”.

Innota li huwa f'idejn l-Istati Membri li jispjegaw fid-dettall f'liema każijiet speċifiċi l-issodisfar tar-rekwiżiti mhuwiex fattibbli minn perspettiva teknika, ekonomika u/jew funzjonali. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawn il-każijiet jiġu identifikati, inkwadrati u ġġustifikati b'mod ċar (27).

L-interpretazzjoni tal-fattibbiltà teknika, ekonomika u funzjonali ma għandhiex titħalla għall-ġudizzju waħdieni tal-partijiet interessati (eż. is-sidien jew l-installaturi tas-sistema (28)). Il-kundizzjonijiet li taħthom tiġi evalwata l-fattibbiltà għandhom jiġu definiti fil-livell tal-Istati Membri jew, fejn il-kundizzjonijiet reġjonali jaffettwaw biss parti mit-territorju ta' Stat Membru, fil-livell reġjonali. Madankollu, fil-każ tal-aħħar, il-kundizzjonijiet reġjonali għandhom jiġu definiti fil-miżuri ta' traspożizzjoni nazzjonali. Fil-każijiet kollha, dawn il-kundizzjonijiet għandhom jiġu ddokumentati (eż. bħala parti minn linji gwida tekniċi) u għandhom japplikaw b'mod uniformi fit-territorju nazzjonali jew, fejn applikabbli, fit-territorju reġjonali. Fl-aħħar nett, in-nuqqas ta' applikazzjoni tar-rekwiżiti tas-sistema għandu jiġi vvalutat bl-użu ta' proċeduri ċari stabbiliti u ssorveljati mill-awtoritajiet pubbliċi.

Dawn il-proċeduri jistgħu jiddifferenzjaw bejn tipi differenti ta' binjiet, b'mod partikolari sabiex jindirizzaw it-tipi speċifiċi li għalihom il-fattibbiltà teknika, ekonomika jew funzjonali hija kwistjoni.

Eżempju wieħed huwa l-bini storiku jew elenkat, li jista' jkollu limitazzjonijiet speċifiċi li jagħmluha aktar diffiċli li jiġu applikati wħud mir-rekwiżiti. F'dan il-kuntest, innota li, fil-prinċipju, il-konformità ma' dawn ir-rekwiżiti ma tbiddilx il-karattru jew id-dehra ta' binjiet storiċi jew binjiet elenkati.

Sabiex jiġi evitat kwalunkwe dubju, innota wkoll li r-rekwiżiti huma applikabbli wkoll għall-kategoriji kollha ta' bini li għalihom id-Direttiva tippermetti lill-Istati Membri jintroduċu derogi fl-applikazzjoni tar-rekwiżiti minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija (l-Artikolu 4(2) tal-EPBD).

Madankollu, il-karatteristiki speċifiċi ta' ċerti binjiet jistgħu jiġu kkunsidrati meta tiġi evalwata l-fattibbiltà teknika, ekonomika u/jew funzjonali tal-issodisfar tar-rekwiżiti. F'każijiet eċċezzjonali, meta l-evidenza twassal għall-konklużjoni li l-konformità mar-rekwiżiti hija teknikament, ekonomikament jew funzjonalment impossibbli għal bini speċifiku, ir-rekwiżiti jistgħu jiġu injorati. Konklużjoni bħal din tista' tintlaħaq biss fuq bażi ta' każ b'każ, u l-Istati Membri ma għandhomx jintroduċu eżenzjonijiet sistematiċi għal kwalunkwe kategorija ta' bini.

It-tabella li ġejja tistabbilixxi kif jista' jiġi interpretat kull tip ta' fattibbiltà u tagħti eżempji.

Tabella 4

Interpretazzjoni tal-fattibbiltà teknika, ekonomika u funzjonali

Tip ta' fattibbiltà (29)

Tifsira

Eżempji

Fattibbiltà teknika

Ikun hemm fattibbiltà teknika meta l-karatteristiki tekniċi tas-sistema u l-bini (jew l-unità tal-bini) jagħmluha possibbli li jiġu applikati r-rekwiżiti. Ma jkun hemm ebda fattibbiltà teknika meta jkun impossibbli li dawn jiġu applikati minn perspettiva teknika, jiġifieri meta l-karatteristiki tekniċi tas-sistema jipprevjenu milli jiġu applikati r-rekwiżiti.

Il-fattibbiltà teknika tkun kwistjoni jekk sistema ma tippermettix l-installazzjoni tat-tagħmir meħtieġ għall-konformità mar-rekwiżiti, pereżempju jekk:

għar-rekwiżiti dwar l-irkupru tas-sħana għas-sistemi ta' ventilazzjoni, il-bokka u l-egżost ma jkunux jinsabu fl-istess żoni;

għar-rekwiżiti dwar l-insulazzjoni tal-pajpijiet, il-porzjonijiet tal-pajpijiet ma jkunux aċċessibbli.

Fattibbiltà ekonomika

Il-fattibbiltà ekonomika hija relatata mal-kostijiet tal-applikazzjoni tar-rekwiżiti u jekk: (i) dawn il-kostijiet humiex proporzjonati fir-rigward tal-kostijiet tal-intervent ippjanat (eż. titjib tas-sistema); (ii) il-benefiċċji mistennija jissuperaw il-kostijiet (30), filwaqt li titqies il-ħajja mistennija tas-sistema.

Il-fattibbiltà ekonomika tista', pereżempju, tiġi kkalkolata abbażi ta':

proporzjon massimu bejn il-kostijiet tal-applikazzjoni tar-rekwiżiti u l-kostijiet tal-intervent ippjanat (eż. sostituzzjoni tal-ġeneratur tas-sħana);

perjodu ta' rkupru massimu, li jqis il-benefiċċji monetarji tal-applikazzjoni tar-rekwiżiti.

Fattibbiltà funzjonali (31)

Mhuwiex funzjonalment fattibbli li jiġu applikati r-rekwiżiti jekk dawn iwasslu għal bidliet li jfixklu t-tħaddim tas-sistema jew l-użu tal-bini (jew tal-unità tal-bini), filwaqt li jitqiesu l-limitazzjonijiet speċifiċi (eż. ir-regolamenti) li jistgħu japplikaw għas-sistema u/jew għall-bini.

L-applikazzjoni tar-rekwiżiti tas-sistema jistgħu ma jkunux funzjonalment fattibbli, pereżempju meta:

ir-regolamenti applikabbli (eż. dwar is-sikurezza) jikkontradixxu r-rekwiżiti;

l-applikazzjoni tar-rekwiżiti tirriżulta f'telf sinifikanti ta' użabbiltà tal-bini jew tal-unità tal-bini (eż. telf sostanzjali tal-ispazju tal-bini).

(a)   Kunsiderazzjonijiet addizzjonali relatati mal-fattibbiltà teknika u ekonomika tal-installazzjoni ta' apparati awtoregolatorji

Fil-maġġoranza kbira tal-każijiet, il-kwistjoni tal-fattibbiltà teknika u ekonomika tal-installazzjoni ta' apparati awtoregolatorji ma tapplikax għal binjiet ġodda, minħabba li l-ħtieġa għal awtoregolazzjoni tat-temperatura fil-livell tal-kamra (jew taż-żona) tista' tiġi indirizzata fil-fażi tad-disinn, li tipprevjeni milli jidhru ostakoli tekniċi fi stadji sussegwenti u tiżgura li l-kostijiet relatati jkunu ottimali. Eżempju sempliċi wieħed ta' każ fejn ma jkunx teknikament fattibbli li jiġi installat apparati awtoregolatorji f'kamra jew żona huwa meta din il-kamra jew iż-żona ma tkunx imsaħħna (jew imkessħa).

Għal binjiet eżistenti, il-fattibbiltà teknika tista' tkun kwistjoni fejn ma jkunx possibbli li jiġi installat apparati awtoregolatorji mingħajr ma jitwettqu bidliet sostanzjali fis-sistemi u/jew fil-bini, li inevitabbilment iwasslu għal kostijiet projbittivi (dan jista', pereżempju, ikun il-każ għal xi tipi ta' sistemi tat-tisħin tal-art f'binjiet eżistenti).

Il-fattibbiltà ekonomika tista' tkun kwistjoni għall-binjiet eżistenti wkoll, meta l-kost tal-installazzjoni ta' apparati awtoregolatorji jkun eċċessiv meta mqabbel mal-kost tas-sostituzzjoni tal-ġeneratur tas-sħana. Meta jagħżlu li jevalwaw il-fattibbiltà abbażi tal-kostijiet, l-Istati Membri għandhom jikkjarifikaw kif jiġu kkalkolati l-kostijiet u kif jitqabblu ma' xulxin. Jistgħu jiġu kkunsidrati ż-żewġ approċċi li ġejjin:

(a)

It-tqabbil tal-kostijiet bil-quddiem tal-installazzjoni ta' apparati awtoregolatorji mal-kostijiet tas-sostituzzjoni tal-ġeneraturi tas-sħana u l-iffissar ta' limitu għall-proporzjon massimu bejn it-tnejn. Dan l-approċċ huwa konformi mal-premessa 21 tad-Direttiva (UE) 2018/844, li taqra kif ġej:

“L-installazzjoni ta' apparati awtoregolatorji f'bini eżistenti għar-regolar separat tat-temperatura f'kull kamra jew, fejn ġustifikat, f'żona magħżula tal-unità tal-bini li tkun imsaħħna jenħtieġ li tiġi kkunsidrata fejn hu ekonomikament fattibbli, pereżempju meta l-ispiża tkun inqas minn 10 % tal-ispejjeż totali tal-ġeneraturi tas-sħana ssostitwiti.”

(b)

It-tqabbil tal-kostijiet bil-quddiem tal-installazzjoni ta' apparati awtoregolatorji mal-iffrankar mistenni tal-kostijiet tal-enerġija li jirriżulta mill-installazzjoni tagħhom u l-iffissar ta' limitu għall-perjodu massimu tal-irkupru tal-kostijiet (eż. 5 snin).

Filwaqt li ż-żewġ approċċi huma possibbli, l-aħħar għażla għandha tkun ippreferuta, minħabba li, fil-maġġoranza kbira tal-każijiet, il-kostijiet inizjali jiġu rkuprati f'perjodu ta' żmien qasir (tipikament bejn sentejn u 3 snin).

Tabella 5

Interpretazzjoni possibbli tal-fattibbiltà teknika u ekonomika għall-installazzjoni ta' apparati awtoregolatorji

Tip ta' fattibbiltà

Kif jista' jittraduċi

Jista' japplika għal

Binjiet ġodda

Binjiet eżistenti

Fattibbiltà teknika

Il-kamra (iż-żona) ma għandha ebda tisħin/tkessiħ.

Iva (iżda rari)

Iva (iżda rari)

Is-sistema tat-tisħin tagħmilha impossibbli li jiġi installat apparati awtoregolatorji.

Le

Iva (iżda mhux frekwenti)

Fattibbiltà ekonomika

Il-kostijiet bil-quddiem huma għoljin wisq meta mqabbla ma' kostijiet oħrajn.

Le

Iva (iżda mhux frekwenti)

L-investiment ma jistax jiġi rkuprat b'mod suffiċjenti.

Le

Iva (iżda rari)

(b)   Kunsiderazzjonijiet addizzjonali relatati mal-fattibbiltà teknika u ekonomika tal-installazzjoni ta' BACS

Fil-maġġoranza kbira tal-każijiet, il-kwistjoni ta' jekk l-installazzjoni ta' BACS awtoregolatorji hijiex teknikament u ekonomikament fattibbli ma tapplikax għal binjiet ġodda, billi:

(a)

id-disinn tal-bini u tas-sistema jista' jiżgura li ma jkunx hemm ostakoli tekniċi għall-installazzjoni ta' BACS;

(b)

id-disinn tal-bini u tas-sistema jista' jiżgura li l-kostijiet tal-installazzjoni ta' BACS jiġu minimizzati;

(c)

l-installazzjoni ta' BACS hija diġà parti minn prattika komuni għal binjiet mhux residenzjali kbar ġodda.

Għal binjiet eżistenti, l-uniċi każijiet fejn il-fattibbiltà teknika tista' tkun kwistjoni huma dawk fejn is-sistemi tekniċi użati fil-bini ma jistgħux jiġu kkontrollati, jew meta jkunu meħtieġa bidliet sostanzjali fis-sistema u/jew fil-bini sabiex dawn jiġu magħmula kontrollabbli, li inevitabbilment iwasslu għal kostijiet projbittivi. Sitwazzjonijiet bħal dawn huma limitati għal binjiet li huma mgħammra b'sistemi antiki u rari jinqalgħu.

Il-fattibbiltà ekonomika tal-installazzjoni ta' BACS f'binjiet eżistenti tista' tkun marbuta wkoll mal-kostijiet bil-quddiem u dawk operazzjonali u/jew mal-perjodu ta' rkupru tal-kostijiet meħtieġ. Approċċ possibbli huwa li tiġi evalwata l-fattibbiltà ekonomika abbażi tal-iffrankar mistenni tal-kostijiet tal-enerġija ġġenerati mill-BACS u li dawn jitqabblu mal-kostijiet bil-quddiem u dawk operazzjonali tal-installazzjoni tal-BACS, matul il-ħajja tas-sistema. Dan jista' jkun issupplimentat b'evalwazzjoni tal-proporzjonalità tal-kostijiet bil-quddiem għall-installazzjoni tal-BACS fil-bini inkwistjoni, abbażi ta' tali parametri, bħal pereżempju d-daqs tal-bini jew il-konsum tal-enerġija (32).

Tabella 6

Interpretazzjoni possibbli tal-fattibbiltà teknika u ekonomika għall-installazzjoni tal-BACS

Tip ta' fattibbiltà

Kif jista' jittraduċi

Jista' japplika għal

Binjiet ġodda

Binjiet eżistenti

Fattibbiltà teknika

Is-sistemi tekniċi użati fil-bini ma jistgħux jiġu kkontrollati mingħajr bidliet sostanzjali.

Le

Iva (iżda rarament)

Fattibbiltà ekonomika

Il-kostijiet bil-quddiem huma eċċessivi meta mqabbla mal-karatteristiki tal-bini.

Le

Iva (iżda rarament)

L-investiment ma jistax jiġi rkuprat b'mod suffiċjenti.

Le

Iva (iżda rarament)

2.4.   Linji gwida dwar it-traspożizzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar is-sistemi tekniċi użati fil-bini u l-ispezzjonijiet tagħhom, l-apparati awtoregolatorji u l-BACS

2.4.1.   Ir-rekwiżiti tas-sistemi tekniċi użati fil-bini u l-valutazzjoni u d-dokumentazzjoni tar-rendiment ġenerali fl-użu tal-enerġija tas-sistemi tekniċi użati fil-bini (l-Artikoli 2, 8(1), 14 u 15 tal-EPBD)

2.4.1.1.   Traspożizzjoni tad-definizzjonijiet (l-Artikolu 2 tal-EPBD)

Fejn rilevanti, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw li jagħtu kjarifiki addizzjonali sabiex jissupplimentaw id-definizzjonijiet tas-sistemi tekniċi użati fil-bini, pereżempju, sabiex jiddeskrivu f'aktar dettall il-kapaċitajiet li s-sistemi ta' awtomatizzazzjoni u kontroll tal-bini huma mistennija li jiksbu.

2.4.1.2.   L-istabbiliment tar-rekwiżiti tas-sistema (l-Artikolu 8(1) tal-EPBD)

(a)   Sistemi tekniċi ġodda użati fil-bini

Għal sistemi li ma ġewx ikkunsidrati qabel l-emenda (sistemi ta' awtomatizzazzjoni u kontroll tal-bini u ġenerazzjoni tal-elettriku fuq il-post), l-Istati Membri se jkollhom jiddefinixxu u jistabbilixxu rekwiżiti tas-sistema fil-livell nazzjonali u jiżguraw li dawn ir-rekwiżiti jkopru l-aspetti kollha msemmija fl-Artikolu 8(1) tal-EPBD: “rendiment ġenerali fl-użu tal-enerġija”, “installazzjoni korretta”, “dimensjonament adattat”, “aġġustament” u “kontroll”. It-tabella li ġejja tiddeskrivi t-tifsira ta' kull wieħed minn dawn l-oqsma ta' rekwiżiti, billi tagħti eżempji (għall-finijiet ta' illustrazzjoni biss) għaż-żewġ tipi ta' sistemi li żdiedu mal-lista ta' sistemi tekniċi użati fil-bini fl-EPBD.

Tabella 7

Oqsma ta' rekwiżiti differenti tas-sistema

Tip ta' rekwiżit

Jirreferi għal

Eżempji

BACS

Ġenerazzjoni tal-elettriku fuq il-post

“rendiment ġenerali fl-użu tal-enerġija”

Ir-rendiment tas-sistema kollha kemm hi (ma għandhiex tiġi mħawda mar-rendiment fil-livell tal-prodott jew tal-komponent u mar-rendiment tal-bini kollu)

Kapaċitajiet ta' kontroll li għandhom impatt fuq ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija (eż. skont l-istandard EN 15232 (33))

Fattur tar-rendiment tas-sistema ta' sistema fotovoltajka (PV) (eż. skont l-istandard EN 15316-4-6 (34))

“dimensjonament adattat”

L-adegwatezza tad-daqs jew tal-kapaċità tas-sistema minħabba l-ħtiġijiet u l-karatteristiki tal-bini taħt il-kundizzjonijiet tal-użu mistennija

Jiġu ddeterminati l-kapaċitajiet ta' kontroll ottimali abbażi tat-tip ta' bini, l-użu mistenni, l-iffrankar potenzjali tal-enerġija

Jiġi ddeterminat id-daqs ottimali tas-sistema PV abbażi tat-tnaqqis fil-kostijiet tal-elettriku, iż-żona tal-immuntar disponibbli u limitazzjonijiet oħrajn li jistgħu japplikaw

“installazzjoni korretta”

Il-mod kif għandha tiġi installata s-sistema fil-bini sabiex taħdem b'mod korrett

Installazzjoni minn installatur imħarreġ u/jew iċċertifikat

Installazzjoni minn installatur imħarreġ u/jew iċċertifikat

“aġġustament adattat”

Azzjonijiet ta' ttestjar u rfinar fuq is-sistema, ladarba tkun installata, taħt kundizzjonijiet ta' użu reali

Is-sekwenza tat-testijiet li għandhom isiru wara l-installazzjoni sabiex jiġi vverifikat li s-sistema taħdem f'konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tagħha

Is-sekwenza tat-testijiet li għandhom isiru wara l-installazzjoni sabiex jiġi vverifikat li s-sistema taħdem f'konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tagħha

“kontroll adattat”

Il-kapaċitajiet ta' kontroll mixtieqa jew meħtieġa tas-sistemi

Il-kamp ta' applikazzjoni tal-funzjonijiet ta' kontroll

(Fejn applikabbli) kontroll tal-alimentazzjoni tal-elettriku (eż. lejn il-grilja, awtokonsum, jew ħażna)

(b)   Sistemi diġà koperti qabel l-emenda

Għas-sistemi diġà koperti qabel l-emenda, l-Istati Membri jistgħu jikkunsidraw li jużaw it-traspożizzjoni tad-Direttiva (UE) 2018/844 bħala opportunità sabiex jirrevedu u possibbilment jaġġornaw ir-rekwiżiti tas-sistema applikabbli. B'mod partikolari, din ir-reviżjoni tista' tkun opportunità sabiex jiġi vverifikat li r-rekwiżiti applikabbli jkopru b'mod suffiċjenti l-oqsma differenti elenkati fl-EPBD u jiġi vvalutat jekk ir-rekwiżiti jistgħux jiġu żviluppati aktar. Ir-rispons min-netwerk Ewropew ta' Azzjoni Konċertata tal-EPBD (35) jissuġġerixxi li: (i) l-enfasi tar-rekwiżiti applikabbli ġeneralment tkun fuq ir-rekwiżiti tar-rendiment fil-livell tal-komponenti; u (ii) il-mod kif jiġu indirizzati oqsma oħrajn (jiġifieri installazzjoni korretta, dimensjonament adattat, aġġustament u kontroll) jista' jvarja madwar l-UE. Għalhekk, l-Istati Membri huma mħeġġa sabiex jieħdu sehem f'din ir-reviżjoni u, fejn rilevanti, jibbażaw fuq il-prattiki tajbin disponibbli.

(c)   Kunsiderazzjoni tar-Regolamenti speċifiċi għall-prodotti skont id-Direttiva dwar l-ekodisinn

Is-sistemi tekniċi użati fil-bini jinkludu ħafna prodotti li huma rregolati skont Regolamenti speċifiċi għall-prodotti li jimplimentaw id-Direttiva 2009/125/KE (“id-Direttiva dwar l-ekodisinn”). Fir-rigward tar-Regolamenti speċifiċi għall-prodotti li jimplimentaw id-Direttiva dwar l-ekodisinn li tikkonċerna prodotti li jistgħu jkunu parti minn sistemi tekniċi użati fil-bini kif definiti fl-Artikolu 2(3) tal-EPBD, ta' min jenfasizza li r-rekwiżiti skont l-Artikolu 8(1) tal-EPBD japplikaw għal sistemi sħaħ, kif installati fil-binjiet, u mhux għar-rendiment ta' komponenti awtonomi, li taqa' taħt il-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolamenti speċifiċi għall-prodotti li jimplimentaw id-Direttiva dwar l-ekodisinn. Bħala eżempju, il-kamp ta' applikazzjoni tar-rekwiżiti tal-Artikolu 8(1) tal-EPBD għal sistema tat-tisħin idroniku tal-bini għandu jkopri s-sistema kollha (il-bojlers, il-komponenti tad-distribuzzjoni u tal-emissjonijiet), filwaqt li l-kamp ta' applikazzjoni tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għal prodotti li huma parti mill-istess sistema għandu jkun limitat għal dawk li japplikaw għall-bojlers.

Huwa ġeneralment ta' benefiċċju li tiġi inkoraġġita l-installazzjoni ta' prodotti ta' rendiment għolja, madankollu, meta japplikaw ir-rekwiżiti skont l-Artikolu 8(1) tal-EPBD għall-prodotti diġà koperti minn Regolamenti speċifiċi għall-prodotti li jimplimentaw id-Direttiva dwar l-ekodisinn, dawn ir-rekwiżiti ma għandhomx imorru lil hinn mir-rekwiżiti stabbiliti minn tal-aħħar, hekk kif ir-Regolamenti speċifiċi għall-prodotti li jimplimentaw id-Direttiva dwar l-ekodisinn huma miżuri ta' armonizzazzjoni direttament applikabbli.

Il-projbizzjoni ta' tipi speċifiċi ta' prodotti li jikkonformaw mar-rekwiżiti applikabbli tal-ekodisinn tmur lil hinn minn dak li teħtieġ u tippermetti l-EPBD, minħabba li prodotti minn Stati Membri oħrajn li jikkonformaw mar-rekwiżiti kollha tal-ekodisinn ma jistgħux jinbiegħu fi swieq nazzjonali oħrajn, bi ksur tal-prinċipju bażiku tal-moviment liberu tal-merkanzija.

Madankollu, l-Istati Membri jistgħu, f'ċerti każijiet, jirrestrinġu l-moviment liberu tal-merkanzija għal raġunijiet ambjentali, iżda biss wara li jkunu nnotifikaw lill-Kummissjoni (36). Dan huwa konsistenti mal-premessa 35a (37) u mal-Artikolu 6 (38) tal-qafas tal-ekodisinn.

2.4.1.3.   Traspożizzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar il-valutazzjoni u d-dokumentazzjoni tar-rendiment tas-sistema (l-Artikolu 8(1) tal-EPBD)

(a)   Sistema jew parti mibdula?

L-Artikolu 8(9) tal-EPBD jistipula li, meta tiġi installata, sostitwita jew imtejba sistema teknika użata fil-bini, ir-rendiment ġenerali “tal-parti mibdula u, fejn rilevanti, tas-sistema mibdula kollha” irid jiġi vvalutat u ddokumentat.

Dan ifisser li:

(a)

fil-każijiet kollha, għandu jiġi vvalutat u ddokumentat ir-rendiment tal-parti mibdula. Pereżempju, jekk il-ġeneratur tas-sħana ta' sistema tat-tisħin jiġi sostitwit — li jikkorrispondi għal titjib tas-sistema, ir-rendiment tal-ġeneratur tas-sħana ġdid għandu jiġi vvalutat u ddokumentat;

(b)

f'xi każijiet (jiġifieri “fejn rilevanti”), jeħtieġ li jiġi vvalutat u ddokumentat ir-rendiment tas-sistema kollha. Dan għandu jkun meħtieġ fit-tliet sitwazzjonijiet li ġejjin:

i.

tiġi installata sistema ġdida;

ii.

tiġi sostitwita sistema sħiħa;

iii.

parti, jew partijiet, minn sistema tgħaddi/jgħaddu minn titjib maġġuri li jista' jaffettwa b'mod sinifikanti r-rendiment ġenerali ta' dik is-sistema.

Il-każijiet imsemmija fil-punti i u ii tas-subparagrafu (b) huma sempliċi: meta tiġi installata jew sostitwita sistema sħiħa ġdida (kemm jekk f'bini ġdid kif ukoll jekk f'bini eżistenti), hemm ħtieġa ċara li jiġi vvalutat u ddokumentat ir-rendiment tas-sistema sħiħa (ġdida).

Fil-każ imsemmi fil-punt iii tas-subparagrafu (b), parti jew partijiet mis-sistema jiġu sostitwiti jew imtejba, sabiex b'hekk jiġi mtejjeb ir-rendiment fl-użu tal-enerġija tagħhom. Minħabba li l-parti hija tant importanti, dan jirriżulta f'titjib fir-rendiment tas-sistema kollha. F'dan ix-xenarju, għandha tiġi vvalutata r-rendiment tas-sistema kollha. Pereżempju:

(a)

fil-prinċipju, is-sostituzzjoni ta' komponent maġġuri (eż. il-ġeneratur tas-sħana f'sistema) jew ta' għadd kbir ta' komponenti minuri (eż. l-emittenti tas-sħana kollha f'bini) għandha titqies bħala titjib maġġuri, minħabba li potenzjalment tħalli impatt sinifikanti fuq ir-rendiment ġenerali.

(b)

fil-prinċipju, it-tibdil ta' aspetti tas-sistema kollha (eż. l-insulazzjoni mtejba tal-pajpijiet, is-sostituzzjoni tal-pajpijiet, is-sostituzzjoni tas-sorsi tad-dawl kollha, is-sostituzzjoni tar-radjaturi kollha) għandu jitqies bħala titjib maġġuri.

(c)

l-istess japplika għal kwalunkwe titjib jew tibdil li jaffettwa l-bilanċ tas-sistema.

Fl-eżempji li ġejjin, ma għandux jiskatta l-obbligu ta' valutazzjoni:

(a)

il-manutenzjoni u t-tiswijiet li għandhom l-għan biss li jiżguraw it-tħaddim sikur u ottimali tas-sistema;

(b)

is-sostituzzjoni ta' komponent minuri ta' sistema (eż. is-sostituzzjoni ta' emittent tas-sħana).

Fi kwalunkwe każ, huwa f'idejn l-Istati Membri (u mhux is-sidien tal-bini u tal-abitazzjoni) li jistabbilixxu fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom il-każijiet fejn huwa relevanti li jivvalutaw ir-rendiment tas-sistema kollha, għall-kuntrarju ta' dawk fejn hija meħtieġa biss il-valutazzjoni r-rendiment tal-parti mibdula.

F'dan il-kuntest, l-Istati Membri jistgħu jiddifferenzjaw bejn il-binjiet u l-unitajiet ta' bini differenti li jistgħu jiġu affettwati minn dawn id-dispożizzjonijiet. Dan jista' jikkonċerna, pereżempju, it-tip ta' bini (pereżempju, residenzjali jew mhux residenzjali, abitazzjoni individwali jew bini li jakkomoda aktar minn familja waħda). Dan jista' jkun possibbilment relatat ukoll mad-daqs tas-sistema, hekk kif jista' jkun aktar xieraq li ssir valutazzjoni aktar dettaljata meta sistema tkun akbar u aktar kumplessa.

(b)   Rendiment ġenerali

Fil-kamp ta' applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar il-valutazzjoni u d-dokumentazzjoni tar-rendiment tas-sistema, il-valutazzjoni tar-rendiment ġenerali (tal-parti mibdula jew tas-sistema kollha) tfisser it-teħid tal-passi meħtieġa sabiex jiġi evalwat u espress ir-rendiment fl-użu tal-enerġija (tal-parti mibdula jew tas-sistema kollha).

It-terminu “ġenerali” jenfasizza l-ħtieġa — fejn tapplika — li tiġi vvalutata r-rendiment tas-sistema kollha kemm hi kontra r-rendiment fil-livell tal-prodott jew tal-komponent. Dan huwa inqas rilevanti meta jkun ir-rendiment tal-parti mibdula li jkun qed jiġi vvalutat.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kamp ta' applikazzjoni tar-rendiment ġenerali fl-użu tal-enerġija ta' sistema teknika ta' bini skont l-Artikolu 8(9) tal-EPBD ikun jinkludi, għal finijiet ta' valutazzjoni u dokumentazzjoni, mill-inqas il-kamp ta' applikazzjoni tar-rendiment ġenerali fl-użu tal-enerġija skont l-Artikolu 8(1) għar-rekwiżiti tas-sistema, kif ukoll dawk l-aspetti li jistgħu jaffettwaw ir-rendiment ġenerali fl-użu tal-enerġija taħt l-oqsma meħtieġa l-oħrajn (b'mod partikolari l-kontroll). Dan jiżgura li tiġi vvalutata u ddokumentata l-konformità mar-rekwiżiti tas-sistema, li s-sid jiġi mgħarraf b'din il-konformità u li l-konformità tkun tista' tiġi pprovata (eż. meta l-bini jew l-unità tal-bini jinbiegħu lil sid ġdid).

Ir-rendiment jista' jiġi vvalutat b'modi differenti; l-Istati Membri għandhom jikkjarifikaw liema approċċ għandu jiġi segwit. Dawn jistgħu jvarjaw skont fatturi differenti (eż. it-tip ta' sistema kkunsidrat, it-tip ta' intervent: installazzjoni, sostituzzjoni, titjib, eċċ.). It-titjib li huwa limitat fl-iskala u fl-impatt jista' jwassal għal approċċi eħfef ta' valutazzjoni, pereżempju, ir-reġistrazzjoni tal-intervent u l-iżgurar li jinġabru d-dokumenti tekniċi rilevanti kollha dwar il-komponent(i) affettwat(i). Interventi aktar sostanzjali (tipikament installazzjoni jew sostituzzjoni) jistgħu jkunu jeħtieġu valutazzjoni aktar bir-reqqa tal-impatt fuq is-sistema kollha kemm hi, pereżempju, abbażi tas-simulazzjoni tar-rendiment tas-sistema meta tiġi ddisinjata s-sistema u abbażi tal-verifika tal-kapaċitajiet ewlenin tas-sistema wara l-installazzjoni.

Meta jiddeterminaw l-approċċ tagħhom għall-valutazzjoni tar-rendiment, l-Istati Membri għandhom jiżguraw konsistenza mar-rekwiżiti fl-Artikoli 14 u 15 tal-EPBD dwar l-ispezzjonijiet tas-sistemi tat-tisħin, tal-arja kundizzjonata u tal-ventilazzjoni, b'mod partikolari fir-rigward tal-ħtieġa li jiġu vvalutati (fejn rilevanti) il-kapaċitajiet tas-sistema taħt kundizzjonijiet operattivi tipiċi jew medji. Pereżempju, meta jkunu disponibbli linji gwida jew mudelli għall-ispezzjoni ta' sistemi tekniċi użati fil-bini skont l-Artikoli 14 u 15 tal-EPBD, jistgħu jsiru referenzi għal dawn il-linji gwida jew il-mudelli fil-valutazzjoni tar-rendiment skont l-Artikolu 8 tal-EPBD.

(c)   Dokumentazzjoni tar-rendiment tas-sistema

L-Artikolu 8(9) tal-EPBD jeżiġi li r-riżultati tal-valutazzjoni tar-rendiment tas-sistema (jew ta' parti mibdula minnha) jiġu ddokumentati u mgħoddija lis-sid tal-bini. L-Istati Membri huma liberi li jiddeterminaw il-forma u l-kontenut ta' din id-dokumentazzjoni, li jistgħu jvarjaw skont it-tip ta' intervent ikkunsidrat. Madankollu, f'dan il-kuntest, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dokumentazzjoni tkopri l-kamp ta' applikazzjoni tal-valutazzjoni mwettqa u tista' tkun utli għall-verifika tal-konformità mar-rekwiżiti minimi dwar ir-rendiment fl-użu tal-enerġija stipulati skont l-Artikolu 8(1) tal-EPBD u għaċ-ċertifikazzjoni tar-rendiment fl-użu tal-enerġija (ara s-subtaqsima li jmiss). L-Istati Membri huma liberi wkoll li jiddeterminaw kif id-dokumentazzjoni għandha tiġi mgħoddija lis-sid tal-bini.

(d)   Ir-relazzjoni mar-rekwiżiti tar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija u maċ-ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija

L-obbligi fl-Artikolu 8(9) tal-EPBD dwar id-dokumentazzjoni tar-rendiment tas-sistema (jew ta' parti mibdula) għandhom l-għan li jiżguraw li tkun disponibbli informazzjoni aġġornata dwar ir-rendiment tas-sistema teknika użata fil-bini għas-sidien tal-bini. Tali informazzjoni tista' tintuża, pereżempju, għaċ-ċertifikazzjoni tar-rendiment fl-użu tal-enerġija jew għall-verifika tal-konformità mar-rekwiżiti minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija (eż. meta bini jgħaddi minn rinnovazzjoni maġġuri). Huwa f'idejn l-Istati Membri li jiddeċiedu jekk għandux jinħareġ ċertifikat ġdid tar-rendiment fl-użu tal-enerġija (EPC) bħala riżultat tal-valutazzjoni tar-rendiment fl-użu tal-enerġija tas-sistema teknika użata fil-bini (jew parti mibdula minnha).

2.4.2.   Spezzjoni tas-sistemi tat-tisħin, l-arja kundizzjonata, tisħin u ventilazzjoni kkombinati, u l-arja kundizzjonata u ventilazzjoni kkombinati (l-Artikoli 14 u 15 tal-EPBD)

2.4.2.1.   Spezzjonijiet tas-sistemi tat-tisħin u tat-tisħin u tal-ventilazzjoni kkombinati (l-Artikolu 14 tal-EPBD)

(a)   Sistemi li għandhom jiġu spezzjonati

L-emenda għall-EPBD tespandi l-kamp ta' applikazzjoni tas-sistemi li għandhom jiġu spezzjonati skont l-Artikolu 14(1), sabiex tinkludi sistemi tat-tisħin u tal-ventilazzjoni kkombinati.

L-Istati Membri għandhom jinkludu definizzjoni ta' “sistema tat-tisħin u tal-ventilazzjoni kkombinata” fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-definizzjoni ta' tali sistemi tkun tinkludi pompi tas-sħana u jiddeterminaw jekk dawn jaqgħux fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 14 jew 15 tal-EPBD (ara t-Taqsima 2.3.2.4).

(b)   Output nominali effettiv

L-Artikolu 14(1) tal-EPBD jeżiġi li jsiru spezzjonijiet tas-sistemi b'output nominali effettiv ta' aktar minn 70 kW. Qabel l-emenda għall-EPBD, il-limitu stabbilit fl-Artikolu 14(1) tagħha għall-ispezzjonijiet tal-output effettiv tal-bojler kien ta' 20 kW biss.

Din il-bidla taffettwa kemm il-limitu massimu tal-output (b'żieda minn 20 kW għal 70 kW) kif ukoll il-kamp ta' applikazzjoni li jrid jitqies meta jiġi kklassifikat l-output. Qabel l-emenda, il-klassifikazzjoni għamlet referenza biss għall-bojler, filwaqt li l-klassifikazzjoni fl-EPBD issa tagħmel referenza għas-sistema kollha kemm hi. Is-sistemi b'ġeneraturi tas-sħana multipli (eż. sistemi tat-Tip 1 u tat-Tip 2 kif deskritti fit-taqsima 2.2) għandhom jaqgħu wkoll taħt l-obbligu stipulat fl-Artikolu 14(1) tal-EPBD, jekk il-klassifikazzjoni ġenerali tal-ġeneraturi tas-sħana multipli li jaqdu l-istess żona jew unità ta' bini taqbeż is-70 kW.

Kif indikat fil-premessa 39 tad-Direttiva (UE) 2018/844, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jkomplu japplikaw is-sistemi ta' spezzjoni diġà fis-seħħ, inklużi spezzjonijiet għal sistemi tat-tisħin iżgħar (jiġifieri ta' limitu bejn 20 kW u 70 kW tal-output nominali effettiv). Jekk l-Istati Membri jkunu ddeċidew li jkomplu joperaw dawk l-iskemi, ma jkun hemm l-ebda obbligu fuq l-Istati Membri li jinnotifikaw dawk ir-rekwiżiti aktar stretti lill-Kummissjoni.

(c)   Ir-rendiment taħt kundizzjonijiet operattivi tipiċi jew medji

Skont l-Artikolu 14(1) tal-EPBD, l-Istati Membri jridu jespandu l-kamp ta' applikazzjoni tal-ispezzjoni sabiex din tkun tinkludi, fejn rilevanti, valutazzjoni tas-sistema taħt kundizzjonijiet operattivi tipiċi jew medji.

L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw x'bidliet huma meħtieġa fil-metodoloġija tal-ispezzjoni. Din għandha tiffoka fuq ir-rekwiżiti u l-linji gwida tal-ispezzjoni.

(d)   Eżenzjonijiet ibbażati fuq kuntratti jew ftehimiet tal-enerġija

L-Istati Membri jistgħu jaġġornaw il-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom sabiex jinkludu eżenzjonijiet għall-binjiet koperti minn kriterju tar-rendiment fl-użu tal-enerġija miftiehem jew arranġament kuntrattwali li jispeċifika livell miftiehem ta' titjib fir-rendiment fl-użu tal-enerġija. L-Istati Membri jistgħu jinkludu wkoll eżenzjonijiet għall-binjiet operati minn netwerk jew operatur tal-utilitajiet.

Jekk l-Istati Membri jiddeċiedu li jippermettu eżenzjonijiet bħal dawn, huma għandhom jiżguraw li l-leġiżlazzjoni ġdida tindirizza d-definizzjoni ta' “kriterju tar-rendiment fl-użu tal-enerġija” jew “arranġament kuntrattwali li jispeċifika livell maqbul ta' rendiment fl-użu tal-enerġija”.

Jekk l-Istati Membri jiddeċiedu li jinkludu l-eżenzjonijiet indikati taħt l-Artikolu 14(2) tal-EPBD, huma għandhom jiżguraw li l-impatt ġenerali tal-approċċ ikun ekwivalenti għal dawk tal-ispezzjonijiet li jirriżultaw mill-Artikolu 14(1) tal-EPBD.

Sabiex tiġi żgurata din l-ekwivalenza, huwa rrakkomandat li l-Istati Membri jagħmlu użu mill-possibbiltajiet li jiġi implimentat l-Artikolu 18 tal-EED billi joħolqu lista disponibbli għall-pubbliku ta' kumpaniji ċċertifikati/akkreditati. Barra minn hekk, l-Istati Membri jkollhom bżonn jipproduċu mudelli disponibbli għall-pubbliku għall-kuntratti tar-rendiment fl-użu tal-enerġija skont l-Anness XIII għall-EED.

Għal dawk l-Istati Membri mingħajr lista ta' kumpaniji ċċertifikati/akkreditati jew mingħajr mudelli disponibbli għall-pubbliku għall-kuntratti tar-rendiment fl-użu tal-enerġija, l-ekwivalenza għandha tiġi stabbilita fuq bażi ta' każ b'każ. Taħt dan ix-xenarju, il-partijiet kontraenti jistgħu jiffaċilitaw il-proċess billi jintroduċu anness fil-kuntratt tagħhom, li jidentifika b'mod ċar il-punti li ġejjin mill-Anness XIII għall-EED:

(a)

l-iffrankar garantit li għandu jinkiseb bl-implimentazzjoni tal-miżuri tal-kuntratt;

(b)

it-tul u l-miri ewlenin tat-termini tal-kuntratt u l-perjodu ta' avviż;

(c)

id-data ta' referenza sabiex jiġi stabbilit l-iffrankar miksub;

(d)

obbligu li jiġu implimentati b'mod sħiħ il-miżuri fil-kuntratt u li jiġu ddokumentati l-bidliet kollha li jsiru matul il-proġett;

(e)

dispożizzjonijiet ċari u trasparenti dwar il-kejl u l-verifika tal-iffrankar garantit miksub, il-kontrolli tal-kwalità u l-garanziji (idealment b'referenza għall-istandards nazzjonali jew tal-UE).

(e)   Rekwiżiti volontarji għal bini residenzjali

L-Artikolu 14(5) tal-EPBD jirreferi għall-għażla li jiġu introdotti ż-żewġ funzjonalitajiet (jiġifieri l-funzjonalitajiet ta' monitoraġġ elettroniku u kontroll effettiv) għal binjiet residenzjali.

L-Istati Membri li jiddeċiedu li jintroduċu r-rekwiżiti għal binjiet residenzjali għandhom jinkludu definizzjoni ċara tat-tifsira ta' funzjonalitajiet kontinwi ta' monitoraġġ elettroniku u kontroll effettiv.

L-Artikolu 14(5) tal-EPBD għandu karattru fakultattiv (jiġifieri jintuża t-terminu “jistgħu'” fil-kliem tiegħu) u ma jinkludix dettalji dwar il-limiti f'termini ta' output nominali effettiv. Minflok, huwa jirreferi impliċitament għall-binjiet residenzjali kollha, irrispettivament mid-daqs tagħhom. Huwa rrakkomandat li l-Istati Membri jqisu d-differenzi fit-tipi ta' sistemi jew binjiet meta jistabbilixxu r-rekwiżiti.

(f)   Eżenzjonijiet ibbażati fuq BACS jew funzjonalitajiet kontinwi ta' monitoraġġ elettroniku u kontroll effettiv

L-EPBD teżenta mill-ispezzjoni s-sistemi tekniċi użati fil-bini li jikkonformaw mal-Artikolu 14(4) (sistemi ta' awtomatizzazzjoni u kontroll tal-bini) u 14(5) (rekwiżiti volontarji għal binjiet residenzjali).

L-Istati Membri jridu jaġġornaw il-leġiżlazzjoni nazzjonali sabiex jintroduċu d-definizzjoni ta' BACS.

L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jbaxxu l-limitu għar-rekwiżit fuq l-installazzjoni tal-BACS kif indikat fl-Artikolu 14(4) tal-EPBD. Dawk il-binjiet li jaqgħu taħt ir-rekwiżit il-ġdid u li għandhom BACS installati għandhom ikunu eżentati wkoll mill-ispezzjonijiet.

L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jestendu l-eżenzjoni fuq l-ispezzjonijiet għal sidien ta' bini individwali b'sistemi taħt il-290 kW li għandhom BACS installati f'konformità mal-Artikolu 14(4) tal-EPBD. L-Istati Membri li jestendu din l-eżenzjoni għandhom jinformaw lill-Kummissjoni b'dan meta jinnotifikawha bil-miżuri ta' traspożizzjoni tagħhom.

L-Istati Membri li jagħżlu li jintroduċu rekwiżiti għal binjiet residenzjali għandhom jikkunsidraw ukoll eżenzjonijiet għall-ispezzjonijiet.

(g)   Miżuri alternattivi

It-traspożizzjoni tal-Artikolu 14 tal-EPBD għall-Istati Membri li jiddeċiedu li japplikaw miżuri alternattivi hija fil-biċċa l-kbira affettwata biss mill-bidliet fil-kamp ta' applikazzjoni, il-limiti u l-eżenzjonijiet (ara t-Taqsima 2.3.2.8). L-Istati Membri jistgħu jkomplu japplikaw l-istess firxa ta' miżuri.

L-Istati Membri li diġà japplikaw miżuri alternattivi jridu jiżguraw, skont l-Artikolu 14(3) tal-EPBD, li l-miżuri fis-seħħ huma ekwivalenti għal dawk stabbiliti fl-Artikolu 14(1) tal-EPBD. Dan jista' jirrikjedi l-adattament tal-miżuri alternattivi. Skont l-Artikolu 14(3) tal-EPBD, l-Istati Membri jridu jiddokumentaw f'rapport lill-Kummissjoni l-ekwivalenza tal-miżuri u r-rapport irid jintbagħat qabel tiddaħħal fis-seħħ kwalunkwe miżura ġdida jew adattata.

Jekk f'xi punt wara t-traspożizzjoni tal-EPBD, Stat Membru jiddeċiedi li jimmodifika l-firxa jew il-kamp ta' applikazzjoni tal-miżuri eżistenti jew jintroduċi miżuri ġodda, huwa jrid jinnotifika lill-Kummissjoni b'tali bidliet. Sabiex jagħmlu dan, l-Istati Membri jridu jissottomettu rapport dwar l-ekwivalenza tal-miżuri, qabel jiddaħħlu fis-seħħ il-miżuri ġodda jew adattati.

F'konformità mar-Regolament (UE) 2018/1999, kull Stat Membru jrid jissottometti r-rapporti ta' ekwivalenza meħtieġa mill-EPBD bħala parti mill-pjan nazzjonali dwar l-enerġija u l-klima (NECP) tiegħu. L-iskeda ta' żmien għas-sottomissjoni tal-NECPs u tar-rapporti ta' progress hija indikata fit-Taqsima 2.3.2.9.

Jekk l-iskeda ta' żmien tal-NECPs ma tkunx addattata għal Stat Membru, huwa jista' jissottometti r-rapport ta' ekwivalenza direttament lill-Kummissjoni. Madankollu, l-Istat Membru jrid jiżgura li r-rapport ta' ekwivalenza jkun inkluż ukoll fl-istadju li jmiss tal-NECP.

2.4.2.2.   Spezzjonijiet tas-sistemi tal-arja kundizzjonata u tal-arja kundizzjonata u tal-ventilazzjoni kkombinati (l-Artikolu 15 tal-EPBD)

Bħal bl-Artikolu 14, ir-rekwiżiti tal-Artikolu 15 tal-EPBD iridu jkunu inkorporati wkoll fil-liġi nazzjonali. L-obbligi fl-Artikolu 14 huma l-istess bħal dawk għall-Artikolu 15. Id-dispożizzjonijiet f'dan l-Anness relatati mal-Artikolu 14 għandhom jiġu applikati wkoll b'analoġija fil-kuntest tal-Artikolu 15.

Informazzjoni dwar kif jiġi traspost l-Artikolu 15 tal-EPBD hija pprovduta fit-Taqsimiet 2.4.2.1(a) sa 2.4.2.1(g) ta' dan l-Anness:

(a)

sistemi li għandhom jiġu spezzjonati (it-Taqsima 2.4.2.1(a));

(b)

output nominali effettiv (2.4.2.1(b));

(c)

rendiment taħt kundizzjonijiet operattivi tipiċi (2.4.2.1(c));

(d)

eżenzjonijiet ibbażati fuq kuntratti jew ftehimiet tal-enerġija (2.4.2.1(d));

(e)

rekwiżiti volontarji għal binjiet residenzjali (2.4.2.1(e));

(f)

eżenzjonijiet ibbażati fuq BACS jew funzjonalitajiet kontinwi ta' monitoraġġ elettroniku u kontroll effettiv (2.4.2.1(f));

(g)

żgurar tat-traspożizzjoni tal-Artikolu 14(3) tal-EPBD — miżuri alternattivi (2.4.2.1(g)).

2.4.3.   Rekwiżiti dwar l-installazzjoni ta' apparati awtoregolatorji u BACS (l-Artikoli 8(1), 14(4) u 15(4) tal-EPBD)

2.4.3.1.   Traspożizzjoni tar-rekwiżiti dwar l-installazzjoni ta' apparati awtoregolatorji (l-Artikolu 8(1) tal-EPBD)

Skont l-obbligi dwar l-installazzjoni ta' apparati awtoregolatorji (l-Artikolu 8(1) tal-EPBD):

(a)

kull bini ġdid irid ikun mgħammar b'apparati awtoregolatorji sal-iskadenza tat-traspożizzjoni. Dan għandu jiġi żgurat fil-każ ta' binjiet li l-applikazzjonijiet għal permess għalihom jiġu sottomessi wara l-iskadenza tat-traspożizzjoni.

(b)

il-binjiet eżistenti kollha li l-ġeneraturi tas-sħana tagħhom jiġu sostitwiti mid-data tat-traspożizzjoni nazzjonali ta' dawn l-obbligi jridu jkunu mgħammra b'apparati awtoregolatorji.

Dawk l-obbligi japplikaw ħlief f'każijiet mhux frekwenti/rari fejn ma jkunx teknikament jew ekonomikament fattibbli li jiġi installat tagħmir bħal dan.

L-Istati Membri għandhom jirreklamaw dawn ir-rekwiżiti minn qabel biżżejjed sabiex il-professjonisti jkunu jistgħu jqisuhom kmieni biżżejjed meta jiddisinjaw binjiet ġodda u meta jkunu qed jippreparaw is-sostituzzjoni tal-ġeneraturi tas-sħana f'binjiet eżistenti.

Meta jittrasponu r-rekwiżiti dwar l-installazzjoni ta' apparati awtoregolatorji, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kapaċità awtoregolatorja mistennija ta' tali tagħmir tkun espressa b'mod ċar u f'konformità ma' dik mogħtija fl-Artikolu 8(1) tal-EPBD, kif spjegat fid-dettall fit-Taqsima 2.3.3 ta' dan l-Anness.

Fl-EPBD, din il-kapaċità awtoregolatorja hija espressa b'mod teknoloġikament newtrali. Din tħalli flessibbiltà fuq is-soluzzjonijiet speċifiċi li jistgħu jintużaw sabiex tinkiseb din il-kapaċità. Filwaqt li din il-flessibbiltà tista' titqies bħala ta' benefiċċju (minħabba li tippermetti lid-disinjaturi u lill-installaturi jagħżlu l-aħjar soluzzjoni għal bini jew unità ta' bini partikolari), l-Istati Membri huma mħeġġa wkoll sabiex jipprovdu aktar gwida teknika dwar kif jimplimentaw l-awtoregolazzjoni għad-diversi sistemi li jistgħu jiltaqgħu magħhom, b'mod partikolari dawk l-aktar komuni. It-tabella fit-Taqsima 2.3.3.2 tagħti xi eżempji.

Fir-rigward tal-kamp ta' applikazzjoni tar-regolazzjoni (jiġifieri kamra jew żona), l-Istati Membri huma mħeġġa sabiex jipprovdu gwida teknika dwar każijiet fejn ir-regolazzjoni fil-livell taż-żona tista' tgħin lill-professjonisti fil-valutazzjoni tagħhom u tista' tappoġġa l-implimentazzjoni konsistenti tar-rekwiżiti fit-territorju nazzjonali (jew, fejn applikabbli, reġjonali).

F'każijiet fejn l-Istati Membri jippermettu regolazzjoni fil-livell taż-żona għal kategoriji ta' bini jew unitajiet ta' bini identifikati sewwa (ara t-Taqsima 2.3.3.2(b)), dan għandu jkun ċar fit-traspożizzjoni tar-rekwiżiti jew fil-linji gwida tekniċi li jappoġġaw l-implimentazzjoni tagħhom.

2.4.3.2.   Traspożizzjoni tar-rekwiżiti dwar l-installazzjoni ta' BACS (l-Artikoli 14(4) u 15(4) tal-EPBD)

L-Artikoli 14(4) u 15(4) tal-EPBD jirreferu għall-2025 bħala d-data sa meta l-binjiet mhux residenzjali jridu jkunu mgħammra b'sistemi ta' awtomatizzazzjoni u kontroll tal-bini li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti f'dawk l-artikoli. Madankollu, ir-rekwiżiti li jiżguraw l-installazzjoni huma meħtieġa li jiġu trasposti sal-iskadenza tat-traspożizzjoni tal-10 ta' Marzu 2020.

Meta jittrasponu r-rekwiżiti tal-installazzjoni ta' BACS, l-Istati Membri jridu jiżguraw li l-kapaċitajiet tas-sistemi meħtieġa huma konformi kemm: (i) mad-definizzjoni tas-sistemi ta' awtomatizzazzjoni u kontroll tal-bini fl-Artikolu 2(3a) tal-EPBD; kif ukoll (ii) mal-kapaċitajiet elenkati fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikoli 14(4) u 15(4) tal-EPBD (ara t-Taqsima 2.3.3.1).

Filwaqt li l-konformità mad-definizzjoni ta' BACS ma għandha toħloq l-ebda diffikultà partikolari, tista' tkun sfida li jiġu identifikati — għal bini partikolari — il-kapaċitajiet disponibbli u kif dawn jikkorrispondu ma' dawk previsti taħt l-EPBD. Mod wieħed kif dan isir aktar faċli huwa li dawn il-kapaċitajiet jiġu mmappjati mal-funzjonijiet u l-klassijiet tal-BACS kif definiti fl-istandards disponibbli, b'mod partikolari taħt EN 15232 (39).

Fi kwalunkwe każ, l-Istati Membri huma mħeġġa jipprovdu lill-professjonisti b'linji gwida tekniċi ddedikati. Tali linji gwida jgħinu lill-professjonisti jivvalutaw il-kapaċitajiet tal-BACS u jidentifikaw il-lakuni potenzjali, filwaqt li jagħtu rakkomandazzjonijiet dwar kif dawn il-lakuni jistgħu jimtlew b'mod effettiv.

2.5.   Kunsiderazzjonijiet addizzjonali dwar ir-rekwiżiti tas-sistema, il-valutazzjoni u d-dokumentazzjoni tar-rendiment tas-sistema, l-ispezzjonijiet u l-BACS

Din it-taqsima se tenfasizza l-prattiki tajbin. L-informazzjoni u r-referenzi pprovduti hawnhekk la huma eżawrjenti u lanqas preskrittivi — huma pprovduti għall-finijiet ta' informazzjoni biss.

2.5.1.   Interpretazzjonijiet possibbli tar-rekwiżiti dwar is-sistemi tekniċi użati fil-bini (l-Artikolu 8(1) tal-EPBD)

2.5.1.1.   Sistemi tekniċi ġodda użati fil-bini

Żewġ sistemi tekniċi ġodda użati fil-bini huma introdotti fl-EPBD: (i) sistemi ta' awtomatizzazzjoni u kontroll tal-bini (BACS); u (ii) sistemi ta' ġenerazzjoni tal-elettriku fuq il-post. It-tabella li ġejja tiġbor fil-qosor kif jistgħu jiġu interpretati dawn ir-rekwiżiti meta tiġi implimentata l-EPBD.

Fir-rigward tal-ġenerazzjoni tal-elettriku fuq il-post, is-suppożizzjoni tagħna hija li l-mira prinċipali hija l-pannelli fotovoltajċi. Madankollu, it-turbini tar-riħ (fejn id-daqs tagħhom jippermetti l-użu fuq il-post) u s-sistemi mikro ta' sħana u enerġija kkombinati (CHP mikro) jaqgħu wkoll fil-kamp ta' applikazzjoni tal-EPBD.

Tabella 8

Interpretazzjoni possibbli tar-rekwiżiti tas-sistema għall-BACS

Tip ta' rekwiżit

Interpretazzjonijiet possibbli għall-BACS

Referenzi utli (40)

“rendiment ġenerali fl-użu tal-enerġija”

Rekwiżiti minimi dwar il-kapaċitajiet ta' kontroll li għandhom impatt fuq ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija. Dawn ir-rekwiżiti jistgħu jikkonċernaw il-kamp ta' applikazzjoni tal-kontroll (jiġifieri liema sistemi huma kkontrollati), il-profondità (jew il-granularità) tal-kontroll, jew it-tnejn. Fid-definizzjoni ta' dawn ir-rekwiżiti, tista' ssir referenza għall-istandards disponibbli, pereżempju għall-klassijiet tal-enerġija tal-BACS kif definiti fl-istandard EN 15232. Ir-rekwiżiti jistgħu jvarjaw skont it-tip ta' bini (eż. residenzjali vs mhux residenzjali) u xi karatteristiki tal-bini (eż. l-erja tas-superfiċje).

EN 15232 (41), EN 16947-1:2017 (42) u TR 16947-2 (43)

“dimensjonament adattat”

Hawnhekk, id-dimensjonament jirreferi mhux għad-daqs tas-sistema (kif jagħmel għal xi sistemi oħrajn), iżda aktar għall-mod kif id-disinn ta' BACS jista' jitfassal għal bini speċifiku. L-għan tad-dimensjonament huwa li jintlaħaq l-aħjar kompromess bejn il-kostijiet u l-kapaċitajiet meta jitqiesu l-ħtiġijiet speċifiċi tal-bini kkunsidrat. Ir-rekwiżiti dwar id-dimensjonament jelenkaw l-aspetti rilevanti li għandhom jitqiesu meta tiġi ddisinjata BACS għal bini speċifiku (eż. il-konsum tal-enerġija mistenni jew imkejjel, l-użu tal-bini, is-sistemi tekniċi użati fil-bini installati fil-bini, ir-rekwiżiti tat-tħaddim u tal-manutenzjoni) sabiex jintlaħaq dan il-kompromess ottimali. Fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dawn ir-rekwiżiti, jista' jkun utli li ssir referenza għall-istandards jew il-linji gwida rilevanti.

ISO 16484-1:2010 (44)

“installazzjoni korretta”

Ir-rekwiżiti dwar l-“installazzjoni korretta” hija referenza ġenerika għall-ħtieġa li jiġi żgurat li s-sistema (hawnhekk, il-BACS) tiġi installata b'mod li jiżgura t-tħaddim sikur u ottimali. Ġeneralment, din tkun marbuta mar-rekwiżiti dwar il-kwalifika tal-installatur (eż. installatur iċċertifikat) u ma' linji gwida tekniċi speċifiċi.

EN 16946-1:2017 (45) u TR 16946-2 (46)

“aġġustament adattat”

“Aġġustament” tirreferi għal: (i) test wara l-installazzjoni tas-sistema sabiex jiġi vverifikat li din qed taħdem b'mod korrett; u (ii) irfinar meta s-sistema tkun qed taħdem taħt kundizzjonijiet reali. Azzjonijiet bħal dawn ġeneralment ikunu jeħtieġu intervent uman, iżda l-BACS jagħtu l-opportunità sabiex jiġu kkunsidrati wkoll l-approċċi ta' kummissjonar kontinwu meta dan il-proċess ikun parzjalment awtomatizzat (47).

EN 16946-1:2017 (45) u TR 16946-2 (46); ISO 50003 (48)

“kontroll adattat”

Din il-kategorija tapplika l-aktar għas-sistemi tekniċi użati fil-bini li huma kkontrollati (eż. sistemi tat-tisħin) minflok għal BACS, li l-iskop prinċipali tagħhom huwa li jikkontrollaw sistemi oħrajn. Madankollu, “kontroll adattat” jista' jirreferi għall-funzjonijiet li tista' toffri BACS sabiex tappoġġa jew tiffaċilita l-kontroll uman (eż. il-wiri ta' data dwar il-konsum jew kwalunkwe interazzjoni oħra ma' operatur tal-bini u okkupanti tal-bini).

EN 15232 (41), EN 16947-1:2017 (42) u TR 16947-2 (43)


Tabella 9

Interpretazzjoni possibbli tar-rekwiżiti tas-sistema għall-ġenerazzjoni tal-elettriku fuq il-post

Tip ta' rekwiżit

Interpretazzjonijiet possibbli għas-sistemi ta' ġenerazzjoni tal-elettriku fuq il-post

Referenzi utli (49)

“rendiment ġenerali fl-użu tal-enerġija”

Rekwiżiti minimi dwar ir-rendiment tas-sistema (kif installata) f'termini tal-ġenerazzjoni tal-elettriku taħt kundizzjonijiet operattivi tipiċi. Meta jiddefinixxu dawn ir-rekwiżiti, l-Istati Membri jiġu mħeġġa jikkunsidraw l-istandards applikabbli, b'mod partikolari mil-lista ta' standards tal-EPB (ara t-tielet kolonna) u regolamenti applikabbli dwar l-Ekodisinn u t-Tikkettar tal-Enerġija (50).

EN 15316-4-6 (51), EN 61724 (52) u IEC 61853-2:2016 (53) għal sistemi fotovoltajċi, l-istandard EN 15316-4-4 (54) għal sistema ta' koġenerazzjoni integrata fil-bini, EN 15316-4-10 (55) u IEC 61400-12-1 (56) għal sistemi ta' ġenerazzjoni tal-enerġija mir-riħ

“dimensjonament adattat”

Id-dimensjonament jistal-ewwel ikun relatat mal-kapaċità tal-ġenerazzjoni tas-sistema kkunsidrata. Għan wieħed jista' jkun li jiġi żgurat li din il-kapaċità tkun adegwata fir-rigward tal-ħtiġijiet ikkunsidrati (eż. id-disinn tat-tagħbija tas-sħana għall-ħiters tal-ispazju b'koġenerazzjoni). Id-dimensjonament jista' jkun relatat ukoll mad-dimensjonijiet fiżiċi tal-komponenti tas-sistemi, filwaqt li jitqiesu l-limitazzjonijiet li japplikaw għall-bini speċifiku (57) (eż. il-pożizzjoni, l-orjentazzjoni, l-inklinazzjoni tal-pannelli fotovoltajċi, il-konfigurazzjoni tat-traċċar tal-punt ta' potenza massima, id-daqs tal-kejbil, eċċ.).

Kalkolu tat-tagħbija tas-sħana skont id-disinn: EN 12831-1 (58), ISO 15927-5:2004 (59)

“installazzjoni korretta”

Ir-rekwiżiti dwar l-“installazzjoni korretta” hija referenza ġenerika għall-ħtieġa li jiġi żgurat li s-sistema tiġi installata b'mod li jiżgura t-tħaddim sikur u ottimali. Ġeneralment, din tkun marbuta mar-rekwiżiti dwar il-kwalifika tal-installatur (eż. installatur iċċertifikat) u ma' linji gwida tekniċi speċifiċi. Għas-sistemi fotovoltajċi, l-istandards li japplikaw għal fotovoltajċi integrati fil-bini (BIPV) jistgħu jkunu rilevanti f'dan il-kuntest.

Għal sistemi BIPV, EN 50583-2 (60)

“aġġustament adattat”

“Aġġustament” tirreferi għal: (i) test wara l-installazzjoni tas-sistema sabiex jiġi vverifikat li din qed taħdem b'mod korrett; u (ii) irfinar meta s-sistema tkun qed taħdem taħt kundizzjonijiet reali.

Għal sistemi PV, IEC/EN 62446 (61)

“kontroll adattat”

F'dan il-kuntest, “kontroll” tirreferi għall-abbiltà tas-sistema li tikkontrolla t-tħaddim tagħha stess, filwaqt li tqis il-parametri mill-ambjent u mill-bini. Dan huwa l-aktar rilevanti għas-sistemi CHP mikro, minħabba l-produzzjoni simultanja tagħhom ta' enerġija termali u elettrika.

M/A

(a)   Sistemi ta' dawl inkorporati

Is-sistemi tad-dawl kienu diġà parti mis-sistemi tekniċi użati fil-bini qabel l-emenda, iżda ma kinux koperti mid-dispożizzjonijiet dwar ir-rekwiżiti tas-sistema. Madankollu, wara l-emenda, għandhom jiġu stabbiliti r-rekwiżiti tas-sistema għal sistemi ta' dawl “inkorporati”. Kif ġie spjegat fit-Taqsima 2.3.1.1, l-aġġornament tal-kliem huwa biss kjarifika tal-kamp ta' applikazzjoni. Il-kliem ġdid tal-kamp ta' applikazzjoni jenfasizza li huwa jkopri biss it-tagħmir tad-dawl li huwa installat sabiex jimplimenta l-ispeċifikazzjonijiet tad-dawl definiti fil-ħin tad-disinn, u sabiex jissodisfa r-rekwiżiti relatati.

Tabella 10

Interpretazzjoni possibbli tar-rekwiżiti tas-sistema għad-dawl inkorporat

Tip ta' rekwiżit

Interpretazzjonijiet possibbli għas-sistemi ta' dawl

Referenzi utli

“rendiment ġenerali fl-użu tal-enerġija”

Rekwiżiti minimi dwar ir-rendiment tas-sistema tad-dawl inkorporata kollha kemm hi, b'kont meħud tal-parametri rilevanti. Il-LENI (indikatur numeriku tal-enerġija tad-dawl) kif definit fl-istandard EN 15193-1:2017 jista', pereżempju, ikun mod kif jiġu espressi r-rekwiżiti dwar ir-rendiment tas-sistemi tad-dawl.

EN 15193-1:2017 (62), CEN/TR 15193-2:2017 (63)

“dimensjonament adattat”

Għas-sistemi tad-dawl, “dimensjonament adattat” tirreferi għal: (i) id-determinazzjoni tar-rekwiżiti tal-livell ta' illuminazzjoni, b'kont meħud tal-parametri rilevanti (b'mod partikolari l-użu maħsub tal-bini u tal-ispazji tiegħu); u (ii) it-traduzzjoni ta' dawk ir-rekwiżiti fi speċifikazzjonijiet tad-disinn għas-sistemi ta' dawl.

EN 12464-1 (64), CEN/TS 17165 (65)

“installazzjoni korretta”

Installazzjoni ta' tagħmir elettriku, inkluża sistema ta' dwal, f'konformità mar-regolamenti applikabbli fil-livell nazzjonali.

M/A

“aġġustament adattat”

Hawnhekk, aġġustament jista' jirreferi għal: (i) verifika li l-kapaċitajiet tas-sistemi ta' dwal huma konformi mal-ispeċifikazzjonijiet tad-disinn, b'mod partikolari f'termini tal-kontrolli u; (ii) it-twettiq ta' kwalunkwe rfinar rilevanti.

L-istess bħal hawn taħt

“kontroll adattat”

F'dan il-kuntest, “kontroll” tirreferi għall-abbiltà tas-sistema ta' dwal li tikkontrolla l-livell tad-dawl, filwaqt li tqis il-parametri mill-ambjent (eż. id-dawl ta' matul il-jum) u mill-bini (eż. okkupazzjoni).

CEN/TR 15193-2 (66), CIE 222:2017 (67)

2.5.1.2.   Sistemi diġà koperti qabel l-emenda

Sistemi għat-tisħin tal-ispazju, it-tkessiħ tal-ispazju, l-ilma sħun domestiku u l-ventilazzjoni kienu diġà koperti mid-dispożizzjonijiet dwar ir-rekwiżiti tas-sistema skont l-EPBD. Madankollu, it-traspożizzjoni tal-EPBD toffri opportunità sabiex jiġu aġġornati dawn ir-rekwiżiti.

Tabella 11

Interpretazzjoni possibbli tar-rekwiżiti tas-sistema tat-tisħin tal-ispazju

Tip ta' rekwiżit

Interpretazzjonijiet possibbli għas-sistemi tat-tisħin tal-ispazju (68)

Referenzi utli (69)

“rendiment ġenerali fl-użu tal-enerġija”

F'dan il-kuntest, “rendiment ġenerali” tirreferi għar-rendiment tal-proċess kollu tat-trasformazzjoni tal-enerġija f'ġeneraturi tas-sħana, id-distribuzzjoni tas-sħana madwar il-bini, l-emissjoni tas-sħana fi kmamar jew spazji individwali tal-bini u, fejn applikabbli, il-ħażna tas-sħana. Din mhijiex limitata għar-rendiment tal-ġeneraturi tas-sħana u tista' tinkludi rekwiżiti li jaffettwaw partijiet oħrajn tas-sistema (eż. l-insulazzjoni tan-netwerk ta' pajpijiet tad-distribuzzjoni).

Serje tal-istandard EN 15316, eż. EN 15316-1 (70), EN 15316-2 (71), EN 15316-3 (72), EN 15316-4-1 (73), EN 15316-4-2 (74), EN 15316-4-5 (75), EN 15316-4-8 (76), EN 15316-5 (77)

“dimensjonament adattat”

Għas-sistemi tat-tisħin, “dimensjonament adattat” jirreferi għal: (i) id-determinazzjoni tal-ħtiġijiet tat-tisħin, b'kont meħud tal-parametri rilevanti (b'mod partikolari l-użu maħsub tal-bini u tal-ispazji tiegħu); u (ii) it-traduzzjoni ta' dawn ir-rekwiżiti fi speċifikazzjonijiet tad-disinn għas-sistemi tat-tisħin.

EN 12831-1 (78), EN 12831-3 (79), Modulu M8-2, M8-3EN 12828 (80), EN 14337 (81), EN 1264-3:2009 (82)

“installazzjoni korretta”

L-installazzjoni korretta tirreferi għall-ħtieġa li jiġi żgurat li s-sistema tkun tista' taħdem f'konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tad-disinn. L-iżgurar tal-installazzjoni korretta jista' jistrieħ, pereżempju, fuq linji gwida tekniċi nazzjonali, dokumentazzjoni tal-manifatturi tal-prodotti, ċertifikazzjoni tal-installaturi.

EN 14336 (83), EN 1264-4 (84), EN 14337 (81)

“aġġustament adattat”

Aġġustament tirreferi għall-ittestjar u l-irfinar tas-sistema f'kundizzjonijiet tal-ħajja reali (85), b'mod partikolari sabiex jiġu vverifikati u possibbilment aġġustati l-funzjonijiet tas-sistema li jista' jkollhom impatt fuq ir-rendiment (eż. kapaċitajiet ta' kontroll — ara hawn taħt).

EN 15378-1 (86), EN 14336 (83), EN 15378-3 (87)

“kontroll adattat”

Dan jikkonċerna l-kapaċitajiet ta' kontroll li jistgħu jinkludu s-sistemi tat-tisħin sabiex jottimizzaw ir-rendiment, pereżempju, l-adattament awtomatiku tal-produzzjoni tas-sħana tal-emittenti fi kmamar jew spazji individwali, l-adattament tat-temperatura tas-sistema abbażi tat-temperatura ta' barra (“kumpens għat-temp”) jew skedi ta' żmien, bilanċjar idroniku dinamiku u statiku, monitoraġġ tat-tħaddim tas-sistema, aġġustament tal-fluss tal-ilma/arja skont il-ħtiġijiet.

EN 15500-1 (88), EN 15316-2 (71), EN 15232 (89), regolamenti dwar it-tikkettar tal-enerġija tal-ħiters tal-ispazju (90)


Tabella 12

Interpretazzjoni possibbli tar-rekwiżiti tas-sistema tat-tkessiħ tal-ispazju

Tip ta' rekwiżit

Interpretazzjonijiet possibbli għas-sistemi tat-tkessiħ tal-ispazju (91)

Referenzi utli

“rendiment ġenerali fl-użu tal-enerġija”

F'dan il-kuntest, “rendiment ġenerali” tirreferi għar-rendiment tal-proċess kollu tat-trasformazzjoni tal-enerġija f'ġeneraturi tat-tkessiħ, id-distribuzzjoni tat-tkessiħ madwar il-bini, l-emissjoni tat-tkessiħ fi kmamar jew spazji individwali tal-bini u, fejn applikabbli, il-ħażna tat-tkessiħ. Din mhijiex limitata għar-rendiment tal-ġeneraturi tat-tkessiħ, iżda tista' tinkludi rekwiżiti li jaffettwaw partijiet oħrajn tas-sistema (eż. l-insulazzjoni tan-netwerk ta' pajpijiet tad-distribuzzjoni).

Is-serje tal-istandard EN 16798 dwar is-sistemi tat-tkessiħ, eż. EN 16798-9 (92), EN 16798-13 (93), EN 16798-15 (94)

“dimensjonament adattat”

Dimensjonament jirreferi għad-daqs ottimali tas-sistema tat-tkessiħ fir-rigward tal-ħtiġijiet tat-tkessiħ tal-bini u tal-ispazji tiegħu.

EN 1264-3:2009 (95)

“installazzjoni korretta”

Installazzjoni korretta tirreferi għall-ħtieġa li jiġi żgurat li s-sistema tkun tista' taħdem f'konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tad-disinn. L-iżgurar tal-installazzjoni korretta jista' jistrieħ, pereżempju, fuq linji gwida tekniċi nazzjonali, dokumentazzjoni tal-manifatturi tal-prodotti, ċertifikazzjoni tal-installaturi.

EN 1264-4 (96)

“aġġustament adattat”

Hawnhekk, aġġustament tirreferi għall-ittestjar u l-irfinar tas-sistema f'kundizzjonijiet tal-ħajja reali (97), b'mod partikolari sabiex jiġu vverifikati u possibbilment aġġustati l-funzjonijiet tas-sistema li jista' jkollhom impatt sinifikanti fuq ir-rendiment (eż. il-kapaċitajiet ta' kontroll — ara hawn taħt).

EN 16798-17 (98)

“kontroll adattat”

Dan jikkonċerna l-kapaċitajiet ta' kontroll li jistgħu jinkludu s-sistemi tat-tkessiħ tal-ispazju sabiex jottimizzaw ir-rendiment, eż. l-adattament awtomatiku tal-produzzjoni tat-tkessiħ tal-emittenti fi kmamar jew spazji individwali.

EN 15500-1 (99), EN 15316-2 (100), EN 15232 (101)


Tabella 13

Interpretazzjoni possibbli tar-rekwiżiti tas-sistema ta' ventilazzjoni

Tip ta' rekwiżit

Interpretazzjonijiet possibbli għas-sistemi ta' ventilazzjoni

Referenzi utli (102)

“rendiment ġenerali fl-użu tal-enerġija”

Tirreferi għar-rendiment fl-użu tal-enerġija tas-sistema ta' ventilazzjoni kollha kemm hi, filwaqt li jitqiesu, pereżempju, l-effiċjenza tal-fannijiet fl-użu tal-enerġija, il-karatteristiki tan-netwerk tal-kanali tal-ventilazzjoni, l-irkupru tas-sħana.

EN 16798-3 (103), EN 16798-5-1 (104), EN 16798-5-2 (105)

“dimensjonament adattat”

Id-dimensjonament jirreferi għad-daqs ottimali tas-sistema ta' ventilazzjoni fir-rigward tal-ħtiġijiet ta' ventilazzjoni tal-bini u tal-ispazji tiegħu.

EN 16798-7 (106), CEN/TR 14788 (107), CR 1752 (108)

“installazzjoni korretta”

L-installazzjoni korretta tirreferi għall-ħtieġa li jiġi żgurat li s-sistema tkun tista' taħdem f'konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tad-disinn. L-iżgurar tal-installazzjoni korretta jista' jistrieħ, pereżempju, fuq il-linji gwida tekniċi nazzjonali, id-dokumentazzjoni tal-manifatturi tal-prodotti, iċ-ċertifikazzjoni tal-installaturi.

M/A

“aġġustament adattat”

L-aġġustament jirreferi għall-ittestjar u l-irfinar tas-sistema f'kundizzjonijiet tal-ħajja reali (109), b'mod partikolari sabiex jiġu vverifikati l-komponenti u l-funzjonijiet tas-sistema li jista' jkollhom impatt fuq ir-rendiment (eż. l-issiġillar biex ma tgħaddix arja fin-netwerk tal-kanali).

EN 12599 (110), EN 16798-17 (111), EN 14134 (112)

“kontroll adattat”

Dan jikkonċerna l-kapaċitajiet ta' kontroll li jistgħu jinkludu s-sistemi ta' ventilazzjoni sabiex jottimizzaw ir-rendiment, eż. modulazzjoni tal-fluss tal-arja.

EN 15232 (113), EN 15500-1 (114)

2.5.2.   Valutazzjoni u dokumentazzjoni tar-rendiment tas-sistema (l-Artikolu 8(9) tal-EPBD)

2.5.2.1.   Kamp ta' applikazzjoni tal-valutazzjoni tar-rendiment

It-taqsima 2.4.1.3(a) tagħti gwida dwar kif għandu jiġi interpretat il-kamp ta' applikazzjoni tal-valutazzjoni tar-rendiment (il-parti mibdula kontra l-parti sħiħa) skont l-Artikolu 8(9) tal-EPBD. Kunsiderazzjoni addizzjonali waħda hija li jkun ta' benefiċċju li jiġi żgurat livell ta' allinjament bejn l-Artikolu 8(1) u l-Artikolu 8(9) tal-EPBD. Dan ifisser b'mod partikolari li, sakemm ma jkunx hemm ġustifikazzjoni sabiex isir mod ieħor, aġġornament tas-sistema skont l-Artikolu 8(1) tal-EPBD ġeneralment għandu jkun ukoll aġġornament tas-sistema skont l-Artikolu 8(9) tal-EPBD. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu juru x-xewqa li jiddevjaw minn dan l-approċċ għal aġġornamenti iżgħar u minuri, li jistgħu jwasslu sabiex jiddokumentaw ir-rendiment tal-parti mibdula tas-sistema, filwaqt li ma jiskattawx l-applikazzjoni ta' xi rekwiżiti tas-sistema

2.5.2.2.   Rendiment ġenerali

It-Taqsima 2.4.1.3(b) tagħti gwida dwar kif għandha tiġi interpretata r-rendiment ġenerali u dwar kif titfassal il-valutazzjoni tar-rendiment ġenerali. B'mod partikolari, il-ħtieġa li tiġi żgurata l-konsistenza mal-prattiki ta' spezzjoni skont l-Artikoli 14 u 15 tal-EPBD hija enfasizzata għas-sistemi tekniċi rilevanti użati fil-bini. Kunsiderazzjoni addizzjonali hija li, għall-installazzjoni, is-sostituzzjoni u t-titjibtas-sistema li jwasslu għall-applikazzjoni tar-rekwiżiti tas-sistema, l-Istati Membri jistgħu jsibuha ta' benefiċċju li jiżguraw livell ta' allinjament bejn it-testijiet imwettqa għall-fini ta' konformità mar-rekwiżiti għall-aġġustament tas-sistema u dawk li jistgħu jkunu meħtieġa sabiex jiġi vvalutat ir-rendiment ġenerali fl-użu tal-enerġija għall-finijiet ta' dokumentazzjoni.

2.5.2.3.   Dokumentazzjoni tar-rendiment tas-sistema

Kif issemma fit-Taqsima 2.4.1.3(c), l-Istati Membri huma liberi li jiddeterminaw il-forma u l-kontenut tad-dokumentazzjoni (dwar ir-rendiment tas-sistema) li tingħadda lis-sidien tal-bini, diment li din id-dokumentazzjoni tkopri l-kamp ta' applikazzjoni tal-valutazzjoni tar-rendiment ġenerali tas-sistema. Ikun ta' benefiċċju wkoll jekk din l-informazzjoni tiġi pprovduta b'mod li jenfasizza l-konformità tas-sistema teknika użata fil-bini mar-rekwiżiti applikabbli. Dan jista' jsir permezz ta' lista ta' kontroll li tistabbilixxi r-rekwiżiti tas-sistema applikabbli u kif dawn ġew ivvalutati, u li tiġbor fil-qosor ir-riżultati tal-valutazzjoni (inklużi testijiet li jsiru f'kundizzjonijiet tipiċi jew medji).

Kif issemma fit-Taqsima 2.4.1.3(d), huwa f'idejn l-Istati Membri li jiddeċiedu jekk għandux jinħareġ ċertifikat ġdid tar-rendiment fl-użu tal-enerġija (EPC) bħala riżultat tal-valutazzjoni tar-rendiment fl-użu tal-enerġija tas-sistema teknika użata fil-bini (jew ta' parti mibdula minnha). Madankollu, l-Istati Membri huma mħeġġa jitolbu EPC ġdid, fejn tista' tiġi affettwata r-rendiment ta' sistema sħiħa (jiġifieri f'każijiet li jinvolvu installazzjoni, sostituzzjoni jew titjib maġġuri) minħabba li, f'każijiet bħal dawn, huwa probabbli li tiġi affettwata wkoll ir-rendiment tal-bini kollu.

L-Istati Membri jistgħu jqisu wkoll li huwa ta' benefiċċju li jikkunsidraw il-linji gwida eżistenti fil-livell nazzjonali (115) u l-eżiti mill-proġetti tal-UE rilevanti (116).

2.5.3.   Spezzjonijiet (l-Artikoli 14 u 15 tal-EPBD)

2.5.3.1.   L-istabbiliment tal-ħtiġijiet tat-taħriġ

Minħabba l-kamp ta' applikazzjoni estiż tal-EPBD, l-Istati Membri għandhom jevalwaw jekk huwiex meħtieġ taħriġ ġdid jew addizzjonali. Dan huwa partikolarment il-każ għal dawk l-oqsma ta' kompetenza li huma relatati mal-kundizzjonijiet operattivi tipiċi jew medji.

L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu wkoll jekk dan it-taħriġ jeħtieġx akkreditazzjoni mill-ġdid. Għandu jitfassal ukoll kalendarju għall-għoti tat-taħriġ.

2.5.3.2.   Bidliet fil-metodoloġija tar-rapportar

L-Istati Membri għandhom jevalwaw jekk il-metodoloġija tar-rapportar, il-mudelli tar-rapporti, il-bażijiet ta' data, eċċ. għandhomx bżonn jiġu aġġornati.

2.5.3.3.   Bidliet fil-bażi ta' data

L-Istati Membri għandhom jevalwaw jekk il-bażi ta' data tar-rapporti (fejn din teżisti) u l-mekkaniżmi ta' rapportar għandhomx bżonn jiġu aġġornati jew mtejba.

Għal dawk is-sistemi li huma eżentati skont l-Artikolu 14(2) jew 14(6) tal-EPBD, il-bażijiet ta' data għandhom ikunu jistgħu jirreġistraw il-perjodu ta' validità ta' dawn l-eżenzjonijiet.

2.5.3.4.   Bidliet fil-mekkaniżmu tal-assigurazzjoni

L-Istati Membri għandhom jevalwaw il-ħtieġa li jiġi aġġornat jew mtejba il-proċess tal-assigurazzjoni tal-kwalità. Ir-rapporti x'aktarx li jiżdiedu fit-tul tagħhom u, għalhekk, jista' jkun li jkunu jeħtieġu aktar riżorsi.

2.5.4.   Sistemi ta' awtomatizzazzjoni u kontroll tal-bini: rekwiżiti għal binjiet b'użu mħallat u manutenzjoni (l-Artikoli 14(4) u 15(4) tal-EPBD)

2.5.4.1.   Binjiet b'użu mħallat

Ir-rekwiżiti għall-installazzjoni ta' BACS japplikaw għal binjiet mhux residenzjali biss. Dawn huma l-binjiet li jintużaw għal skop ieħor għajr dak residenzjali (jiġifieri binjiet ta' uffiċini, binjiet tal-kura tas-saħħa, binjiet tal-kummerċ bl-ingrossa u bl-imnut, binjiet edukattivi, lukandi u ristoranti, eċċ.)

Fir-rigward ta' binjiet b'użu mħallat, jiġifieri binjiet li jinkludu kemm unitajiet residenzjali kif ukoll mhux residenzjali (eż. bini residenzjali bi ħwienet fil-pjan terran), l-Istati Membri jistgħu jidentifikaw l-aktar approċċ adattat. Madankollu, huma għandhom jikkunsidraw il-linji gwida li ġejjin sabiex jevitaw lakuni legali.

Meta s-sistemi jkunu integrati (jiġifieri l-unitajiet mhux residenzjali u dawk residenzjali jużaw l-istess sistemi) u l-output nominali effettiv ikun 'il fuq mil-limitu, l-għażliet li ġejjin huma miftuħa għall-Istati Membri:

(a)

japplikaw ir-rekwiżiti għall-bini kollu;

(b)

japplikaw ir-rekwiżiti biss għal unitajiet mhux residenzjali;

(c)

japplikaw ir-rekwiżiti biss għal unitajiet mhux residenzjali jekk l-output nominali “mhux residenzjali” assoċjat ikun 'il fuq mil-limitu (117).

Meta s-sistemi jkunu separati (jiġifieri l-unitajiet mhux residenzjali u dawk residenzjali jkollhom sistemi differenti) u l-output nominali effettiv tas-sistemi tal-unitajiet mhux residenzjali jkun 'il fuq mil-limitu, ir-rekwiżiti għandhom japplikaw mill-inqas għall-unitajiet mhux residenzjali.

2.5.4.2.   Manutenzjoni tal-BACS

Bħal fir-rigward ta' kwalunkwe sistema teknika użata fil-bini, il-BACS għandhom jinżammu f'kundizzjoni tajba sabiex jiġi żgurat li jkunu jistgħu jaħdmu kif suppost, b'mod partikolari f'dak li għandu x'jaqsam mal-abbiltà tagħhom li jipprevedu, jidentifikaw u jindirizzaw il-funzjonament subottimali jew il-funzjonament ħażin ta' sistemi tekniċi oħrajn użati fil-bini.

Għalhekk, huwa importanti li l-BACS, bħal sistemi tekniċi oħrajn użati fil-bini, jiġu ssorveljati matul il-ħajja tagħhom sabiex tiġi vverifikata r-rendiment tagħhom u jsiru kwalunkwe bidliet meħtieġa. Din il-kwistjoni hija magħrufa sewwa u hemm skemi differenti, mill-industrija (118) u mill-awtoritajiet nazzjonali (119), kif ukoll standards rilevanti (120), sabiex jappoġġaw il-manutenzjoni korretta tal-BACS.

3.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR L-ELETTROMOBBILTÀ

3.1.   Għan: li tiġi appoġġata l-installazzjoni ta' infrastruttura tal-iċċarġjar għal vetturi elettriċi

In-nuqqas ta' infrastruttura tal-iċċarġjar huwa ostakolu għall-użu ta' vetturi elettriċi fl-UE. Id-dispożizzjonijiet ġodda għandhom l-għan li jaċċelleraw l-iżvilupp ta' netwerk aktar dens ta' din l-infrastruttura. Il-binjiet jistgħu jippromwovu l-elettromobbiltà b'mod effettiv, b'mod partikolari billi jiffokaw fuq is-settur privat (parkeġġi tal-karozzi ġewwa jew maġenb binjiet privati) fejn iseħħ sa 90 % tal-iċċarġjar. L-EPBD tikkomplementa d-Direttiva 2014/94/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (121) li, inter alia, tiddefinixxi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-infrastruttura tal-karburanti alternattivi, inklużi l-punti tal-iċċarġjar, u titlob lill-Istati Membri jadottaw oqfsa ta' politika nazzjonali sabiex jiżguraw l-iskjerament tagħhom.

3.2.   Kamp ta' applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar l-elettromobbiltà

L-Artikolu 1 tad-Direttiva (UE) 2018/844 jintroduċi dispożizzjonijiet ġodda relatati mal-elettromobbiltà fl-Artikolu 8 tal-EPBD. Dawk id-dispożizzjonijiet huma relatati mar-rekwiżiti għall-installazzjoni tal-punti tal-iċċarġjar u l-infrastruttura tal-kanali, kif miġbur fil-qosor fit-tabella li ġejja.

Tabella 14

Sommarju tar-rekwiżiti tal-elettromobbiltà

Kamp ta' applikazzjoni

Obbligu tal-Istati Membri

Binjiet ġodda

u

binjiet li jgħaddu minn rinnovazzjoni maġġuri

Binjiet mhux residenzjali b'aktar minn 10 spazji għall-parkeġġ

Tiġi żgurata l-installazzjoni ta' mill-inqas punt tal-iċċarġjar wieħed

Tiġi żgurata l-installazzjoni ta' infrastruttura ta' kanali għal mill-inqas wieħed minn kull 5 spazji għall-parkeġġ

Binjiet residenzjali b'aktar minn 10 spazji għall-parkeġġ

Tiġi żgurata l-installazzjoni ta' infrastruttura ta' kanali għal kull spazju għall-parkeġġ

Binjiet eżistenti

Binjiet mhux residenzjali b'aktar minn 20 spazju għall-parkeġġ

Jiġu stabbiliti r-rekwiżiti għall-installazzjoni ta' numru minimu ta' punti tal-iċċarġjar – applikabbli mill-2025

L-Istati Membri huma meħtieġa wkoll li jipprevedu miżuri li jissimplifikaw l-iskjerament ta' punti tal-iċċarġjar f'binjiet ġodda u eżistenti u li jindirizzaw l-ostakoli regolatorji possibbli.

L-obbligi kollha relatati mal-elettromobbiltà fl-EPBD huma obbligi ġodda. L-għan ta' din it-taqsima huwa li tipprovdi ċarezza lill-Istati Membri dwar it-traspożizzjoni korretta ta' dawn id-dispożizzjonijiet f'liġi nazzjonali.

3.3.   Il-fehim tad-dispożizzjonijiet dwar l-elettromobbiltà

3.3.1.   Spazji għall-parkeġġ (l-Artikolu 8(2) sa 8(8) tal-EPBD)

Il-kamp ta' applikazzjoni tal-obbligi fl-EPBD jestendi għal ċerti spazji għall-parkeġġ — jiġifieri, dawk li jinsabu f'parkeġġi

(a)

b'numru minimu ta' spazji għall-parkeġġ; u

(b)

ġewwa jew maġenb ċerti tipi ta' bini.

3.3.2.   Meta jiskattaw l-obbligi? (L-Artikolu 8(2) u 8(5) tal-EPBD)

3.3.2.1.   Kriterji bażiċi

L-obbligi li jiġu installati punti tal-iċċarġjar jew infrastruttura ta' kanali jiskattaw skont jekk bini huwiex ġdid, huwiex għaddej minn rinnovazzjoni maġġuri jew jeżistix diġà. Id-Direttiva ma tispeċifikax min huwa responsabbli għall-installazzjoni tal-punti tal-iċċarġjar u tal-infrastruttura ta' kanali (jiġifieri s-sid jew l-inkwilin). Din hija xi ħaġa li l-Istati Membri għandhom jiddeterminaw fil-leġiżlazzjoni tat-traspożizzjoni tagħhom. Fejn ikun hemm rinnovazzjoni maġġuri, l-obbligi jistgħu jiskattaw ukoll jekk l-infrastruttura elettrika tal-bini jew tal-parkeġġ tal-karozzi tkun inkluża fil-miżuri ta' rinnovazzjoni.

Ir-rekwiżiti għal bini ġdid u bini li jgħaddi minn rinnovazzjoni maġġuri japplikaw biss għal bini:

(a)

b'parkeġġi b'aktar minn 10 spazji għall-parkeġġ; u

(b)

fejn il-parkeġġ ikun ġewwa l-bini jew fiżikament imiss miegħu.

Meta jkun hemm rinnovazzjoni maġġuri, ir-rekwiżit japplika biss jekk il-miżuri ta' rinnovazzjoni jinkludu l-parkeġġ jew l-infrastruttura elettrika tal-bini (jekk il-parkeġġ ikun ġewwa l-bini (122)). L-Istati Membri jistgħu jikkunsidraw li jistabbilixxu rekwiżiti minimi ta' informazzjoni sabiex ikun hemm proċeduri li jippermettu l-verifika ta' jekk din il-kundizzjoni hijiex skattata jew le.

3.3.2.2.   Bini li għandu kemm funzjoni residenzjali kif ukoll mhux residenzjali

L-EPBD ma tinkludi ebda dispożizzjoni espliċita li tirregola l-applikazzjoni tar-rekwiżiti tal-elettromobbiltà fir-rigward tal-bini li għandu kemm funzjoni residenzjali kif ukoll mhux residenzjali (eż. bini residenzjali bi spazji kummerċjali fil-pjan terran), għalhekk, l-Istati Membri jistgħu jidentifikaw l-aktar approċċ adattat għal każijiet bħal dawn (123).

3.3.3.   Tifsira tat-termini (l-Artikolu 8(2) sa 8(8) tal-EPBD)

Għadd ta' termini huma partikolarment rilevanti u mhux dejjem ikunu definiti espliċitament.

Parkeġġ — ma hija pprovduta ebda definizzjoni espliċita fl-EPBD. Madankollu, fil-kuntest tal-EPBD, “parkeġġ” għandu jeskludi, pereżempju, il-parkeġġ fit-triq f'toroq pubbliċi.

Residenzjali/mhux residenzjali — din id-distinzjoni hija preżenti fl-EPBD, għalkemm mhijiex definita. “Residenzjali” għandha tiġi interpretata bħala li tinkludi abitazzjonijiet b'familja waħda u b'aktar minn familja waħda. “Mhux residenzjali” tinkludi binjiet li jintużaw għal skop ieħor għajr dak residenzjali (jiġifieri binjiet ta' uffiċini, binjiet tal-kura tas-saħħa, binjiet tal-kummerċ bl-ingrossa u bl-imnut, binjiet edukattivi, lukandi u ristoranti, eċċ.).

Infrastruttura elettrika (ta' bini/ta' parkeġġ) — ma hija pprovduta l-ebda definizzjoni espliċita fl-EPBD. Madankollu, din għandha tinftiehem bħala li tirreferi għall-installazzjoni elettrika (l-installazzjoni kollha jew kwalunkwe parti minnha) tal-bini jew tal-parkeġġ — inklużi l-wajers elettriċi, l-apparat u t-tagħmir assoċjat.

Rinnovazzjoni maġġuri hija definita fl-Artikolu 2(10) tal-EPBD (124). Dik id-definizzjoni hija applikabbli għad-dispożizzjonijiet dwar l-elettromobbiltà tal-EPBD.

Fiżikament maġenb xulxin — ma hija pprovduta l-ebda definizzjoni espliċita fl-EPBD

Il-kunċett ta' qrubija fiżika huwa rilevanti meta parkeġġ tal-karozzi ma jkunx jinsab ġewwa bini, madankollu, huwa għandu rabtiet ċari mal-bini.

A priori, qrubija fiżika timplika li l-perimetru tal-parkeġġ imiss mal-perimetru tal-bini mill-inqas f'post wieħed.

Meta jiddefinixxu, fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom, il-kamp ta' applikazzjoni tal-obbligu li jintużaw punti tal-iċċarġjar u infrastruttura ta' kanali f'binjiet b'parkeġġi li huma fiżikament maġenb xulxin, l-Istati Membri jistgħu jikkunsidraw ukoll għadd ta' kriterji addizzjonali fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom, bħal:

(a)

Hemm konnessjoni fiżika/teknika bejn il-parkeġġ u l-bini?

(b)

Il-parkeġġ jintuża biss jew l-aktar mill-okkupanti tal-bini?

(c)

Hemm livell ta' sjieda konġunta bejn il-parkeġġ u l-bini?

L-Istati Membri għandhom ċerta flessibbiltà dwar kif jinterpretaw il-kunċett ta' qrubija u dwar kif jindirizzaw każijiet speċifiċi, u huma mħeġġa jikkunsidraw dawn it-tliet kriterji meta jittrasponu u jimplimentaw l-obbligi.

B'mod partikolari, jista' jkun hemm sitwazzjonijiet fejn il-parkeġġ ma jkunx strettament fiżikament maġenb il-bini (eż. fuq in-naħa l-oħra ta' triq, jew separat mill-bini b'żona ekoloġika), iżda jkollu rabta ċara mal-bini f'termini tas-sjieda u/jew l-użu. Dan jagħmel l-applikazzjoni tal-obbligi rilevanti u xierqa (eż. l-ispazji għall-parkeġġ huma proprjetà tal-okkupanti u jintużaw minnhom fil-każ ta' bini b'aktar minn familja waħda).

It-tabella li ġejja tagħti eżempji ta' sitwazzjonijiet li fihom jistgħu jiġu applikati l-kriterji ssuġġeriti.

Tabella 15

Konnessjonijiet possibbli bejn il-bini u l-parkeġġi

Kriterju

Sitwazzjoni

Kumment

Eżempji

Konnessjoni fiżika/teknika

 

Il-parkeġġ għandu l-istess infrastruttura elettrika bħall-bini

Ġeneralment rilevanti għall-applikazzjoni tal-obbligi: probabbiltà kbira li s-sidien tal-bini u l-parkeġġ huma l-istess.

Parkeġġ għal ċentru tax-xiri jew bini residenzjali kondiviż.

 

Parkeġġ li jinsab maġenb il-bini u li għandu infrastruttura elettrika separata

Il-valutazzjoni se tiddependi fuq is-sjieda u/jew l-użu.

Parkeġġ pubbliku jew privat kondiviż b'diversi binjiet fil-qrib.

Użu

 

L-utenti tal-bini huma utenti tal-parkeġġ

Ġeneralment xieraq sabiex jiġu applikati l-obbligi għall-parkeġġ.

Parkeġġ ta' kumpanija użat mill-impjegati tal-kumpanija.

Sjieda

 

Is-sid(ien) tal-bini huwa/huma l-istess bħas-sid(ien) tal-parkeġġ

F'sitwazzjonijiet bħal dawn, l-obbligi ġeneralment ikunu applikabbli għall-parkeġġ.

Il-bini mhux residenzjali u l-parkeġġ huma proprjetà ta' kumpanija; l-ispazji għall-parkeġġ jappartjenu għal appartamenti f'bini li jakkomoda aktar minn familja waħda.

 

Is-sid(ien) tal-bini huwa/huma differenti mis-sid(ien) tal-parkeġġ

Tiddependi mill-użu tal-parkeġġ; fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, tkun xierqa sabiex jiġu applikati l-obbligi għall-parkeġġ

Il-bini mhux residenzjali huwa proprjetà ta' kumpanija u l-parkeġġ jintuża biss jew l-aktar mill-impjegati tal-kumpanija; il-parkeġġ jinkera

3.3.4.   Rekwiżiti għall-installazzjoni ta' għadd minimu ta' punti tal-iċċarġjar (l-Artikolu 8(3) tal-EPBD)

Minbarra r-rekwiżiti tal-installazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 8(2) u (5) tal-EPBD, l-Artikolu 8(3) jeżiġi li l-Istati Membri jistabbilixxu r-rekwiżiti għall-installazzjoni ta' għadd minimu ta' punti tal-iċċarġjar għall-bini mhux residenzjali kollu b'aktar minn 20 spazju għall-parkeġġ. Dawn ir-rekwiżiti jridu japplikaw mill-1 ta' Jannar 2025.

Ir-rekwiżiti, li għandhom jiġu stipulati sal-10 ta' Marzu 2020, iridu mill-inqas jiddeterminaw għadd minimu ta' punti tal-iċċarġjar għall-bini mhux residenzjali b'aktar minn 20 spazju għall-parkeġġ. L-Istati Membri għandhom ukoll id-diskrezzjoni li jadottaw rekwiżiti b'kamp ta' applikazzjoni usa' (bħal jinkludu wkoll ir-rekwiżiti għall-installazzjoni ta' infrastruttura ta' kanali, jew jiddeterminaw għadd minimu ta' punti tal-iċċarġjar għal bini mhux residenzjali b'20 spazju għall-parkeġġ jew inqas jew għal bini residenzjali).

L-adozzjoni ta' dawn ir-rekwiżiti sal-10 ta' Marzu 2020 se tiżgura li s-sidien tal-bini (125) jkollhom perjodu ta' kważi 5 snin (mill-10 ta' Marzu 2020 sal-31 ta' Diċembru 2024), li matulu jkunu jistgħu jieħdu l-passi meħtieġa sabiex jagħmlu l-bini tagħhom konformi.

Sabiex jiżguraw l-iskjerament proporzjonat u adattat tal-punti tal-iċċarġjar, l-Istati Membri għandhom iqisu fatturi differenti meta jiddeterminaw in-numru minimu (126):

(a)

il-kundizzjonijiet lokali u reġjonali nazzjonali rilevanti; u

(b)

il-ħtiġijiet u ċ-ċirkostanzi ddiversifikati possibbli abbażi taż-żona, it-tipoloġija tal-bini, il-kopertura tat-trasport pubbliku u kriterji rilevanti oħrajn.

L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jwettqu inventarju tal-parkeġġi b'aktar minn 20 spazju sabiex jidentifikaw dawk li jkunu soġġetti għal dawn ir-rekwiżiti.

Ir-rekwiżiti stipulati mill-Istati Membri skont l-Artikolu 8(3) tal-EPBD se japplikaw individwalment għal kull bini mhux residenzjali b'parkeġġ li jkun jeżisti fl-1 ta' Jannar 2025 u li jkollu aktar minn 20 spazju għall-parkeġġ.

L-Istati Membri jistgħu jiddeterminaw l-għadd minimu ta' punti tal-iċċarġjar billi jikkunsidraw, inter alia, l-għadd stmat ta' vetturi elettriċi rreġistrati fl-Istat Membru fl-aħħar tal-2024 (id-data li warajha jkunu applikabbli r-rekwiżiti skont l-Artikolu 8(3) tal-EPBD (127)).

Għal binjiet ġodda jew binjiet li jkunu għaddejjin minn rinnovazzjoni maġġuri b'aktar minn 20 spazju għall-parkeġġ, meta r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 8(2), inkluż għall-infrastruttura tal-kanali, ikunu differenti mir-rekwiżiti stipulati minn Stat Membru skont l-Artikolu 8(3) tal-EPBD, iż-żewġ rekwiżiti japplikaw u jridu jiġu kkunsidrati.

3.3.5.   Id-Direttiva 2014/94/UE

L-EPBD u d-Direttiva 2014/94/UE huma strumenti leġiżlattivi komplementari. It-tnejn jinkludu dispożizzjonijiet dwar l-iskjerament ta' punti tal-iċċarġjar għal vetturi elettriċi, iżda l-kamp ta' applikazzjoni tagħhom u l-obbligi li jpoġġu fuq l-Istati Membri huma differenti.

Id-Direttiva 2014/94/UE tistabbilixxi l-qafas leġiżlattiv ġenerali (128) għall-istandardizzazzjoni u l-iskjerament ta' infrastruttura tal-karburanti alternattivi (li tinkludi infrastruttura tal-iċċarġjar għal vetturi elettriċi), inkluża informazzjoni tal-utenti, filwaqt li l-EPBD tistabbilixxi rekwiżiti speċifiċi għall-installazzjoni ta' infrastruttura għal vetturi elettriċi f'ċerti binjiet.

Id-Direttiva 2014/94/UE hija relatata mal-punti tal-iċċarġjar kollha (129) (kemm pubbliċi kif ukoll privati u inklużi dawk li mhux bilfors ikunu ġewwa bini jew fiżikament maġenb bini). L-Artikolu 8 tal-EPBD jikkonċerna biss l-elettromobbiltà fir-rigward tal-ispazji għall-parkeġġ f'parkeġġi li jinsabu ġewwa binjiet jew li huma fiżikament maġenb binjiet (kemm pubbliċi kif ukoll privati).

Id-Direttiva 2014/94/UE tiddefinixxi l-punti tal-iċċarġjar (inklużi punti tal-iċċarġjar b'potenza normali u b'potenza qawwija), tistabbilixxi speċifikazzjonijiet tekniċi komuni għall-punti tal-iċċarġjar u tippermetti lill-Kummissjoni tadotta aktar standards u rekwiżiti f'dan ir-rigward permezz ta' atti delegati (130). L-EPBD tagħmel referenza għal dawn id-definizzjonijiet u l-ispeċifikazzjonijiet.

Id-Direttiva 2014/94/UE teżiġi li l-Istati Membri jadottaw oqfsa tal-politika nazzjonali u li jinkludu fihom miri nazzjonali għall-iskjerament ta' stazzjonijiet tal-iċċarġjar pubbliċi u privati (131). Fl-Artikolu 4 tagħha, id-Direttiva 2014/94/UE tistabbilixxi għadd ta' rekwiżiti minimi fir-rigward tal-installazzjoni, it-tħaddim u l-użu tal-punti tal-iċċarġjar.

L-EPBD tistabbilixxi rekwiżiti speċifiċi ta' installazzjoni (għal binjiet mhux residenzjali u residenzjali li huma ġodda jew li għaddejjin minn rinnovazzjoni maġġuri) u tesiġi li l-Istati Membri jistabbilixxu rekwiżiti għal għadd minimu ta' punti tal-iċċarġjar għal ċerti binjiet eżistenti.

Skont id-Direttiva 2014/94/UE, l-Istati Membri kellhom jinnotifikaw l-oqfsa ta' politika nazzjonali tagħhom lill-Kummissjoni sat-18 ta' Novembru 2016. Il-miri nazzjonali stabbiliti fihom għandhom jiżguraw li jiddaħħlu fis-seħħ għadd xieraq ta' punti tal-iċċarġjar aċċessibbli għall-pubbliku sal-31 ta' Diċembru 2020 sabiex jiġi żgurat li l-vetturi elettriċi jkunu jistgħu jiċċirkolaw mill-inqas f'agglomerazzjonijiet urbani/suburbani u żoni oħrajn b'densità għolja ta' popolazzjoni u, fejn xieraq, f'netwerks iddeterminati mill-Istati Membri. Ir-rekwiżiti ta' installazzjoni fl-EPBD relatati ma' binjiet ġodda u rinnovazzjonijiet maġġuri se japplikaw mill-10 ta' Marzu 2020 u dawk stipulati mill-Istati Membri u relatati mal-binjiet eżistenti se japplikaw mill-1 ta' Jannar 2025.

Il-Kummissjoni hija meħtieġa skont id-Direttiva 2014/94/UE li timmonitorja li jiddaħħlu fis-seħħ numru addizzjonali ta' punti tal-iċċarġjar aċċessibbli għall-pubbliku f'kull Stat Membru sal-31 ta' Diċembru 2025, mill-inqas fuq in-Netwerk Ewlieni tat-TEN-T, f'agglomerazzjonijiet urbani/suburbani u żoni oħrajn b'densità għolja ta' popolazzjoni. L-Istati Membri jridu wkoll jieħdu miżuri fl-oqfsa ta' politika nazzjonali tagħhom sabiex jinkoraġġixxu u jiffaċilitaw l-iskjerament ta' punti tal-iċċarġjar mhux aċċessibbli għall-pubbliku.

Id-Direttiva 2014/94/UE testendi għat-tipi kollha ta' infrastruttura tal-iċċarġjar: għal vetturi elettriċi, kif ukoll għal karozzi tal-linja (132), trakkijiet u bastimenti. Minnha nnifisha, l-EPBD tikkonċerna l-infrastruttura tal-iċċarġjar għal karozzi tal-passiġġieri u vannijiet biss.

Għalkemm id-Direttiva 2014/94/UE hija relatata primarjament ma' “punti tal-iċċarġjar aċċessibbli għall-pubbliku”, hija tinkludi wkoll għadd ta' dispożizzjonijiet li japplikaw għall-punti tal-iċċarġjar kollha, kemm pubbliċi kif ukoll privati (inklużi dawk li huma aċċessibbli għall-pubbliku u dawk li mhumiex). Dawn huma rekwiżiti li japplikaw fil-każ ta' punti tal-iċċarġjar installati skont l-EPBD:

(a)

L-Artikolu 4(3) tad-Direttiva 2014/94/UE jeżiġi li l-Istati Membri jinkoraġġixxu u jiffaċilitaw l-iskjerament ta' punti tal-iċċarġjar mhux aċċessibbli għall-pubbliku.

(b)

L-Artikolu 4(4) tad-Direttiva 2014/94/UE jeżiġi li l-Istati Membri jiżguraw li l-punti tal-iċċarġjar b'potenza normali u qawwija kollha jkunu konformi mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stabbiliti fl-Anness II tad-Direttiva 2014/94/UE.

(c)

L-Artikolu 4(12) tad-Direttiva 2014/94/UE jeżiġi li l-Istati Membri jiżguraw li l-qafas legali jippermetti l-għażla tal-provvista tal-elettriku għall-punti tal-iċċarġjar kollha assoċjati ma' unità domestika jew bini.

3.4.   Linji gwida għat-traspożizzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar l-elettromobbiltà

3.4.1.   L-iżgurar tat-traspożizzjoni korretta (l-Artikolu 8(2) sa 8(8) tal-EPBD)

L-Istati Membri huma meħtieġa jittrasponu dawn l-obbligi kollha sad-data tat-traspożizzjoni tal-10 ta' Marzu 2020. Dan jinkludi l-iffissar ta' rekwiżiti nazzjonali għal għadd minimu ta' punti tal-iċċarġjar għal vetturi elettriċi għal spazji ta' parkeġġ fil-parkeġġi f'binjiet mhux residenzjali eżistenti, għalkemm ma hemmx bżonn li dawn jidħlu fis-seħħ sal-2025 (133).

Xi definizzjonijiet joriġinaw mid-Direttiva 2014/94/UE u, għalhekk, suppost li diġà kellhom jiġu trasposti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali, inklużi:

 

Vettura elettrika (jew Vettura Elettrika Rikarikabbli (PEV (134))) hija definita fl-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 2014/94/UE. Vettura elettrika hija “vettura bil-mutur mgħammra b'sistema ta' propulsjoni li fiha tal-inqas magna elettrika mhux periferika waħda bħala konvertitur tal-enerġija b'sistema ta' ħażna ta' enerġija elettrika rikarikabbli, li tista' tiġi ċċarġjata esternament”. Din id-definizzjoni tinkludi tipi differenti ta' vetturi elettriċi, inklużi karozzi tal-passiġġieri elettriċi u vetturi elettriċi ħfief, eż. muturi.

 

Punt tal-iċċarġjar huwa definit fl-Artikolu 2(3) tad-Direttiva 2014/94/UE bħala: “interfaċċa, li tista' tiċċarġja vettura waħda kull darba jew tbiddel batterija ta' vettura elettrika waħda kull darba”

Id-Direttiva 2014/94/UE tiddefinixxi wkoll il-punti tal-iċċarġjar b'“potenza normali” (l-Artikolu 2(4)) u “potenza qawwija” (l-Artikolu 2(5)).

Meta jittrasponu d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 fl-EPBD, l-Istati Membri għandhom id-diskrezzjoni li jiddeterminaw (jew li ma jiddeterminawx) jekk il-punti tal-iċċarġjar li għandhom jiġu skjerati għandhomx ikunu punti tal-iċċarġjar b'potenza normali jew għolja skont id-definizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 2014/94/UE.

Madankollu, l-EPBD fiha d-definizzjoni ġdida li ġejja li trid tiġi trasposta:

 

Infrastruttura ta' kanali (135) tfisser “kondjuwits għall-kejbils tal-elettriku” (l-Artikolu 8(2) tal-EPBD). Hawnhekk, il-kliem għandu jinftiehem f'sens wiesa', inklużi l-kanali ta' kejbils imwaħħlin mal-ħitan.

3.4.2.   Eżenzjonijiet (nuqqas ta' applikazzjoni) (l-Artikolu 8(4) u 8(6) tal-EPBD)

Ir-rekwiżiti għall-installazzjoni ta' punti tal-iċċarġjar u infrastruttura ta' kanali huma soġġetti għal għadd ta' eżenzjonijiet possibbli (nuqqas ta' applikazzjoni). Dawn huma stabbiliti fl-Artikolu 8(4) u 8(6) tal-EPBD.

3.4.2.1.   Id-diskrezzjoni tal-Istati Membri li ma jistabbilixxux jew ma japplikawx rekwiżiti fir-rigward tal-SMEs

Skont l-Artikolu 8(4) tal-EPBD, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jistabbilixxux jew li ma japplikawx ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 8(2) u (3) tal-EPBD għal binjiet li huma proprjetà ta' u okkupati minn intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs). Dawn huma definiti fit-Titolu I tal-Anness għar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE (136) kif imsemmi fl-Artikolu 8(4) tal-EPBD.

3.4.2.2.   Id-diskrezzjoni tal-Istati Membri li ma japplikawx ċerti rekwiżiti għal kategoriji speċifiċi ta' bini

Matul it-traspożizzjoni, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx l-obbligi msemmija fil-paragrafi 8(2), 8(3) u 8(5) f'sitwazzjonijiet speċifiċi. Dawn il-każijiet huma elenkati b'mod eżawrjenti fl-Artikolu 8(6) tal-EPBD.

3.4.3.   Id-definizzjoni u l-istabbiliment ta' rekwiżiti għall-installazzjoni ta' punti tal-iċċarġjar (l-Artikoli 8(2), 8(3) u 8(5) tal-EPBD)

3.4.3.1.   Rekwiżiti tekniċi għall-punti tal-iċċarġjar

Il-punti tal-iċċarġjar skjerati skont l-EPBD iridu jkunu konformi mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stabbiliti fl-Anness II tad-Direttiva 2014/94/UE, kif ukoll ma' kwalunkwe standard tekniku addizzjonali adottat permezz ta' Atti Delegati skont id-Direttiva 2014/94/UE — dawn jinkludu punti tal-iċċarġjar b'potenza normali u għolja u punti tal-iċċarġjar għal vetturi bil-mutur tal-kategorija L (vetturi b'2 u 3 roti u kwadriċikli) (137).

L-Artikolu 4(4) tad-Direttiva 2014/94/UE jeżiġi li l-Istati Membri jiżguraw li l-punti ta' ċċarġjar b'potenza normali u għolja jkunu konformi mill-inqas mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stabbiliti fil-punt 1.1 tal-Anness II, kif ukoll mar-rekwiżiti speċifiċi ta' sikurezza fis-seħħ fil-livell nazzjonali.

Meta jittrasponu l-EPBD (b'mod partikolari l-Artikoli 8(2), 8(3) u 8(5)), l-Istati Membri għandhom id-diskrezzjoni dwar jekk jistabbilixxux jew le jekk il-punti tal-iċċarġjar li għandhom jiġu skjerati għandhomx ikunu punti tal-iċċarġjar b'potenza normali jew għolja, skont id-definizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 2014/94/UE.

3.4.3.2.   Rekwiżiti oħrajn

Jistgħu japplikaw ukoll rekwiżiti addizzjonali skont il-bini u, f'ħafna każijiet, skont jekk il-punt tal-iċċarġjar huwiex se jkun aċċessibbli għall-pubbliku jew le (138).

Ir-rekwiżiti relatati mal-elettromobbiltà għandhom jitqiesu wkoll fil-kuntest tad-Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (139) li tistabbilixxi l-qafas tas-suq għall-integrazzjoni effiċjenti tal-batteriji (inklużi l-batteriji tal-vetturi) fis-sistema tal-elettriku. Madankollu, sabiex il-vetturi jipprovdu l-flessibbiltà meħtieġa lis-sistema permezz ta' ċċarġjar intelliġenti u mill-vettura għall-grilja (140), l-infrastruttura tal-iċċarġjar u l-infrastruttura tal-elettriku sottostanti għandhom ikunu addattati għall-iskop tagħhom.

Sakemm ir-rekwiżiti tal-EPBD ikunu trasposti, (it-tip ta') element(i) addizzjonali li ġejjin jistgħu jiġu inkorporati fil-leġiżlazzjoni nazzjonali:

(a)

speċifikazzjonijiet għall-infrastruttura ta' kanali (141);

(b)

speċifikazzjonijiet relatati mas-sikurezza kontra n-nirien (142);

(c)

speċifikazzjonijiet għall-punti tal-iċċarġjar, (143) inklużi dawk relatati mal-aċċessibbiltà għall-persuni b'diżabbiltà (144);

(d)

rekwiżiti relatati mal-infrastruttura ta' parkeġġ iddedikata għal roti elettriċi, inklużi roti tal-merkanzija (elettriċi) u għal vetturi ta' persuni b'mobbiltà mnaqqsa (145);

(e)

rekwiżiti relatati ma' sistemi ta' arloġġi intelliġenti (146);

(f)

rekwiżiti relatati ma' ċċarġjar intelliġenti (147);

(g)

rekwiżiti li jiffaċilitaw l-użu ta' batteriji tal-karozzi bħala sors ta' enerġija (mill-vettura għall-grilja) (148);

(h)

għall-punti tal-iċċarġjar aċċessibbli għall-pubbliku, ir-rekwiżiti relatati mal-iċċarġjar ad hoc u t-trasparenza tal-prezzijiet tal-iċċarġjar (149);

(i)

rekwiżiti relatati mal-operaturi tal-punti tal-iċċarġjar li huma liberi li jixtru l-elettriku mingħand kwalunkwe fornitur tal-elettriku mill-UE (150) u l-possibbiltà li l-utenti jikkuntrattaw ma' fornitur ieħor minbarra l-entità li tforni l-elettriku lill-unità domestika jew lill-bini (151).

L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw sa fejn tali rekwiżiti tekniċi speċifiċi għall-installazzjoni għandhom jiġu definiti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali.

Simplifikazzjoni tal-iskjerament ta' punti tal-iċċarġjar

L-Artikolu 8(7) tal-EPBD jeżiġi li l-Istati Membri jipprevedu miżuri sabiex jissimplifikaw l-iskjerament ta' punti tal-iċċarġjar f'bini residenzjali u mhux residenzjali ġdid u eżistenti u sabiex jindirizzaw l-ostakoli regolatorji possibbli, inklużi proċeduri ta' permess u approvazzjoni (152). Dan l-obbligu jrid jiġi ssodisfat billi l-EPBD tiġi trasposta f'leġiżlazzjoni nazzjonali sa mhux aktar tard mill-iskadenza għat-traspożizzjoni.

3.4.3.3.   Inċentivi maqsuma u kumplikazzjonijiet amministrattivi (153)

Il-proċeduri ta' approvazzjoni twal u kumplessi jistgħu jkunu ostakolu ewlieni għas-sidien u għall-inkwilini li jinstallaw punti tal-iċċarġjar f'binjiet residenzjali u mhux residenzjali eżistenti b'diversi inkwilini. Il-kisba tal-approvazzjonijiet meħtieġa tista' toħloq dewmien jew tipprevjeni l-installazzjoni

Ir-rekwiżiti tad-“dritt għall-ipplaggjar” jew tad-“dritt għall-iċċarġjar” jiżguraw li kwalunkwe inkwilin jew ko-proprjetarju jkun jista' jinstalla punt tal-iċċarġjar għal vettura elettrika mingħajr ma jkollu bżonn jikseb il-kunsens (potenzjalment diffiċli) mingħand sid l-art tal-inkwilin jew mingħand il-ko-proprjetarji l-oħrajn.

Fi Spanja, pereżempju, il-leġiżlazzjoni tippermetti lil ko-proprjetarju jinstalla punt tal-iċċarġjar għal użu privat meta jkun jinsab f'post ta' parkeġġ individwali u meta l-assoċjazzjoni tal-ko-proprjetarji tkun ġiet infurmata minn qabel. Il-ko-proprjetarji ma jistgħux jimblokkaw l-installazzjoni. Il-kost tal-installazzjoni u tal-konsum tal-elettriku sussegwenti jiġi preżunt mill-individwu li jkun installa l-punt tal-iċċarġjar.

3.4.4.   Sostenibbiltà (l-Artikolu 8(8) tal-EPBD)

L-Artikolu 8(8) tal-EPBD jeżiġi li l-Istati Membri jikkunsidraw il-ħtieġa għal politiki koerenti għall-bini, mobbiltà mhux motorizzata (jew attiva) u ekoloġika u ppjanar urban.

L-inizjattiva tal-Ippjanar ta' Mobbiltà Urbana Sostenibbli (SUMP) hija pedament tal-politika tal-UE dwar il-mobbiltà urbana. L-inkorporazzjoni tal-elettromobbiltà kmieni fl-iżvilupp tal-pjanijiet ta' mobbiltà adottati skont SUMP tista' tgħin sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-Artikolu 8(8) tal-EPBD.

SUMP jipprovdi approċċ fit-tul, multidixxiplinarju u komprensiv, li jkopri l-modi tat-trasport kollha, sabiex jgħin fl-indirizzar ta' kwistjonijiet bħall-konġestjoni, it-tniġġis tal-arja u akustiku, it-tibdil fil-klima, l-aċċidenti fit-toroq, l-impatt fuq is-saħħa, l-aċċessibbiltà għall-persuni b'diżabbiltà u għall-anzjani, l-użu ineffiċjenti tal-ispazju pubbliku u l-kwalità tal-ħajja mtejba. Dan huwa kkomplementat mil-linji gwida tas-SUMP u minn informazzjoni komprensiva dwar is-SUMP, disponibbli fit-taqsima dwar il-“Pjanijiet ta' Mobbiltà” tas-sit web tal-Eltis — l-osservatorju tal-mobbiltà urbana (154). Aktar minn 1 000 belt diġà implimentaw pjanijiet ta' mobbiltà urbana sostenibbli u l-kunċett wera l-valur tiegħu sabiex ilaqqa' flimkien il-partijiet ikkonċernati pubbliċi u privati differenti fl-ippjanar tal-mobbiltà urbana.

F'dan il-kuntest, l-Aġenda Urbana għall-UE nbdiet fil-qafas tal-kooperazzjoni intergovernattiva fl-2016 bl-għan ġenerali li tiġi inkluża d-dimensjoni urbana fil-politiki li jaffettwaw il-bliet bil-ħsieb li jinkisbu regolamentazzjoni aħjar, finanzjament aħjar u għarfien aħjar għall-bliet fl-Ewropa. L-Aġenda hija implimentata permezz ta' Sħubiji f'format ta' governanza f'bosta livelli, u waħda mis-Sħubiji hija ffokata fuq il-Mobbiltà Urbana. Hija għandha l-għan li tipproponi soluzzjonijiet sabiex jittejbu l-kundizzjonijiet ta' qafas għall-mobbiltà urbana għall-bliet Ewropej, inklużi kwistjonijiet rilevanti għall-avvanzi teknoloġiċi, filwaqt li tinkoraġġixxi l-użu ta' modi ta' trasport attivi, kif ukoll sabiex jittejjeb it-trasport pubbliku.

L-Istati Membri mingħajr rekwiżiti jew linji gwida dwar il-parkeġġ għar-roti għandhom jiżviluppaw, bħala minimu, linji gwida għall-awtoritajiet lokali dwar l-inklużjoni ta' rekwiżiti ta' parkeġġ għar-roti fir-regolamenti tal-bini u l-politiki dwar l-ippjanar urban. Dawn il-linji gwida għandhom jinkludu kemm elementi kwantitattivi (jiġifieri n-numru ta' spazji għall-parkeġġ) kif ukoll kwalitattivi.

3.4.5.   Politika fit-tul u miżuri finanzjarji (l-Artikolu 2a tal-EPBD)

Barra minn hekk, l-Istati Membri huma mħeġġa jikkunsidraw miżuri finanzjarji u ta' politika wkoll bħala parti mill-istrateġiji tagħhom ta' rinnovazzjoni fit-tul (l-Artikolu 2a tal-EPBD). Dawn jistgħu jappoġġaw u jaċċelleraw l-iskjerament ta' infrastruttura ta' elettromobbiltà f'binjiet eżistenti, f'każijiet ta' rinnovazzjoni maġġuri (l-Artikolu 8(2) u (5)) u sabiex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti minimi għal binjiet mhux residenzjali stabbiliti fl-Artikolu 8(3), filwaqt li jqisu li s-sitwazzjoni fis-swieq rilevanti x'aktarx tiżviluppa matul iż-żmien, b'mod li jegħlbu gradwalment ċerti nuqqasijiet attwali tas-suq.

4.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-KALKOLU TAL-FATTURI TAL-ENERĠIJA PRIMARJA

4.1.   Għan: it-trasparenza fil-kalkolu tal-fatturi tal-enerġija primarja

Ir-rendiment ta' bini fl-użu tal-enerġija jrid jiġi espress b'indikatur numeriku tal-użu tal-enerġija primarja, li hija l-enerġija meħtieġa sabiex tissodisfa l-ħtiġijiet tal-enerġija ta' bini. L-“enerġija primarja” tiġi kkalkolata mill-ammonti tal-flussi tal-enerġija kkonsenjati, bl-użu ta' fatturi ta' konverżjoni tal-enerġija primarja (PEFs) jew fatturi ta' ponderazzjoni (155). Il-flussi tal-enerġija jinkludu l-enerġija elettrika meħuda mill-grilja, il-gass min-netwerks, iż-żejt jew il-pellets (kollha bil-fatturi ta' konverżjoni tal-enerġija primarja rispettivi tagħhom) ittrasportati lejn il-bini għall-alimentazzjoni tas-sistemi tekniċi użati fil-bini, kif ukoll is-sħana jew l-elettriku prodotti fuq il-post.

Skont l-EPBD, l-Istati Membri huma responsabbli għall-kalkolu tal-PEFs għal trasportaturi tal-enerġija differenti użati fil-binjiet. Il-kalkolu tal-PEFs jista' jkun affettwat minn taħlitiet nazzjonali differenti tal-elettriku, l-effiċjenza tas-sehem tal-impjanti tal-enerġija, is-sehem ta' enerġija rinnovabbli u metodoloġiji ta' kalkolu differenti. L-esperjenza wriet li l-figuri rrapportati mill-Istati Membri jvarjaw b'mod sinifikanti u l-proċeduri użati sabiex jiddefinixxu l-PEFs mhux dejjem ikunu trasparenti.

Sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-politika dwar l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija għall-bini, it-trasparenza taċ-ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija għandha tittejjeb billi jiġi żgurat li l-parametri kollha meħtieġa għall-kalkoli, kemm għaċ-ċertifikazzjoni kif ukoll għar-rekwiżiti minimi ta' rendiment fl-użu tal-enerġija, jiġu stabbiliti u applikati b'mod konsistenti.

L-objettivi tal-Anness I, il-punt 2 tal-EPBD huma li jiġi introdott livell ta' trasparenza fil-kalkolu tal-PEFs, li jiġi żgurat ir-rwol ċentrali tal-involukru tal-bini u li jiġi indirizzat ir-rwol tas-sorsi tal-enerġija rinnovabbli fuq il-post u mhux fuq il-post (156).

4.2.   Il-kamp ta' applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar il-kalkolu tal-fatturi tal-enerġija primarja

L-Anness I tal-EPBD kien emendat sabiex jittejbu t-trasparenza u l-konsistenza tat-33 metodoloġija differenti għall-kalkolu tar-rendiment fl-użu tal-enerġija reġjonali u nazzjonali li qegħdin jintużaw bħalissa.

B'mod partikolari, il-punt 2 tal-Anness I tal-EPBD kien emendat sabiex (i) ikun jirrifletti aħjar il-ħtiġijiet tal-enerġija assoċjati mal-użu tipiku ta' bini fid-dawl tal-iżviluppi fis-settur tal-kostruzzjoni; u (ii) jagħti punti addizzjonali li għandhom jiġu kkunsidrati meta jiġu stabbiliti l-PEFs.

L-Artikolu 3 jirrikjedi l-adozzjoni ta' metodoloġiji nazzjonali għall-kalkolu tar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija. Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3 u dawk relatati mal-kalkolu tal-livelli kost-ottimali (l-Artikoli 4 u 5 (157)) jibqgħu l-istess.

4.3.   Il-fehim tad-dispożizzjonijiet dwar il-kalkolu tal-fatturi tal-enerġija primarja

4.3.1.   Il-ħtiġijiet tal-enerġija li għandhom jiġu kkunsidrati (l-Anness I, il-punt 2, l-ewwel paragrafu, tal-EPBD)

Sabiex jiġi kkalkolat ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija, il-ħtiġijiet tal-enerġija għandhom jiġu definiti inizjalment. Huma jirreferu għall-ammont ta' enerġija (irrispettivament mis-sors tagħha) li għandha tiġi kkonsenjata sabiex jinżammu l-kundizzjonijiet ta' ġewwa maħsuba. Id-definizzjoni tal-ħtiġijiet tal-enerġija ta' bini hija pass importanti għall-kalkolu tar-rendiment fl-użu tal-enerġija tiegħu, skont il-metodoloġija kost-ottimali. Din testendi gradwalment il-konfini tas-sistema mill-ħtiġijiet tal-enerġija għall-użu tal-enerġija u mbagħad għall-enerġija kkonsenjata u, fl-aħħar nett, għall-enerġija primarja.

L-EPBD tistabbilixxi li l-ħtiġijiet tal-enerġija għat-tisħin tal-ispazju, għat-tkessiħ tal-ispazju, għall-ilma sħun domestiku, għall-ventilazzjoni, għat-tidwil u potenzjalment għal żoni oħrajn għandhom jiġu koperti, filwaqt li jirriflettu d-definizzjoni estiża ta' “sistemi tekniċi użati fil-bini” (l-Artikolu 2(3) tal-EPBD). Bħal fid-determinazzjoni tal-użi tal-enerġija ta' bini, huma l-Istati Membri li għandhom jiddeċiedu jekk għandhomx jiġu kkunsidrati ħtiġijiet tal-enerġija addizzjonali mid-definizzjoni usa' ta' sistemi tekniċi użati fil-bini fil-kalkolu tar-rendiment fl-użu tal-enerġija. L-Istati Membri huma mistiedna wkoll jinnotaw li d-dawl integrat huwa użu importanti tal-enerġija għall-binjiet kollha, b'mod partikolari għas-settur mhux residenzjali.

Din id-dispożizzjoni tenfasizza li l-kalkolu tal-ħtiġijiet tal-enerġija jrid iwassal għall-ottimizzazzjoni tal-livelli tas-saħħa, tal-kwalità tal-arja ta' ġewwa u tal-kumdità, kif definiti mill-Istati Membri fil-livell reġjonali jew nazzjonali, fil-kalkolu tal-ħtiġijiet tal-enerġija (158). Dawn l-elementi (159) huma kruċjali, billi l-binjiet huma definiti fl-EPBD bħala kostruzzjonijiet li għalihom l-enerġija tintuża sabiex tikkundizzjona l-klima ta' ġewwa. Barra minn hekk, il-binjiet b'rendiment aħjar jipprovdu livelli ta' kumdità u benesseri ogħla għall-okkupanti tagħhom u jtejbu l-kundizzjonijiet klimatiċi ta' ġewwa tajbin għas-saħħa. Dawn ir-rekwiżiti mhumiex ġodda, billi l-EPBD diġà kienet tesiġi (qabel l-emenda) li jitqiesu l-kundizzjonijiet klimatiċi ġenerali ta' ġewwa meta jiġu ddeterminati r-rekwiżiti minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija (l-Artikolu 4).

L-eżerċizzju tal-kalkolu kost-ottimali għandu jkun iddisinjat b'tali mod li d-differenzi fil-kwalità tal-arja u l-kumdità jkunu trasparenti, f'konformità mar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 244/2012. Sabiex jiġi evitat id-deterjorament tal-kwalità tal-arja ta' ġewwa, tal-kumdità u tal-kundizzjonijiet tas-saħħa fl-istokk tal-bini Ewropew, l-approċċ pass pass sabiex ir-rekwiżiti minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija li jirriżultaw mill-implimentazzjoni ta' binjiet b'użu ta' enerġija qrib iż-żero (NZEBs) madwar l-Ewropa jsiru aktar stretti għandu jiġi eżerċitat flimkien ma' strateġiji xierqa li jittrattaw l-ambjent ta' ġewwa (160).

4.3.2.   Definizzjoni ta' PEFs (l-Anness I, il-punt 2, it-tieni paragrafu tal-EPBD)

L-EPBD tikkjarifika li l-PEFs jew il-fatturi ta' ponderazzjoni għal kull trasportatur tal-enerġija jistgħu jkunu bbażati fuq medji ponderati lokali, reġjonali jew nazzjonali annwali, staġjonali jew ta' kull xahar jew fuq informazzjoni aktar speċifika magħmula disponibbli għal sistemi distrettwali individwali. Dan jirrikonoxxi b'mod espliċitu l-flessibbiltà attwali għall-Istati Membri meta jiddefinixxu l-PEFs.

Eżempju wieħed huwa relatat mat-trattament ta' netwerks tal-elettriku (u sa ċertu punt tat-tisħin distrettwali), fejn l-użu ta' fatturi staġjonali jew ta' kull xahar għall-elettriku, minflok valuri medji annwali uniċi, jista' jkun aktar addattat fil-każ tat-tisħin. Bl-istess mod, il-komponent fotovoltajku tal-ġenerazzjoni huwa deskritt aħjar fuq bażi staġjonali. Jistgħu jitqiesu wkoll il-kundizzjonijiet lokali meta jiġu definiti l-PEFs bl-għan li jiġi kkalkolat ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija.

4.3.3.   Is-segwitu tal-aħjar rendiment fl-użu tal-enerġija tal-involukru tal-bini (l-Anness I, il-punt 2, it-tielet paragrafu tal-EPBD)

L-Anness I, il-punt 2, it-tielet paragrafu tal-EPBD jeżiġi li l-Istati Membri jiżguraw li l-aħjar rendiment fl-użu tal-enerġija tal-involukru tal-bini jiġi segwit fl-applikazzjoni tal-enerġija primarja u tal-fatturi ta' ponderazzjoni. It-tnaqqis tad-domanda ġenerali għall-enerġija huwa komponent kruċjali meta jiġi ottimizzat ir-rendiment ta' bini fl-użu tal-enerġija. F'dan il-kuntest, il-kunsiderazzjoni tal-involukru ma għandhiex tkun sottovalutata (161). Barra minn hekk, is-sistemi tekniċi użati fil-bini u s-sistemi ta' awtomatizzazzjoni u kontroll tal-bini (BACS) għandhom aktar impatt u jiġu ottimizzati l-aktar faċilment flimkien ma' involukri b'rendiment għoli.

F'konformità mar-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni għall-promozzjoni ta' binjiet b'użu ta' enerġija qrib iż-żero (162), l-enerġija rinnovabbli u l-miżuri ta' effiċjenza għandhom jaħdmu flimkien.

4.3.4.   Sorsi ta' enerġija rinnovabbli fuq il-post u mhux fuq il-post (l-Anness I, il-punt 2, ir-raba' paragrafu tal-EPBD)

L-EPBD tistabbilixxi li l-Istati Membri jistgħu jqisu s-sorsi tal-enerġija rinnovabbli (RES) fornuti permezz tat-trasportatur tal-enerġija u l-RES li jiġu ġġenerati u użati fuq il-post meta jiġu definiti l-PEFs. Id-dispożizzjoni ma tispeċifikax it-trattament ta' RES fuq il-post jew mhux fuq il-post, li jippermetti lill-Istati Membri jikkalkolaw il-PEFs skont il-kundizzjonijiet lokali jew nazzjonali (163).

L-EPBD tistabbilixxi b'mod espliċitu l-possibbiltà li jiġu indirizzati s-sorsi ta' enerġija rinnovabbli meta jiġu definiti l-PEFs. Hemm diversi kunsiderazzjonijiet ta' min ifakkar f'dan ir-rigward:

(a)

l-enerġija prodotta fuq il-post tnaqqas l-enerġija primarja assoċjata mal-enerġija kkonsenjata;

(b)

il-kalkolu tal-enerġija primarja jinkludi kemm l-enerġija mhux rinnovabbli kif ukoll l-enerġija rinnovabbli fornuti lill-bini (PEF totali);

(c)

is-separazzjoni tal-enerġija primarja f'komponenti mhux rinnovabbli u rinnovabbli tippermetti t-tqabbil tar-riżultati bejn l-elettriku minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli differenti, kif ukoll mal-ġenerazzjoni tal-elettriku minn karburanti fossili;

(d)

distinzjoni bejn fatturi tal-enerġija primarja rinnovabbli u mhux rinnovabbli tista' tgħin lin-nies jifhmu l-konsum tal-enerġija ta' bini.

L-EPBD tikkjarifika wkoll li huwa possibbli li jiġu kkunsidrati sorsi ta' enerġija rinnovabbli (fornuti permezz tat-trasportatur tal-enerġija u ġġenerati fuq il-post), sakemm il-kalkolu tal-fatturi tal-enerġija primarja japplika fuq bażi mhux diskriminatorja.

B'mod ġenerali, il-prinċipju ta' nondiskriminazzjoni jeżiġi li sitwazzjonijiet komparabbli ma għandhomx jiġu ttrattati b'mod differenti u li sitwazzjonijiet differenti ma għandhomx jiġu ttrattati bl-istess mod, sakemm tali trattament ma jkunx oġġettivament ġustifikat. Dan jippermetti lill-Istati Membri jagħżlu l-arranġamenti li huma l-aktar addattati għas-sitwazzjoni partikolari tagħhom, filwaqt li jqisu ċ-ċirkostanzi nazzjonali speċifiċi (164).

It-tnaqqis tas-sehem tal-enerġija rinnovabbli mill-fattur totali tal-enerġija primarja (fattur mhux rinnovabbli) huwa mod wieħed possibbli sabiex jiġi żgurat li s-sorsi rinnovabbli fuq il-post u mhux fuq il-post jiġu ttrattati b'mod komparabbli, billi jiġu evitati limiti għall-kalkolu tar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija minn effett fuq il-politiki dwar l-enerġija rinnovabbli fuq livell reġjonali jew nazzjonali.

Bl-istess mod, l-Istati Membri jistgħu jibbilanċjaw il-prinċipju ta' nondiskriminazzjoni ta' sorsi ta' enerġija rinnovabbli meta mqabbla ma' sorsi ta 'enerġija mhux rinnovabbli. Mod wieħed possibbli ta' kif jiġi żgurat trattament mhux diskriminatorju huwa li tiġi żgurata t-trasparenza fuq figuri, konvenzjonijiet (jiġifieri modi li bihom l-Istati Membri jittrattaw aspetti partikolari tal-kalkolu tal-PEF, bħall-frekwenza tar-reviżjoni tal-valuri, għażla bejn valuri retrospettivi u prospettivi, definizzjoni tal-konfini tan-netwerk, varjazzjoni tal-PEF matul iż-żmien, eċċ.) u suppożizzjonijiet sottostanti għall-kalkolu tal-PEFs rinnovabbli u mhux rinnovabbli.

It-tabella li ġejja tiddeskrivi s-sitwazzjonijiet possibbli li jistgħu jinqalgħu, billi tipprovdi eżempji tat-trattament mhux diskriminatorju ta' RES fuq il-post u mhux fuq il-post:

Tabella 16

Trattament ta' RES fuq il-post u mhux fuq il-post - eżempji

Eżempji

Huma komparabbli?

It-trattament tal-RES huwa komparabbli/trattament mhux diskriminatorju?

RES fuq il-post

Mhux fuq il-post

Sitwazzjonijiet mhux komparabbli għal kollox.

L-RES mhux fuq il-post huwa mqabbad mal-grilja, li x'aktarx twassal l-elettriku lejn il-bini permezz ta' taħlita ta' sorsi differenti.

Anki bl-istess teknoloġija (eż. pannelli fotovoltajċi), ir-riżultati jistgħu jkunu differenti.

Ir-riżultati jistgħu jvarjaw b'mod sinifikanti abbażi tat-trattament ta' RES mhux fuq il-post

Xi kwistjonijiet li għandhom jiġu kkunsidrati jinkludu:

L-enerġija pprovduta minn kwalunkwe tip ta' grilja (eż. elettriku jew tisħin distrettwali) ta' spiss tkun taħlita ta' sorsi differenti.

Meta jitqabblu s-sitwazzjonijiet, mhijiex biss it-teknoloġija (jew it-taħlita ta' teknoloġiji) li għandha tiġi kkunsidrata, iżda wkoll il-kwalità tat-taħlita (jiġifieri l-komponent ta' RES). Għalhekk, l-RES għandhom ikunu riflessi fil-kalkolu tal-valuri ta' PEF.

It-tnaqqis tas-sehem tal-enerġija rinnovabbli mill-PEFs (PEF mhux ta' RES) jista' jgħin sabiex jiġi żgurat li l-RES fuq il-post u mhux fuq il-post jiġu ttrattati b'mod pożittiv komparabbli.

It-trasparenza fuq il-figuri, il-konvenzjonijiet u s-suppożizzjonijiet sottostanti għall-kalkolu tal-PEFs rinnovabbli u mhux rinnovabbli hija importanti.

eż. pannelli fotovoltajċi

PEF = 0

L-RES prodott fuq il-post jitnaqqas mill-enerġija kkonsenjata

komponent għoli ta' RES fil-grilja (eż. park ta' pannelli fotovoltajċi)

PEF = 1

eż. netwerk tat-tisħin distrettwali b'komponent għoli ta' RES (eż. mix-xemx, mir-riħ)

PEF = 0,5

Sitwazzjonijiet mhux komparabbli għal kollox.

4.4.   Traspożizzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar il-kalkolu tal-fatturi tal-enerġija primarja

L-Istati Membri huma mħeġġa jirrevedu l-kodiċi tal-bini tagħhom u, jekk mhux diġà ddikjarati fil-metodoloġiji ta' kalkolu nazzjonali attwali tagħhom, jagħmlu l-ħtiġijiet tal-enerġija ċari fil-miżuri ta' traspożizzjoni rispettivi tagħhom sad-data tat-traspożizzjoni.

5.   VERIFIKA U INFURZAR

Bħala parti mir-responsabbiltà u l-ħidma usa' tagħhom sabiex jiżguraw l-implimentazzjoni u l-infurzar effettivi tal-EPBD, l-Istati Membri jkollhom jikkunsidraw ukoll kif jivverifikaw il-konformità ma' u jinfurzaw:

(a)

ir-rekwiżiti tas-sistema stabbiliti skont l-Artikolu 8(1) tal-EPBD;

(b)

ir-rekwiżiti għall-installazzjoni ta' apparati awtoregolatorji skont l-Artikolu 8(1) tal-EPBD;

(c)

ir-rekwiżiti għall-installazzjoni ta' BACS skont l-Artikoli 14(4) u 15(4) tal-EPBD;

(d)

ir-rekwiżiti għall-elettromobbiltà skont l-Artikolu 8 tal-EPBD;

Huwa importanti li s-sidien, il-maniġer tal-faċilità jew il-maniġers tal-enerġija ta' binjiet li jaqgħu taħt dawn ir-rekwiżiti jsiru konxji tad-dħul fis-seħħ tar-rekwiżiti minn qabel, sabiex ikunu jistgħu jippjanaw u jwettqu x-xogħlijiet meħtieġa bl-aħjar mod.

Barra minn hekk, fir-rigward tar-rekwiżiti għall-installazzjoni ta' apparati awtoregolatorji:

(a)

meta dawn ir-rekwiżiti japplikaw għal binjiet ġodda, l-Istati Membri jistgħu jistrieħu fuq il-proċessi eżistenti relatati mal-permessi tal-bini;

(b)

meta dawn ir-rekwiżiti japplikaw għal binjiet eżistenti fejn jiġu sostitwiti l-ġeneraturi tas-sħana, l-Istati Membri jistgħu jistrieħu fuq il-proċessi eżistenti sabiex jivverifikaw il-konformità tas-sistemi tat-tisħin mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 8(1), billi s-sostituzzjoni tal-ġeneraturi tas-sħana ġeneralment tikkostitwixxi titjib tas-sistema u tiskatta l-applikazzjoni tar-rekwiżiti.

Barra minn hekk, fir-rigward tar-rekwiżiti għall-installazzjoni ta' BACS:

(a)

Billi l-Istati Membri kollha daħħlu fis-seħħ spezzjonijiet tas-sistemi tat-tisħin u tal-arja kundizzjonata, jew miżuri alternattivi ekwivalenti, qabel l-emenda tal-EPBD, l-Istati Membri jistgħu jikkunsidraw li jużaw dawk l-iskemi sabiex jivverifikaw u jinfurzaw ir-rekwiżiti għall-installazzjoni ta' BACS, billi l-binjiet kollha li jaqgħu taħt dawn ir-rekwiżiti huma wkoll fil-kamp ta' applikazzjoni għal spezzjonijiet obbligatorji (jew miżuri alternattivi) skont l-Artikoli 14 u 15 tal-EPBD;

(b)

L-Istati Membri jistgħu jikkunsidraw ukoll li jgħaqqdu s-superviżjoni u l-infurzar ta' dawn ir-rekwiżiti mal-infurzar tar-rekwiżiti tas-sistema skont l-Artikolu 8(1) tal-EPBD, billi l-installazzjoni, is-sostituzzjoni jew t-titjib ta' sistema tat-tisħin, tal-arja kundizzjonata u/jew ta' ventilazzjoni jistgħu jkunu opportunità sabiex tiġi installata wkoll BACS.

6.   SOMMARJU TAR-RAKKOMANDAZZJONIJIET

6.1.   Rakkomandazzjonijiet relatati mas-sistemi tekniċi użati fil-bini u l-ispezzjonijiet tagħhom, l-apparati awtoregolatorji u l-BACS

(1)

L-emenda għall-EPBD taġġorna u testendi d-definizzjoni tas-sistemi tekniċi użati fil-bini, billi tintroduċi definizzjonijiet addizzjonali għal sistemi speċifiċi (eż. sistemi ta' awtomatizzazzjoni u kontroll tal-bini). Meta jittrasponu dawn id-definizzjonijiet, l-Istati Membri huma mħeġġa jipprovdu dettalji addizzjonali dwar is-sistemi kkonċernati, filwaqt li jiżguraw l-allinjament sħiħ mad-Direttiva, u jirreferu wkoll, fejn rilevanti, għal kwalunkwe standard jew linja gwida teknika applikabbli, sabiex jgħinu fl-għarfien mill-professjonisti.

It-taqsimiet 2.2.1, 2.3.1.1, 2.3.1.2, 2.3.1.3, 2.3.1.5 u 2.4.1.1 ta' dan id-dokument.

(2)

L-EPBD tesiġi li jitfasslu r-rekwiżiti tas-sistema għar-rekwiżiti kollha tas-sistema teknika użata fil-bini. B'mod partikolari, dan jinvolvi t-tfassil ta' rekwiżiti għal sistemi li ma kienx meħtieġ li jkollhom qabel l-emenda. Fit-twettiq ta' dan, iridu jiġu koperti l-oqsma kollha tar-rekwiżiti tas-sistema: rendiment ġenerali fl-użu tal-enerġija, installazzjoni korretta, dimensjonament adattat, aġġustament u kontroll. Għandhom jiġu kkunsidrati wkoll l-istandards u l-linji gwida tekniċi applikabbli fil-livell nazzjonali u tal-UE, b'mod partikolari l-istandards tar-Rendiment tal-Bini fl-Użu tal-Enerġija żviluppati mis-CEN (165) taħt il-Mandat M/480 (166).

It-taqsimiet 2.2.1, 2.3.1.1, 2.3.1.2, 2.4.1.2 u 2.5.1 ta' dan id-dokument.

(3)

L-Istati Membri huma mħeġġa jappoġġaw l-għarfien u l-fehim mis-sidien tal-bini, mill-installaturi tas-sistema u minn partijiet oħrajn involuti, tal-interventi li jagħtu bidu għall-applikazzjoni tar-rekwiżiti tas-sistema u l-valutazzjoni u d-dokumentazzjoni tar-rendiment tas-sistema fil-binjiet kollha (l-Artikolu 8(1) u 8(9) tal-EPBD). Dawn l-interventi huma l-installazzjoni, is-sostituzzjoni u t-titjib ta' sistema. B'mod partikolari, l-Istati Membri huma mistiedna jagħtu dettalji addizzjonali dwar x'għandu jitqies bħala titjib tas-sistema, possibbilment billi jiddiferenzjaw bejn tipi differenti ta' sistemi, u billi jagħmlu enfasi partikolari fuq dawk is-sistemi li huma l-aktar komuni fl-istokk tal-bini nazzjonali.

It-taqsimiet 2.3.1.4, 2.4.1.3 u 2.5.2 ta' dan id-dokument.

(4)

“Apparati awtoregolatorji” huwa kunċett li jista' jiġi interpretat b'modi differenti. Fit-traspożizzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar l-installazzjoni ta' apparati awtoregolatorji, ikun utli għall-Istati Membri li jagħtu dettalji addizzjonali dwar liema tagħmir jista' jissodisfa l-ħtiġijiet rilevanti, b'mod partikolari għal dawk is-sistemi li jintużaw l-aktar ta' spiss fl-istokk tal-bini nazzjonali. Fir-rigward tal-istess dispożizzjonijiet, l-Istati Membri għandhom jikkjarifikaw is-sitwazzjonijiet fejn il-kapaċità awtoregolatorja tista' tiġi applikata fil-livell taż-żona (kuntrarju għal-livell tal-kamra). Fl-aħħar nett, ikun utli jekk l-Istati Membri jkunu jistgħu jappoġġaw l-għarfien u l-fehim mis-sidien tal-bini, mill-installaturi tas-sistema u minn partijiet oħrajn involuti, tas-sitwazzjonijiet li jwasslu għall-applikazzjoni tar-rekwiżit għall-installazzjoni ta' apparati awtoregolatorji f'binjiet eżistenti, b'mod partikolari billi jipprovdu dettalji addizzjonali dwar x'għandu jiġi interpretat bħala sostituzzjoni tal-ġeneraturi tas-sħana f'każijiet ambigwi.

It-taqsimiet 2.2.3, 2.3.3.2, 2.3.3.3(a) u 2.4.3.1 ta' dan id-dokument.

(5)

Il-BACS installati f'binjiet mhux residenzjali skont l-obbligi tal-Artikoli 14(4) u 15(4) tal-EPBD huma meħtieġa li jkunu konformi mad-definizzjoni tal-Artikolu 2(3a) u jinkludu l-kapaċitajiet elenkati fl-Artikoli 14(4) u 15(4), għall-inqas għas-sistemi tekniċi użati fil-bini li jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikoli 14 u 15. Dawk il-kapaċitajiet imorru lil hinn minn dawk li huma mistennija mill-BACS tas-soltu. Għalhekk, meta jittrasponu dawn ir-rekwiżiti, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-partijiet interessati jsiru konxji tal-implikazzjonijiet eżatti ta' dawn ir-rekwiżiti u jagħtu gwida ċara dwar kif għandhom jiġu vvalutati l-kapaċitajiet tal-BACS fir-rigward tar-rekwiżiti u, fejn rilevanti, dwar kif jiġi implimentat t-titjib meħtieġ.

Ara t-taqsimiet 2.2.4, 2.3.3.1, 2.3.3.3(b), 2.4.3.2 u 2.5.4 ta' dan id-dokument.

(6)

Xi dispożizzjonijiet japplikaw biss meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet tal-fattibbiltà: il-fattibbiltà teknika u ekonomika għar-rekwiżiti dwar l-installazzjoni ta' apparati awtoregolatorji u BACS; u l-fattibbiltà teknika, ekonomika u funzjonali għar-rekwiżiti tas-sistema. L-Istati Membri huma responsabbli sabiex jiżguraw li l-valutazzjoni tal-fattibbiltà titfassal u tkun issorveljata kif suppost bħala parti mill-mekkaniżmi ta' infurzar u verifika. Meta jagħmlu dan, huwa rrakkomandat li l-Istati Membri jappoġġaw l-interpretazzjoni u l-valutazzjoni tal-fattibbiltà, pereżempju, permezz ta' gwida u proċeduri ddedikati.

Ara t-taqsimiet 2.3.4 u 5 ta' dan id-dokument.

(7)

L-ispezzjonijiet tas-sistemi tekniċi użati fil-bini diġà jeżistu f'ħafna Stati Membri, iżda l-emenda tal-EPBD wasslet għal modifiki sinifikanti tal-kamp ta' applikazzjoni ta' dawn l-ispezzjonijiet. Dan huwa partikolarment il-każ għal-limitu fuq l-output nominali effettiv li 'l fuq minnu jkunu meħtieġa spezzjonijiet u t-tipi ta' sistemi li għandhom jiġu spezzjonati. L-Istati Membri huma mħeġġa jappoġġaw il-fehim ta' dawn il-bidliet u l-implikazzjonijiet tagħhom għall-partijiet interessati kollha. B'mod partikolari, ikun siewi għall-Istati Membri li jappoġġaw l-identifikazzjoni tas-sistemi kkombinati li għandhom jiġu spezzjonati u jagħtu gwida dwar l-ispezzjoni tas-sistemi ta' ventilazzjoni, fejn applikabbli.

Ara t-taqsimiet 2.2.2, 2.3.2.1 sa 2.3.2.5, 2.4.2.1(a) u 2.4.2.1(b), 2.4.2.2, u 2.5.3 ta' dan id-dokument.

(8)

Bidla sinifikanti fl-ispezzjonijiet tas-sistemi tekniċi użati fil-bini previsti fl-Artikoli 14 u 15 tal-EPBD hija l-ħtieġa li tiġi kkunsidrata r-rendiment tas-sistema (fejn rilevanti) taħt kundizzjonijiet operattivi tipiċi jew medji. Dan għandu jwassal għal bidliet fil-prattiki ta' spezzjoni u fil-qafas relatat, pereżempju, l-iskemi ta' taħriġ. Sabiex tiġi appoġġata din it-tranżizzjoni, huwa rrakkomandat li l-Istati Membri jittraduċu dan ir-rekwiżit ġenerali fi gwida teknika maħsuba biex tappoġġa l-kunsiderazzjoni tar-rendiment taħt kundizzjonijiet operattivi tipiċi jew medji fil-prattika, għat-tipi differenti ta' sistemi affettwati.

Ara t-taqsima 2.3.2.6 u 2.4.2.1(c) ta' dan id-dokument.

(9)

Fit-traspożizzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar l-ispezzjoni tas-sistemi tat-tisħin u tal-arja kundizzjonata, huwa rrakkomandat li l-Istati Membri jagħtu l-kunsiderazzjoni dovuta għat-tfassil u s-superviżjoni tal-eżenzjonijiet li jistgħu japplikaw. B'mod partikolari, l-Istati Membri jsibu li huwa ta' benefiċċju li jistabbilixxu l-kapaċitajiet mistennija minn sistemi ta' monitoraġġ elettroniku kontinwu f'binjiet residenzjali, bħala alternattivi għall-ispezzjonijiet, u li jiżguraw li l-kuntratti tar-rendiment fl-użu tal-enerġija li jkopru s-sistemi tekniċi użati fil-bini, meta dawn iwasslu għal eżenzjonijiet, ikunu konformi mar-rekwiżiti u l-prattiki tajbin applikabbli.

Ara t-taqsimiet 2.3.2.7, 2.3.2.8, 2.3.2.9, u 2.4.2.1(d) sa 2.4.2.1(g) ta' dan id-dokument.

6.2.   Rakkomandazzjonijiet relatati mal-elettromobbiltà

(10)

Id-dispożizzjonijiet dwar l-elettromobbiltà jintroduċu termini u kunċetti ġodda fir-regolamentazzjoni tal-bini f'ħafna mill-Istati Membri. L-Istati Membri huma mħeġġa jipprovdu gwida dwar l-interpretazzjoni ta' dawn it-termini u l-kunċetti ġodda sabiex jiżguraw l-implimentazzjoni korretta. Dan japplika b'mod partikolari għall-kamp ta' applikazzjoni tar-rekwiżiti, għar-relazzjoni bejn il-binjiet u l-parkeġġi (eż. il-kunċett ta' qrubija fiżika) u għall-kamp ta' applikazzjoni tal-miżuri ta' rinnovazzjoni li jiskattaw ir-rekwiżiti (eż. il-parkeġġ jew l-infrastruttura elettrika).

Ara t-taqsimiet 3.2, 3.3.1, 3.3.3 u 3.4.1 ta' dan id-dokument.

(11)

Ir-rekwiżiti għall-installazzjoni ta' għadd minimu ta' punti tal-iċċarġjar f'binjiet mhux residenzjali (l-Artikolu 8(3)) huma aspett importanti tad-dispożizzjonijiet dwar l-elettromobbiltà. Id-definizzjoni u l-implimentazzjoni ta' dawn ir-rekwiżiti għandhom ikunu bbażati fuq ippjanar bir-reqqa, bl-għan li jiġu żgurati kopertura ottimali tal-binjiet fil-mira u l-iskjerament bla xkiel minn hemm 'il quddiem. Meta jistabbilixxu dawn ir-rekwiżiti, l-Istati Membri huma partikolarment imħeġġa sabiex jibbażaw fuq l-esperjenza tal-Istati Membri tal-UE li diġà fasslu rekwiżiti simili.

Ara t-taqsima 3.3.4 ta' dan id-dokument.

(12)

Id-dispożizzjonijiet tal-EPBD dwar l-elettromobbiltà huma komplementari għad-Direttiva 2014/94/UE. Huwa rrakkomandat li l-Istati Membri jagħtu attenzjoni partikolari lill-implimentazzjoni taż-żewġ Direttivi b'mod konsistenti, b'mod partikolari f'dak li għandu x'jaqsam mat-tfassil tar-rekwiżiti għall-installazzjoni ta' għadd minimu ta' punti tal-iċċarġjar f'binjiet mhux residenzjali. Dan jista' jirrikjedi l-ħidma mill-qrib mal-ministeru u t-timijiet responsabbli mill-implimentazzjoni tad-Direttiva 2014/94/UE, kif ukoll it-teħid ta' approċċ komprensiv u multidixxiplinarju f'oqsma ta' politika bħall-bini, l-ippjanar urban, it-trasport u l-mobbiltà.

Ara t-Taqsimiet 3.3.4 u 3.3.5 ta' dan id-dokument.

(13)

Id-dispożizzjonijiet tal-EPBD huma daqstant ieħor komplementari għad-Direttiva 2009/72/KE, li tippromwovi l-iżvilupp ta' sistema tal-elettriku flessibbli. Sabiex it-tagħbijiet ġodda jiġu integrati b'mod effiċjenti fis-sistema tal-elettriku, bħalma huma l-vetturi elettriċi, jeħtieġ li jkunu jistgħu jiġu ffaċilitati l-iċċarġjar intelliġenti u t-teknoloġiji mill-vettura għall-grilja. Dawk il-kunċetti huma partikolarment rilevanti għall-iċċarġjar fi djar, uffiċċji u parkeġġi fejn il-karozzi ta' spiss ikunu pparkjati għal diversi sigħat u, b'hekk, jistgħu jipprovdu servizzi lill-operatur tal-grilja. L-investimenti fl-infrastruttura tal-iċċarġjar skont l-EPBD għandhom iqisu kif dovut l-iċċarġjar intelliġenti eżistenti u futur u l-istandards mill-vettura għall-grilja (eż. ISO 15118) u jkunu mqabbda ma' sistemi ta' kejl intelliġenti funzjonali għal kollox.

Ara t-taqsima 3.4.3 ta' dan id-dokument.

(14)

L-Istati Membri huma mħeġġa sabiex jikkjarifikaw l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u rekwiżiti oħrajn għall-punti tal-iċċarġjar li se jiġu skjerati skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 dwar l-elettromobbiltà, inkluż l-Artikolu 8(3), tal-EPBD. Kunsiderazzjonijiet bħal speċifikazzjonijiet relatati mal-kapaċità minima tal-iċċarġjar, l-infrastruttura tal-kanali, is-sikurezza kontra n-nirien, l-aċċessibbiltà għal persuni b'mobbiltà mnaqqsa, inklużi l-persuni b'diżabbiltà, kif ukoll l-iċċarġjar intelliġenti jistgħu jgħinu sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni effettiva u jistgħu jappoġġaw l-adozzjoni ta' vetturi elettriċi.

Ara t-Taqsima 3.4.3 ta' dan id-dokument.

(15)

L-ostakoli regolatorji u l-fallimenti tas-suq jistgħu jimpedixxu l-iskjerament ta' infrastruttura tal-elettromobbiltà u, konsegwentement, l-adozzjoni ta' vetturi elettriċi. Jistgħu jkunu meħtieġa simplifikazzjoni regolatorja, ippjanar fit-tul u inċentivi finanzjarji sabiex jindirizzaw dawn l-isfidi. Sabiex jiġi ssimplifikat l-iskjerament ta' punti tal-iċċarġjar (l-Artikolu 8(7) tal-EPBD), l-Istati Membri huma mħeġġa jiżguraw id-“dritt għall-ipplaggjar” sabiex jindirizzaw l-inċentivi maqsuma u l-kumplikazzjonijiet amministrattivi, b'mod partikolari fil-każ ta' abitazzjonijiet b'aktar minn familja waħda. Barra minn hekk, l-Istati Membri huma mħeġġa jikkunsidraw miżuri finanzjarji u ta' politika wkoll bħala parti mill-istrateġiji tagħhom ta' rinnovazzjoni fit-tul (l-Artikolu 2a tal-EPBD) li jistgħu jappoġġaw u jaċċelleraw l-iskjerament ta' infrastruttura ta' elettromobbiltà f'binjiet eżistenti, kemm f'każijiet ta' rinnovazzjoni maġġuri (l-Artikolu 8(2) u (5) tal-EPBD) kif ukoll sabiex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti minimi għal binjiet mhux residenzjali stabbiliti fl-Artikolu 8(3)), filwaqt li jqisu li s-sitwazzjoni fis-swieq rilevanti x'aktarx tiżviluppa matul iż-żmien, b'mod li jegħlbu gradwalment ċerti nuqqasijiet attwali tas-suq.

Ara t-taqsimiet 3.4.3.3 u 3.4.5 ta' dan id-dokument.

6.3.   Rakkomandazzjonijiet relatati mal-kalkolu tal-fatturi tal-enerġija primarja

(16)

Il-PEFs għandhom jiġu riveduti regolarment, sabiex ikunu jirriflettu l-bidliet fit-taħlita tal-enerġija nazzjonali u fis-suq tal-enerġija matul iż-żmien, kif ukoll fil-metodoloġiji ta' kalkolu sottostanti.

Ara t-taqsima 4.2 u 4.3.2 ta' dan id-dokument.

(17)

Meta jiddeterminaw il-metodoloġija ta' kalkolu nazzjonali tagħhom, l-Istati Membri għandhom dejjem jipprovaw isibu l-aħjar kombinazzjoni ta' effiċjenza fl-użu tal-enerġija u miżuri rinnovabbli. L-Istati Membri għandhom dejjem jiżguraw l-aħjar rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija tal-involukru tal-bini u, għalhekk, is-soluzzjonijiet tal-enerġija rinnovabbli għandhom jintużaw flimkien mal-iffrankar ottimali tal-enerġija mill-involukru tal-bini u s-sistemi tekniċi użati fil-bini tiegħu.

Ara t-taqsima 4.3.1, 4.3.3 u 4.3.4 ta' dan id-dokument.

(18)

Jistgħu jiġu pprovduti linji gwida tekniċi fil-livell reġjonali jew nazzjonali dwar kif tista' tittejjeb il-kwalità ta' ġewwa tal-bini billi jiġu evitati pontijiet termali, insulazzjoni inadegwata u mogħdijiet tal-ajru mhux ippjanati li jistgħu jirriżultaw f'temperaturi tas-superfiċje taħt il-punt tan-nida tal-arja u l-umdità.

Ara t-taqsima 4.3.3 ta' dan id-dokument.

6.4.   Rakkomandazzjonijiet trasversali

(19)

Fir-rigward tad-dispożizzjonijiet l-oħrajn kollha tal-EPBD, l-infurzar u s-superviżjoni se jkunu importanti ħafna għall-implimentazzjoni effettiva tad-dispożizzjonijiet diskussi f'dan l-Anness. L-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari lill-miżuri ta' infurzar u superviżjoni, inklużi l-verifika u l-kontroll tal-eżenzjonijiet, fejn applikabbli, meta jittrasponu dawn id-dispożizzjonijiet. Fejn rilevanti, l-Istati Membri jsibu li huwa ta' benefiċċju li jagħmlu użu minn skemi li huma diġà fis-seħħ (eż. skemi ta' spezzjonijiet għal sistemi tekniċi użati fil-bini).

Ara t-taqsimiet 2.3.1.4, 2.3.2.8, 2.3.3.3, 2.3.4, 3.3.2, 3.4.2 u 5 ta' dan id-dokument.


(1)  Id-Direttiva kienet diġà dwar id-dawl integrat qabel l-emenda (l-installazzjonijiet ta' dawl integrat ġew ikkunsidrati fil-metodoloġija użata sabiex jiġi kkalkolat ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija). Dan huwa konsistenti wkoll mal-kunsiderazzjoni tad-dawl integrat bħala parti mill-użi tal-enerġija li għandhom impatt fuq ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija (ara l-Anness I tal-EPBD).

(2)  Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għas-suq intern tal-elettriku (tfassil mill-ġdid) ġiet approvata mill-Parlament Ewropew fl-ewwel qari fis-26 ta' Marzu 2019, wara ftehim proviżorju li ntlaħaq fin-negozjati interistituzzjonali. L-adozzjoni mill-Kunsill hija prevista f'Mejju 2019 u wara tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(3)  L-Istati Membri se jkollhom bżonn jiddeċiedu kif jittrasponu l-kunċett ta' “fuq il-post” f'każijiet fejn is-sistema ma tkunx ġewwa jew fuq il-bini. Jekk is-sistema tal-ġenerazzjoni tal-elettriku jkollhiex konnessjoni mal-grilja tal-elettriku jew le tista' tgħin sabiex issir distinzjoni bejn is-sistemi fuq il-post u s-sistemi mhux fuq il-post.

(4)  Id-definizzjoni ta' “sistema tal-arja kundizzjonata” kienet diġà ġiet ipprovduta qabel l-emenda u ma ġietx immodifikata fl-EPBD. Id-definizzjoni ta' “sistema tat-tisħin” hija ġdida fl-EPBD.

(5)  L-EPBD tirreferi kemm għal “sistema tat-tisħin” kif ukoll għal “sistema tat-tisħin tal-ispazju” – dawn iż-żewġ termini huma ekwivalenti skont it-tifsira tad-Direttiva.

(6)  L-EPBD tirreferi kemm għal “sistema ta' arja kundizzjonata” kif ukoll għal “sistema għat-tkessiħ tal-ispazju” – dawn iż-żewġ termini huma ekwivalenti skont it-tifsira tad-Direttiva.

(7)  Din l-informazzjoni hija parti mill-informazzjoni dwar il-prodott meħtieġa skont ir-regolamenti differenti tal-Ekodisinn għall-prodotti tat-tisħin u tat-tkessiħ.

(8)  Pereżempju: bojler, pompa tas-sħana, reżistenza elettrika, pannelli solari termali, eċċ. Dan għandu jitqies meta jiġi stabbilit jekk sistema taqax 'il fuq jew taħt il-limitu ta' 70 kW għall-ispezzjonijiet.

(9)  Pereżempju, il-gwida għat-twettiq ta' spezzjonijiet tas-sistemi tal-arja kundizzjonata żviluppata mill-proġett iSERV iffinanzjat mill-Kummissjoni (“Metodoloġija ta' spezzjoni — Kompiti ta' manutenzjoni tal-arja kundizzjonata — Identifikazzjoni ta' servizzi tal-enerġija” http://www.iservcmb.info/sites/default/files/results/Physical-Inspections/Public-report-Methodology-for-HVAC-System-Inspections.pdf) jew id-dokument tekniku dwar it-titjib tar-rendiment tal-pompi tas-sħana f'kundizzjonijiet operattivi mill-assoċjazzjoni REHVA (“Kontroll tal-kapaċità tal-pompi tas-sħana” https://www.rehva.eu/publications-and-resources/rehva-journal/2012/052012/capacity-control-of-heat-pumps-full-version.html).

(10)  eż. l-istandard Taljan UNI CEI 11352, li jinkludi rekwiżiti ġenerali, listi ta' kontroll għall-verifika tar-rekwiżiti tal-organizzazzjoni u l-kontenut tal-offerta ta' servizz, kif ukoll lista ta' kontroll u referenzi speċifiċi għall-Anness XIII tal-EED, jew l-istandard Spanjol UNE 216701 “Clasificación de proveedores de servicios energéticos”, għall-klassifikazzjoni tal-fornituri ta' servizzi tal-enerġija.

(11)  eż. il-Gwida għall-abbozzar ta' dokumenti ta' klawżoli amministrattivi u tekniċi għall-kuntrattar għar-rendiment fl-użu tal-enerġija bi ffrankar garantit soġġett għal regolamentazzjoni armonizzata (kuntratti ta' servizz). Hija gwida għall-proċeduri ta' sejħiet għall-offerti relatati ma' kuntratti għar-rendiment fl-użu tal-enerġija (disponibbli fuq http://icaen.gencat.cat/web/.content/10_ICAEN/18_actuacio_internacional/Enllacos/Arxius/20180717_EPC_Public_Tendering_GUIDE.pdf).

(12)  eż. fi Spanja, il-“Modelo de contrato de rendimiento energético con inversión adaptado a la le 9/2017 y a la guía de tratamiento estadístico de Eurostat”, u fis-Slovenja, l-“Oris Vzorca Pogodbe” (disponibbli fuq http://www.energetika-portal.si/podrocja/energetika/energetska-prenova-javnih-stavb/projektna-pisarna/).

(13)  Ara t-Taqsimiet 2.2.4, 2.3.3.1 u 2.3.3.3(b).

(14)  Ir-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2018 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 663/2009 u (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi 94/22/KE, 98/70/KE, 2009/31/KE, 2009/73/KE, 2010/31/UE, 2012/27/UE u 2013/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 2009/119/KE u (UE) 2015/652 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 1).

(15)  L-Istati Membri huma meħtieġa jissottomettu l-ewwel NECP finali tagħhom sal-aħħar tal-2019. Imbagħad, l-NECP jiġi aġġornat fl-2023 (abbozz) u fl-2024 (aġġornament finali). Minn Marzu 2023 u mbagħad kull sentejn, l-Istati Membri jridu jissottomettu wkoll rapport ta' progress dwar l-NECP tagħhom.

(16)  Din id-definizzjoni hija qrib dik mogħtija fl-istandard EN 15232.

(17)  F'dan il-kuntest, “awtomatiku” tfisser li t-tagħmir jippermetti r-regolazzjoni awtomatika tal-produzzjoni tat-tisħin meta t-temperatura ambjentali tevolvi abbażi ta' konfigurazzjonijiet definiti minn qabel. Madankollu, l-aġġustament tal-konfigurazzjonijiet infushom ġeneralment ikun manwali u jitwettaq mill-utenti (eż. aġġustament manwali tal-konfigurazzjonijiet tat-temperatura b'valv ta' radjatur termostatiku).

(18)  Pereżempju, fejn bini jew unità ta' bini jkunu mgħammra b'aktar minn sistema tat-tisħin waħda, ir-rekwiżit jista' japplika għal waħda biss mis-sistemi, diment li tiġi żgurata l-kapaċità mistennija.

(19)  L-apparati awtoregolatorji jistgħu jkunu elettroniċi jew le (eż. valv ta' radjatur termostatiku); dik li hija importanti hija l-kapaċità tal-awtoregolazzjoni, mhux it-teknoloġija nnifisha.

(20)  Dan ifisser, b'mod partikolari, li meta jiġu sostitwiti l-ġeneraturi tas-sħana f'bini eżistenti li huwa mgħammar b'sistema għat-tkessiħ tal-ispazju mingħajr ebda awtoregolazzjoni fil-livell tal-kamra jew taż-żona, ir-rekwiżit li jiġi installati apparati awtoregolatorji fil-livell tal-kamra jew taż-żona ma jestendix għas-sistema għat-tkessiħ tal-ispazju.

(21)  Ħafna mis-sistemi tat-tkessiħ tal-ispazju se jkollhom il-kapaċità ta' awtoregolazzjoni xorta waħda, iżda dan mhuwiex rekwiżit skont ir-regolamenti dwar l-Ekodisinn.

(22)  Dawn huma eżempji indikattivi. Jista' jkun hemm każijiet oħrajn fejn ir-regolazzjoni fil-livell taż-żona tkun ġustifikata.

(23)  Tali ġustifikazzjoni tista', pereżempju, tkun ibbażata fuq studji xjentifiċi li r-riżultati tagħhom jappoġġaw il-valutazzjoni li r-regolazzjoni fil-livell taż-żona hija preferibbli fil-każijiet ikkunsidrati.

(24)  Meta s-sistema tat-tisħin distrettwali u l-binjiet imqabbda magħha jkunu taħt sjieda differenti.

(25)  Meta jkun hemm għadd kbir ta' binjiet li jiġu affettwati mir-rekwiżit fl-istess ħin, li jista' jwassal għal kostijiet sproporzjonati. Madankollu, tali każijiet għandhom ikunu koperti mill-kundizzjonijiet tal-fattibbiltà ekonomika definiti mill-Istati Membri.

(26)  Din ir-referenza kienet diġà inkluża qabel l-emenda.

(27)  Huwa rrakkomandat li l-Istati Membri jiżguraw l-involviment adegwat tal-partijiet ikkonċernati fid-definizzjoni tal-kundizzjonijiet għall-fattibbiltà teknika, ekonomika u funzjonali.

(28)  Dan ifisser li, f'każijiet fejn dawn il-partijiet ikunu responsabbli sabiex jivvalutaw il-fattibbiltà, l-interpretazzjoni tagħhom għandha tiġi appoġġata minn linji gwida u proċeduri pprovduti mill-awtoritajiet pubbliċi. Dan għandu jiżgura wkoll livell ta' konsistenza, superviżjoni u kontroll meta jiġu applikati l-linji gwida u l-proċeduri.

(29)  L-ewwel żewġ ringieli (il-fattibbiltà teknika u ekonomika) japplikaw għar-rekwiżiti tas-sistema fl-Artikolu 8(1) tal-EPBD u għar-rekwiżiti dwar l-installazzjoni ta' apparati awtoregolatorji (l-Artikolu 8(1)) u BACS (l-Artikoli 14(4) u 15(4) tal-EPBD), filwaqt li t-tielet ringiela (il-fattibbiltà funzjonali) tapplika biss għar-rekwiżiti tas-sistema fl-Artikolu 8(1).

(30)  Dan ifisser li għandha titwettaq valutazzjoni tal-kostijiet u l-benefiċċji. Dan l-approċċ ta' valutazzjoni tal-kostijiet u l-benefiċċji huwa probabbilment l-aktar rilevanti, minħabba li l-applikazzjoni tar-rekwiżiti ġeneralment twassal sabiex jiġu rkuprati l-kostijiet (b'mod partikolari minħabba l-iffrankar tal-kostijiet tal-enerġija).

(31)  Tapplika biss għar-rekwiżiti tas-sistema fl-Artikolu 8(1) tal-EPBD.

(32)  L-att Franċiż “décret tertiaire” (2017), pereżempju, jistabbilixxi limitu ta' massimu ta' EUR 200/m2 għall-investiment u ħin massimu ta' ħlas lura ta' 10 snin għal binjiet pubbliċi u 5 snin għal oħrajn (lukandi, uffiċċji, eċċ.).

(33)  EN 15232 “Rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija — Impatt tal-Awtomatizzazzjoni tal-Bini, il-Kontrolli u l-Ġestjoni tal-Bini”.

(34)  EN 15316-4-6 “Sistemi tat-tisħin fil-bini — Metodu għall-kalkolu tar-rekwiżiti tal-enerġija tas-sistema u tal-effiċjenzi tas-sistema — Parti 4-6: Sistemi tal-ġenerazzjoni tas-sħana, sistemi fotovoltajċi”.

(35)  “Ktieb: 2016 — Implementing the Energy Performance of Buildings Directive (EPBD) — Featuring Country Reports”, Concerted Action EPBD, 2016, https://www.epbd-ca.eu/ca-outcomes/2011-2015.

(36)  Għal aktar informazzjoni, ara l-Artikolu 114(4) u (5) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

(37)  Din il-premessa tiddikjara li: “Id-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad- 19 ta' Mejju 2010 dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija teħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu rekwiżiti għall-prestazzjoni tal-enerġija bħall-bini ta' elementi li jagħmlu parti mill-allokazzjoni għall-bini u rekwiżiti tas-sistema fir-rigward tal-prestazzjoni ġenerali tal-enerġija, l-installazzjoni xierqa, u d-dimensjonar, aġġustament u kontroll xierqa tas-sistemi tekniċi għall-bini li jkunu installati fil-bini eżistenti. Huwa konsistenti mal-objettivi ta' din id-Direttiva li dawn ir-rekwiżiti jistgħu f'ċerti ċirkostanzi jillimitaw l-installazzjoni ta' prodotti relatati mal-enerġija li jikkonformaw ma' din id-Direttiva u l-miżuri ta' implimentazzjoni tagħha, dment li tali rekwiżiti ma jikkostitwixxux ostakolu mhux ġustifikat għas-suq.”

(38)  Id-Direttiva dwar l-Effiċjenza Enerġetika żżid is-sentenza li ġejja mal-Artikolu 6 tal-qafas tal-Ekodisinn (“Moviment liberu”): “Dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti dwar il-prestazzjoni u r-rekwiżiti għas-sistema stabbiliti mill-Istati Membri f'konformità mal-Artikolu 4(1) u l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2010/31/UE.”

(39)  Bħala stima tal-ewwel ordni, il-kapaċitajiet tal-BACS meħtieġa skont l-Artikoli 14-15 jistgħu jikkorrispondu għal BACS tal-klassi B taħt EN 15232.

(40)  Ir-referenzi mogħtija huma kollha relatati ma' standards. Minbarra dawn, l-Istati Membri jistgħu jikkunsidraw li jibbażaw fuq il-prattiki ta' xi skemi mmexxija mill-industrija, kemm jekk Ewropej, pereżempju l-iskema ta' ċertifikazzjoni eu.bac (https://www.eubac.org/system-audits/index.htm) jew nazzjonali, pereżempju, fil-Ġermanja l-VDMA 24186-4 “Programm ta' servizzi għall-manutenzjoni ta' sistemi tekniċi u tagħmir fil-bini — Parti 4: Tagħmir ta' kejl u kontroll u sistemi ta' awtomatizzazzjoni u kontroll tal-bini”.

(41)  EN 15232 “Rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija — Impatt tal-Awtomatizzazzjoni tal-Bini, il-Kontrolli u l-Ġestjoni tal-Bini”.

(42)  EN 16947-1:2017 “Ir-Rendiment tal-Bini fl-Użu tal-Enerġija — Sistema ta' Ġestjoni tal-Bini — Parti 1”.

(43)  TR 16947-2 “Sistema ta' Ġestjoni tal-Bini — Parti 2: prEN 16947-1:2015 ta' akkumpanjament”.

(44)  ISO 16484-1:2010 Previżjoni “Sistemi ta' awtomatizzazzjoni u kontroll tal-bini (BACS) -- Parti 1: Speċifikazzjoni u implimentazzjoni tal-proġett”.

(45)  EN 16946-1:2017 “Ir-Rendiment tal-Bini fl-Użu tal-Enerġija. Spezzjoni tal-Awtomatizzazzjoni, il-Kontrolli u l-Ġestjoni Teknika tal-Bini”.

(46)  TR 16946-2 “Spezzjoni tal-Awtomatizzazzjoni, il-Kontrolli u l-Ġestjoni Teknika tal-Bini — Parti 2: TR li jakkumpanja l-EN 16946-1”.

(47)  Dan il-kumment japplika wkoll sa ċertu punt għas-sistemi tekniċi kollha użati fil-bini li huma ssorveljati u kkontrollati minn BACS.

(48)  ISO 50003:2014 “Sistemi ta' ġestjoni tal-enerġija -- Rekwiżiti għall-korpi li jipprovdu awditjar u ċertifikazzjoni tas-sistemi ta' ġestjoni tal-enerġija”.

(49)  Ir-referenzi jiffokaw fuq l-istandards tal-UE. Minbarra dawn, l-Istati Membri huma mistiedna jikkonsultaw ir-riżorsi disponibbli fil-livell nazzjonali, pereżempju, fil-Belġju, “Spécifications techniques (STS)” dwar is-sistemi fotovoltajċi: https://economie.fgov.be/sites/default/files/Files/Publications/files/STS/STS-72-1-systemes-photovoltaiques.pdf

(50)  Sal-lum, l-aktar regolament rilevanti għall-ġenerazzjoni tal-elettriku fuq il-post huwa dak dwar il-ħiters u l-ħiters tal-ilma, li jkopri l-ħiters tal-ispazju b'koġenerazzjoni, ara r-“Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 813/2013 tat-2 ta' Awwissu 2013 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-ħiters tal-post u għall-ħiters ikkombinati”. Barra minn hekk, il-pjan ta' ħidma tal-Ekodisinn 2016-2019 (COM(2016) 773 finali) isemmi li l-pannelli solari u l-invertituri se jkunu soġġetti għal studji preparatorji, li jfisser li sistemi bħal dawn jistgħu jkunu koperti mir-regolamenti dwar l-Ekodisinn u/jew it-tikkettar tal-enerġija fil-ġejjieni. Ara http://susproc.jrc.ec.europa.eu/solar_photovoltaics/projectplan.html għal aktar dettalji.

(51)  EN 15316-4-6 “Sistemi tat-tisħin fil-bini — Metodu għall-kalkolu tar-rekwiżiti tal-enerġija tas-sistema u tal-effiċjenzi tas-sistema — Parti 4-6: Sistemi tal-ġenerazzjoni tas-sħana, sistemi fotovoltajċi”.

(52)  IEC/EN 61724: Monitoraġġ tar-rendiment tas-sistema fotovoltajka — Linji gwida għall-kejl, l-iskambju tad-data u l-analiżi.

(53)  IEC 61853-2:2016 “Ittestjar tar-rendiment tal-modulu fotovoltajku (PV) u klassifikazzjoni tal-enerġija — Parti 2: Ir-responsività spettrali, l-angolu tal-inċidenza u l-kejl tat-temperatura operattiva tal-modulu”.

(54)  EN 15316-4-4 “Sistemi tat-tisħin fil-bini — Metodu għall-kalkolu tar-rekwiżiti tal-enerġija tas-sistema u tal-effiċjenzi tas-sistema — Parti 4-4: Sistemi ta' ġenerazzjoni tas-sħana, sistemi ta' koġenerazzjoni integrati fil-bini”.

(55)  EN 15316-4-10 “Ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija — Metodu għall-kalkolu tar-rekwiżiti tal-enerġija tas-sistema u tal-effiċjenzi tas-sistema — Parti 4-10: Sistemi ta' ġenerazzjoni tal-enerġija mir-riħ”.

(56)  IEC 61400-12-1 Ed. 2.0 b:2017 “Sistemi ta' ġenerazzjoni tal-enerġija mir-riħ — Parti 12-1: Il-kejl tar-rendiment fl-użu tal-enerġija ta' turbini tar-riħ li jipproduċu l-elettriku”.

(57)  L-għan huwa li jiġi żgurat li s-sistema jkollha rendiment ottimali matul il-ħajja tagħha. Id-dimensjonament subottimali jista' jwassal għal rendiment ħażina, li hija detrimentali għas-sid tal-bini.

(58)  EN 12831-1 “Ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija — Metodu għall-kalkolu tat-tagħbija tas-sħana skont id-disinn”.

(59)  ISO 15927-5:2004 “Ir-rendiment igrotermali tal-bini — Kalkolu u preżentazzjoni tad-data klimatika — Parti 5: Data għat-tagħbija tas-sħana skont id-disinn għat-tisħin tal-ispazju”.

(60)  EN 50583-2:2016 “Il-fotovoltajċi fil-bini. Sistemi BIPV”.

(61)  IEC/EN 62446 “Sistemi fotovoltajċi mqabbda mal-grilja — Rekwiżiti minimi għal dokumentazzjoni tas-sistema, testijiet ta' kummissjonar u spezzjoni”.

(62)  EN 15193-1:2017 “Ir-Rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija — Rekwiżiti tal-enerġija għad-dawl — Parti 1: Speċifikazzjonijiet”.

(63)  CEN/TR 15193-2 “Ir-Rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija — Rekwiżiti tal-enerġija għad-dawl — Parti 2: Spjegazzjoni u ġustifikazzjoni ta' EN 15193-1, Modulu M9”.

(64)  EN12464-1:2011 “EN12464-1:2011 Dawl u sistemi ta' dwal — Sistemi ta' dwal fil-postijiet tax-xogħol Parti 1: Postijiet tax-xogħol fuq ġewwa”.

(65)  CEN/TS 17165 “Dawl u sistemi ta' dwal — Proċess tad-Disinn tas-Sistema ta' Dwal”.

(66)  CEN/TR 15193-2:2017 “Ir-Rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija — Rekwiżiti tal-enerġija għad-dawl — Parti 2: Spjegazzjoni u ġustifikazzjoni ta' EN 15193-1, Modulu M9”.

(67)  CIE 222:2017 “Skema tad-Deċiżjoni għall-Kontrolli tad-Dawl f'Binjiet Mhux Residenzjali”.

(68)  Ħafna mill-informazzjoni mogħtija f'din it-tabella tapplika wkoll għal sistemi għall-ilma sħun domestiku.

(69)  Ir-referenzi jiffokaw fuq l-istandards tal-UE. Minbarra dawn, l-Istati Membri huma mistiedna jikkonsultaw ir-riżorsi disponibbli fil-livell nazzjonali, pereżempju, fil-Belġju, “Spécifications techniques (STS)” dwar is-sistemi solari termali: https://economie.fgov.be/sites/default/files/Files/Publications/files/STS/STS-72-3-systemes-solaires-thermiques.pdf

(70)  EN 15316-1:2017 “Ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija — Metodu għall-kalkolu tar-rekwiżiti tal-enerġija tas-sistema u tal-effiċjenzi tas-sistema — Parti 1: Espressjoni ġenerali u tar-rendiment fl-użu tal-enerġija, Moduli M3-1, M3-4, M3-9, M8-1, M8-4”.

(71)  EN 15316-2:2017 “Ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija — Metodu għall-kalkolu tar-rekwiżiti tal-enerġija tas-sistema u tal-effiċjenzi tas-sistema — Parti 2: Sistemi ta' emissjonijiet fil-post (tisħin u tkessiħ), Moduli M3-5, M4-5”.

(72)  EN 15316-3:2017 “Ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija — Metodu għall-kalkolu tar-rekwiżiti tal-enerġija tas-sistema u tal-effiċjenzi tas-sistema — Parti 3: Sistemi ta' distribuzzjoni fil-post (DHW, tisħin u tkessiħ), Moduli M3-6, M4-6, M8-6”.

(73)  EN 15316-4-1:2017 “Ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija — Metodu għall-kalkolu tar-rekwiżiti tal-enerġija tas-sistema u tal-effiċjenzi tas-sistema — Parti 4-1: Sistemi ta' ġenerazzjoni ta' DHW u tisħin tal-ispazju, sistemi ta' kombustjoni (bojlers, bijomassa), Moduli M3-8-1, M8-8-1”.

(74)  EN 15316-4-2:2017 “Ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija — Metodu għall-kalkolu tar-rekwiżiti tal-enerġija tas-sistema u tal-effiċjenzi tas-sistema — Parti 4-2: Sistemi ta' ġenerazzjoni tat-tisħin tal-ispazju, sistemi ta' pompi tas-sħana, Moduli M3-8-2, M8-8-2”.

(75)  EN 15316-4-5:2017 “Ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija — Metodu għall-kalkolu tar-rekwiżiti tal-enerġija tas-sistema u tal-effiċjenzi tas-sistema — Parti 4-5: Tisħin u tkessiħ distrettwali, Moduli M3-8-5, M4-8-5, M8-8-5, M11-8-5”.

(76)  EN 15316-4-8:2017 “Ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija — Metodu għall-kalkolu tar-rekwiżiti tal-enerġija tas-sistema u tal-effiċjenzi tas-sistema — Parti 4-8: Sistemi ta' ġenerazzjoni tat-tisħin tal-ispazju, sistemi tat-tisħin tal-arja u sistemi tat-tisħin radjanti fil-għoli, inklużi stufi (lokali), Modulu M3-8-8”.

(77)  EN 15316-5:2017 “Ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija — Metodu għall-kalkolu tar-rekwiżiti tal-enerġija tas-sistema u tal-effiċjenzi tas-sistema — Parti 5: Sistemi ta' ħażna ta' DHW u tisħin tal-ispazju (mhux tkessiħ), Moduli M3-7, M8-7”.

(78)  EN 12831-1:2017 “Ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija — Metodu għall-kalkolu tat-tagħbija tas-sħana skont id-disinn — Parti 1: Tagħbija tat-tisħin tal-ispazju, Modulu M3-3”.

(79)  EN 12831-3 “Ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija — Metodu għall-kalkolu tat-tagħbija tas-sħana skont id-disinn – Parti 3: Tagħbija tas-sħana tas-sistemi tal-ilma sħun domestiku u karatterizzazzjoni tal-ħtiġijiet, Moduli M8-2, M8-3”.

(80)  EN 12828:2012+A1:2014 “Sistemi tat-tisħin fil-bini — Disinn għas-sistemi tat-tisħin ibbażati fuq l-ilma”.

(81)  EN 14337:2005 “Sistemi tat-tisħin fil-bini — Disinn u installazzjoni ta' sistemi elettriċi diretti għat-tisħin tal-kmamar”.

(82)  EN 1264-3:2009 “Sistemi tat-tisħin u tkessiħ ibbażati fuq l-ilma inkorporati fis-superfiċje — Parti 3: Dimensjonament”.

(83)  EN 14336:2004 “Sistemi tat-tisħin fil-bini — Installazzjoni u kummissjonar tas-sistemi tat-tisħin ibbażati fuq l-ilma”.

(84)  EN 1264-4:2009 “Sistemi tat-tisħin u tkessiħ ibbażati fuq l-ilma inkorporati fis-superfiċje — Parti 4: Installazzjoni”.

(85)  L-Istati Membri jistgħu jikkunsidraw li jiżguraw livell ta' allinjament bejn il-metodi segwiti għall-aġġustament tas-sistemi tat-tisħin għall-fini ta' konformità mal-Artikolu 8(1) dwar ir-rekwiżiti tas-sistema tat-tisħin u l-metodi segwiti sabiex tiġi vvalutata r-rendiment tas-sistemi tat-tisħin taħt kundizzjonijiet operattivi tipiċi jew medji, fejn rilevanti, skont l-Artikoli 14 u 15.

(86)  EN 15378-1:2017 “Ir-Rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija — Sistemi tat-tisħin u DHW fil-bini — Parti 1: Spezzjoni tal-bojlers, tas-sistemi tat-tisħin u tad-DHW, Modulu M3-11, M8-11”.

(87)  EN 15378-3 “Ir-Rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija — Sistemi tat-tisħin u DHW fil-bini — Parti 3: Rendiment imkejjel fl-użu tal-enerġija, Moduli M3-10 u M8-10”.

(88)  EN 15500-1:2017 “Ir-Rendiment tal-Bini fl-Użu tal-Enerġija — Kontroll għall-applikazzjonijiet tat-tisħin, tal-ventilazzjoni u tal-arja kundizzjonata — Parti 1: Tagħmir elettroniku għall-kontroll ta' żona individwali — Moduli M3-5, M4-5, M5-5”.

(89)  EN 15232 “Rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija — Impatt tal-Awtomatizzazzjoni tal-Bini, il-Kontrolli u l-Ġestjoni tal-Bini”.

(90)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 811/2013 tat-18 ta' Frar 2013 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mat-tikkettar enerġetiku ta' ħiters tal-post, ħiters ikkombinati, pakketti magħmulin minn ħiter tal-post, regolatur tat-temperatura u apparat solari u pakketti magħmulin minn ħiter ikkombinat, regolatur tat-temperatura u apparat solari (ĠU L 239, 6.9.2013, p. 1)..

(91)  F'konformità mal-Artikoli 2(3) u 8(1) tal-EPBD, din it-tabella tiffoka fuq it-tkessiħ attiv fil-binjiet. Filwaqt li dan mhuwiex kopert hawnhekk, tajjeb li jiġi mfakkar li t-tkessiħ passiv – eż. id-dell – huwa effettiv ukoll.

(92)  EN 16798-9 “Ir-Rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija — Ventilazzjoni għall-bini — Parti 9: Metodi ta' kalkolu għar-rekwiżiti tal-enerġija tas-sistemi tat-tkessiħ (Moduli M4-1, M4-4, M4-9) — Ġenerali”.

(93)  EN 16798-13 “Ir-Rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija — Ventilazzjoni għall-bini — Parti 13: Kalkolu tas-sistemi tat-tkessiħ (Modulu M4-8) — Ġenerazzjoni”.

(94)  EN 16798-15 “Ir-Rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija — Ventilazzjoni għall-bini — Parti 15: Kalkolu tas-sistemi tat-tkessiħ (Modulu M4-7) — Ħażna”.

(95)  EN 1264-3:2009 “Sistemi tat-tisħin u tkessiħ ibbażati fuq l-ilma inkorporati fis-superfiċje — Parti 3: Dimensjonament”.

(96)  EN 1264-4:2009 “Sistemi tat-tisħin u tkessiħ ibbażati fuq l-ilma inkorporati fis-superfiċje — Parti 4: Installazzjoni”.

(97)  L-Istati Membri jistgħu jikkunsidraw li jiżguraw livell ta' allinjament bejn: (a) il-metodi segwiti għall-aġġustament tas-sistemi tat-tkessiħ tal-ispazju bl-għan li jkunu konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8(1) dwar ir-rekwiżiti għas-sistemi tat-tkessiħ tal-ispazju; u (b) il-metodi segwiti sabiex tiġi vvalutata r-rendiment tas-sistemi tal-arja kundizzjonata f'kundizzjonijiet operattivi tipiċi jew medji, fejn rilevanti, skont l-Artikoli 14 u 15.

(98)  EN 16798-17 “Ir-Rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija — Ventilazzjoni għall-bini — Parti 17: Linji gwida għall-ispezzjoni tas-sistemi ta' ventilazzjoni u tal-arja kundizzjonata (Moduli M4-11, M5-11, M6-11, M7-11)”.

(99)  EN 15500-1:2017 “Ir-Rendiment tal-Bini fl-Użu tal-Enerġija — Kontroll għall-applikazzjonijiet tat-tisħin, tal-ventilazzjoni u tal-arja kundizzjonata — Parti 1: Tagħmir elettroniku għall-kontroll ta' żona individwali — Moduli M3-5, M4-5, M5-5”.

(100)  EN 15316-2:2017 “Ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija — Metodu għall-kalkolu tar-rekwiżiti tal-enerġija tas-sistema u tal-effiċjenzi tas-sistema — Parti 2: Sistemi ta' emissjonijiet fil-post (tisħin u tkessiħ), Moduli M3-5, M4-5”.

(101)  EN 15232 “Rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija — Impatt tal-Awtomatizzazzjoni tal-Bini, il-Kontrolli u l-Ġestjoni tal-Bini”.

(102)  Ir-referenzi jiffokaw fuq l-istandards tal-UE. Minbarra dawn, l-Istati Membri huma mistiedna jikkonsultaw ir-riżorsi disponibbli fil-livell nazzjonali, pereżempju, fi Franza, l-istandard NF DTU 68.3 “Installations de ventilation mécanique”.

(103)  EN 16798-3 “Ir-Rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija — Ventilazzjoni għall-bini — Parti 3: Għal binjiet mhux residenzjali — Ir-rekwiżiti tar-rendiment għas-sistemi ta' ventilazzjoni u tal-arja kundizzjonata (Moduli M5-1, M5-4)”.

(104)  EN 16798-5-1 “Ir-Rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija — Ventilazzjoni għall-bini — Parti 5-1: Metodi ta' kalkolu għar-rekwiżiti tal-enerġija tas-sistemi ta' ventilazzjoni u tal-arja kundizzjonata (Moduli M5-6, M5-8, M6-5, M6-8, M7-5, M7-8) — Metodu 1: Distribuzzjoni u ġenerazzjoni”.

(105)  EN 16798-5-2 | Ir-Rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija — Ventilazzjoni għall-bini — Parti 5-2: Metodi ta' kalkolu għar-rekwiżiti tal-enerġija tas-sistemi ta' ventilazzjoni (Moduli M5-6, M5-8, M6-5, M6-8, M7-5, M7-8) — Metodu 2: Distribuzzjoni u ġenerazzjoni.

(106)  EN 16798-7 | Ir-Rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija — Ventilazzjoni għall-bini — Parti 7: Metodi ta' kalkolu għad-determinazzjoni tar-rati tal-fluss tal-arja fil-bini, inkluża l-infiltrazzjoni (Modulu M5-5).

(107)  CEN/TR 14788:2006 “Ventilazzjoni għall-bini — Id-disinn u d-dimensjonament tas-sistemi ta' ventilazzjoni residenzjali”.

(108)  CR 1752:1998 “Ventilazzjoni għall-bini — Il-kriterji tad-disinn għall-ambjent ta' ġewwa”.

(109)  L-Istati Membri jistgħu jikkunsidraw li jiżguraw livell ta' allinjament bejn il-metodi segwiti għall-aġġustament tas-sistemi tat-tisħin għall-fini ta' konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8(1) dwar ir-rekwiżiti tas-sistema tat-tisħin u l-metodi segwiti sabiex tiġi vvalutata r-rendiment tas-sistemi tat-tisħin/tal-arja kundizzjonata u ta' ventilazzjoni kkombinati taħt kundizzjonijiet operattivi tipiċi jew medji, fejn rilevanti, skont l-Artikoli 14 u 15.

(110)  EN 12599:2012 “Ventilazzjoni għall-bini — Il-proċeduri ta' ttestjar u l-metodi ta' kejl għat-trasferiment ta' sistemi tal-arja kundizzjonata u ta' ventilazzjoni”.

(111)  EN 16798-17 “Ir-Rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija — Ventilazzjoni għall-bini — Parti 17: Linji gwida għall-ispezzjoni tas-sistemi ta' ventilazzjoni u tal-arja kundizzjonata (Moduli M4-11, M5-11, M6-11, M7-11)”.

(112)  EN 14134:2004 Ventilazzjoni għall-bini — Ittestjar tar-rendiment u verifiki tal-installazzjoni tas-sistemi ta' ventilazzjoni residenzjali.

(113)  EN 15232 “Rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija — Impatt tal-Awtomatizzazzjoni tal-Bini, il-Kontrolli u l-Ġestjoni tal-Bini”.

(114)  EN 15500-1:2017 “Ir-Rendiment tal-Bini fl-Użu tal-Enerġija — Kontroll għall-applikazzjonijiet tat-tisħin, tal-ventilazzjoni u tal-arja kundizzjonata — Parti 1: Tagħmir elettroniku għall-kontroll ta' żona individwali — Moduli M3-5, M4-5, M5-5”.

(115)  Pereżempju, fil-Ġermanja, il-linji gwida minn AMEV (https://www.amev-online.de/AMEVInhalt/Infobereich/Aktuelles/technisches-monitoring-2017.docx).

(116)  Il-Proġett QUANTUM (https://www.quantum-project.eu) żviluppa approċċ għal proċess adattat u kosteffettiv tal-ġestjoni tal-kwalità sabiex tiġi vvalutata u ddokumentata r-rendiment tas-sistema u tal-bini. B'mod partikolari, QUANTUM għandu l-għan li jagħti rakkomandazzjonijiet dwar id-data pprovduta mis-sistemi tekniċi użati fil-bini sabiex tkun tista' tiġi ttestjata r-rendiment.

(117)  F'dan il-każ tal-aħħar, l-output nominali effettiv assoċjat ma' unitajiet mhux residenzjali jista' jkun ibbażat fuq il-proporzjon ta' unitajiet mhux residenzjali fil-bini. Dan jista' jiġi kkalkolat billi jintuża l-konsum tal-enerġija jew (għalkemm probabbilment inqas rilevanti) l-erja tas-superfiċje. Pereżempju: binjiet b'użu mħallat b'output nominali effettiv għat-tisħin ta' 500 kW, fejn il-binjiet mhux residenzjali, li jirrappreżentaw 70 % tal-konsum totali tal-enerġija, iwasslu għal output nominali effettiv mhux residenzjali ta' 0,7 × 500 = 350 kW, li huwa 'l fuq mil-limitu.

(118)  Pereżempju, iċ-ċertifikazzjoni tas-sistema eu.bac (https://www.eubac.org/system-audits/index.html) jew, fil-Ġermanja, VDMA 24186-4 “Programm ta' servizzi għall-manutenzjoni tas-sistemi tekniċi u tat-tagħmir fil-bini — Parti 4: Tagħmir ta' kejl u kontroll u sistemi ta' awtomatizzazzjoni u kontroll tal-bini” (https://www.vdma.org/en/v2viewer/-/v2article/render/15979771).

(119)  Pereżempju, fil-Ġermanja, AMEV Wartung (https://www.amev-online.de/AMEVInhalt/Betriebsfuehrung/Vertragsmuster/Wartung%202014/).

(120)  Eż. EN 16946-1:2017 “Ir-Rendiment tal-Bini fl-Użu tal-Enerġija. Spezzjoni tal-Awtomatizzazzjoni, il-Kontrolli u l-Ġestjoni Teknika tal-Bini”.

(121)  Id-Direttiva 2014/94/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2014 dwar l-installazzjoni ta' infrastruttura tal-karburanti alternattivi (ĠU L 307, 28.10.2014, p. 1).

(122)  Fil-paragrafu (a), issir referenza għal “infrastruttura elettrika” fir-rigward tal-bini, meta tkun meħtieġa distinzjoni bejn parkeġġ u infrastruttura elettrika tal-bini. Fil-paragrafu (b), issir referenza għal “infrastruttura elettrika” fir-rigward tal-parkeġġ. Hawnhekk, id-distinzjoni bejn parkeġġ u infrastruttura elettrika tal-parkeġġ mhijiex meħtieġa, minħabba li l-infrastruttura elettrika tal-parkeġġ hija parti mill-parkeġġ.

(123)  Il-premessa 24 tad-Direttiva (UE) 2018/844 tiddikjara li fl-implimentazzjoni tar-rekwiżiti tal-elettromobbiltà, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw kundizzjonijiet potenzjali differenti, bħall-każ ta' bini li għandu funzjoni kemm residenzjali kif ukoll mhux residenzjali.

(124)  “rinnovazzjoni maġġuri” tfisser ir-rinnovazzjoni ta' bini fejn: (a) il-kost totali tar-rinnovazzjoni relatata mal-involukru tal-bini jew is-sistemi tekniċi użati fil-bini jkun ogħla minn 25 % tal-valur tal-bini, eskluż il-valur tal-art li fuqha jinsab il-bini; jew (b) aktar minn 25 % tas-superfiċje tal-involukru tal-bini li jkun għaddej minn rinnovazzjoni. L-Istati Membri jistgħu jagħżlu li japplikaw l-għażla (a) jew (b).

(125)  L-EPBD ma tispeċifikax jekk huwiex is-sid, l-operatur jew l-inkwilin ta' bini mhux residenzjali li jkun meħtieġ jinstalla l-punt tal-iċċarġjar u l-infrastruttura tal-kanali skont l-Artikolu 8(3). B'mod alternattiv, tista' tapplika l-liġi standard tal-kirjiet u/jew tal-kuntratti. L-Istati Membri għandhom livell ta' flessibbiltà sabiex jiddefinixxu l-mandat tal-obbligi fit-traspożizzjoni tal-obbligi legali tal-EPBD.

(126)  il-Premessa 26 tad-Direttiva (UE) 2018/844.

(127)  Dan huwa simili għall-approċċ użat fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/94/UE.

(128)  Id-Direttiva 2014/94/UE tiddefinixxi l-karburanti alternattivi u tistabbilixxi r-rekwiżiti minimi għall-bini ta' infrastruttura għal karburanti alternattivi li jeħtieġu infrastruttura distinta (elettriku, gass naturali u idroġenu), li għandha tiġi implimentata bl-użu tal-oqfsa ta' politika nazzjonali tal-Istati Membri. Huwa importanti li l-Istati Membri għandhom jadottaw oqfsa ta' politika nazzjonali għall-iżvilupp tas-suq fir-rigward tal-karburanti alternattivi fis-settur tat-trasport u l-iskjerament tal-infrastruttura.

(129)  “Punt tal-iċċarġjar b'potenza normali” huwa definit fl-Artikolu 2(4) tad-Direttiva 2014/94/UE bħala “punt tal-iċċarġjar li jippermetti trasferiment tal-elettriku lil vettura elettrika b'potenza ugwali għal 22 kW jew inqas, eskluż tagħmir b'potenza ta' 3,7 kW jew inqas, li huwa installat f'unitajiet domestiċi privati jew li l-għan ewlieni tiegħu mhuwiex l-iċċarġjar ta' vetturi elettriċi u li mhuwiex aċċessibbli għall-pubbliku.” Qari kkombinat tal-Artikolu 4(4) tad-Direttiva 2014/94/UE jeskludi l-punti tal-iċċarġjar li jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin milli jikkonformaw mal-istandards fl-Anness II tal-EPBD: għandhom potenza ta' 3,7 kW jew inqas; huma installati f'unitajiet domestiċi privati jew li l-għan ewlieni tagħhom mhuwiex li jiċċarġjaw vetturi elettriċi; mhumiex aċċessibbli għall-pubbliku. Id-definizzjoni ta' “punt tal-iċċarġjar b'potenza qawwija”, fl-Artikolu 2(5) tad-Direttiva 2014/94/UE, ma tinkludi ebda esklużjoni simili ta' punti tal-iċċarġjar mhux aċċessibbli għall-pubbliku. Il-fatt li rikarikatur mhuwiex aċċessibbli għall-pubbliku minnu nnifsu mhuwiex biżżejjed sabiex jeskludih milli jkun konformi mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stabbiliti fl-Anness II għad-Direttiva 2014/94/UE. Huma biss is-sokits tal-enerġija normali installati f'unitajiet domestiċi privati u mhux magħmula aċċessibbli għall-pubbliku li huma esklużi minn dawn id-definizzjonijiet. Konsegwentement, l-infrastruttura tal-iċċarġjar kollha installata skont l-EPBD hija de facto koperta mill-istandards u r-rekwiżiti tad-Direttiva 2014/94/UE, għajr jekk il-kriterji ta' hawn fuq jiġu ssodisfati b'mod kumulattiv.

(130)  Pereżempju, il-Kummissjoni għamlet dan għall-vetturi bil-mutur tal-kategorija L, Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/674, disponibbli hawnhekk (ĠU L 114, 4.5.2018, p. 1): https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CELEX:32018R0674&from=MT

(131)  Ara t-tieni inċiż tal-Artikolu 3(1), flimkien mal-Artikolu 4(1) sa 4(3) tad-Direttiva 2014/94/UE.

(132)  L-istandards rilevanti għall-punti tal-iċċarġjar għal karozzi tal-linja elettroniċi qegħdin jiġu żviluppati taħt il-Mandat M/533. L-adozzjoni hija prevista sal-aħħar tal-2019 jew il-bidu tal-2020.

(133)  Il-kliem tal-Premessa 26 tad-Direttiva (UE) 2018/844 jeskludi interpretazzjoni alternattiva ipotetika, li taħtha d-data tal-2025 fl-Artikolu 8(3) tapplika għat-traspożizzjoni u mhux għall-implimentazzjoni ta' dan ir-rekwiżit.

(134)  Il-PEVs jinkludu żewġ kategoriji: vetturi elettriċi b'batterija (BEVs) u vetturi elettriċi ibridi rikarikabbli (PHEVs).

(135)  L-EPBD tkopri l-punti tal-iċċarġjar u l-infrastruttura ta' kanali, filwaqt li d-Direttiva 2014/94/UE ma tirreferix speċifikament għall-infrastruttura ta' kanali.

(136)  Commission Recommendation 2003/361/CE of 6 May 2003 concerning the definition of micro, small and medium-sized enterprises (ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36).

(137)  Regolament Delegat (UE) 2018/674.

(138)  Uħud minn dawn ir-rekwiżiti huma obbligatorji f'ċerti sitwazzjonijiet bis-saħħa tad-Direttiva 2014/94/UE.

(139)  Id-Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li temenda d-Direttiva 2003/54/KE (ĠU L 211, 14.8.2009, p. 55).

(140)  “Iċċarġjar intelliġenti” tfisser il-possibbiltà li l-iċċarġjar jiġi ttrasferit għal ħinijiet meta l-elettriku jkun disponibbli b'mod wiesa' u n-netwerks ma jkunux konġestjonati. L-iċċarġjar intelliġenti jista' jiffaċilita l-ottimizzazzjoni tat-tagħbija fuq is-sistema tal-elettriku, b'mod partikolari meta t-tagħbijiet jistgħu jiżdiedu minħabba l-għadd ta' vetturi elettriċi li jiċċarġjaw fl-istess ħin. “Mill-vettura għall-grilja” tfisser il-possibbiltà li l-elettriku maħżun fil-batterija tal-karozza jiġi fornut lura fuq il-grilja.

(141)  Ara, pereżempju, il-leġiżlazzjoni Awstrijaka.

(142)  Sabiex jiġi indirizzat kwalunkwe riskju ta' nirien assoċjat mal-vetturi elettriċi u l-infrastruttura tal-iċċarġjar.

(143)  Speċifikazzjonijiet tekniċi fl-Anness II għad-Direttiva 2014/94/UE, inkluża referenza għall-istandard EN 62196-2.

(144)  L-aċċessibbiltà tal-punti tal-iċċarġjar għall-persuni b'diżabbiltà għandha tindirizza l-komponenti li ġejjin: l-interfaċċja tal-utent tar-rikarikatur, inklużi l-interfaċċja tal-pagamenti, l-aċċessibbiltà tal-plagg u l-konnessjonijiet mal-karozza, u l-informazzjoni tal-utenti kollha meħtieġa sabiex jintuża r-rikarikatur innifsu (skont il-ftehim provviżorju li jirriżulta min-negozjati interistituzzjonali milħuqa fid-19 ta' Diċembru 2018 dwar Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà għall-prodotti u għas-servizzi (COM(2015)615 – C8-0387/2015 – 2015/0278(COD))), u l-post tal-punt tal-iċċarġjar għandhom ikunu aċċessibbli (pereżempju, aċċessibbli għall-persuni li jużaw siġġu tar-roti); l-ispazju għall-parkeġġ għall-vetturi li jeħtieġu punt tal-iċċarġjar aċċessibbli għandu jkun aċċessibbli wkoll, b'mod li jiġi żgurat biżżejjed spazju ta' manuvrar; għadd minimu ta' punti tal-iċċarġjar għandhom ikunu “punti tal-iċċarġjar aċċessibbli.” Il-mandati ta' standardizzazzjoni rilevanti għal CEN, CENELEC u ETSI jinkludu: il-mandat M/420 b'appoġġ għar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà Ewropej għall-akkwist pubbliku fl-ambjent mibni u l-mandat M/473 għall-inklużjoni ta' “Disinn għal Kulħadd” fl-inizjattivi ta' standardizzazzjoni rilevanti.

(145)  Il-premessa 28 tad-Direttiva (UE) 2018/844.

(146)  Ara d-Direttiva 2014/94/UE, l-Artikolu 4(7).

(147)  Il-Premessa 22 tad-Direttiva (UE) 2018/844 tiddikjara li l-binjiet jistgħu jiġu ingranati għall-iċċarġjar intelliġenti tal-vetturi elettriċi. L-iċċarġjar intelliġenti jista' jkun jeħtieġ kapaċitajiet ta' trażmissjoni tad-data. Għadd ta' Stati Membri inkludew referenzi għal iċċarġjar intelliġenti fil-leġiżlazzjoni tagħhom. Ara, pereżempju, il-leġiżlazzjoni fir-Renju Unit – L-Att tal-2018 dwar Vetturi Awtomatizzati u Elettriċi (il-Kapitolu 15 fil-parti II)/http://www.legislation.gov.uk/ukpga/2018/18/section/15/enacted; Franza – Arrêté du 19 juillet 2018 relatif aux dispositifs permettant de piloter la recharge des véhicules électriques; u l-Finlandja -https://www.finlex.fi/fi/laki/alkup/2017/20170478

(148)  Il-Premessa 22 tad-Direttiva (UE) 2018/844 — bażi għall-Istati Membri sabiex jużaw il-batteriji tal-karozzi bħala sors ta' enerġija.

(149)  Ara d-Direttiva 2014/94/UE, l-Artikoli 4(9) u 4(10) rispettivament

(150)  Ara d-Direttiva 2014/94/UE, l-Artikolu 4(8)

(151)  Ara d-Direttiva 2014/94/UE, l-Artikolu 4(12)

(152)  Dawn il-miżuri għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għal-liġijiet dwar il-proprjetà u l-kiri fl-Istat Membru.

(153)  Il-Premessa 23 tad-Direttiva (UE) 2018/844 — Il-kodiċi tal-bini jistgħu jintużaw b'mod effettiv sabiex jintroduċu rekwiżiti mmirati sabiex jappoġġaw l-iskjerament ta' infrastruttura tal-iċċarġjar fil-parkeġġi ta' binjiet residenzjali u mhux residenzjali. L-Istati Membri għandhom jipprevedu miżuri għas-simplifikazzjoni tal-iskjerament ta' infrastruttura tal-iċċarġjar bil-ħsieb li jiġu indirizzati l-ostakoli, bħal inċentivi maqsuma u kumplikazzjonijiet amministrattivi li jiltaqgħu magħhom sidien individwali meta jkunu qed jipprovaw jinstallaw punt tal-iċċarġjar fl-ispazju tal-parkeġġ tagħhom.

(154)  http://www.eltis.org/mt/mobility-plans

(155)  “Fattur ta' ponderazzjoni” huwa t-terminoloġija użata fl-istandard ġenerali tas-CEN meta ssir referenza għall-PEFs, għalhekk, “fatturi tal-enerġija primarja” u “fatturi ta' ponderazzjoni” huma meqjusa bħala li għandhom tifsira ekwivalenti. Iż-żewġ termini jintużaw mill-Istati Membri.

(156)  Fir-rigward tal-valur prestabbilit tal-PEF (2.1) għall-ġenerazzjoni tal-elettriku fid-Direttiva dwar l-Effiċjenza tal-Enerġija, għandu jiġi nnotat, fil-kuntest tal-EPBD, li l-Istati Membri jkunu liberi li japplikaw il-PEFs tagħhom stess, inkluż għall-elettriku mill-grilja, anki fil-livell sub-nazzjonali.

(157)  Il-kalkolu tar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija għall-iffissar tar-rekwiżiti minimi tar-rendiment tal-enerġija jrid isegwi wkoll il-qafas ta' metodoloġija komuni fir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 244/2012 tas-16 ta' Jannar 2012 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija billi jistabbilixxi qafas ta' metodoloġija komparattiva għall-kalkolu tal-livelli kostottimali tar-rekwiżiti minimi tar-rendiment enerġetiku tal-bini u tal-elementi tal-bini (ĠU L 81, 21.3.2012, p. 18).

(158)  L-Istandard tal-EPB EN 16798-1 (ir-reviżjoni ta' EN 15251) “Parametri ta' input ambjentali ta' ġewwa għad-disinn u l-valutazzjoni tar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija li jindirizzaw il-kwalità tal-arja ta' ġewwa, l-ambjent termali, id-dawl u l-akustika” jipprovdi kundizzjonijiet ta' kumdità ta' referenza. L-Anness B.7 ta' dan l-istandard jipprovdi kriterji tal-WHO bbażati fuq is-saħħa għall-arja ta' ġewwa u valuri ta' gwida ssuġġeriti għall-inkwinanti tal-arja ta' ġewwa u ta' barra.

(159)  Flimkien mad-definizzjoni tal-kundizzjonijiet (klima) ta' barra.

(160)  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1318 tad-29 ta' Lulju 2016 dwar il-linji gwida għall-promozzjoni ta' binjiet b'użu ta' enerġija qrib iż-żero u l-aħjar prattiki biex jiġi żgurat li, sal-2020, il-binjiet ġodda kollha jkunu binjiet b'użu ta' enerġija qrib iż-żero (ĠU L 208, 2.8.2016, p. 46).

(161)  Il-kunsiderazzjoni tal-elementi tal-involukru tal-bini u l-influwenza tagħhom fuq ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija jiddependu wkoll fuq il-metodoloġiji tal-kalkolu li jiġu applikati. Pereżempju, l-approċċ tal-“bilanċ tal-enerġija”, li jqis it-telf tal-enerġija (relatat mat-telf tas-sħana) kif ukoll il-gwadann tal-enerġija (mill-ġbir passiv tal-irradjanza solari fuq il-binjiet u fuq l-elementi tal-binjiet) meta jiġi kkalkolat ir-rendiment ta' bini jew ta' element tal-bini tal-involukru tal-bini fl-użu tal-enerġija, huwa approċċ li jintuża f'xi Stati Membri biex jitqiesu l-kundizzjonijiet solari (b'rabta mal-punt 4 tal-Anness I tal-EPBD).

(162)  Ir-Rakkomandazzjoni (UE) 2016/1318.

(163)  Skont l-istandard EN ISO 52000, hemm tliet tipi ta' PEFs: il-PEF mhux rinnovabbli, il-PEF rinnovabbli u l-PEF totali.

(164)  Kawża C-195/12: Industrie du bois de Vielsalm & Cie SA (“IBV”) vs Région wallonne (ir-Reġjun ta' Walloon) [2013], il-paragrafi 50-52, 62.

(165)  Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (https://www.cen.eu/Pages/default.aspx).

(166)  Il-Mandat M/480 għas-CEN, is-CENELEC u l-ETSI għall-elaborazzjoni u l-adozzjoni ta' standards għal metodoloġija li tikkalkula r-rendiment integrat tal-bini fl-użu tal-enerġija u li tippromwovi l-effiċjenza tal-bini fl-użu tal-enerġija, f'konformità mat-termini stabbiliti fir-riformulazzjoni tad-Direttiva dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija (Direttiva 2010/31/UE).