2.10.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 252/36 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2019/1663
tal-1 ta’ Ottubru 2019
li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fil-31 ta’ Lulju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 (1) dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja. |
(2) |
Fl-1 ta’ April 2019, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2019/539 (2). |
(3) |
Fid-dawl tal-instabbiltà kontinwa u l-gravità tas-sitwazzjoni fil-Libja, il-miżuri restrittivi fil-konfront ta' tliet persuni jenħtieġ li jiġu estiżi għal perijodu ulterjuri ta’ sitt xhur. |
(4) |
Għaldaqstant jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 17 tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333, il-paragrafi 3 u 4 huma sostitwiti b'dan li ġej:
‘3. Il-miżuri msemmija fl-Artikolu 8(2) għandhom japplikaw fir-rigward tal-entrati 14, 15 u 16 fl-Anness II sat-2 ta' April 2020.
4. Il-miżuri msemmija fl-Artikolu 9(2) għandhom japplikaw fir-rigward tal-entrati 19, 20 u 21 fl-Anness IV sat-2 ta' April 2020.”.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Ottubru 2019.
Għall-Kunsill
Il-President
T. TUPPURAINEN
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1333 tal-31 ta’ Lulju 2015 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja, u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/137/PESK (ĠU L 206, 1.8.2015, p. 34).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/539 tal-1 ta’ April 2019 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja (ĠU L 93, 2.4.2019, p. 15).