3.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

LI 179/2


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL EWROPEW (UE) 2019/1136

tat-2 ta' Lulju 2019

li tipproponi lill-Parlament Ewropew kandidat għal President tal-Kummissjoni Ewropea

IL-KUNSILL EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 17(7) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 17(7) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jipprevedi li, waqt li jitqiesu l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u wara konsultazzjonijiet xierqa, il-Kunsill Ewropew jipproponi lill-Parlament Ewropew kandidat għal President tal-Kummissjoni Ewropea.

(2)

L-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew saru bejn it-23 u s-26 ta' Mejju 2019, f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2018/767 (1).

(3)

F'konformità mad-Dikjarazzjoni Nru 11 annessa mal-Att Finali tal-Konferenza Intergovernattiva li adotta t-Trattat ta' Lisbona, ir-rappreżentanti tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Ewropew għamlu l-konsultazzjonijiet meħtieġa.

(4)

Għalhekk, jenħtieġ li jiġi propost kandidat lill-Parlament Ewropew għal President tal-Kummissjoni Ewropea,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sinjura Ursula von der Leyen hija b'dan proposta lill-Parlament Ewropew bħala kandidat għal President tal-Kummissjoni Ewropea.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tintbagħat lill-Parlament Ewropew.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta' Lulju 2019.

Għall-Kunsill Ewropew

Il-President

D. TUSK


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2018/767 tat-22 ta' Mejju 2018 li tiffissa l-perijodu għad-disa' elezzjoni tar-rappreżentanti għall-Parlament Ewropew b'vot dirett universali (ĠU L 129, 25.5.2018, p. 76).