18.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 160/25


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2019/993

tas-17 ta' Ġunju 2019

li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2018/1006 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika tal-Maldivi

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fis-16 ta' Lulju 2018, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2018/1006 (1) dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika tal-Maldivi.

(2)

Konsegwentement għal reviżjoni tad-Deċiżjoni (PESK) 2018/1006 fid-dawl tal-objettivi tagħha u tas-sitwazzjoni attwali fir-Repubblika tal-Maldivi, il-Kunsill iddeċieda li jneħħi l-miżuri restrittivi fis-seħħ.

(3)

Jenħtieġ għalhekk li d-Deċiżjoni (PESK) 2018/1006 titħassar,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni (PESK) 2018/1006 hija b'dan imħassra.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fil-Lussemburgu, is-17 ta' Ġunju 2019,

Għall-Kunsill

Il-President

F. MOGHERINI


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1006 tas-16 ta' Lulju 2018 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika tal-Maldivi (ĠU L 180, 17.7.2018, p. 24).