25.4.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 110/36 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/654
tal-15 ta' April 2019
li temenda l-Protokoll Nru 5 dwar l-Istatut tal-Bank Ewropew tal-Investiment
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 308 tiegħu,
Wara li kkunsidra t-talba tal-Bank Ewropew tal-Investiment,
Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni Ewropea (2),
Filwaqt li jaġixxi skont il-proċedura leġislattiva ordinarja,
Billi:
(1) |
Fid-29 ta' Marzu 2017, ir-Renju Unit innotifika lill-Kunsill Ewropew bl-intenzjoni tiegħu li joħroġ mill-Unjoni skont l-Artikolu 50 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. It-Trattati ser jieqfu japplikaw għar-Renju Unit mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim dwar il-Ħruġ, jew fin-nuqqas ta' dan, sentejn wara dik in-notifika, jiġifieri fit-30 ta' Marzu 2019, sakemm il-Kunsill Ewropew, bi ftehim mar-Renju Unit ma jiddeċidix b'mod unanimu li jestendi dak il-perijodu. |
(2) |
F'[…]konformità mal-Artikolu 308 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-membri tal-Bank Ewropew tal-Investiment (il-“Bank”) huma l-Istati Membri. |
(3) |
Il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni ser iġib fi tmiemha s-sħubija tar-Renju Unit fil-Bank, il-kapital sottoskritt tiegħu fil-Bank, id-dritt tiegħu li jinnomina membri u membri supplenti tal-Bord tad-Diretturi, u l-mandat tal-membri u l-membri supplenti tal-Bord tad-Diretturi nnominati mir-Renju Unit. |
(4) |
Il-manteniment tal-kapital tal-Bank jeħtieġ żieda fil-kapital sottoskritt mill-Istati Membri li jifdal. |
(5) |
Jenħtieġ li ż-żieda fil-kapital sottoskritt mill-Istati Membri li jifdal issir b'mod parallel ma' tisħiħ ulterjuri tal-governanza tal-Bank. |
(6) |
Il-funzjonijiet tal-Bord tad-Diretturi jenħtieġ li jissaħħu billi jippermettu n-nomina ta' membri supplenti addizzjonali, u jenħtieġ li jsir użu aħjar ta' membri supplenti tal-Bord u esperti li ma jivvotawx sabiex jitjieb ir-rwol tagħhom li jappoġġaw il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-Bord tad-Diretturi, b'mod partikolari fir-rigward tal-analiżi tal-proposti ta' finanzjament. |
(7) |
Jenħtieġ li l-użu tal-votazzjoni b'maġġoranza kwalifikata mill-Bord tad-Diretturi u l-Bord tal-Gvernaturi jiġi estiż għal oqsma kruċjali, jiġifieri għad-deċiżjoni dwar il-[…]pjan operazzjonali tal-Bank, il-ħatra ta' membri tal-Kumitat tat-Tmexxija u l-approvazzjoni tar-Regoli ta' Proċedura. |
(8) |
Sabiex titjieb l-effettività tar-riformi stabbiliti f'din id-Deċiżjoni, jenħtieġ li l-Bank jieħu inizjattivi ulterjuri sabiex jiġu riflessi, f'konformità mal-aħjar prattika bankarja, il-prinċipji tat-'tliet linji ta' difiża'fil-livelli rilevanti kollha tal-Bank, inkluż fil-Kumitat tat-Tmexxija. |
(9) |
Barra minn hekk, u f'konformità mal-aspettattivi tal-Istati Membri, jenħtieġ li l-volumi tas-self jibqgħu sostenibbli u jenħtieġ jiġi żviluppat ulterjorment qafas biex jiġu ddeterminati l-livelli ta' self sostenibbli, filwaqt li jenħtieġ li l-funzjonijiet tal-Kumitat tal-Verifika jissaħħaħ billi jiġi żgurat li l-Kumitat jinkludi membri bl-għarfien ta' kwistjonijiet superviżorji. B'mod partikolari, jenħtieġ li jiġi żgurat li l-Kumitat tal-Verifika jinkludi dejjem membri magħżula minn awtorità superviżorja bankarja kemm miż-żona tal-euro kif ukoll barra minnha. |
(10) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Istatut tal-Bank Ewropew tal-Investiment jiġi emendat kif skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Protokoll Nru 5 dwar l-Istatut tal-Bank Ewropew tal-Investiment, anness għat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, huwa emendat kif ġej:
(1) |
l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(1) huwa emendat kif ġej:
|
(2) |
fl-Artikolu 7(3), il-punt (h) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
(3) |
fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(1), tiżdied is-sentenza li ġejja: “Huwa għandu, billi jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, jiddeċiedi dwar il-pjan operazzjonali tal-Bank.”. |
(4) |
l-Artikolu 9(2) huwa emendat kif ġej:
|
(5) |
l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 11(1) huwa sostitwit b'dan li ġej: “1. Il-Kumitat tat-Tmexxija għandu jikkonsisti minn President u tmien Viċi Presidenti maħtura għal perijodu ta' sitt snin mill-Bord tal-Gvernaturi, li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, fuq proposta mill-Bord tad-Diretturi, li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata.”. |
Artikolu 2
1. Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-jum wara dak li fih it-Trattati jieqfu japplikaw għar-Renju Unit.
2. Il-punt (1)(a) tal-Artikolu 1 għandu japplika mid-data msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu sakemm ma tiġix adottata deċiżjoni biex jiżdied il-kapital tal-Bank b'effett minn dik id-data jew qabel dik id-data.
Magħmul fil-Lussemburgu, il-15 ta' April 2019.
Għall-Kunsill
Il-President
P. DAEA
(1) Opinjoni tal-15 ta' Jannar 2019 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) Opinjoni tal-31 ta' Jannar 2019 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).