12.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 103/31


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/599

tal-11 ta’ April 2019

li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni 2007/453/KE fir-rigward tal-istatus tal-BSE tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq u tad-Dipendenzi tal-Kuruna tiegħu

(notifikata bid-dokument C(2019) 2830)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2001 li jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta' ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (1), u b'mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Fid-29 ta' Marzu 2017, ir-Renju Unit issottometta n-notifika tal-intenzjoni tiegħu li joħroġ mill-Unjoni skont l-Artikolu 50 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE). Fit-22 ta' Marzu 2019, il-Kunsill Ewropew adotta d-Deċiżjoni (UE) 2019/476 (2) li testendi l-perjodu taħt l-Artikolu 50(3) tat-TUE bi qbil mar-Renju Unit. F'konformità ma' dik id-Deċiżjoni, f'każ li l-Ftehim dwar il-Ħruġ ma jiġix approvat mill-House of Commons sad-29 ta' Marzu 2019 l-aktar tard, il-perjodu previst fl-Artikolu 50(3) tat-TUE jiġi estiż sat-12 ta' April 2019. Billi l-Ftehim dwar il-Ħruġ ma ġiex approvat sad-29 ta' Marzu 2019, id-dritt tal-Unjoni mhux se jibqa' japplika għar-Renju Unit u fih mit-13 ta' April 2019 (“id-data ta' ħruġ”).

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 jipprevedi li l-Istati Membri, il-pajjiżi terzi u r-reġjuni tagħhom għandhom jiġu kklassifikati skont l-istatus tal-enċifalopatija sponġiformi bovina (BSE) tagħhom f'waħda minn tliet kategoriji: riskju żgħir ħafna (negliġibbli) ta' BSE, riskju kontrollat ta' BSE u riskju mhux determinat ta' BSE.

(3)

Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq issottometta lill-Kummissjoni applikazzjoni sabiex jiġi ddeterminat l-istatus tal-BSE tiegħu, filwaqt li indikalha li din tkopri wkoll lid-Dipendenzi tal-Kuruna tagħha. Dik l-applikazzjoni kienet akkumpanjata mill-informazzjoni rilevanti għal dak il-pajjiż u għad-Dipendenzi tal-Kuruna tiegħu dwar il-kriterji u l-fatturi ta' riskju potenzjali previsti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 999/2001.

(4)

L-Iskozja attwalment hija kklassifikata fil-kategorija ta' riskju negliġibbli iżda fit-18 ta' Ottubru 2018 ġie kkonfermat każ ġdid ta' BSE f'dak ir-reġjun tar-Renju Unit. Għalhekk, l-Iskozja m'għadhiex tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 fir-rigward tal-kategorija ta' riskju negliġibbli. Għalhekk, l-Iskozja jenħtieġ li tiġi kklassifikata fil-kategorija ta' riskju kontrollat.

(5)

Fir-rigward tal-istatus tal-BSE tagħha, l-Irlanda ta' Fuq tista' titqies li għandha riskju negliġibbli, filwaqt li l-bqija tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq u d-Dipendenzi tal-Kuruna tiegħu jistgħu jitqiesu li għandhom riskju kontrollat ta' BSE.

(6)

Għalhekk, meta titqies l-informazzjoni speċifika ta' hawn fuq u sabiex jiġi evitat tfixkil bla bżonn tal-kummerċ wara d-data tal-ħruġ, l-Irlanda ta' Fuq jenħtieġ li tiġi inkluża fil-lista ta' reġjuni ta' pajjiżi terzi fil-punt A tal-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/453/KE (3) u l-bqija tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq u d-Dipendenzi tal-Kuruna tiegħu jenħtieġ li jiġu inklużi fil-punt B ta' dak l-Anness b'rabta mal-klassifikazzjoni tal-pajjiżi jew ir-reġjuni skont l-istatus tal-BSE tagħhom. Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness ta' dik id-Deċiżjoni jiġi emendat skont dan.

(7)

Din id-Deċiżjoni jenħtieġ li tapplika mit-13 ta' April 2019. Madankollu, jenħtieġ li ma tapplikax jekk, f'dik id-data, id-dritt tal-Unjoni jibqa' japplika għar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq u fih.

(8)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni 2007/453/KE huwa emendat kif stabbilit fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mit-13 ta' April 2019.

Madankollu, m'għandhiex tapplika jekk, f'dik id-data, id-dritt tal-Unjoni jibqa' japplika għar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq u fih.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ April 2019.

Għall-Kummissjoni

Jyrki KATAINEN

Viċi President


(1)  ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew (UE) 2019/476 meħuda bi qbil mar-Renju Unit, tat-22 ta' Marzu 2019 li testendi l-perijodu taħt l-Artikolu 50(3) TUE (ĠU L 80 I, 22.3.2019, p. 1).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/453/KE tad-29 ta' Ġunju 2007 li tistabbilixxi l-istatus tal-BSE ta' Stati Membri jew pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom skont ir-riskju tal-BSE (ĠU L 172, 30.6.2007, p. 84).


ANNESS

L-Anness tad-Deċiżjoni 2007/453/KE huwa sostitwit b'dan li ġej:

“ANNESS

LISTA TA' PAJJIŻI JEW REĠJUNI

A.   Il-pajjiżi jew ir-reġjuni b'riskju negliġibbli tal-BSE

Stati Membri

Il-Belġju

Il-Bulgarija

Ir-Repubblika Ċeka

Id-Danimarka

Il-Ġermanja

L-Estonja

Il-Kroazja

L-Italja

Ċipru

Il-Latvja

Il-Litwanja

Il-Lussemburgu

L-Ungerija

Malta

In-Netherlands

L-Awstrija

Il-Polonja

Il-Portugall

Ir-Rumanija

Is-Slovenja

Is-Slovakkja

Spanja

Il-Finlandja

L-Iżvezja

Pajjiżi tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles

L-Iżlanda

Il-Liechtenstein

In-Norveġja

L-Iżvizzera

Pajjiżi terzi

L-Arġentina

L-Awstralja

Il-Brażil

Iċ-Ċili

Il-Kolombja

Il-Costa Rica

L-Indja

L-Iżrael

Il-Ġappun

In-Namibja

New Zealand

Il-Panama

Il-Paragwaj

Il-Perù

Singapore

L-Istati Uniti

L-Urugwaj

Reġjuni ta' pajjiżi terzi

L-Irlanda ta' Fuq

B.   Il-pajjiżi jew ir-reġjuni b'riskju kkontrollat tal-BSE

Stati Membri

L-Irlanda

Il-Greċja

Franza

Pajjiżi terzi

Il-Kanada

Guernsey

Isle of Man

Jersey

Il-Messiku

In-Nikaragwa

Il-Korea t'Isfel

It-Tajwan

Ir-Renju Unit bl-eċċezzjoni tar-reġjuni tal-Irlanda ta' Fuq

C.   Il-pajjiżi jew ir-reġjuni b'riskju indeterminat tal-BSE

Il-pajjiżi jew ir-reġjuni li mhumiex elenkati fil-punti A jew B.