20.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 77/78


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/450

tad-19 ta' Marzu 2019

dwar il-pubblikazzjoni tad-Dokumenti Ewropej ta' Valutazzjoni (EADs) għall-prodotti tal-bini abbozzati b'appoġġ tar-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2011 li jistabbilixxi kundizzjonijiet armonizzati għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti għall-bini u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 22 tiegħu,

Billi:

(1)

B'konformità mar-Regolament (UE) Nru 305/2011, il-Korpi tal-Valutazzjoni Teknika għandhom jużaw il-metodi u l-kriterji mogħtija fid-Dokumenti Ewropej ta' Valutazzjoni, li r-referenzi tagħhom ġew ippubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għall-valutazzjoni tal-prestazzjoni tal-prodotti tal-bini koperti minn dawk id-dokumenti b'rabta mal-karatteristiċi essenzjali tagħhom.

(2)

B'konformità mal-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 305/2011, wara diversi talbiet min-naħa tal-manifatturi għal Valutazzjonijiet Tekniċi Ewropej, l-organizzazzjoni tal-Korpi tal-Valutazzjoni Teknika fasslet u adottat diversi Dokumenti Ewropej ta' Valutazzjoni.

(3)

Il-Kummissjoni vvalutat jekk id-Dokumenti Ewropej ta' Valutazzjoni abbozzati mill-organizzazzjoni tal-Korpi tal-Valutazzjoni Teknika jissodisfawx it-talbiet li jridu jiġu ssodisfati fir-rigward tar-rekwiżiti bażiċi għax-xogħlijiet tal-bini stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 305/2011.

(4)

Id-Dokumenti Ewropej ta' Valutazzjoni abbozzati mill-organizzazzjoni tal-Korpi tal-Valutazzjoni Teknika jissodisfaw it-talbiet li jridu jiġu ssodisfati fir-rigward tar-rekwiżiti bażiċi għax-xogħlijiet tal-bini stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 305/2011. Għalhekk jixraq li jiġu ppubblikati r-referenzi ta' dawk id-Dokumenti Ewropej ta' Valutazzjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Ir-referenzi tad-Dokumenti Ewropej ta' Valutazzjoni għall-prodotti tal-bini abbozzati b'appoġġ tar-Regolament (UE) Nru 305/2011 li huma elenkati fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni huma b'dan ippubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Marzu 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 88, 4.4.2011, p. 5.


ANNESS

Referenza u titlu tad-Dokument Ewropew ta' Valutazzjoni

040427-00-0404

Kittijiet għal sistema komposta ta' insulazzjoni termali esterna (ETICS) b'mehrież bħala prodott ta' iżolament termali u renderings jew kisjiet mhux kontinwi bħala qoxra esterna

060012-00-0802

Kitt li jikkonsisti minn inforra tat-tubi taċ-ċmieni, magħmula minn fibri tal-ħġieġ, sustanzi minerali u organiċi, u partijiet anċillari

090119-00-0404

Kittijiet għal kisjiet tal-ħitan esterni bi pjanċi minerali b'renderings applikati fuq il-post

090120-00-0404

Kittijiet għal sistemi ta' ħitan esterni bi pjanċi minerali b'piż li mhux tat-tagħbija

130031-00-0304

Travi u kolonni tal-metall

130082-00-0603

Sistema ta' tiswija tal-faċċati – brekit tal-plastik għat-twaħħil tal-injam jew tal-elementi bbażati fuq l-injam mas-substruttura

260014-00-0301

Żieda tat-tip II abbażi ta' silikat b'saff kalċinat