19.2.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 47/45


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/286

tat-12 ta' Frar 2019

dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini proposta bl-isem ta' “Ejja nitolbu għal regolamentazzjoni tal-vaping aktar intelliġenti!”

(notifikata bid-dokument C(2019) 926)

(It-test Ingliż biss huwa awtentiku)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 211/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Is-suġġett tal-inizjattiva taċ-ċittadini proposta bl-isem ta' “Ejja nitolbu għal regolamentazzjoni tal-vaping aktar intelliġenti!” jirreferi għal dan li ġej: “Nitolbu lill-Kummissjoni tal-UE sabiex tħassar l-Artikolu 20 tad-Direttiva 2014/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) u toħloq leġiżlazzjoni mfassla apposta li tistabbilixxi b'mod ċar il-prodotti tal-vaping apparti l-prodotti farmaċewtiċi u tat-tabakk.”

(2)

L-objettivi tal-inizjattiva taċ-ċittadini proposta jirreferu għal dan li ġej: “Tneħħija tal-Artikolu 20 tad-Direttiva 2014/40/UE u sostituzjoni b'leġiżlazzjoni xjentifika, imfassla apposta u bbażata fuq evidenza f'konformità mal-funzjonament tas-suq intern li tiddistingwi l-prodotti tal-vaping mill-prodotti farmaċewtiċi u tat-tabakk; Żgurar ta' leġiżlazzjoni ġdida bbażata fuq konformità obbligatorja bi standards robusti tal-kwalità, tas-sigurezza u tal-manifatturar tal-prodotti, flimkien ma' prattiki ta' kummerċjalizzazzjoni responsabbli li jiżguraw il-protezzjoni taż-żgħażagħ; Jenħtieġ li l-politika tal-vaping trawwem l-innovazzjoni u tiżgura li dawk li jpejpu u dawk li jużaw il-prodotti tal-vaping ikollhom informazzjoni ċara u aċċess għal alternattivi ħielsa mit-tabakk u li jagħmlu inqas ħsara.”

(3)

It-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) isaħħaħ iċ-ċittadinanza tal-Unjoni u jqawwi aktar il-funzjonament demokratiku tal-Unjoni billi jipprevedi, fost l-oħrajn, li kull ċittadin ikollu d-dritt li jipparteċipa fil-ħajja demokratika tal-Unjoni permezz ta' inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej.

(4)

Għal dan il-għan, jenħtieġ li l-proċeduri u l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-inizjattiva taċ-ċittadini jkunu ċari, sempliċi, faċli biex jintużaw u proporzjonati man-natura tal-inizjattiva taċ-ċittadini sabiex titħeġġeġ il-parteċipazzjoni taċ-ċittadini u biex l-Unjoni ssir aktar aċċessibbli.

(5)

Atti ġuridiċi tal-Unjoni għall-fini tal-implimentazzjoni tat-Trattati jistgħu jiġu adottati:

għall-koordinazzjoni tad-dispożizzjonijiet stabbiliti b'liġi, regolament jew azzjoni amministrattiva fl-Istati Membri dwar il-bidu u s-segwitu ta' attivitajiet bħala persuni li jaħdmu għal rashom, abbażi tal-Artikolu 53(1) u 62 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE);

għall-approssimazzjoni tad-dispożizzjonijiet stipulati bil-liġi, b'regolamenti jew b'azzjoni amministrattivi fl-Istati Membri li jkollhom bħala l-objettiv tagħhom l-istabbiliment u l-funzjonament tas-suq intern, abbażi tal-Artikolu 114 tat-TFUE.

(6)

Għal dawn ir-raġunijiet, l-inizjattiva taċ-ċittadini proposta ma taqax manifestament barra mill-qafas tas-setgħat tal-Kummissjoni li tressaq proposta għal att ġuridiku tal-Unjoni għall-fini tal-implimentazzjoni tat-Trattati, skont l-Artikolu 4(2)(b) tar-Regolament.

(7)

Barraminnhekk, il-kumitat taċ-ċittadini ġie ffurmat u l-persuni ta' kuntatt inħatru skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament u l-inizjattiva taċ-ċittadini proposta la tidher li hija manifastement abbużiva, la frivola u lanqas vessatorja u lanqas ma tidher li tmur manifestament kontra l-valuri tal-Unjoni kif stipulat fl-Artikolu 2 tat-TUE.

(8)

Għaldaqstant, jenħtieġ li l-inizjattiva taċ-ċittadini proposta bl-isem ta' “Ejja nitolbu għal regolamentazzjoni tal-vaping aktar intelliġenti!” jenħtieġ li tiġi rreġistrata.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inizjattiva taċ-ċittadini proposta bl-isem ta' “Ejja nitolbu għal regolamentazzjoni tal-vaping aktar intelliġenti!” hija b'dan irreġistrata.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-20 ta' Frar 2019.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-organizzaturi (il-membri tal-kumitat taċ-ċittadini) tal-inizjattiva proposta taċ-ċittadini bl-isem ta' “Ejja nitolbu għal regolamentazzjoni tal-vaping aktar intelliġenti!”, rappreżentati mis-Sur Dustin DAHLMANN u s-Sur Mose GIACOMELLO li jaġixxu bħala persuni ta' kuntatt.

Magħmul fi Strasburgu, it-12 ta' Frar 2019.

Għall-Kummissjoni

Frans TIMMERMANS

Viċi President


(1)  ĠU L 65, 11.3.2011, p. 1.

(2)  Id-Direttiva 2014/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' April 2014 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri rigward il-manifattura, il-preżentazzjoni u l-bejgħ tat-tabakk u prodotti relatati u li tħassar id-Direttiva 2001/37/KE (ĠU L 127, 29.4.2014, p. 1).