17.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 15/27


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/70

tal-11 ta' Jannar 2019

li tistabbilixxi l-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE għall-karta grafika u l-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE għall-karta tixju u l-prodotti tat-tixju

(notifikata bid-dokument C(2019) 3)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar skema ta' Ekotikketta tal-UE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8(2) tiegħu,

Wara li kkonsultat mal-Bord tal-Ekotikkettar tal-Unjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Skont ir-Regolament (KE) Nru 66/2010, l-Ekotikketta tal-UE tista' tingħata lil dawk il-prodotti b'impatt ambjentali mnaqqas tul iċ-ċiklu kollu ta' ħajjithom.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 jipprovdi li kriterji speċifiċi tal-Ekotikketta tal-UE għandhom jiġu stabbiliti skont il-gruppi tal-prodotti.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/333/UE (2) stabbiliet kriterji u rekwiżiti ta' valutazzjoni u verifika relatati għall-grupp ta' prodotti “karta għall-ikkupjar u karta grafika”. Il-perjodu ta' validità ta' dawk il-kriterji u r-rekwiżiti ġie estiż sal-31 ta' Diċembru 2018 bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/877 (3).

(4)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/448/UE (4) stabbilixxiet il-kriterji u r-rekwiżiti ta' valutazzjoni u verifika relatati għall-grupp ta' prodotti “karta għall-gazzetti”. Il-perjodu ta' validità ta' dawk il-kriterji u r-rekwiżiti ġie estiż sal-31 ta' Diċembru 2018 bid-Deċiżjoni (UE) 2015/877.

(5)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/568/KE (5) stabbilixxiet kriterji u rekwiżiti ta' valutazzjoni u verifika relatati għall-grupp ta' prodotti “karta tixju”. Il-perjodu ta' validità ta' dawk il-kriterji u r-rekwiżiti stipulati fid-Deċiżjoni 2009/568/KE ġie estiż sal-31 ta' Diċembru 2018 bid-Deċiżjoni (UE) 2015/877.

(6)

Il-kontroll tal-Idoneità tal-Ekotikketta tal-UE (REFIT) tat-30 ta' Ġunju 2017, li eżamina l-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 66/2010 (6), wassal għall-konklużjoni dwar il-bżonn li jiġi żviluppat approċċ aktar strateġiku għall-Ekotikketta tal-UE, inkluż l-aggruppament ta' gruppi ta' prodotti li huma marbutin mill-qrib, fejn dan ikun xieraq.

(7)

F'konformità ma' dawk il-konklużjonijiet u wara konsultazzjoni mal-Bord tal-Ekotikkettar tal-UE, il-gruppi ta' prodotti “karta għall-ikkuppjar u karta grafika” għandhom jiġu amalgamati flimkien sabiex jiffurmaw il-grupp uniku ta' prodotti “karta grafika”, b'definizzjoni ġdida tkopri ż-żewġ gruppi ta' prodotti oriġinali, flimkien ma' ċerti modifiki li huma xierqa sabiex jiġu kkunsidrati l-iżviluppi xjentifiċi u tas-suq. B'mod partikolari, id-definizzjoni l-ġdida għandha telimina l-limitazzjonijiet tal-piż li kienu japplikaw għall-gruppi ta' prodotti oriġinali, li issa jinkludu varjetà usa' ta' karta b'riġidità akbar.

(8)

Barra minn hekk, f'konformità mar-rieżami, għandhom isiru ċerti modifiki għad-definizzjoni tal-grupp ta' prodotti “karta tixju”, partikolarment sabiex issir distinzjoni aktar ċara bbażata fuq l-Istandard ISO 12625-1 bejn il-karta tixju u l-prodott finali tat-tixju; il-grupp ta' prodotti għandu jissemma “karta tixju u prodotti tat-tixju”.

(9)

Sabiex tiġi riflessa aħjar l-aqwa prattika fis-suq għal dawn il-gruppi ta' prodotti u sabiex jiġu kkunsidrati innovazzjonijiet li jiġu introdotti fil-perjodu ta' intervent, huwa xieraq li jiġi stabbilit sett ġdid ta' kriterji għal kull wieħed miż-żewġ gruppi ta' prodotti.

(10)

Il-kriterji l-ġodda għal kull wieħed mill-gruppi ta' prodotti jimmiraw li jippromwovu proċessi ta' manifattura li huma effiċjenti fl-użu tal-enerġija, b'mod li jwasslu għal anqas emissjonijiet ta' sustanzi li jikkontribwixxu għall-ewtrofikazzjoni tal-korsiji tal-ilma, l-aċidifikazzjoni tal-atmosfera u t-tibdil fil-klima, jillimitaw l-użu ta' sustanzi perikolużi u jużaw materja prima li tinġieb minn foresti li jiġu ġestiti b'mod sostenibbli jew materjali rriċiklati li jikkontribwixxu għat-tranżizzjoni lejn ekonomija aktar ċirkolari.

(11)

Il-kriterji l-ġodda u r-rekwiżiti relatati ta' valutazzjoni u verifika għal kull grupp ta' prodotti għandhom jibqgħu validi sal-31 ta' Diċembru 2024, b'kunsiderazzjoni taċ-ċiklu ta' innovazzjoni għaż-żewġ gruppi ta' prodotti.

(12)

Minħabba li ż-żewġ gruppi ta' prodotti “karta grafika” u “karta tixju u prodotti tat-tixju” huma relatati mill-qrib u l-kriterji tagħhom se jkunu simili, huwa xieraq li tiġi adottata deċiżjoni unika li tistabbilixxi ż-żewġ settijiet ta' kriterji fl-istess att. Dan għandu jżid ukoll il-viżibbiltà tal-iskemi għall-parteċipanti tas-suq u jnaqqas il-piż amministrattiv għall-awtoritajiet nazzjonali.

(13)

Għal raġunijiet ta' ċertezza legali, id-Deċiżjoni 2011/333/UE, id-Deċiżjoni 2012/448/UE u d-Deċiżjoni 2009/568/KE jenħtieġ li jiġu revokati.

(14)

Għandu jiġi stabbilit perjodu ta' tranżizzjoni sabiex il-produtturi li l-prodotti tagħhom tkun ingħatatilhom l-Ekotikketta tal-UE għall-karta għall-ikkuppjar u l-karta grafika, għall-karta għall-gazzetti jew għall-karta tixju skont il-kriterji stabbiliti fid-Deċiżjoni 2011/333/UE, id-Deċiżjoni 2012/448/UE jew id-Deċiżjoni 2009/568/KE rispettivament, ikollhom żmien biżżejjed biex jadattaw il-prodotti tagħhom u jġibuhom konformi mal-kriterji u r-rekwiżiti l-ġodda. Għal perjodu limitat wara l-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni, il-produtturi għandhom jitħallew ukoll jissottomettu applikazzjonijiet skont il-kriterji stabbiliti b'dawk id-Deċiżjonijiet jew skont il-kriterji l-ġodda stabbiliti b'din id-Deċiżjoni. Fejn l-Ekotikketta tal-UE tkun ingħatat abbażi tal-kriterji stabbiliti b'waħda mid-Deċiżjonijiet l-antiki, l-użu tagħha għandu jiġi permess biss sal-31 ta' Diċembru 2019.

(15)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 66/2010,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI

Artikolu 1

Il-grupp ta' prodotti “karta grafika” għandu jinkludi folji jew rombli ta' karta jew kartun vojt li ma jkunx ikkonvertit u ma jkunx stampat, sew jekk bla kulur jew bil-kulur, magħmul mill-polpa u li jista' jintuża għal finijiet ta' kitba, stampar jew konverżjoni.

Il-grupp ta' prodotti ma għandux jinkludi:

(a)

ippakkjar;

(b)

karta sensittiva għas-sħana;

(c)

karta fotografika jew bla karbonju;

(d)

karta mfewħa;

(e)

karta li taqa' fi ħdan il-grupp ta' prodotti “karta tixju u prodotti tat-tixju” kif definit fl-Artikolu 2.

Artikolu 2

Il-grupp ta' prodotti ta' “karta tixju u prodotti tat-tixju” għandu jinkludi dawn li ġejjin:

(1)

folji jew rombli ta' karta tixju mhux ikkonvertita sabiex tinħadem fi prodotti li jaqgħu taħt il-punt (2);

(2)

prodotti tat-tixju li jistgħu jintużaw għall-iġjene personali, għall-assorbiment tal-likwidi jew it-tindif tas-superfiċje, jew biex jiġu kkumbinati dawn l-iskopijiet; inkluż iżda mhux limitat għal prodotti tat-tixju tat-tipi li ġejjin: imkatar, tixju tal-kamra tal-banju, tixju tal-wiċċ, tixju li tintuża fil-kċina jew fid-dar, tixju tal-idejn, srievet tal-mejda, twapet u tixju b'użu industrijali.

Il-grupp ta' prodotti ma għandux jinkludi:

(a)

prodotti li jaqgħu fi ħdan il-grupp ta' prodotti “prodotti assorbenti tal-iġjene” kif inhu definit fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/763/UE (7)

(b)

prodotti li fihom aġenti tat-tindif maħsubin sabiex inaddfu s-superfiċje;

(c)

prodotti tal-karta tixju llaminati b'materjali oħra apparti l-karta tixju;

(d)

prodotti kożmetiċi fi ħdan it-tifsira tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8), inkluż il-karta tixju niedja;

(e)

karta mfewħa;

(f)

prodotti li jaqgħu fi ħdan il-grupp ta' prodotti “karta grafika” kif definit fl-Artikolu 1 jew prodotti li jaqgħu fi ħdan il-grupp ta' prodotti “karta stampata” kif definit fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/481/UE (9).

Artikolu 3

Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“polpa” tfisser materjal fibruż fil-produzzjoni tal-karta li jiġi prodott f'mitħna tal-polpa b'mod mekkaniku jew kimiku minn materja prima fibruża taċ-ċelluloża (bl-injam ikun l-aktar komuni).

(2)

“ippakkjar” ifisser il-prodotti kollha magħmulin minn kwalunkwe materjal tkun xi tkun in-natura tiegħu, sabiex jintuża għaż-żamma, il-protezzjoni, l-ittrattar, it-twassil u l-preżentazzjoni ta' oġġetti, minn materja prima sa oġġetti pproċessati, mill-produttur sal-utent jew il-konsumatur;

(3)

“karta tixju” tfisser karta ħafifa magħmula mill-polpa li tista' tkun niexfa jew imxarrba, imġiegħda (creped) jew mhux imġiegħda (non-creped);

(4)

“prodotti tat-tixju” tfisser prodotti konvertiti magħmulin minn karta tixju f'saff wieħed jew diversi saffi, mitwijin jew mhux mitwijin, imbuzzati jew mhux imbuzzati, illaminati jew mhux illaminati, stampati jew mhux stampati u possibbilment kompluti permezz ta' post-trattament.

Artikolu 4

1.   Sabiex prodott jingħata l-Ekotikketta tal-UE skont ir-Regolament (KE) Nru 66/2010, għall-grupp ta' prodotti “karta grafika”, dan għandu jaqa' taħt id-definizzjoni ta' dak il-grupp ta' prodotti fl-Artikolu 1 ta' din id-Deċiżjoni, u għandu jkun konformi mal-kriterji kif ukoll mar-rekwiżiti relatati ta' valutazzjoni u verifika stabbiliti fl-Anness I għal din id-Deċiżjoni.

2.   Sabiex prodott jingħata l-Ekotikketta tal-UE skont ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 għall-grupp ta' prodotti “karta tixju u prodotti tat-tixju”, dan għandu jaqa' taħt id-definizzjoni ta' dak il-grupp ta' prodotti fl-Artikolu 2 ta' din id-Deċiżjoni, u għandu jkun konformi mal-kriterji kif ukoll mar-rekwiżiti relatati ta' valutazzjoni u verifika stabbiliti fl-Anness II għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 5

Il-kriterji għall-gruppi ta' prodotti “karta grafika” u “karta tixju u prodotti tat-tixju” u r-rekwiżiti relatati ta' valutazzjoni u verifika għal kull grupp ta' prodotti għandhom ikunu validi sal-31 ta' Diċembru 2024.

Artikolu 6

1.   Għal finijiet amministrattivi, in-numru tal-kodiċi assenjat lill-grupp ta' prodotti “karta grafika” għandu jkun “011”.

2.   Għal finijiet amministrattivi, in-numru tal-kodiċi assenjat lill-grupp ta' prodotti “karta tixju u prodotti tat-tixju” għandu jkun “004”.

Artikolu 7

Id-Deċiżjoni 2009/568/KE, id-Deċiżjoni 2011/333/KE u d-Deċiżjoni 2012/448/UE huma revokati.

Artikolu 8

1.   Minkejja l-Artikolu 7, l-applikazzjonijiet sottomessi qabel id-data tal-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni għall-Ekotikketta tal-UE għal prodotti li jaqgħu kemm taħt il-grupp ta' prodotti “karta grafika”, kif definit f'din id-Deċiżjoni, kif ukoll taħt il-grupp ta' prodotti “karta għall-ikkuppjar u karta grafika”, kif definit fid-Deċiżjoni 2011/333/UE, għandhom jiġu evalwati f'konformità mal-kundizzjonijiet stipulati fid-Deċiżjoni 2011/333/UE.

2.   Minkejja l-Artikolu 7, l-applikazzjonijiet sottomessi qabel id-data tal-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni għall-Ekotikketta tal-UE għal prodotti li jaqgħu kemm taħt il-grupp ta' prodotti “karta grafika”, kif definit f'din id-Deċiżjoni, kif ukoll taħt il-grupp ta' prodotti “karta tal-gazzetti”, kif definit fid-Deċiżjoni 2012/448/UE, għandhom jiġu evalwati f'konformità mal-kundizzjonijiet stipulati fid-Deċiżjoni 2012/448/UE.

3.   Minkejja l-Artikolu 7, l-applikazzjonijiet sottomessi qabel id-data tal-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni għall-Ekotikketta tal-UE għal prodotti li jaqgħu kemm taħt il-grupp ta' prodotti “karta tixju u prodotti tat-tixju”, kif definit f'din id-Deċiżjoni, kif ukoll taħt il-grupp ta' prodotti “karta tixju”, kif definit fid-Deċiżjoni 2009/568/KE, għandhom jiġu evalwati skont il-kundizzjonijiet stipulati fid-Deċiżjoni 2009/568/KE.

4.   L-applikazzjonijiet għall-Ekotikketta tal-UE għal prodotti li jaqgħu taħt il-grupp ta' prodotti “karta grafika” jew “karta tixju u prodotti tat-tixju” sottomessi fid-data tal-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni jew wara iżda mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2018, jistgħu jkunu bbażati fuq il-kriterji stipulati f'din id-Deċiżjoni jew fuq il-kriterji stipulati fid-Deċiżjoni 2011/333/UE, id-Deċiżjoni 2012/448/UE jew id-Deċiżjoni 2009/568/KE, kif ikun applikabbli. Dawk l-applikazzjonijiet għandhom jiġu evalwati skont il-kriterji li huma msejsa fuqhom.

5.   Fejn l-Ekotikketta tal-UE tingħata abbażi ta' applikazzjoni evalwata skont il-kriterji stabbiliti fid-Deċiżjoni 2009/568/KE, id-Deċiżjoni 2011/333/UE jew id-Deċiżjoni 2012/448/UE, dik l-Ekotikketta tal-UE tista' tintuża biss sal-31 ta' Diċembru 2019.

Artikolu 9

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Jannar 2019.

Għall-Kummissjoni

Karmenu VELLA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 27, 30.1.2010, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/333/UE tas-7 ta' Ġunju 2011 dwar l-istabbiliment tal-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għall-karta għall-ikkuppjar u għall-karta grafika (ĠU L 149, 8.6.2011, p. 12).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/877 tal-4 ta' Ġunju 2015 li temenda d-Deċiżjonijiet 2009/568/KE, 2011/333/UE, 2011/381/UE, 2012/448/UE u 2012/481/UE sabiex tittawwal il-validità tal-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għal ċerti prodotti (ĠU L 142, 6.6.2015, p. 32)

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/448/UE tat-12 ta' Lulju 2012 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għall-karta tal-gazzetti (ĠU L 202, 28.7.2012, p. 26).

(5)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/568/KE tad-9 ta' Lulju 2009 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għotja tal-Ekotikketta Komunitarja għall-karta assorbenti (ĠU L 197, 29.7.2009, p. 87).

(6)  Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar ir-rieżami tal-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta' organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta' ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) u tar-Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar skema ta' Ekotikketta tal-UE (COM(2017) 355).

(7)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/763/UE tal-24 ta' Ottubru 2014 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għall-prodotti assorbenti tal-iġjene (ĠU L 320, 6.11.2014, p. 46).

(8)  Ir-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-prodotti kożmetiċi (ĠU L 342, 22.12.2009, p. 59).

(9)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/481/UE tas-16 ta' Awwissu 2012 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għall-karta stampata (ĠU L 223, 21.8.2012, p. 55).


ANNESS I

IL-KRITERJI GĦALL-GĦOTI TAL-EKOTIKKETTA TAL-UE GĦAL PRODOTTI TAL-KARTA GRAFIKA

QAFAS

Għanijiet tal-kriterji

Il-kriterji jimmiraw, b'mod partikolari, li jnaqqsu r-rilaxx ta' sustanzi tossiċi jew ewtrofiċi fl-ilmijiet u d-dannu jew ir-riskji ambjentali marbutin mal-użu tal-enerġija (it-tibdil fil-klima, l-aċidifikazzjoni, it-tnaqqis tal-ożonu, it-tnaqqis ta' riżorsi mhux rinnovabbli). Għal dan il-għan, il-kriterji jimmiraw li:

inaqqsu l-konsum tal-enerġija u l-emissjonijiet fl-arja marbutin miegħu;

inaqqsu d-dannu ambjentali billi jnaqqsu l-emissjonijiet fl-ilma u l-ġenerazzjoni tal-iskart;

inaqqsu l-ħsara jew ir-riskji ambjentali marbutin mal-użu ta' kimiki perikolużi, u

jissalvagwardjaw il-foresti billi jirrikjedu li l-fibri rriċiklati jew il-fibri verġni jinġiebu minn foresti u żoni li jkunu ġestiti b'mod sostenibbli.

Il-kriterji għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għall-“karta grafika”:

1.

Emissjonijiet fl-ilma u fl-arja;

2.

Użu tal-enerġija;

3.

Fibri: il-konservazzjoni tar-riżorsi, il-ġestjoni sostenibbli tal-foresti;

4.

Sustanzi u taħlitiet perikolużi ristretti;

5.

Ġestjoni tal-iskart:

6.

Adegwatezza għall-użu;

7.

Informazzjoni fuq l-imballaġġ;

8.

Informazzjoni li tidher fuq l-Ekotikketta tal-UE.

Il-kriterji ekoloġiċi jkopru l-produzzjoni tal-polpa li tinkludi s-sottoproċessi kostitwenti kollha mill-punt li fih il-fibra verġni jew il-fibra rriċiklata tidħol fis-sit tal-produzzjoni, sal-punt meta l-polpa toħroġ mill-mitħna tal-polpa. Għall-proċessi ta' produzzjoni tal-karta, il-kriterji ekoloġiċi jkopru s-sottoproċessi kollha fil-mitħna tal-karta, mill-preparazzjoni tal-polpa għall-produzzjoni tal-karta grafika sat-tkebbib fuq ir-romblu prinċipali.

Il-kriterji ekoloġiċi ma jkoprux it-trasport u l-imballaġġ tal-materja prima (pereżempju, l-injam), il-polpa jew il-karta. Il-konverżjoni tal-karta wkoll mhijiex inkluża.

Valutazzjoni u verifika: Ir-rekwiżiti speċifiċi tal-valutazzjoni u tal-verifika huma indikati f'kull kriterju.

Meta l-applikant jintalab jipprovdi dikjarazzjonijiet, dokumentazzjoni, analiżi, rapporti ta' testijiet, jew evidenza oħra biex juri l-konformità mal-kriterji, dawn jistgħu joriġinaw mill-applikant u/jew mill-fornitur(i) tiegħu u/jew mill-fornituri tagħhom, eċċ., kif xieraq.

Il-korpi kompetenti għandhom jirrikonoxxu b'mod preferenzjali l-attestazzjonijiet u l-verifiki li jinħarġu mill-korpi akkreditati skont l-istandard armonizzat rilevanti għal-laboratorji tal-ittestjar u tal-ikkalibrar, u l-verifiki li jinħarġu minn korpi akkreditati skont l-istandard armonizzat rilevanti għall-korpi li jiċċertifikaw il-prodotti, il-proċessi u s-servizzi.

Meta xieraq jistgħu jintużaw metodi tal-ittestjar oħrajn li mhumiex indikati għal kull kriterju, diment li l-korp kompetenti li jkun qed jeżamina l-applikazzjoni jaċċetta l-ekwivalenza tagħhom.

Fejn ikun xieraq, il-korpi kompetenti jistgħu jirrikjedu dokumentazzjoni ta' evidenza u jistgħu jwettqu verifiki indipendenti jew spezzjonijiet fuq il-post biex jivverifikaw il-konformità ma' dawn il-kriterji.

Il-prodott tal-karta grafika jeħtieġ li jissodisfa r-rekwiżiti rispettivi kollha tal-pajjiż fejn jitqiegħed fis-suq. L-applikant għandu jiddikjara l-konformità tal-prodott ma' dan ir-rekwiżit.

Għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“tunnellati mnixxfa bl-arja” ta' polpa (ADt) espressa bħala 90 % ta' xuttaġni;

(2)

“polpa kimika” ifisser materjal fibruż miksub bit-tneħħija mill-materja prima ta' parti kunsiderevoli ta' komponenti mhux taċ-ċelluloża li jistgħu jitneħħew bi trattament kimiku (tisjir, delinjifikazzjoni, ibbliċjar);

(3)

“CMP” tfisser polpa kimikomekkanika;

(4)

“CTMP” tfisser polpa kimikotermomekkanika;

(5)

“polpa mingħajr linka” tfisser polpa magħmula minn karta għar-riċiklaġġ li minnha jkunu tneħħew il-linka u kontaminanti oħrajn;

(6)

“żebgħa” tfisser sustanza organika b'kuluri intensi jew fluworexxenti biss, li tagħti l-kulur lil sottostrat permezz tal-assorbiment selettiv tad-dawl. Din tkun solubbli u/jew tgħaddi minn proċess ta' applikazzjoni li, tal-anqas b'mod temporanju, jeqred kwalunkwe struttura tal-kristall taż-żebgħa. Iż-żebgħa tinżamm fis-sottostrat billi tiġi assorbita, bill itinħall, u permezz ta' żamma mekkanika, jew permezz ta' rabtiet kimiċi joniċi jew kovalenti;

(7)

“polpa tal-EFC” tfisser polpa elementali bbliċjata mingħajr kloru;

(8)

“produzzjoni integrata” tfisser li l-polpa u l-karta jiġu prodotti fl-istess sit. Il-polpa ma titnixxifx qabel il-manifatturar tal-karta. Il-produzzjoni tal-karta/kartun hija marbuta direttament mal-produzzjoni tal-polpa;

(9)

“karta jew kartun tal-polpa tal-injam mekkaniku” tfisser karta jew kartun li jkun fih polpa tal-injam mekkanika bħala kostitwent essenzjali mill-kompożizzjoni tal-fibra tiegħu;

(10)

“pigmenti u żebgħa b'bażi tal-metall” tfisser żebgħa u pigmenti li bil-piż ikollhom aktar minn 50 % tal-kompost(i) rilevanti tal-metall;

(11)

“produzzjoni mhux integrata” tfisser il-produzzjoni ta' polpa kummerċjali (għall-bejgħ) fi mtieħen li ma joperawx magni tal-karta, jew il-produzzjoni ta' karta/kartun billi tintuża biss polpa prodotta f'impjanti oħra (polpa kummerċjali);

(12)

“karta ta' kwalità baxxa mill-magna tal-karta” tfisser materjali tal-karta li jintremew fil-proċess bil-magna tal-karta iżda li jkollhom karatteristiċi li jippermettu li dawn jerġgħu jintużaw fil-post billi jiġu inkorporati lura fl-istess proċess ta' manifattura li jkun iġġenerahom. Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, dan it-terminu ma għandux jiġi estiż għall-proċessi ta' konverżjoni, li huma kkunsidrati bħala proċessi differenti mill-magna tal-karta;

(13)

“pigmenti” tfisser solidi ta' partikoli organiċi jew inorganiċi kkuluriti, bojod jew fluworexxenti li ġeneralment ma jinħallux fil-veikolu jew is-sottostrat li jkunu inkorporati fihom, u essenzjalment ma jiġux affettwati fiżikament u kimikament mit-tali veikolu jew sottostrat. Dawn ibiddlu l-apparenza meta jkun hemm assorbiment selettiv u/jew tixrid tad-dawl. Il-pigmenti ġeneralment jinfirxu fil-veikoli jew is-sottostrati għall-applikazzjoni, pereżempju fil-manifattura tal-linka, iż-żebgħa jew materjali polimeriċi oħrajn. Il-pigmenti jżommu struttura tal-kristall jew tal-partikoli tul il-proċess taż-żebgħa;

(14)

“fibri rriċiklati” tfisser fibri ddevjati mill-kurrent tal-iskart waqt il-proċess tal-manifattura jew iġġenerati minn unitajiet domestiċi jew minn faċilitajiet kummerċjali, industrijali u istituzzjonali fir-rwol tagħhom bħala utenti finali tal-prodott. Dawn ma jistgħux ikomplu jiġu użati għall-iskop previst tagħhom. Dan jeskludi l-użu mill-ġdid ta' materjali ġġenerati fi proċess u li jistgħu jerġgħu jinġabru fl-istess proċess li jkun iġġenerahom (prodotti ta' kwalità baxxa mill-mitħna — prodotti minnhom stess jew mixtrija).

(15)

“polpa tat-TFC” tfisser polpa bbliċjata kompletament mingħajr kloru;

(16)

“TMP” tfisser polpa termomekkanika.

IL-KRITERJI TAL-EKOTIKKETTA TAL-UE

Kriterju 1 — Emissjonijiet fl-ilma u fl-arja

Bħala prerekwiżit, is-sit ta' produzzjoni tal-polpa u l-karta għandha tissodisfa r-rekwiżiti legali rispettivi kollha tal-pajjiż fejn ikun.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità, sostnuta minn dokumentazzjoni u dikjarazzjonijiet rilevanti mingħand il-fornitur(i) tal-polpa.

Kriterju 1(a) Domanda għall-ossiġenu kimiku (COD), kubrit (S), NOx, fosforu (P)

Ir-rekwiżit huwa bbażat fuq informazzjoni dwar l-emissjonijiet b'rabta ma' valur referenzjarju speċifiku. Il-proporzjon ta' bejn l-emissjonijiet proprji u l-valur referenzjarju jirriżulta f'punteġġ tal-emissjonijiet.

Il-punteġġ għal kwalunkwe parametru tal-emissjonijiet individwali ma għandux jaqbeż il-1,3.

Fil-każijiet kollha, il-punteġġ totali (Ptotal = PCOD + PS + PNOx + PP) ma għandux jaqbeż l-4,0.

Fil-każ ta' produzzjoni mhix integrata, l-applikant għandu jipprovdi kalkolu li jinkludi l-produzzjoni tal-polpa u tal-karta.

Għall-produzzjoni tal-polpa u tal-karta b'mod ġenerali, il-kalkolazzjoni ta' PCOD għandha ssir kif ġej (PS, PNOx, u PP għandhom jiġu kkalkolati eżatt bl-istess mod).

Għal kull “i” ta' polpa li tintuża, l-emissjonijiet relatati mkejla ta' COD (polpa“i” tas-COD espressa f'kg/tunnellata mnixxfa bl-arja — ADt), għandhom ikunu ppeżati skont il-proporzjon ta' kull polpa użata (polpa “i” fir-rigward ta' tunnellata ta' polpa mnixxfa bl-arja), u magħduda flimkien. Tunnellata mnixxfa bl-arja tieħu 90 % ta' kontenut ta' materja mnixxfa għall-polpa, u 95 % għall-karta.

L-emissjoni ppeżata ta' COD għall-polpa mbagħad tiżdied mal-emissjoni mkejla ta' COD mill-produzzjoni tal-karta biex tagħti emissjoni totali ta' COD u COD totali.

Il-valur referenzjarju ppeżat ta' COD għall-produzzjoni tal-polpa għandu jiġi kkalkulat bl-istess mod, bis-somma tal-valuri referenzjarji ppeżati għal kull polpa użata u magħdud mal-valur referenzjarju għall-produzzjoni tal-karta biex jagħti valur totali ta' referenza ta' COD valur COD ref, total. It-tabella 1 tinkludi l-valuri referenzjarji għal kull tip ta' polpa użata u għall-produzzjoni tal-karta.

Fl-aħħar nett, l-emissjoni totali ta' COD għandha tiġi diviża bil-valur referenzjarju totali ta' COD kif ġej:

Formula

Tabella 1

Valuri ta' referenza għal emissjonijiet minn tipi differenti ta' polpa u mill-produzzjoni tal-karta

Grad ta' polpa/karta

Emissjonijiet (kg/ADt)

COD referenza

P referenza

S referenza

NOx, referenza

Polpa kimika bbliċjata (għajr is-sulfit)

16,00

0,025

0,09 (1)

0,35

1,60

Polpa kimika bbliċjata (sulfit)

24,00

0,04

0,75

1,60

Polpa tas-sulfit tal-manjeżju

28,00

0,056

0,75

1,60

Polpa kimika mhux ibbliċjata

6,50

0,016

0,35

1,60

CTMP/CMP

16,00

0,008

0,20

0,25/0,70 (2)

TMP/polpa tal-injam mitħun

3,00,5,40 (3)

0,008

0,20

0,25

Polpa ta' fibra rriċiklata mingħajr it-tneħħija tal-linka

1,10

0,006

0,20

0,25

Polpa ta' fibra rriċiklata bit-tneħħija tal-linka

2,40

0,008

0,20

0,25

Mitħna tal-karta (kg/tunnellata)

1,00

0,008

0,30

0,70

F'każijiet ta' koġenerazzjoni ta' sħana u elettriku fl-istess impjant, l-emissjonijiet ta' S u NOx li jirriżultaw mill-ġenerazzjoni tal-elettriku fil-post jistgħu jitnaqqsu mill-ammont totali. L-ekwazzjoni li ġejja tista' tintuża biex jiġi kkalkulat il-proporzjon tal-emissjonijiet li jirriżultaw mill-ġenerazzjoni tal-elettriku:

2 × (MWh(elettriku))/[2 × MWh(elettriku) + MWh(sħana)]

L-elettriku f'dan il-kalkolu huwa l-elettriku prodott fl-impjant ta' koġenerazzjoni. Is-sħana f'dan il-kalkolu hija s-sħana netta mwassla mill-impjant ta' koġenerazzjoni għall-produzzjoni tal-polpa/karta.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi kalkoli ddettaljati u data tat-testijiet li juru l-konformità ma' dan il-kriterju, filmkien ma' dokumentazzjoni ta' sostenn relatata li tinkludi rapporti tat-testijiet bl-użu tal-metodi tat-test ta' monitoraġġ standard (jew metodi standard ekwivalenti li huma aċċettati mill-korp kompetenti bħala metodi li jipprovdu data ta' kwalità xjentifika ekwivalenti) kontinwi jew perjodiċi li ġejjin: COD: ISO 15705 jew ISO 6060; NOx: EN 14792 jew EN 11564 S (ossidi tal-kubrit): EN 14791 jew EPA nru 8; S (kubrit roditt): EPA nru 15 A, 16 A jew 16B; Kontenut ta' S fiż-żejt: ISO 8754; Kontenut ta' S fil-faħam: ISO 19579; Kontenut ta' S fil-bijomassa: EN 15289; P totali: EN ISO 6878

Testijiet rapidi jistgħu jintużaw ukoll sabiex jiġu mmonitorjati l-emissjonijiet diment li dawn jiġu vverifikati regolarment (pereżempju, kull xahar) billi jitqabblu mal-istandards jew ekwivalenti xierqa li ssemmew qabel. Fil-każ ta' emissjonijiet tas-COD, monitoraġġ kontinwu bbażat fuq l-analiżi tal-karbonju organiku totali (TOC) għandu jiġi aċċettat sakemm korrelazzjoni bejn ir-riżultati tat-TOC u s-COD tkun ġiet stabbilita għas-sit inkwistjoni.

Il-frekwenza tal-kejl minima, sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor fil-permess tal-operat, għandha tkun ta' kuljum għall-emissjonijiet tas-COD u ta' kull ġimgħa għall-emissjonijiet totali ta' P. Fil-każijiet kollha, l-emissjonijiet ta' S u NOx għandhom jitkejlu fuq bażi kontinwa (għall-emissjonijiet mill-bojlers b'kapaċità li taqbeż il-50 MW) jew fuq bażi perjodika (tal-anqas darba f'sena għal bojlers u tagħmir li jnixxef b'kapaċità ta' anqas minn 50 MW kull wieħed jew daqs dak l-ammont).

Id-data għandha tkun irrappurtata bħala medji annwali ħlief f'każijiet fejn:

il-kampanja ta' produzzjoni tkun għal perjodu ta' żmien limitat biss;

l-impjant ta' produzzjoni ikun ġdid jew ikun inbena mill-ġdid, f'liema każ il-kejl għandu jkun ibbażat fuq tal-anqas 45 jum sussegwenti ta' operat stabbli tal-impjant.

Fi kwalunkwe każ, id-data tista' tiġi aċċettata biss jekk tkun rappreżentattiva tal-kampanja rispettiva u jkun ittieħed biżżejjed kejl għall-parametri ta' kull emissjoni.

Id-dokumentazzjoni ta' sostenn għandha tinkludi indikazzjoni tal-frekwenza tal-kejl u l-kalkolu tal-punteġġ għas-COD, it-total ta' P, S u NOx.

L-emissjonijiet fl-arja għandhom jinkludu l-emissjonijiet kollha ta' S u NOx li jirriżultaw matul il-produzzjoni tal-polpa u l-karta, inkluż il-fwar iġġenerat barra l-post tal-produzzjoni, barra minn dawk l-emissjonijiet relatati mal-produzzjoni tal-elettriku. Il-kejl għandu jinkludi l-bojlers ta' rkupru, il-kalkari tal-ġir, il-bojlers tal-fwar u l-fran għall-qerda ta' gassijiet b'riħa punġenti. L-emissjonijiet diffużi għandhom jiġu kkunsidrati wkoll. Il-valuri rrappurtati tal-emissjonijiet tal-S fl-arja għandhom jinkludu kemm l-emissjonijiet tal-S ossidizzat u kemm ridott. L-emissjonijiet S relatati mal-ġenerazzjoni tal-enerġija tas-sħana miż-żejt, il-faħam u fjuwils esterni oħra b'kontenut magħruf ta' S jistgħu jiġu kkalkulati minflok imkejla, u għandhom jiġu kkunsidrati.

Il-kejl tal-emissjonijiet fl-ilma għandu jittieħed fuq kampjuni mhux iffiltrati u li ma jkunux qagħdu, fil-punt tar-rilaxx tal-effluwent tal-impjant ta' trattament tal-ilma mormi tal-imtieħen. F'każijiet fejn l-effluwent mill-mitħna jintbagħat lejn impjant ta' trattament tal-ilma mormi muniċipali jew ta' parti terza oħra, il-kampjuni mhux iffiltrati u li ma jkunux qagħdu mill-punt ta' rilaxx tad-drenaġġ effluwenti tal-mitħna għandhom jiġu analizzati u r-riżultati mmultiplikati b'fattur standard ta' effiċjenza fit-tneħħija għall-impjant tat-trattament tal-ilma mormi muniċipali jew ta' partijiet terzi. Il-fattur ta' effiċjenza fit-tneħħija għandu jkun ibbażat fuq l-informazzjoni pprovduta mill-operatur tal-impjant tat-trattament tal-ilma muniċipali mormi jew ta' parti terza oħra.

Għall-imtieħen integrati, minħabba d-diffikultajiet sabiex jinkisbu ċifri tal-emissjonijiet separati għall-polpa u l-karta, jekk ċifra kkumbinata tkun disponibbli biss għall-produzzjoni tal-polpa u l-karta, il-valuri ta' emissjoni għall-polpa(i) għandhom ikunu stabbiliti għal żero u l-emissjonijiet ikkumbinati għandhom jitqabblu mal-valuri referenzjarji kkumbinati għall-produzzjoni rilevanti tal-polpa u tal-karta. Il-kontenut bil-piż għal kull polpa mogħti valur referenzjarju speċifiku mit-Tabella 1 għandu jiġi rifless fl-ekwazzjoni.

Kriterju 1(b) Aloġeni organiċi assorbibbli (AOX)

Dan il-kriterju jirreferi għall-polpa ħielsa mill-kloru elementali (ECF).

L-emissjonijiet ta' AOX mill-produzzjoni ta' kull polpa li tintuża fil-karta grafika tal-Ekotikketta tal-UE ma għandhomx jaqbżu iż-0,17 kg/ADt.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi rapporti tat-testijiet li jużaw il-metodu tat-test AOX ISO 9562 jew metodi ekwivalenti, akkumpanjati minn kalkolazzjonijiet iddettaljati li juru konformità ma' dan il-kriterju u kwalunkwe dokumentazzjoni ta' sostenn relatata.

L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ma' dan il-kriterju, sostnuta minn lista tal-polpi tal-ECF differenti użati fit-taħlita tal-polpi, l-ippeżar rispettiv tagħhom u l-ammont individwali tagħhom ta' emissjonijiet ta' AOX, espressi f'kg ta' polpa ta' AOX/ADt.

Id-dokumentazzjoni ta' sostenn għandha tinkludi indikazzjoni tal-frekwenza tal-kejl. L-AOX għandu jitkejjel biss fi proċessi fejn jintużaw il-komposti tal-kloru għall-ibbliċjar tal-polpa. L-AOX ma għandux għalfejn jitkejjel fl-effluwent mill-produzzjoni mhux integrata tal-karta jew fl-effluwenti mill-produzzjoni tal-polpa mingħajr ibbliċjar jew fejn l-ibbliċjar isir b'sustanzi mingħajr kloru.

Il-kejl tal-emissjonijiet tal-AOX fl-ilma għandu jittieħed fuq kampjuni mhux iffiltrati u li ma jkunux qagħdu, fil-punt tar-rilaxx tal-effluwenti tal-impjant tat-trattament tal-ilma mormi tal-imtieħen. F'każijiet fejn l-effluwent mill-mitħna jintbagħat lejn impjant ta' trattament tal-ilma mormi muniċipali jew ta' parti terza oħra, il-kampjuni mhux iffiltrati u li ma jkunux qagħdu mill-punt ta' rilaxx tad-drenaġġ effluwenti tal-mitħna għandhom jiġu analizzati u r-riżultati mmultiplikati b'fattur standard ta' effiċjenza fit-tneħħija għall-impjant tat-trattament tal-ilma mormi muniċipali jew ta' partijiet terzi. Il-fattur ta' effiċjenza fit-tneħħija għandu jkun ibbażat fuq l-informazzjoni pprovduta mill-operatur tal-impjant tat-trattament tal-ilma muniċipali mormi jew ta' parti terza oħra.

L-informazzjoni dwar l-emissjonijiet għandha tiġi espressa bħala l-medja annwali mill-kejl meħud tal-anqas darba kull xahrejn. Fil-każ ta' impjant ta' produzzjoni ġdid jew li nbena mill-ġdid, il-kejl għandu jkun ibbażat fuq tal-anqas 45 jum sussegwenti ta' operat stabbli tal-impjant. Il-kejl għandu jkun rappreżentattiv tal-kampanja rispettiva.

F'każ li l-applikant ma jużax polpa bl-ECF, dikjarazzjoni korrispondenti lill-korp kompetenti tkun biżżejjed.

Kriterju 1(c) CO2

L-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju mill-fjuwils fossili użati għall-produzzjoni tas-sħana u l-elettriku mill-proċessi (sew jekk fil-post u sew mhux fil-post) ma għandhomx jaqbżu l-valuri ta' limitu li ġejjin:

1.

1 100 kg ta' CO2/tunnellata għall-karta magħmula minn polpa li tkun 100 % mingħajr linka/irriċiklata;

2.

1 000 kg CO2/tunnellata għall-karta magħmula minn polpa li tkun 100 % kimika;

3.

1 600 kg CO2/tunnellata għall-karta magħmula minn polpa li tkun 100 % mekkanika.

Għall-karta komposta minn kwalunkwe taħlita ta' polpa kimika, polpa rriċiklata u polpa mekkanika, valur ta' limitu ppeżat għandu jiġu kkalkolat abbażi tal-proporzjon ta' kull tip ta' polpa fit-taħlita. Il-valur proprju tal-emissjonijiet għandu jiġi kkalkolat bħala t-total tal-emissjonijiet mill-produzzjoni tal-polpa u l-karta, b'kunsiderazzjoni tat-taħlita ta' polpi użata.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi data u kalkoli dettaljati li juru konformità ma' dan il-kriterju, flimkien ma' dokumentazzjoni ta' sostenn relatata.

Għal kull polpa użata, il-manifattur tal-polpa għandu jipprovdi lill-applikant b'valur tal-emissjonijiet tas-CO2 uniku f'kg ta' CO2/ADt. L-applikant għandu jipprovdi wkoll valur tal-emissjonijiet tas-CO2 uniku għall-magna(i) tal-karta rilevanti użata(i) sabiex tiġi prodotta l-karta grafika tal-Ekotikketta tal-UE. Għall-imtieħen integrati, l-emissjonijiet tas-CO2 mill-produzzjoni tal-polpa u l-karta jistgħu jiġu rrappurtati bħala valur uniku.

Sabiex jiġi ddefinit il-massimu ta' emissjonijiet tas-CO2 permessi, l-applikant għandu jiddefinixxi t-taħlita tal-polpa f'termini ta' tip ta' polpa (jiġifieri, polpa kimika, polpa mekkanika u polpa rriċiklata).

Sabiex jiġu kkalkolati l-emissjonijiet proprji ta' CO2, l-applikant għandu jiddefinixxi t-taħlita tal-polpa f'termini ta' polpi individwali fornuti, jikkalkula l-emissjonijiet peżati medji ta' CO2 għall-produzzjoni tal-polpa u jżid dan il-valur mal-emissjonijiet tas-CO2 mill-magna(i) tal-karta.

Id-data dwar l-emissjonijiet tas-CO2 għandha tinkludi s-sorsi kollha ta' fjuwils mhux rinnovabbli użati matul il-produzzjoni tal-polpa u l-karta, inklużi l-emissjonijiet mill-produzzjoni tal-elettriku (sew fil-post u sew mhux fil-post).

Il-fatturi tal-emissjoni għall-fjuwils għandhom jintużaw f'konformità mal-Anness VI tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 601/2012 (4).

Għall-elettriku mill-grilja, fattur ta' kalkolazzjoni tal-emissjonijiet ta' 384 (kg ta' CO2/MWh) għandu jintuża skont il-metodoloġija MEErP (5).

Il-perjodu għall-kalkoli jew il-bilanċi tal-massa għandu jkun ibbażat fuq il-produzzjoni matul 12-il xahar. Fil-każ ta' impjant ta' produzzjoni ġdid jew li jkun inbena mill-ġdid, il-kalkolazzjonijiet għandhom ikunu bbażati fuq tal-anqas 45 jum sussegwenti ta' operat stabbli tal-impjant. Il-kalkoli għandhom ikunu rappreżentattivi tal-kampanja rispettiva.

Għall-elettriku tal-grilja, il-valur mogħti hawn fuq (il-medja Ewropea) għandu jintuża sakemm l-applikant ma jippreżentax dokumentazzjoni li tistabbilixxi l-valur medju għall-fornituri tiegħu tal-elettriku (fornituri kontraenti), f'liema każ l-applikant jista' juża dan il-valur minflok il-valur imsemmi. Id-dokumentazzjoni użata bħala prova ta' konformità għandha tinkludi speċifikazzjonijiet tekniċi li jindikaw il-valur medju (jiġifieri, kopja ta' kuntratt).

L-ammont ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli mixtrija u użata għall-proċessi tal-produzzjoni jgħodd bħala żero emissjonijiet tas-CO2 fil-kalkolu tal-emissjonijiet tas-CO2. L-applikant għandu jipprovdi dokumentazzjoni xierqa li fil-mitħna fil-fatt tintuża din it-tip ta' ta' enerġija, jew inkella li din inxtrat b'mod estern.

Kriterju 2 — Użu tal-enerġija

Ir-rekwiżit huwa bbażat fuq informazzjoni dwar l-użu proprju tal-enerġija waqt il-produzzjoni tal-polpa u l-karta b'rabta ma' valuri referenzjarji speċifiċi.

Il-konsum tal-enerġija jinkludi l-konsum tal-elettriku u l-fjuwil għall-produzzjoni tas-sħana li għandu jiġi espress f'termini ta' punteġġi (Ptotal) kif inhu ddettaljat hawn taħt.

In-numru totali ta' punti (Ptotal = PE + PF) m'għandux jaqbeż it-2,5.

It-tabella 2 tinkludi l-valuri referenzjarji għall-kalkolazzjoni tal-konsum tal-enerġija.

Fil-każ ta' taħlita ta' polpi, il-valur referenzjarju għall-konsum tal-elettriku u l-fjuwil għall-produzzjoni tas-sħana għandu jiġi ppeżat skont il-proporzjon ta' kull polpa użata (polpa “i” fir-rigward ta' tunnellata ta' polpa mnixxfa bl-arja) u magħdudin flimkien.

Kriterju 2(a) Elettriku

Il-konsum tal-elettriku relatat mal-produzzjoni tal-polpa u l-karta għandu jkun espress f'termini ta' punti (PE) kif dettaljat hawn taħt.

Kalkolu għall-produzzjoni tal-polpa: Għal kull polpa “i” li tintuża, il-konsum relatat tal-elettriku (Epolpa,i espress f'kWh/ADT) għandu jiġi kkalkolat kif ġej:

Epulp,i = elettriku prodott internament + elettriku mixtri – elettriku mibjugħ

Kalkolu għall-produzzjoni tal-karta: Bl-istess mod, il-konsum tal-elettriku relatat mal-produzzjoni tal-karta (Ekarta) għandu jiġi kkalkolat kif ġej:

Ekarta = Elettriku prodott internament + elettriku mixtri – elettriku mibjugħ

Fl-aħħar nett, il-punti għall-produzzjoni tal-polpa u tal-karta għandhom jingħaddu sabiex jagħtu l-għadd kumplessiv ta' punti (PE) kif ġej:

Formula

Fil-każ ta' mtieħen tal-karti integrati, minħabba d-diffikultajiet sabiex jinkisbu ċifri separati tal-elettriku għall-polpa u l-karta, jekk tkun disponibbli biss ċifra kkombinata għall-produzzjoni tal-polpa u l-karta, il-valuri tal-elettriku għall-polpa(i) għandhom jiġu ssettjati għal żero u ċ-ċifra għall-mitħna tal-karti għandha tinkludi kemm il-produzzjoni tal-polpa kif ukoll tal-karta.

Kriterju 2(b) Konsum tal-fjuwil għall-produzzjoni tas-sħana

Il-konsum ta' fjuwil relatat mal-produzzjoni tal-polpa u l-karta għandu jiġi espress f'termini ta' punti (PF) kif dettaljat hawn taħt.

Kalkolu għall-produzzjoni tal-polpa: Għal kull i ta' polpa użata, il-konsum ta' fjuwil relatat (Fpolpa,i espressa f'kWh/ADT) għandu jiġi kkalkulat kif ġej:

Fpolpa,i = fjuwil prodott internament + fjuwil mixtri – fjuwil mibjugħ – 1,25 × l-elettriku prodott internament

Nota:

1.

F polpa,i (u l-kontribut tiegħu għall-polpa PF) ma għandux għalfejn jiġi kkalkulat għall-polpa mekkanika ħlief jekk tkun polpa mekkanika tas-suq imnixxfa bl-arja li jkun fiha tal-anqas 90 % materja niexfa.

2.

L-ammont ta' fjuwil li jintuża biex jipproduċi s-sħana mibjugħa għandu jiżdied mat-terminu fjuwil mibjugħ fl-ekwazzjoni ta' hawn fuq.

Kalkolu għall-produzzjoni tal-karta: Bl-istess mod, il-konsum ta' fjuwil relatat mal-produzzjoni tal-karta (Fkarta, espress f'kWh/ADT), għandu jiġi kkalkulat kif ġej:

Fkarta = Fjuwil prodott internament + fjuwil mixtri – fjuwil mibjugħ – 1,25 × elettriku prodott internament

Fl-aħħar nett, il-punti għall-produzzjoni tal-polpa u tal-karta għandhom jingħaqdu sabiex jagħtu l-għadd kumplessiv ta' punti (PF) kif ġej:

Formula

Tabella 2

Valuri ta' referenza għall-elettriku u għall-fjuwil

Grad ta' polpa

Fjuwil kWh/ADt

Freferenza

Elettriku kWh/ADt

Ereferenza

Mhux admp

Admp

Mhux admp

admp

Polpa kimika

3 650

4 650

750

750

Polpa termomekkanika (TMP)

0

900

2 200

2 200

Polpa tal-injam mitħun (inkluż injam mitħun taħt pressjoni)

0

900

2 000

2 000

Polpa kimitermomekkanika (CTMP)

0

800

1 800

1 800

Polpa rriċiklata

350

1 350

600

600

Grad ta' karta

kWh/tunnellata

Karta fina mhux miksija, karta tar-rivisti (SC), karta tal-gazzetti

1 700

750

Karta fina miksija, karta miksija tar-rivisti (LWC, MWC)

1 700

800

admp = polpa tas-suq imnixxfa bl-arja

Valutazzjoni u verifika (kemm għal (a) u kemm għal (b)): L-applikant għandu jagħti kalkoli dettaljati li juru konformità ma' dan il-kriterju, flimkien mad-dokumentazzjoni ta' sostenn kollha relatata. Id-dettalji rrappurtati għalhekk għandhom jinkludu l-konsum totali ta' elettriku u ta' fjuwil.

L-applikant għandu jikkalkula l-inputs kollha ta' enerġija, maqsuma fi sħana/fjuwils u l-elettriku użati matul il-produzzjoni tal-polpa u l-karta, inkluża l-enerġija użata fit-tneħħija tal-linka tal-iskart tal-karti għall-produzzjoni tal-polpa rriċiklata. L-enerġija użata fit-trasport tal-materja prima, kif ukoll fil-konverżjoni u fl-imballaġġ, mhijiex inkluża fil-kalkoli tal-konsum tal-enerġija.

L-enerġija kollha tas-sħana tinkludi l-fjuwils kollha mixtrija. Din tinkludi wkoll l-enerġija tas-sħana rkuprata bl-inċinerazzjoni ta' likuri u skart mill-proċessi li jsiru fil-post (pereżempju skart tal-injam, serratura tal-injam, karta ta' kwalità baxxa) kif ukoll sħana rkuprata mill-ġenerazzjoni interna tal-elettriku. Madankollu, l-applikant għandu bżonn jgħodd biss 80 % tal-enerġija tas-sħana mit-tali sorsi fil-kalkolazzjoni tal-enerġija tas-sħana totali.

Enerġija elettrika tfisser l-elettriku nett impurtat li jkun ġej mill-grilja u l-ġenerazzjoni interna ta' elettriku mkejla bħala enerġija elettrika. L-elettriku użat għat-trattament tal-ilma mormi m'hemmx għalfejn jiġi inkluż.

Fejn il-fwar jiġi ġġenerat bl-użu tal-elettriku bħala s-sors tas-sħana, għandu jiġi kkalkulat il-valur tas-sħana tal-fwar, imbagħad jiġi diviż b'0,8 u jingħadd mal-konsum totali ta' fjuwil.

Fil-każ ta' mtieħen integrati, minħabba d-diffikultajiet sabiex jinkisbu ċifri separati tal-fjuwil (sħana) għall-polpa u l-karta, jekk tkun disponibbli biss ċifra kkombinata għall-produzzjoni tal-polpa u l-karta, il-valuri tal-fjuwil (sħana) għall-polpa(i) għandhom jiġu ssettjati għal żero u ċ-ċifra għall-mitħna tal-karti għandha tinkludi kemm il-produzzjoni tal-polpa u kemm tal-karta.

Kriterju 3 — Fibri — il-konservazzjoni tar-riżorsi, il-ġestjoni sostenibbli tal-foresti

Il-materja prima tal-fibra fil-board tista' tikkonsisti minn fibri rriċiklati jew verġni.

Il-fibri verġni ma għandhomx joriġinaw minn speċijiet ta' OĠM.

Il-fibri kollha għandhom ikunu koperti minn katina valida ta' ċertifikati ta' kustodja maħruġin minn skema ta' ċertifikazzjoni ta' parti terza indipendenti bħall-Kunsill tal-Amministrazzjoni Forestali (FSC), il-Programm għall-Approvazzjoni taċ-Ċertifikazzjoni tal-Foresti (PEFC) jew l-ekwivalenti, jew inkella koperti b'noti ta' wasla tal-karta għar-riċiklaġġ f'konformità ma' EN 643.

Tal-anqas 70 % tal-materjal tal-fibra allokat għall-prodott jew il-linja ta' produzzjoni għandu joriġina mill-foresti jew żoni ġestiti skont il-prinċipji ta' ġestjoni sostenibbli tal-foresti li jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati mill-iskema rilevanti tal-katina ta' kustodja u/jew joriġina minn materjali rriċiklati.

L-użu mill-ġdid ta' materjali ta' skart li jistgħu jiġu rkuprati fl-istess proċess li jkun iġġenerahom (karta ta' kwalità baxxa mill-magna tal-karta — prodotti minnhom stess jew mixtrija) huwa eskluż mill-kalkolu tal-kontenut ta' fibri rriċiklati. Madankollu, l-input ta' karta ta' kwalità baxxa minn operat ta' konverżjoni (tagħhom stess jew mixtrija) jista' jiġi kkunsidrat li jikkontribwixxi għall-kontenut tal-fibra rriċiklata jekk kopert min-noti ta' twassil skont EN 643.

Kwalunkwe materjal verġni mhux iċċertifikat għandu jkun kopert minn sistema ta' verifika li tiżgura li dan ikun inkiseb b'mod legali u jissodisfa kwalunkwe rekwiżit ieħor tal-iskema ta' ċertifikazzjoni fir-rigward tal-materjal mhux ċertifikat.

Il-korpi ta' ċertifikazzjoni li joħorġu ċ-ċertifikati tal-foresta u/jew tal-katina tal-kustodja għandhom ikunu akkreditati jew rikonoxxuti minn dik l-iskema ta' ċertifikazzjoni.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jagħti lill-korp kompetenti dikjarazzjoni ta' konformità sostnuta minn ċertifikat tal-katina ta' kustodja validu u ċċertifikat indipendentement mill-manifattur tal-karta grafika bl-Ekotikketta tal-UE u għall-fibri verġni kollha użati fil-prodott jew il-linja ta' produzzjoni. L-iskemi tal-FSC, tal-PEFC jew skemi ekwivalenti għandhom jiġu aċċettati bħala ċertifikazzjoni indipendenti minn parti terza. Fil-każ li tkun intużat fibra rriċiklata u ma jkunux intużaw dikjarazzjonijiet ta' riċiklaġġ FSC, PEFC jew ekwivalenti, l-evidenza għandha tkun koperta minn noti ta' twassil skont EN 643.

L-applikant għandu jipprovdi dokumenti ta' kontabbiltà awditjati li juru li tal-anqas 70 % tal-materjali allokati għall-produzzjoni jew il-linja ta' produzzjoni joriġinaw mill-foresti jew żoni ġestiti skont prinċipji ta' ġestjoni sostenibbli tal-foresti li jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati mill-iskema tal-katina ta' kustodja rilevanti u indipendenti u/jew joriġinaw minn materjali rriċiklati.

Jekk il-prodott jew il-linja tal-produzzjoni jinkludu materjal verġni mhux iċċertifikat, għandha tingħata prova li l-kontenut tal-materjal verġni mhux iċċertifikat ma jaqbiżx it-30 % u jkun kopert minn sistema ta' verifika li tiżgura li jkun inkiseb legalment u li jissodisfa kwalunkwe rekwiżit ieħor tal-iskema ta' ċertifikazzjoni fir-rigward ta' materjal mhux iċċertifikat.

Jekk l-iskema ma tirrikjedix speċifikament li l-materjal verġni kollu jinkiseb minn speċijiet mhux OĠM, għandha tingħata evidenza addizzjonali biex jintwera dan.

Il-kriterju 4 — Sustanzi u taħlitiet perikolużi ristretti

Il-bażi sabiex tintwera l-konformità ma' kull wieħed mis-sottokriterji li jaqgħu taħt il-kriterju 4 għandha tkun li l-applikant jipprovdi lista tal-kimika rilevanti kollha użata flimkien mad-dokumentazzjoni xierqa (karta bid-data dwar is-sikurezza jew dikjarazzjoni mingħand il-fornitur tal-kimika).

Kriterju 4(a) Restrizzjonijiet fuq Sustanzi ta' Tħassib Serju Ħafna (SVHC)

Nota: Il-proċessi u l-kimika funzjonali kollha użati fil-mitħna tal-karta għandhom jiġu skrinjati. Dan il-kriterju ma japplikax għall-kimika użata għat-trattament tal-ilma mormi sakemm l-ilma mormi trattat ma jiġix ċirkolat mill-ġdid fil-proċess tal-produzzjoni tal-karta.

Il-prodott tal-karta ma għandux ikun fih sustanzi li jkunu ġew identifikati skont il-proċedura deskritta fl-Artikolu 59(1) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) u inklużi fil-Lista ta' Kandidati għas-Sustanzi ta' Tħassib Serju Ħafna f'konċentrazzjonijiet akbar minn 0,10 % (piż b'piż). Ma għandha tingħata l-ebda deroga minn dan ir-rekwiżit.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni li l-prodott tal-karta ma għandux Sustanzi ta' Tħassib Serju Ħafna f'konċentrazzjonijiet akbar minn 0,10 % (piż b'piż). Id-dikjarazzjoni għandha tkun sostnuta minn karti bid-data dwar is-sikurezza jew dikjarazzjonijiet xierqa mill-fornituri tal-kimika tal-proċessi u l-kimika funzjonali kollha użati fil-mitħna tal-karti li juru li l-ebda waħda mis-sustanzi kimiċi ma għandha Sustanzi ta' Tħassib Serju Ħafna f'konċentrazzjonijiet akbar minn 0,10 % (piż b'piż).

Il-lista ta' sustanzi identifikati bħala Sustanzi ta' Tħassib Serju Ħafna u inklużi fil-lista tal-kandidati skont l-Artikolu 59(1) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tinsab hawnhekk:

http://echa.europa.eu/chem_data/authorisation_process/candidate_list_table_en.asp.

Għandha ssir referenza għal-lista fid-data tal-applikazzjoni.

Kriterju 4(b) Restrizzjonijiet ta' Klassifikazzjoni, Tikkettar u Imballaġġ (CLP)

Nota: Il-proċessi u l-kimika funzjonali kollha użati fil-mitħna tal-karta għandhom jiġu skrinjati. Dan il-kriterju ma japplikax għall-kimika użata għat-trattament tal-ilma mormi sakemm l-ilma mormi trattat ma jiġix ċirkolat mill-ġdid fil-proċess tal-produzzjoni tal-karta.

Sakemm ma ssirx deroga fit-Tabella 3, il-prodott tal-karta ma għandux ikollu sustanzi jew taħlitiet f'konċentrazzjonijiet akbar minn 0,10 % (piż b'piż) li jkunu kklassifikati bi kwalunkwe waħda mid-dikjarazzjonijiet ta' periklu li ġejjin f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1272/2008tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7):

Perikli ta'Grupp 1: Kategorija 1 A jew 1B karċinoġeniċi, mutaġeniċi u/jew tossiċi għar-riproduzzjoni (CMR): H340, H350, H350i, H360, H360F, H360D, H360FD, H360Fd, H360Df.

Perikli ta'Grupp 2: CMR tal-Kategorija 2: H341, H351, H361, H361f, H361d, H361fd, H362; Tossiċità akkwatika tal-kategorija 1: H400, H410; Tossiċità akuta tal-kategorija 1 u 2: H300, H310, H330; Tossiċità mill-aspirazzjoni tal-kategorija 1: H304; Tossiċità speċifika għall-organi fil-mira (STOT) tal-kategorija 1: H370, H372, Sensitizzatur tal-ġilda tal-kategorija 1 (*1): H317.

Perikli ta'Grupp 3: Tossiċità akkwatika tal-kategoriji 2, 3 u 4: H411, H412, H413; Tossiċità akuta tal-kategorija 3: H301, H311, H331; STOT tal-kategorija 2: H371, H373.

L-użu ta' sustanzi jew taħlitiet li jkunu mmodifikati kimikament waqt il-proċess ta' produzzjoni tal-karta (pereżempju, aġenti flokkulanti inorganiċi, aġenti ta' retikolazzjoni, aġenti inorganiċi ossidizzanti u riduċenti) biex kwalunkwe periklu ta' CLP ristrett rilevanti ma jibqax japplika għandu jiġi eżentat mir-rekwiżit imsemmi hawn fuq.

Tabella 3

Derogi mir-restrizzjonijiet ta' periklu ta' CLP u kondizzjonijiet applikabbli

Tip ta' sustanza/taħlita

Applikabbiltà

Klassifikazzjoni(jiet) derogata(i)

Kundizzjonijiet tad-deroga

Żebgħa u pigmenti

Użati f'applikazzjoni mxarrba aħħarija jew fuq superfiċe waqt il-produzzjoni ta' karta bil-kulur.

H411, H412, H413

Il-fornituri tal-kimika għandhom jiddikjaraw li rata ta' fissazzjoni ta' 98 % tista' tintlaħaq fuq il-karta u jipprovdu struzzjonijiet dwar kif dan jista' jiġi żgurat.

Il-produttur tal-karta għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ma' kwalunkwe struzzjoni rilevanti.

Żebgħa bażika

Iż-żebgħa tal-karta bbażata prinċipalment fuq il-polpa mekkanika u/jew polpa kimika mhix ibbliċjata.

H400, H410, H411, H412, H413, H317

Polimeri katjoniċi (inklużi polietileneimini, poliammidi u poliamini)

Diversi użi possibbli, inkluż dak bħala għajnuna għaż-żamma, titjib tas-saħħa tan-nisġa tal-fibri meta jixxarrbu, tas-saħħa meta l-karta tkun niexfa u meta tixxarrab.

H411, H412, H413

Il-produttur tal-karta għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ma' kwalunkwe struzzjoni rilevanti għall-ġestjoni u d-dożaġġ sikuri speċifikati fil-karta bid-data dwar is-sikurezza.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi lista tal-kimika rilevanti kollha użata flimkien mal-karta bid-data dwar is-sikurezza rilevanti jew dikjarazzjoni mill-fornitur.

Kwalunkwe kimika li jkollha sustanzi jew taħlitiet bi klassifikazzjonijiet ta' CLP ristretti għandha tiġi indikata. Ir-rata approssimattiva ta' dożaġġ tal-kimika, flimkien mal-konċentrazzjoni tas-sustanza jew it-taħlita ristretta f'dik il-kimika (kif indikat fil-karta bid-data dwar is-sikurezza jew id-dikjarazzjoni tal-fornitur) u fattur ta' żamma preżunt ta' 100 % għandhom jintużaw sabiex tiġi stmata l-kwantità tas-sustanza jew it-taħlita ristretta li jifdal fil-prodott finali.

Għandhom jiġu pprovduti ġustifikazzjonijiet bil-miktub lill-korp kompetenti għal kwalunkwe devjazzjoni minn fattur ta' żamma ta' 100 % jew għal modifikazzjoni kimika ta' sustanza jew taħlita ta' periklu ristretta.

Għal kwalunkwe sustanza jew taħlita ristretta li taqbeż iż-0,10 % (piż b'piż) tal-prodott tal-karta finali b'deroga, għandha tiġi provduta prova tal-konformità mal-kundizzjonijiet ta' deroga rilevanti.

Kriterju 4(c) Kloru

Nota: Dan ir-rekwiżit għandu japplika għall-produtturi tal-polpa u l-karta. Filwaqt li dan ir-rekwiżit japplika wkoll għall-ibbliċjar ta' fibri rriċiklati, huwa aċċettat li l-fibri fiċ-ċiklu tal-ħajja preċedenti tagħhom setgħu ġew ibbliċjati bil-gass tal-kloru.

Ma għandux jintuża gass tal-kloru bħala aġent tal-ibbliċjar. Dan ir-rekwiżit ma japplikax għall-gass tal-kloru relatat mal-produzzjoni u l-użu tad-diossidu tal-kloru.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni li l-gass tal-kloru ma ġiex użat bħala aġent tal-ibbliċjar fil-proċess tal-produzzjoni tal-karta, flimkien ma' dikjarazzjoni mingħand kwalunkwe fornitur tal-polpa rilevanti.

Kriterju 4(d) Etossilati tal-Alkilfenol (APEOs)

Nota: Dan ir-rekwiżit għandu japplika għall-produtturi tal-polpa u l-karta.

Ma għandhomx jiżdiedu etossilati tal-alkilfenol jew derivattivi oħra tal-alkilfenol ma' sustanzi kimiċi tat-tindif, sustanzi kimiċi li jneħħu l-linka, inibituri tar-ragħwa, dispersanti jew sustanzi ta' kisi. Id-derivattivi tal-alkilfenol huma ddefiniti bħala sustanzi li wara d-degradazzjoni jipproduċu l-alkilfenoli.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni(jiet) mill-fornitur(i) tas-sustanzi kimiċi tiegħu li ma żdidux etossilati tal-alkilfenol jew derivattivi oħra tal-alkilfenol ma' dawn il-prodotti.

Kriterju 4(e) Surfattanti użati fit-tneħħija tal-linka

Nota: Dan ir-rekwiżit għandu japplika għall-produttur(i) tal-polpa bil-linka mneħħija.

Is-surfattanti kollha użati fil-proċessi tat-tneħħija tal-linka għandhom ikunu bijodegradabbli faċilment jew ikollhom bijodegradibbiltà finali inerenti (ara l-metodi ta' ttestjar u l-livelli ta' mogħdija hawn taħt). L-unika eżenzjoni għal dan ir-rekwiżit għandha tkun l-użu tas-surfattanti bbażati fuq derivittativi mis-siliċju sakemm il-ħama tal-karta mill-proċess tat-tneħħija tal-linka tkun inċinerata.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformità ma' dan il-kriterju, flimkien mal-karti bid-data dwar is-sikurezza rilevanti jew ir-rapporti tat-testijiet għal kull surfattant. Dawn għandhom jindikaw il-metodu tat-test, il-livell limitu u l-konklużjoni milħuqa bl-użu ta' wieħed mill-metodi tat-test u l-livelli ta' mogħdija li ġejjin:

Għall-bijodegradibbiltà faċli: OECD Nru 301 A-F (jew standards ISO ekwivalenti), b'persentaġġ ta' degradazzjoni (inkluż l-assorbiment) fi żmien 28 jum ta' għall-inqas 70 % għal 301 A u E, u ta' għall-inqas 60 % għal 301 B, C, D u F.

Għall-bijodegradibbiltà finali inerenti: OECD 302 A-C (jew standards ISO ekwivalenti), b'persentaġġ ta' degradazzjoni (inkluż l-assorbiment) fi żmien 28 jum ta' mill-anqas 70 % għal 302 A u B, u ta' mill-anqas 60 % għal 302 C.

F'każijiet fejn jintużaw surfattanti bbażati fuq is-siliċju, l-applikant għandu jipprovdi karta bid-data dwar is-sikurezza għall-kimika użata u dikjarazzjoni li l-ħama tal-karta mill-proċess tat-tneħħija tal-linka jkun ġie inċinerat, inklużi dettalji dwar id-destinazzjoni tal-faċilità jew il-faċilitajiet ta' inċinerazzjoni.

Kriterju 4(f) Restrizzjonijiet tal-prodotti bijoċidali għall-kontroll tal-lgħab

Nota: Dan ir-rekwiżit għandu japplika għall-produttur tal-karta.

Is-sustanzi attivi fi prodotti bijoċidali użati sabiex jikkumbattu organiżmi li jiffurmaw il-lgħab f'sistemi tal-ilma ta' ċirkolazzjoni li jkollhom il-fibri għandhom ikunu ġew approvati għal dan l-iskop, jew ikunu qed jiġu eżaminati huma u jistennew deċiżjoni dwar jekk jiġux approvati, skont ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) u ma għandhomx ikunu potenzjalment bijoakkumulattivi.

Għall-finijiet ta' dan il-kriterju, il-potenzjal tal-bijoakkumulazzjoni għandu jkun ikkaratterizzat minn log Kow (log ottanol/koeffiċjent tal-partizzjoni tal-ilma) ≤ 3,0 jew fattur ta' bijokonċentrazzjoni ≤ 100 iddeterminat b'mod esperimentali.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ma' dan il-kriterju, flimkien mal-karta tad-data dwar is-sikurezza tal-materjali rilevanti jew rapport tat-test. Dan għandu jindika l-metodu tat-test, il-livell limitu u l-konklużjoni milħuqa, bl-użu ta' wieħed mill-metodi tat-test li ġejjin: OECD 107, 117 jew 305 A-E.

Kriterju 4(g) Restrizzjonijiet taż-żebgħa azo

Nota: Dan ir-rekwiżit għandu japplika għall-produttur tal-karta.

Iż-żebgħa azo, li permezz ta' tifriq riduttiv ta' grupp azo wieħed jew aktar tista' tirrilaxxa wieħed jew aktar mill-amini aromatiċi elenkati fid-Direttiva 2002/61/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9) jew ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 l-Anness XVII, l-Appendiċi 8, ma għandhiex tintuża fil-produzzjoni tal-karta grafika tal-Ekotikketta tal-UE.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ma' dan il-kriterju mill-fornitur(i) tal-koloranti kollha fil-proċess ta' produzzjoni tal-karta grafika tal-Ekotikketta tal-UE. Id-dikjarazzjoni tal-fornitur tal-koloranti għandha tkun sostnuta minn rapporti tat-testijiet skont il-metodi xierqa deskritti fl-Appendiċi 10 mal-Anness XVII mar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 jew metodi ekwivalenti.

Kriterju 4(h) Pigmenti u żebgħa b'bażi ta' metall

Nota: Dan ir-rekwiżit għandu japplika għall-produttur tal-karta. Ara d-definizzjoni ta' pigmenti u żebgħa b'bażi ta' metall fil-Preambolu ta' dan l-Anness.

Żebgħa u pigmenti bbażati fuq l-aluminju (*2), il-fidda, l-arseniku, il-barju, il-kadmju, il-kobalt, il-kromju, ir-ram (*2), il-merkurju, il-manganiż, in-nikil, iċ-ċomb, is-selenju, l-antimoju, il-landa jew iż-żingu ma għandhomx jintużaw.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità mar-rekwiżiti ta' dan il-kriterju mill-fornitur(i) tal-koloranti kollha użati fil-proċess ta' produzzjoni għall-karta grafika bl-Ekotikketta tal-UE. Id-dikjarazzjoni(jiet) tal-fornitur għandha(hom) t/ikunu sotnuta(i) minn karti bid-data dwar is-sikurezza jew dokumentazzjoni rilevanti oħra.

Kriterju 4(i) Impuritajiet joniċi f'materjali taż-żebgħa

Nota: Dan ir-rekwiżit għandu japplika għall-produttur tal-karta.

Il-livelli tal-impuritajiet joniċi fil-materjali taż-żebgħa użati ma għandhomx jaqbżu dan li ġej: fidda 100 ppm; arseniku 50 ppm barju 100 ppm; kadmju 20 ppm kobalt 500 ppm kromju 100 ppm; ram 250 ppm merkurju 4 ppm; nikil 200 ppm ċomb 100 ppm; selenju 20 ppm; antimonju 50 ppm; landa 250 ppm; żingu 1 500 ppm.

Ir-restrizzjoni għall-impuritajiet tar-ram ma għandhiex tapplika għal prodotti ta' żebgħa bbażati fuq il-ftaloċjanin tar-ram.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità mar-rekwiżiti ta' dan il-kriterju mill-fornitur(i) tal-koloranti kollha użati fil-proċess ta' produzzjoni għall-karta grafika bl-Ekotikketta tal-UE. Id-dikjarazzjoni(jiet) tal-fornitur għandha(hom) t/ikunu sotnuta(i) minn karti bid-data dwar is-sikurezza jew dokumentazzjoni rilevanti oħra.

Kriterju 5 — Immaniġġjar tal-iskart

Is-siti kollha ta' produzzjoni tal-polpa u l-karta għandu jkollhom sistema implimentata għall-ġestjoni tal-iskart li jirriżulta mill-proċess ta' produzzjoni u pjan ta' ġestjoni u minimizzazzjoni tal-iskart li jiddeskrivi l-proċess ta' produzzjoni u jinkludi informazzjoni dwar l-aspetti li ġejjin:

1.

il-proċeduri fis-seħħ għall-prevenzjoni tal-iskart;

2.

il-proċeduri fis-seħħ għas-separazzjoni, l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ tal-iskart;

3.

il-proċeduri fis-seħħ għall-ġestjoni sikura ta' skart perikoluż;

4.

għanijiet u miżuri għal titjib kontinwu marbutin ma' ġenerazzjoni tal-iskart imnaqqsa u ż-żieda tal- użu mill-ġdid u r-rati ta' riċiklaġġ.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jagħti pjan ta' minimizzazzjoni u ġestjoni tal-iskart għal kull sit ikkonċernat u dikjarazzjoni ta' konformità ma' dan il-kriterju.

L-applikanti rreġistrati mal-Iskema ta' Verifika u Ġestjoni Ambjentali tal-UE (EMAS) u/jew iċċertifikati skont ISO 14001 għandhom jitqiesu li ssodisfaw dan il-kriterju jekk:

1.

l-inklużjoni tal-ġestjoni tal-iskart tkun iddokumentata fid-dikjarazzjoni ambjentali tal-EMAS għas-sit(i) ta' produzzjoni, jew

2.

l-inklużjoni tal-ġestjoni tal-iskart tkun indirizzata tajjeb biżżejjed miċ-ċertifikazzjoni tal-ISO 14001 għas-sit(i) ta' produzzjoni.

Kriterju 6 — Adegwatezza għall-użu

Il-prodott għandu jkun adattat għall-iskop tiegħu.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ma' dan il-kriterju, flimkien ma' dokumentazzjoni xierqa ta' sostenn.

Il-produtturi għandhom jiggarantixxu l-adegwatezza għall-użu tal-prodotti tagħhom, billi jipprovdu dokumentazzjoni li turi l-kwalità tal-prodott f'konformità ma' EN ISO/IEC 17050. L-istandard jipprovdi kriterji ġenerali għad-dikjarazzjoni ta' konformità tal-fornituri ma' dokumenti normattivi.

Kriterju 7 — Informazzjoni dwar l-imballaġġ

Tal-anqas biċċa informazzjoni minn din li ġejja għandha tidher fuq l-imballaġġ tal-prodott:

“Jekk jogħġbok stampa fuq żewġ naħat” (applikabbli għall-karta li tintuża fl-uffiċċji).

“Jekk jogħġbok iġbor il-karta użata għar-riċiklaġġ”.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ma' dan il-kriterju, sostnuta minn ritratt tal-imballaġġ tal-prodott bl-informazzjoni mitluba.

Kriterju 8 — Informazzjoni li tidher fuq l-Ekotikketta tal-UE

L-applikant għandu jsegwi l-istruzzjonijiet dwar kif juża b'mod xieraq il-logo tal-Ekotikketta tal-UE provduti fil-Linji gwaida dwar il-Logo tal-Ekotikketta tal-UE.

http://ec.europa.eu/environment/ecolabel/documents/logo_guidelines.pdf.

Jekk tintuża t-tikketta fakultattiva b'kaxxa għat-test, din għandu jkun fiha t-test li ġej:

Emissjonijiet baxxi fl-arja u l-ilma waqt il-produzzjoni;

Użu baxx tal-enerġija waqt il-produzzjoni;

xx % ta' fibri miksubin b'mod sostenibbli/xx % ta' fibri rriċiklati (Kif ikun xieraq).

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ma' dan il-kriterju, sostnuta minn ritratt tal-imballaġġ tal-prodott li juri b'mod ċar it-tikketta, in-numru ta' reġistrazzjoni/liċenzja u, fejn ikun rilevanti, id-dikjarazzjonijiet li jistgħu jintwerew flimkien mat-tikketta.


(1)  Il-valur li huwa ogħla jirreferi għal imtieħen li jużaw l-ewkaliptu minn reġjuni b'livelli ogħla ta' fosforu (eż. l-ewkaliptu Iberjan).

(2)  Il-valur tal-emissjonijiet tad-NOx għal imtieħen tas-CTMP mhux integrati li jużaw it-tnixxif rapidu tal-polpa bi fwar ibbażat fuq il-bijomassa.

(3)  Il-valur ta' COD għal polpa mekkanika tassew ibbliċjata (70 — 100 % tal-fibra fil-karta finali).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 601/2012 tal-21 ta' Ġunju 2012 dwar il-monitoraġġ u r-rapportar ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 181, 12.7.2012, p. 30).

(5)  Metodoloġija għall-Ekodisinn tal-Prodotti relatati mal-Enerġija

(6)  Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).

(7)  Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).

(*1)  Ir-restrizzjonijiet tal-H317 għandhom japplikaw biss għal formolazzjonijiet taż-żebgħa kummerċjali, aġenti għall-irfinar tas-superfiċe u materjali ta' kisi applikati għall-karta.

(8)  Ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 22 ta' Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1).

(9)  Id-Direttiva 2002/61/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Lulju 2002 li temenda għad-dsatax-il darba d-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mar-restrizzjonijiet dwar il-marketing u l-użu ta' ċerti sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi (ażokoloranti) (ĠU L 243, 11.9.2002, p. 15)

(*2)  Ir-restrizzjoni għar-ram għandha tiġi eżentata fil-każ tal-ftaloċijanin tar-ram u r-restrizzjoni għall-aluminju ma għandhiex tapplika għall-aluminjosilikati.


ANNESS II

IL-KRITERJI TAL-EKOTIKKETTA TAL-UE SABIEX TINGĦATA L-EKOTIKKETTA TAL-UE GĦALL-KARTA TIXJU U PRODOTTI TAT-TIXJU

QAFAS

Għanijiet tal-kriterji

Il-kriterji jimmiraw, b'mod partikolari, li jnaqqsu r-rilaxx ta' sustanzi tossiċi jew ewtrofiċi fl-ilmijiet u d-dannu jew ir-riskji ambjentali relatati mal-użu tal-enerġija (it-tibdil fil-klima, l-aċidifikazzjoni, it-tnaqqis tal-ożonu, it-tnaqqis ta' riżorsi mhux rinnovabbli). Għal dan il-għan, il-kriterji jimmiraw li:

inaqqsu l-konsum tal-enerġija u l-emissjonijiet relatati fl-arja;

inaqqsu d-dannu ambjentali billi jnaqqsu l-emissjonijiet fl-ilma u l-ħolqien tal-iskart;

inaqqsu l-ħsara jew ir-riskji iambjentali marbutin mal-użu ta' kimika perikoluża, u

ijissalvagwardjaw il-foresti billi jirrikjedu li fibri rriċiklati u fibri verġni jinġiebu minn foresti u żoni li jkunu ġestiti b'mod sostenibbli.

Il-kriterji għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għal prodotti tal-“karta tat-tixju u prodotti tat-tixju”:

1.

Emissjonijiet fl-ilma u fl-arja;

2.

L-użu tal-enerġija;

3.

Il-fibri: il-konservazzjoni tar-riżorsi, il-ġestjoni sostenibbli tal-foresti;

4.

Sustanzi u taħlitiet perikolużi ristretti;

5.

Ġestjoni tal-iskart:

6.

Rekwiżiti tal-prodott finali

7.

It-tagħrif li jidher fuq l-Ekotikketta tal-UE

Il-kriterji ekoloġiċi jkopru l-produzzjoni tal-polpa li tinkludi s-sottoproċessi kostitwenti kollha mill-punt li fih il-fibra verġni jew il-fibra rriċiklata tidħol fis-sit tal-produzzjoni, sal-punt meta l-polpa toħroġ mill-fabbrika tal-polpa. Għall-proċessi ta' produzzjoni tal-karta, il-kriterji ekoloġiċi jkopru s-sottoproċessi kollha mit-tballit tal-polpa għall-produzzjoni tal-karta tat-tixju sat-tkebbib tal-karta fuq ir-romblu prinċipali.

L-użu tal-enerġija u l-emissjonijiet fl-ilma u l-arja waqt il-konverżjoni tal-karta tat-tixju fi prodotti tat-tixju mhumiex inklużi. Il-kriterji ekoloġiċi ma jkoprux it-trasport u l-imballaġġ tal-materja prima (pereżempju l-injam), il-polpa jew il-prodott finali tal-karta.

Valutazzjoni u verifika: Ir-rekwiżiti speċifiċi tal-valutazzjoni u tal-verifika huma indikati f'kull kriterju.

Meta l-applikant ikun mitlub jipprovdi dikjarazzjonijiet, dokumentazzjoni, analiżijiet, rapporti ta' testijiet, jew evidenza oħra biex juri l-konformità mal-kriterji, dawn jistgħu joriġinaw mill-applikant u/jew mill-fornitur(i) tiegħu u/jew mill-fornituri tagħhom, eċċ., kif xieraq.

Il-korpi kompetenti għandhom jirrikonoxxu b'mod preferenzjali l-attestazzjonijiet li jinħarġu mill-korpi akkreditati skont l-istandard armonizzat rilevanti għal-laboratorji tal-ittestjar u tal-ikkalibrar, u l-verifiki li jinħarġu minn korpi akkreditati skont l-istandard armonizzat rilevanti għall-korpi li jiċċertifikaw il-prodotti, il-proċessi u s-servizzi.

Meta xieraq jistgħu jintużaw metodi tal-ittestjar oħrajn li mhumiex indikati għal kull kriterju, diment li l-korp kompetenti li jkun qed jeżamina l-applikazzjoni jaċċetta l-ekwivalenza tagħhom.

Fejn ikun xieraq, il-korpi kompetenti jistgħu jirrikjedu dokumentazzjoni ta' evidenza u jistgħu jwettqu verifiki indipendenti jew spezzjonijiet fuq il-post biex jivverifikaw il-konformità ma' dawn il-kriterji.

Il-prodott tat-tixju jeħtieġ li jissodisfa r-rekwiżiti rispettivi kollha tal-pajjiż fejn jitqiegħed fuq is-suq. L-applikant għandu jiddikjara l-konformità tal-prodott ma' dan ir-rekwiżit.

Għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“tunnellata mnixxfa bl-arja” ta' polpa (ADt) espressa bħala xuttaġni ta' 90 %;

(2)

“polpa kimika” tfisser materjal fibruż li jinkiseb bit-tneħħija mill-materja prima ta' parti konsiderevoli mill-komposti mhux ċellulożiċi li jistgħu jitneħħew permezz ta' trattament kimiku (tisjir, delinjifikazzjoni, ibbliċjar);

(3)

“CMP” tfisser polpa kimikomekkanika;

(4)

“CTMP” tfisser polpa kemitermomekkanika;

(5)

“polpa bla linka” tfisser polpa magħmula minn karta rriċiklata li minnha jkunu tneħħew il-linka u kontaminanti oħrajn;

(6)

“żebgħa” tfisser sustanza organika b'kuluri intensi jew fluworexxenti biss, li tagħti l-kulur lil sottostrat permezz tal-assorbiment selettiv tad-dawl. Din tkun solubbli u/jew tgħaddi minn proċess ta' applikazzjoni li, tal-anqas b'mod temporanju, jeqred kwalunkwe struttura tal-kristall taż-żebgħa. Iż-żebgħa tinżamm fis-sottostrat billi tiġi assorbita, billi tinħall, u permezz ta' żamma mekkanika, jew permezz ta' rabtiet kimiċi joniċi jew kovalenti;

(7)

“polpa tal-EFC” tfisser polpa elementali bbliċjata mingħajr kloru;

(8)

“produzzjoni integrata” tfisser li l-polpa u l-karta jiġu prodotti fl-istess sit. Il-polpa ma titnixxifx qabel il-manifatturar tal-karta. Il-produzzjoni tal-karta/kartun hija marbuta direttament mal-produzzjoni tal-polpa;

(9)

“karta jew kartun tal-polpa tal-injam mekkaniku” tfisser karta jew kartun li jkun fih polpa tal-injam mekkanika bħala kostitwent essenzjali mill-kompożizzjoni tal-fibra tiegħu;

(10)

“pigmenti u żebgħa b'bażi tal-metall” tfisser żebgħa u pigmenti li bil-piż ikollhom aktar minn 50 % tal-kompost(i) rilevanti tal-metall;

(11)

“romblu prinċipali” tfisser romblu kbir ta' karta tat-tixju, imkebba fuq l-istazzjon tat-tkebbib, li jkopri l-wisa' kollha jew parti mill-wisa' tal-magna tal-karta tat-tixju;

(12)

“produzzjoni mhux integrata” tfisser il-produzzjoni ta' polpa kummerċjali (għall-bejgħ) fi mtieħen li ma joperawx magni tal-karta, jew il-produzzjoni ta' karta/kartun billi tintuża biss polpa prodotta f'impjanti oħra (polpa kummerċjali);

(13)

“karta ta' kwalità baxxa mill-magna tal-karta” tfisser materjali tal-karta li jintremew fil-proċess bil-magna tal-karta iżda li jkollhom karatteristiċi li jippermettu li dawn jerġgħu jintużaw fil-post billi jiġu inkorporati lura fl-istess proċess ta' manifattura li jkun iġġenerahom. Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, dan it-terminu ma għandux jiġi estiż għall-proċessi ta' konverżjoni, li huma kkunsidrati bħala proċessi differenti mill-magna tal-karta;

(14)

“pigmenti” tfisser solidi ta' partikoli organiċi jew inorganiċi kkuluriti, bojod jew fluworexxenti li ġeneralment ma jinħallux fil-veikolu jew is-sottostrat li jkunu inkorporati fihom, u essenzjalment ma jiġux affettwati fiżikament u kimikament mit-tali veikolu jew sottostrat. Dawn ibiddlu l-apparenza meta jkun hemm assorbiment selettiv u/jew tixrid tad-dawl. Il-pigmenti ġeneralment jinfirxu fil-veikoli jew is-sottostrati għall-applikazzjoni, pereżempju fil-manifattura tal-linka, iż-żebgħa jew materjali polimeriċi oħrajn. Il-pigmenti jżommu struttura tal-kristall jew tal-partikoli tul il-proċess taż-żebgħa.

(15)

“fibri rriċiklati” tfisser fibri ddevjati mill-kurrent tal-iskart waqt il-proċess tal-manifattura jew iġġenerati minn unitajiet domestiċi jew minn faċilitajiet kummerċjali, industrijali u istituzzjonali fir-rwol tagħhom bħala utenti finali tal-prodott. Dawn il-fibri ma jistgħux ikomplu jintużaw għall-iskop previst tagħhom. Dan jeskludi l-użu mill-ġdid ta' materjali ġġenerati fi proċess u li jistgħu jerġgħu jinġabru fl-istess proċess li jkun iġġenerahom (prodotti ta' kwalità baxxa mill-magna tal-karta — prodotti minnhom stess jew mixtrija).

(16)

“karta tat-tixju strutturata” tfisser karta kkaratterizzata minn kwantità kbira u kapaċità ta' assorbiment għolja miksuba b'partijiet lokali sinifikanti ta' densità tal-fibra għolja u baxxa f'forma ta' fibra fil-folja ta' bażi, iġġenerata permezz ta' proċessi speċifiċi fil-magna tal-karta tat-tixju.

(17)

“polpa tat-TFC” tfisser polpa bbliċjata kompletament mingħajr kloru;

(18)

“TMP” tfisser polpa termomekkanika.

IL-KRITERJI TAL-EKOTIKKETTA TAL-UE

Kriterju 1 — Emissjonijiet fl-ilma u fl-arja

Bħala prerekwiżit, is-sit ta' produzzjoni tal-polpa u l-karta għandha tissodisfa r-rekwiżiti legali rispettivi kollha tal-pajjiż fejn ikun.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità, sostnuta minn dokumentazzjoni u dikjarazzjonijiet rilevanti mingħand il-fornitur(i) tal-polpa.

Kriterju 1(a) Domanda għall-ossiġenu kimiku (COD), kubrit (S), NOx, fosforu (P)

Ir-rekwiżit huwa bbażat fuq informazzjoni dwar l-emissjonijiet b'rabta ma' valur referenzjarju speċifiku. Il-proporzjon ta' bejn l-emissjonijiet proprji u l-valur referenzjarju jirriżulta f'punteġġ tal-emissjonijiet.

Il-punteġġ għal kwalunkwe parametru tal-emissjonijiet individwali ma għandux jaqbeż il-1,3.

Fil-każijiet kollha, il-punteġġ totali (Ptotal = PCOD + PS + PNOx + PP) ma għandux jaqbeż l-4,0.

Fil-każ ta' produzzjoni mhix integrata, l-applikant għandu jipprovdi kalkolu li jinkludi l-produzzjoni tal-polpa u l-karta.

Għall-produzzjoni tal-polpa u l-karta b'mod ġenerali, il-kalkolazzjoni ta' PCOD għandha ssir kif ġej (PS, PNOx, PP għandhom jiġu kkalkolati eżatt bl-istess mod).

Għal kull “i” ta' polpa li tintuża, l-emissjonijiet relatati mkejla ta' COD (polpa“i” tas-COD espressa f'kg/tunnellata mnixxfa bl-arja —ADt), għandhom ikunu ppeżati skont il-proporzjon ta' kull polpa użata (polpa “i” fir-rigward ta' tunnellata ta' polpa mnixxfa bl-arja), u magħduda flimkien. Tunnellata mnixxfa bl-arja tieħu 90 % ta' kontenut ta' materja mnixxfa għall-polpa, u 95 % għall-karta.

L-emissjoni ppeżata ta' COD għall-polpa mbagħad tiżdied mal-emissjoni mkejla ta' COD mill-produzzjoni tal-karta biex tagħti emissjoni totali ta' COD u COD total.

Il-valur referenzjarju ppeżat ta' COD għall-produzzjoni tal-polpa għandu jiġi kkalkulat bl-istess mod, bis-somma tal-valuri referenzjarji ppeżati għal kull polpa użata u magħdud mal-valur referenzjarju għall-produzzjoni tal-karta biex jagħti valur totali ta' referenza ta' COD valur COD ref, total. It-tabella 1 tinkludi l-valuri referenzjarji għal kull tip ta' polpa użata u għall-produzzjoni tal-karta.

Fl-aħħar nett, l-emissjoni totali ta' COD għandha tiġi diviża bil-valur referenzjarju totali ta' COD kif ġej:

Formula

Tabella 1

Valuri ta' referenza minn tipi differenti ta' polpa u mill-produzzjoni tal-karta

Grad ta' Polpa/Karta

Emissjonijiet (kg/ADt)

COD referenza

P referenza

S referenza

NOx referenza

Polpa kimika bbliċjata (barra mis-sulfit)

16,00

0,025

0,09 (1)

0,35

1,60

Polpa kimika bbliċjata (sulfit)

24,00

0,04

0,75

1,60

Polpa tas-sulfit tal-manjeżju

28,00

0,056

0,75

1,60

Polpa kimika mhux ibbliċjata

6,50

0,016

0,35

1,60

CTMP/CMP

16,00

0,008

0,20

0,25–0,70 (2)

TMP/polpa tal-injam mitħun

3,00/5,40 (3)

0,008

0,20

0,25

Polpa ta' fibra rriċiklata mingħajr it-tneħħija tal-linka

1,10

0,006

0,20

0,25

Polpa ta' fibra rriċiklata bit-tneħħija tal-linka

3,20

0,012

0,20

0,25

 

Emissjonijiet (kg/tunnellata)

Produzzjoni tal-karta tat-tixju

1,20

0,01

0,30

0,50

Produzzjoni ta' karta tat-tixju strutturata

1,20

0,01

0,30

0,70

F'każijiet ta' koġenerazzjoni ta' sħana u elettriku fl-istess impjant, l-emissjonijiet ta' S u NOx li jirriżultaw mill-ġenerazzjoni tal-elettriku fil-post jistgħu jitnaqqsu mill-ammont totali. L-ekwazzjoni li ġejja tista' tintuża biex jiġi kkalkulat il-proporzjon tal-emissjonijiet li jirriżultaw mill-ġenerazzjoni tal-elettriku:

2 × (MWh(elettriku))/[2 × MWh(elettriku) + MWh(sħana)]

L-elettriku f'dan il-kalkolu huwa l-elettriku prodott fl-impjant ta' koġenerazzjoni. Is-sħana f'dan il-kalkolu hija s-sħana netta mwassla mill-impjant ta' koġenerazzjoni għall-produzzjoni tal-polpa/karta.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi kalkoli ddettaljati u data tat-testijiet li juru l-konformità ma' dan il-kriterju, filmkien ma' dokumentazzjoni ta' sostenn relatata li tinkludi rapporti tat-testijiet bl-użu tal-metodi tat-test ta' monitoraġġ standard (jew metodi standard ekwivalenti li huma aċċettati mill-korp kompetenti bħala metodi li jipprovdu data ta' kwalità xjentifika ekwivalenti) kontinwi jew perjodiċi li ġejjin: COD: ISO 15705 jew ISO 6060; NOx: EN 14792 jew EN 11564; S (Ossidi tal-kubrit): EN 14791 jew EPA nru 8; S (kubrit roditt): EPA nru 15 A, 16 A jew 16B; Kontenut ta' S fiż-żejt: ISO 8754; Kontenut ta' S fil-faħam: ISO 19579; Kontenut ta' S fil-bijomassa: EN 15289; P totali: EN ISO 6878

Testijiet rapidi jistgħu jintużaw ukoll sabiex jiġu mmonitorjati l-emissjonijiet diment li dawn jiġu vverifikati regolarment (pereżempju, kull xahar) billi jitqabblu mal-istandards jew ekwivalenti xierqa li ssemmew qabel. Fil-każ ta' emissjonijiet tas-COD, monitoraġġ kontinwu bbażat fuq l-analiżi tal-karbonju organiku totali (TOC) għandu jiġi aċċettat diment li tkun ġiet stabbilita korrelazzjoni bejn ir-riżultati tat-TOC u s-COD għas-sit inkwistjoni.

Il-frekwenza tal-kejl minima, sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor fil-permess tal-operat, għandha tkun ta' kuljum għall-emissjonijiet tas-COD u ta' kull ġimgħa għall-emissjonijiet totali ta' P. Fil-każijiet kollha, l-emissjonijiet ta' S u NOx għandhom jitkejlu fuq bażi kontinwa (għall-emissjonijiet mill-bojlers b'kapaċità li taqbeż il-50 MW) jew fuq bażi perjodika (tal-anqas darba f'sena għal bojlers u tagħmir li jnixxef b'kapaċità ta' anqas minn 50 MW kull wieħed jew daqs dak l-ammont).

Id-data għandha tkun irrappurtata bħala medji annwali ħlief f'każijiet fejn:

il-kampanja ta' produzzjoni tkun għal perjodu ta' żmien limitat biss;

l-impjant ta' produzzjoni ikun ġdid jew ikun inbena mill-ġdid, f'liema każ il-kejl għandu jkun ibbażat fuq tal-anqas 45 jum sussegwenti ta' operat stabbli tal-impjant.

Fi kwalunkwe każ, id-data tista' tiġi aċċettata biss jekk tkun rappreżentattiva tal-kampanja rispettiva u jkun ittieħed biżżejjed kejl għall-parametri ta' kull emissjoni.

Id-dokumentazzjoni ta' sostenn għandha tinkludi indikazzjoni tal-frekwenza tal-kejl u l-kalkolu tal-punteġġ għas-COD, it-total ta' P, S u NOx.

L-emissjonijiet għandhom jinkludu l-emissjonijiet kollha ta' S u NOx li jirriżultaw matul il-produzzjoni tal-polpa u l-karta, inkluż il-fwar iġġenerat barra l-post tal-produzzjoni, barra minn dawk l-emissjonijiet relatati mal-produzzjoni tal-elettriku. Il-kejl għandu jinkludi l-bojlers ta' rkupru, il-kalkari tal-ġir, il-bojlers tal-fwar u l-fran għall-qerda ta' gassijiet b'riħa punġenti. L-emissjonijiet diffużi għandhom jiġu kkunsidrati wkoll. Il-valuri rrappurtati tal-emissjonijiet ta' S fl-arja għandhom jinkludu kemm l-emissjonijiet ta' S ossidizzat u kemm ridott. L-emissjonijiet S relatati mal-ġenerazzjoni tal-enerġija tas-sħana miż-żejt, il-faħam u fjuwils esterni oħra b'kontenut magħruf ta' S jistgħu jiġu kkalkulati minflok imkejla, u għandhom jiġu kkunsidrati.

Il-kejl tal-emissjonijiet fl-ilma għandu jittieħed fuq kampjuni mhux iffiltrati u li ma jkunux qagħdu, fil-punt tar-rilaxx tal-effluwent tal-impjant ta' trattament tal-ilma mormi tal-imtieħen. F'każijiet fejn l-effluwent mill-mitħna jintbagħat lejn impjant ta' trattament tal-ilma mormi muniċipali jew ta' parti terza oħra, il-kampjuni mhux iffiltrati u li ma jkunux qagħdu, meħuda mill-punt ta' rilaxx tad-drenaġġ effluwenti tal-mitħna, għandhom jiġu analizzati u r-riżultati mmultiplikati b'fattur standard ta' effiċjenza fit-tneħħija għall-impjant tat-trattament tal-ilma mormi muniċipali jew ta' partijiet terzi. Il-fattur ta' effiċjenza fit-tneħħija għandu jkun ibbażat fuq l-informazzjoni pprovduta mill-operatur tal-impjant tat-trattament tal-ilma muniċipali mormi jew ta' parti terza.

Għall-imtieħen integrati, minħabba d-diffikultajiet sabiex jinkisbu ċifri tal-emissjonijiet separati għall-polpa u l-karta, jekk ċifra kkumbinata tkun disponibbli biss għall-produzzjoni tal-polpa u l-karta, il-valuri ta' emissjoni għall-polpa(i) għandhom ikunu stabbiliti għal żero u l-emissjonijiet ikkumbinati għandhom jitqabblu mal-valuri referenzjarji kkumbinati għall-produzzjoni rilevanti tal-polpa u tal-karta. Il-kontenut bil-piż għal kull polpa mogħti valur referenzjarju speċifiku mit-Tabella 1 għandu jiġi rifless fl-ekwazzjoni.

Kriterju 1(b) Aloġeni organiċi assorbibbli (AOX)

Dan il-kriterju jirreferi għall-polpa ħielsa mill-kloru elementali (ECF).

L-emissjonijiet ta' AOX mill-produzzjoni ta' kull polpa li tintuża fil-karta tixju tal-Ekotikketta tal-UE ma għandhomx jaqbżu ż-0,17 kg/ADt.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi rapporti tat-testijiet li jużaw il-metodu tat-test AOX ISO 9562 jew metodi ekwivalenti, akkumpanjati minn kalkolazzjonijiet iddettaljati li juru konformità ma' dan il-kriterju u minn kull dokumentazzjoni ta' sostenn relatata li jkun hemm.

L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ma' dan il-kriterju, sostnuta minn lista tal-polpi tal-ECF differenti użati fit-taħlita tal-polpi, l-ippeżar rispettiv tagħhom u l-ammont individwali tagħhom ta' emissjonijiet ta' AOX, espressi f'kg ta' polpa ta' AOX/ADt.

Id-dokumentazzjoni ta' sostenn għandha tinkludi indikazzjoni tal-frekwenza tal-kejl. L-AOX għandu jitkejjel biss fi proċessi fejn jintużaw il-komposti tal-kloru għall-ibbliċjar tal-polpa. L-AOX ma għandux għalfejn jitkejjel fl-effluwent mill-produzzjoni mhux integrata tal-karta jew fl-effluwenti mill-produzzjoni tal-polpa mingħajr ibbliċjar jew fejn l-ibbliċjar isir b'sustanzi mingħajr kloru.

Il-kejl tal-emissjonijiet tal-AOX fl-ilma għandu jittieħed fuq kampjuni mhux iffiltrati u li ma jkunux qagħdu, fil-punt tar-rilaxx tal-effluwenti tal-impjant tat-trattament tal-ilma mormi tal-imtieħen. F'każijiet fejn l-effluwent mill-mitħna jintbagħat lejn impjant ta' trattament tal-ilma mormi muniċipali jew ta' parti terza oħra, il-kampjuni mhux iffiltrati u li ma jkunux qagħdu, meħuda mill-punt ta' rilaxx tad-drenaġġ effluwenti tal-mitħna, għandhom jiġu analizzati u r-riżultati mmultiplikati b'fattur standard ta' effiċjenza fit-tneħħija għall-impjant tat-trattament tal-ilma mormi muniċipali jew ta' partijiet terzi. Il-fattur ta' effiċjenza fit-tneħħija għandu jkun ibbażat fuq l-informazzjoni pprovduta mill-operatur tal-impjant tat-trattament tal-ilma muniċipali mormi jew ta' parti terza.

L-informazzjoni dwar l-emissjonijiet għandha tiġi espressa bħala l-medja annwali mill-kejl meħud tal-anqas darba kull xahrejn. Fil-każ ta' impjant ta' produzzjoni ġdid jew li nbena mill-ġdid, il-kejl għandu jkun ibbażat fuq tal-anqas 45 jum sussegwenti ta' operat stabbli tal-impjant. Dan għandu jkun rappreżentattiv tal-kampanja rispettiva.

F'każ li l-applikant juża biss polpa mhux bl-ECF, dikjarazzjoni korrispondenti lill-korp kompetenti tkun biżżejjed.

Kriterju 1(c) CO2

Nota: Il-kriterju jirreferi għas-somma totali ta' emissjonijiet tas-CO2 mill-proċessi ta' manifattura tal-polpa u l-karta. Il-konverżjoni mhijiex inkluża.

L-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju mill-fjuwils fossili użati għall-produzzjoni tas-sħana u l-elettriku mill-proċessi (sew jekk fil-post u sew mhux fil-post) ma għandhomx jaqbżu l-valuri ta' limitu li ġejjin:

1.

1 200 kg ta' CO2/tunnellata għall-karta tat-tixju konvenzjonali,

2.

1 850 kg ta' CO2/tunnellata għal karta tat-tixju strutturata.

Il-valur proprju tal-emissjonijiet għandu jiġi kkalkolat bħala t-total tal-emissjonijiet mill-produzzjoni tal-polpa u l-karta, b'kunsiderazzjoni tat-taħlita tal-polpi użati.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi data u kalkoli dettaljati li juru konformità ma' dan il-kriterju, flimkien ma' dokumentazzjoni ta' sostenn relatata.

Għal kull polpa użata, il-manifattur tal-polpa għandu jipprovdi lill-applikant b'valur tal-emissjonijiet tas-CO2 uniku f'kg ta' CO2/ADt. L-applikant għandu jipprovdi wkoll valur tal-emissjonijiet tas-CO2 uniku għall-magna(i) tal-karta rilevanti użata(i) sabiex tiġi prodotta l-karta tat-tixju tal-Ekotikketta tal-UE. Għall-imtieħen integrati, l-emissjonijiet tas-CO2 mill-produzzjoni tal-polpa u l-karta jistgħu jiġu rrappurtati bħala valur uniku.

Id-data dwar l-emissjonijiet tas-CO2 għandha tinkludi s-sorsi kollha ta' fjuwils mhux rinnovabbli użati matul il-produzzjoni tal-polpa u l-karta, inklużi l-emissjonijiet mill-produzzjoni tal-elettriku (sew fil-post u sew mhux fil-post).

Il-fatturi tal-emissjoni għall-fjuwils għandhom jintużaw f'konformità mal-Anness VI tar-Regolament (UE) Nru 601/2012.

Għall-elettriku mill-grilja, fattur ta' kalkolazzjoni tal-emissjonijiet ta' 384 (kg ta' CO2/MWh) għandu jintuża skont il-metodoloġija MEErP (4).

Il-perjodu għall-kalkoli jew il-bilanċi tal-massa għandu jkun ibbażat fuq il-produzzjoni matul 12-il xahar. Fil-każ ta' impjant ta' produzzjoni ġdid jew li jkun inbena mill-ġdid, il-kalkolazzjonijiet għandhom ikunu bbażati fuq tal-anqas 45 jum sussegwenti ta' operat stabbli tal-impjant. Il-kalkoli għandhom ikunu rappreżentattivi tal-kampanja rispettiva.

Għall-elettriku tal-grilja, il-valur mogħti hawn fuq (il-medja Ewropea) għandu jintuża sakemm l-applikant ma jippreżentax dokumentazzjoni li tistabbilixxi l-valur medju għall-fornituri tiegħu tal-elettriku (fornitur kontraenti), f'liema każ l-applikant jista' juża dan il-valur minflok il-valur imsemmi. Id-dokumentazzjoni użata bħala prova ta' konformità għandha tinkludi speċifikazzjonijiet tekniċi li jindikaw il-valur medju (jiġifieri, kopja ta' kuntratt).

L-ammont ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli mixtrija u użati għall-proċessi tal-produzzjoni jgħodd bħala żero emissjonijiet tas-CO2 fil-kalkolu tal-emissjonijiet ta' CO2. L-applikant għandu jipprovdi dokumentazzjoni xierqa li din it-tip ta' enerġija fil-fatt tintuża fil-mitħna jew inxtrat b'mod estern.

Kriterju 2 — Użu tal-enerġija

Ir-rekwiżit huwa bbażat fuq informazzjoni dwar l-użu proprju tal-enerġija waqt il-produzzjoni tal-polpa u l-karta b'rabta ma' valuri referenzjarji speċifiċi.

Il-konsum tal-enerġija jinkludi l-konsum tal-elettriku u l-fjuwil għall-produzzjoni tas-sħana li għandu jiġi espress f'termini ta' punteġġi (Ptotal) kif inhu ddettaljat hawn taħt.

In-numru totali ta' punteġġi (Ptotal = PE + PF) m'għandux ikun ta' iktar minn 2,5.

It-tabella 2 tinkludi l-valuri referenzjarji għall-kalkolazzjoni tal-konsum tal-enerġija.

Fil-każ ta' taħlita ta' polpi, il-valur referenzjarju għall-konsum tal-elettriku u l-fjuwil għall-produzzjoni tas-sħana għandu jiġi ppeżat skont il-proporzjon ta' kull polpa użata (polpa “i” fir-rigward ta' tunnellata ta' polpa mnixxfa bl-arja) u magħdudin flimkien.

Kriterju 2(a) Elettriku

Il-konsum tal-elettriku relatat mal-produzzjoni tal-polpa u l-karta għandu jkun espress f'termini ta' punti (PE) kif dettaljat hawn taħt.

Kalkolazzjoni għall-produzzjoni tal-polpa: Għal kull i ta' polpa li tintuża, il-konsum relatat tal-elettriku (Epolpa,i espress f'kWh/ADT) għandu jiġi kkalkolat kif ġej:

Epolpa,i = elettriku prodott internament + elettriku mixtri – elettriku mibjugħ

Kalkolazzjoni għall-produzzjoni tal-karta: Bl-istess mod, il-konsum tal-elettriku relatat mal-produzzjoni tal-karta (Ekarta) għandu jiġi kkalkolat kif ġej:

Ekarta = elettriku prodott internament + elettriku mixtri – elettriku mibjugħ

Fl-aħħar nett, il-punti għall-produzzjoni tal-polpa u tal-karta għandhom jingħaddu sabiex jagħtu l-għadd kumplessiv ta' punti (PE) kif ġej:

Formula

Fil-każ ta' mtieħen tal-karti integrati, minħabba d-diffikultajiet sabiex jinkisbu ċifri separati tal-elettriku għall-polpa u l-karta, jekk tkun disponibbli biss ċifra kkombinata għall-produzzjoni tal-polpa u l-karta, il-valuri tal-elettriku għall-polpa(i) għandhom jiġu ssettjati għal żero u ċ-ċifra għall-mitħna tal-karti għandha tinkludi kemm il-produzzjoni tal-polpa kif ukoll tal-karta.

Kriterju 2(b) Konsum tal-fjuwil għall-produzzjoni tas-sħana

Il-konsum ta' fjuwil relatat mal-produzzjoni tal-polpa u l-karta għandu jiġi espress f'termini ta' punti (PF) kif dettaljat hawn taħt.

Kalkolazzjoni għall-produzzjoni tal-polpa: Għal kull i ta' polpa użata, il-konsum ta' fjuwil relatat (Fpolpa,i espressa f'kWh/ADT) għandu jiġi kkalkulat kif ġej:

Fpolpa,i = fjuwil prodott internament + fjuwil mixtri – fjuwil mibjugħ – 1,25 × l-elettriku prodott internament

Nota:

1.

F polpa,i (u l-kontribut tiegħu għall-polpa PF) ma għandux għalfejn jiġi kkalkulat għall-polpa mekkanika ħlief jekk tkun polpa mekkanika tas-suq imnixxfa bl-arja li jkun fiha tal-anqas 90 % materja niexfa.

2.

L-ammont ta' fjuwil li jintuża biex jipproduċi s-sħana mibjugħa għandu jiżdied mat-terminu “fjuwil mibjugħ” fl-ekwazzjoni ta' hawn fuq.

Kalkolazzjoni għall-produzzjoni tal-karta: Bl-istess mod, il-konsum ta' fjuwil relatat mal-produzzjoni tal-karta (Fkarta, espress f'kWh/ADT), għandu jiġi kkalkulat kif ġej:

Fkarta = fjuwil prodott internament + fjuwil mixtri – fjuwil mibjugħ – 1,25 × elettriku prodott internament

Fl-aħħar nett, il-punti għall-produzzjoni tal-polpa u tal-karta għandhom jingħaqdu sabiex jagħtu l-għadd kumplessiv ta' punti (PF) kif ġej:

Formula

Tabella 2

Valuri referenzjarji għall-elettriku u għall-fjuwil

Grad tal-polpa

Fjuwil kWh/ADt

Freferenza

Elettriku kWh/ADt

Ereferenza

Mhux admp

admp

Mhux admp

admp

Polpa kimika

3 650 munita

4 650 munita

750

750

Polpa termomekkanika (TMP)

0

900

2 200 munita

2 200 munita

Polpa ta' njam mitħun (inkluż injam mitħun taħt pressjoni)

0

900

2 000

2 000

Polpa kimitermomekkanika (CTMP)

0

800

1 800

1 800

Polpa rriċiklata

350

1 350

700

700

Grad tal-karta

kWh/tunnellata

Karta tat-tixju

1 950

950

Tixju strutturata

3 000

1 500

admp = polpa tas-suq imnixxfa bl-arja.

Valutazzjoni u verifika (kemm għal (a) u kemm għal (b)): L-applikant għandu jagħti kalkoli dettaljati li juru konformità ma' dan il-kriterju, flimkien mad- dokumentazzjoni ta' sostenn kollha relatata. Id-dettalji rrappurtati għalhekk għandhom jinkludu l-konsum totali ta' elettriku u ta' fjuwil.

L-applikant għandu jikkalkola l-inputs kollha tal-enerġija, maqsuma fi sħana/fjuwils u l-elettriku użati matul il-produzzjoni tal-polpa u l-karta, inkluża l-enerġija użata fit-tneħħija tal-linka mill-iskart tal-karti għall-produzzjoni tal-polpa rriċiklata. L-enerġija użata fit-trasportazzjoni tal-materja prima, kif ukoll fl-imballaġġ, mhix inkluża fil-kalkoli tal-konsum tal-enerġija.

L-enerġija kollha tas-sħana tinkludi l-fjuwils kollha mixtrija. Din tinkludi wkoll l-enerġija tas-sħana rkuprata bl-inċinerazzjoni ta' likuri u skart mill-proċessi li jsiru fil-post (pereżempju skart tal-injam, serratura tal-injam, karta ta' kwalità baxxa) kif ukoll sħana rkuprata mill-ġenerazzjoni interna tal-elettriku. Madankollu, l-applikant għandu bżonn jgħodd biss 80 % tal-enerġija tas-sħana mit-tali sorsi fil-kalkolazzjoni tal-enerġija tas-sħana totali.

L-enerġija elettrika tfisser l-elettriku nett impurtat li jkun ġej mill-grilja u l-ġenerazzjoni interna ta' elettriku mkejla bħala enerġija elettrika. L-elettriku użat għat-trattament tal-ilma mormi ma hemmx għalfejn jiġi inkluż.

Fejn il-fwar jiġi ġġenerat bl-użu tal-elettriku bħala s-sors tas-sħana, għandu jiġi kkalkulat il-valur tas-sħana tal-fwar, imbagħad jiġi diviż b'0,8 u magħdud mal-konsum totali ta' fjuwil.

Fil-każ ta' mtieħen integrati, minħabba d-diffikultajiet sabiex jinkisbu ċifri separati tal-fjuwil (sħana) għall-polpa u l-karta, jekk tkun disponibbli biss ċifra kkombinata għall-produzzjoni tal-polpa u l-karta, il-valuri tal-fjuwil (sħana) għall-polpa(i) għandhom jiġu ssettjati għal żero u ċ-ċifra għall-mitħna tal-karti għandha tinkludi kemm il-produzzjoni tal-polpa u kemm tal-karta.

Kriterju 3 — Fibri — il-konservazzjoni tar-riżorsi, ġestjoni sostenibbli tal-foresti

Il-materja prima tal-fibra tista' tikkonsisti minn fibri rriċiklati jew verġni.

Il-fibri verġni ma għandhomx joriġinaw minn speċijiet ta' OĠM.

Il-fibri kollha għandhom ikunu koperti minn katina valida ta' ċertifikati ta' kustodja maħruġin minn skema ta' ċertifikazzjoni ta' parti terza indipendenti bħall-Kunsill tal-Amministrazzjoni Forestali (FSC), il-Programm għall-Approvazzjoni taċ-Ċertifikazzjoni tal-Foresti (PEFC) jew l-ekwivalenti, jew inkella koperti b'noti ta' wasla tal-karta għar-riċiklaġġ f'konformità ma' EN 643.

Tal-anqas 70 % tal-materjal tal-fibra allokat għall-prodott jew il-linja ta' produzzjoni għandu joriġina mill-foresti jew żoni ġestiti skont il-prinċipji ta' ġestjoni sostenibbli tal-foresti li jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati mill-iskema rilevanti tal-katina ta' kustodja u/jew joriġina minn materjali rriċiklati.

Huwa eskluż mill-kalkolu tal-kontenut ta' fibri rriċiklati, l-użu mill-ġdid ta' materjali ta' skart li jistgħu jiġu rkuprati fl-istess proċess li jkun iġġenerahom (karta ta' kwalità baxxa mill-magna tal-karta – prodotti minnhom stess jew mixtrija). Madankollu, l-input ta' karta ta' kwalità baxxa minn operat ta' konverżjoni (tagħhom stess jew mixtrija) jista' jiġi kkunsidrat li jikkontribwixxi għall-kontenut tal-fibra rriċiklata jekk kopert min-nota ta' twassil skont EN 643.

Kwalunkwe materjal verġni mhux iċċertifikat għandu jkun kopert minn sistema ta' verifika li tiżgura li dan ikun inġieb b'mod legali u jissodisfa kwalunkwe rekwiżit ieħor tal-iskema ta' ċertifikazzjoni fir-rigward tal-materjal mhux iċċertifikat.Il-korpi ta' ċertifikazzjoni li joħorġu ċ-ċertifikati tal-foresta u/jew tal-katina tal-kustodja għandhom ikunu akkreditati jew rikonoxxuti minn dik l-iskema ta' ċertifikazzjoni.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jagħti lill-korp kompetenti dikjarazzjoni ta' konformità sostnuta minn ċertifikat tal-katina ta' kustodja validu u ċċertifikat indipendentement mill-manifattur tal-karta tat-tixju bl-Ekotikketta tal-UE u għall-fibri kollha użati fil-prodott jew il-linja ta' produzzjoni. L-iskemi tal-FSC, tal-PEFC jew skemi ekwivalenti għandhom jiġu aċċettati bħala ċertifikazzjoni indipendenti minn parti terza. Fil-każ li tkun intużat fibra rriċiklata u ma jkunux intużaw dikjarazzjonijiet ta' riċiklaġġ FSC, PEFC jew ekwivalenti, l-evidenza għandha tkun koperta minn noti ta' twassil skont EN 643.

L-applikant għandu jipprovdi dokumenti ta' kontabbiltà awditjati li juru li tal-anqas 70 % tal-materjali allokati għall-produzzjoni jew il-linja ta' produzzjoni joriġinaw mill-foresti jew żoni ġestiti skont prinċipji ta' ġestjoni sostenibbli tal-foresti li jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati mill-iskema tal-katina ta' kustodja rilevanti u indipendenti u/jew joriġinaw minn materjali rriċiklati.

Jekk il-prodott jew il-linja tal-produzzjoni jinkludu materjal verġni mhux iċċertifikat, għandha tingħata prova li l-kontenut tal-materjal verġni mhux iċċertifikat ma jaqbiżx it-30 % u jkun kopert minn sistema ta' verifika li tiżgura li jkun inkiseb legalment u li jissodisfa kwalunkwe rekwiżit ieħor tal-iskema ta' ċertifikazzjoni fir-rigward ta' materjal mhux iċċertifikat.

Jekk l-iskema ma tirrikjedix speċifikament li l-materjal verġni kollu jinkiseb minn speċijiet mhux OĠM, għandha tingħata evidenza addizzjonali biex jintwera dan.

Kriterju 4 — Sustanzi u taħlitiet perikolużi ristretti

Il-bażi sabiex tintwera l-konformità ma' kull wieħed mis-sottokriterji li jaqgħu taħt il-kriterju 4 għandha tkun li l-applikant jipprovdi lista tal-kimika rilevanti kollha użata flimkien mad-dokumentazzjoni xierqa (karta bid-data dwar is-sikurezza jew dikjarazzjoni mingħand il-fornitur tal-kimika).

Kriterju 4(a) Restrizzjonijiet fuq Sustanzi ta' Tħassib Serju Ħafna (SVHC)

Nota: Il-proċessi u l-kimika funzjonali kollha użati fil-mitħna tal-karta u, fejn ikun rilevanti, waqt il-proċess ta' konverżjoni tal-karta tixju għandhom jiġu skrinjati. Dan il-kriterju ma japplikax għall-kimika użata għat-trattament tal-ilma mormi sakemm l-ilma mormi trattat ma jiġix iċċirkolat mill-ġdid fil-proċess tal-produzzjoni tal-karta.

Il-prodott tal-karta ma għandux ikun fih sustanzi li ġew identifikati skont il-proċedura deskritta fl-Artikolu 59(1) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 u inklużi fil-Lista ta' Kandidati għas-Sustanzi ta' Tħassib Serju Ħafna f'konċentrazzjonijiet akbar minn 0,10 % (piż b'piż). L-ebda deroga minn dan ir-rekwiżit ma għandha tingħata.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni li l-prodott tal-karta ma għandux Sustanzi ta' Tħassib Serju Ħafna f'konċentrazzjonijiet akbar minn 0,10 % (piż b'piż). Id-dikjarazzjoni għandha tkun sostnuta minn karti bid-data dwar is-sikurezza jew dikjarazzjonijiet xierqa mill-fornituri tal-kimika tal-proċessi u l-kimika funzjonali kollha użati fil-mitħna tal-karti li juru li l-ebda waħda mis-sustanzi kimiċi ma għandha Sustanzi ta' Tħassib Serju Ħafna f'konċentrazzjonijiet akbar minn 0,10 % (piż b'piż).

Il-lista ta' sustanzi identifikati bħala Sustanzi ta' Tħassib Serju Ħafna u inklużi fil-lista tal-kandidati skont l-Artikolu 59(1) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tista' tinstab hawnhekk:

http://echa.europa.eu/chem_data/authorisation_process/candidate_list_table_en.asp.

Għandha ssir referenza għal-lista fid-data tal-applikazzjoni.

Kriterju 4(b) Restrizzjonijiet ta' Klassifikazzjoni, Tikkettar u Imballaġġ (CLP)

Nota: Il-proċessi u l-kimika funzjonali kollha użati fil-mitħna tal-karta u, fejn ikun rilevanti, waqt il-proċess ta' konverżjoni tal-karta tixju għandhom jiġu skrinjati. Dan il-kriterju ma japplikax għall-kimika użata għat-trattament tal-ilma mormi sakemm l-ilma mormi trattat ma jiġix iċċirkolat mill-ġdid fil-proċess tal-produzzjoni tal-karta.

Sakemm ma ssirx deroga fit-Tabella 3, il-prodott tal-karta ma għandux ikollu sustanzi jew taħlitiet f'konċentrazzjonijiet akbar minn 0,10 % (piż b'piż) li jkunu klassifikati bi kwalunkwe waħda mid-dikjarazzjonijiet ta' periklu li ġejjin f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1272/2008;

Perikli tal-Grupp 1 Kategorija 1 A jew 1B karċinoġeniċi, mutaġeniċi u/jew tossiċi għar-riproduzzjoni (CMR): H340, H350, H350i, H360, H360F, H360D, H360FD, H360Fd, H360Df.

Perikli tal-Grupp 2: CMR tal-Kategorija 2: H341, H351, H361, H361f, H361d, H361fd, H362; Tossiċità akkwatika tal-kategorija 1: H400, H410; Tossiċità akuta tal-kategorija 1 u 2: H300, H310, H330; Tossiċità mill-aspirazzjoni tal-kategorija 1: H304; Tossiċità speċifika għall-organi fil-mira (STOT) tal-kategorija 1: H370, H372, Sensitizzatur tal-ġilda tal-kategorija 1 (*1): H317.

Perikli tal-Grupp 3: Tossiċità akkwatik tal-kategoriji 2, 3 u 4: H411, H412, H413; Tossiċità akuta tal-kategorija 3: H301, H311, H331; STOT tal-kategorija 2: H371, H373;

L-użu ta' sustanzi jew taħlitiet li jkunu mmodifikati kimikament waqt il-proċess ta' produzzjoni tal-karta (pereżempju, aġenti flokkulanti inorganiċi, aġenti ta' retikolazzjoni, aġenti inorganiċi ossidizzanti u riduċenti) biex kwalunkwe periklu ta' CLP ristrett rilevanti ma jibqax japplika għandu jiġi eżentat mir-rekwiżit imsemmi hawn fuq.

Tabella 3

Derogi mir-restrizzjonijiet ta' periklu ta' CLP u kondizzjonijiet applikabbli

Tip ta' sustanza/taħlita

Applikabbiltà

Klassifikazzjoni(jiet) derogata/i

Kundizzjonijiet tad-deroga

Żebgħa u pigmenti

Użati f'applikazzjoni mxarrba, aħħarija jew fuq superfiċje, waqt il-produzzjoni ta' karta bil-kulur.

H411, H412, H413

Il-fornituri tal-kimika għandhom jiddikjaraw li tista' tintlaħaq rata ta' fissazzjoni ta' 98 % fuq il-karta u jipprovdu struzzjonijiet dwar kif dan jista' jiġi żgurat.

Il-produttur tal-karta għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ma' kwalunkwe struzzjoni rilevanti.

Aġenti ta' tisħiħ tal-fibri tal-karta meta jixxarrbu bbażati fuq il-poliammidoamin-epikloroidrin (PAE)

Użati bħala aġenti ta' żamma sabiex tiġi mtejba l-ħeffa li biha tgħaddi karta minn ġo magna u sabiex isaħħu l-fibri tal-karta tal-prodott meta jixxarbu.

H411, H412, H413

Il-kontenut ta' monomeru residwu kkumbinat ta' epikloroidrin (ECH, CAS Nru 106-89-8) u l-prodotti mid-diżintegrazzjoni tiegħu 1,3-dikloro-2-propanol (DCP, CAS Nru 96-23-1) u 3-monokloro-1,2-propanediol (MCPD, CAS No 96-24-2) ma għandux jaqbeż iż-0,35 % (p/p) tal-kontenut ta' solidi attivi tal-formulazzjoni.

Gliossal (fibra rriċiklata)

Impurità fil-fibri rriċiklati

H341, H317

Permess biss f'konċentrazzjonijiet li jaqbżu ż-0,10 % (p/p) jekk minħabba kontaminanti minn materjali rriċiklati użati fil-proċess tal-produzzjoni tal-karta. F'każijiet bħal dawn, għandha tintwera konformità mal-limitu ddefinit fil-kriterju 6(c).

Kimika awżiljarja Yankee bbażata fuq il-poliammidoamin-epikloroidrin (PAE)

Użati biex iġiegħdu l-karta.

H411, H412, H413

Il-kontenut ta' monomeru residwu kkumbinat ta' epikloroidrin (ECH, CAS Nru 106-89-8) u l-prodotti mid-diżintegrazzjoni tiegħu 1,3-dikloro-2-propanol (DCP, CAS Nru 96-23-1) u 3-monokloro-1,2-propanediol (MCPD, CAS Nru 96-24-2) ma għandux jaqbeż iż-0,05 % (p/p) tal-kontenut ta' solidi attivi tal-formolazzjoni.

Polimeri katjoniċi (inklużi polietileneimini, poliammidi u poliamini)

Diversi użi possibbli, inkluż dak bħala għajnuna għaż-żamma, titjib tas-saħħa tan-nisġa tal-fibri meta jixxarrbu, tas-saħħa meta l-karta tkun niexfa u meta tixxarrab.

H411, H412, H413

Il-produttur tal-karta għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ma' kwalunkwe struzzjoni rilevanti għall-ġestjoni u d-dożaġġ sikuri speċifikati fil-karta bid-data dwar is-sikurezza.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi lista tal-kimika rilevanti kollha użata flimkien mal-karta bid-data dwar is-sikurezza rilevanti jew dikjarazzjoni mill-fornitur.

Kwalunkwe kimika li jkollha sustanzi jew taħlitiet bi klassifikazzjonijiet ta' CLP ristretti għandha tiġi indikata. Ir-rata approssimattiva ta' dożaġġ tal-kimika, flimkien mal-konċentrazzjoni tas-sustanza jew it-taħlita ristretta f'dik il-kimika (kif indikat fil-karta bid-data dwar is-sikurezza jew id-dikjarazzjoni tal-fornitur) u fattur ta' żamma preżunt ta' 100 % għandhom jintużaw sabiex tiġi stmata l-kwantità tas-sustanza jew it-taħlita ristretta li jifdal fil-prodott finali.

Għandhom jiġu pprovduti ġustifikazzjonijiet bil-miktub lill-korp kompetenti għal kwalunkwe devjazzjoni minn fattur ta' żamma ta' 100 % jew għal modifikazzjoni kimika ta' sustanza jew taħlita ta' periklu ristretta.

Għal kwalunkwe sustanza jew taħlita ristretta li taqbeż iż-0,10 % (piż b'piż) tal-prodott tal-karta finali b'deroga, għandha tiġi provduta prova tal-konformità mal-kundizzjonijiet ta' deroga rilevanti.

Kriterju 4(c) Kloru

Nota: Dan ir-rekwiżit għandu japplika għall-produtturi tal-polpa u l-karta. Filwaqt li dan ir-rekwiżit japplika wkoll għall-ibbliċjar ta' fibri rriċiklati, huwa aċċettat li l-fibri fiċ-ċiklu tal-ħajja preċedenti tagħhom setgħu ġew ibbliċjati bil-gass tal-kloru.

Ma għandux jintuża gass tal-kloru bħala aġent tal-ibbliċjar. Dan ir-rekwiżit ma japplikax għall-gass tal-kloru relatat mal-produzzjoni u l-użu tad-diossidu tal-kloru.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni li l-gass tal-kloru ma ġiex użat bħala aġent tal-ibbliċjar fil-proċess tal-produzzjoni tal-karta, flimkien ma' dikjarazzjoni mingħand kwalunkwe fornitur tal-polpa rilevanti.

Kriterju 4(d) Etossilati tal-Alkilfenol (APEOs)

Nota: Dan ir-rekwiżit għandu japplika għall-produtturi tal-polpa u l-karta.

Ma għandhomx jiżdiedu etossilati tal-alkilfenol jew derivattivi oħra tal-alkilfenol ma' sustanzi kimiċi tat-tindif, sustanzi kimiċi li jneħħu l-linka, inibituri tar-ragħwa, jew dispersanti. Id-derivattivi tal-alkilfenol huma ddefiniti bħala sustanzi li wara d-degradazzjoni jipproduċu l-alkilfenoli.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni(jiet) mill-fornitur(i) tas-sustanzi kimiċi tiegħu li ma żdidux etossilati tal-alkilfenol jew derivattivi oħra tal-alkilfenol ma' dawk il-prodotti.

Kriterju 4(e) Surfattanti użati fit-tneħħija tal-linka

Nota: Dan ir-rekwiżit għandu japplika għall-produttur(i) tal-polpa bil-linka mneħħija.

Is-surfattanti kollha użati fil-proċessi tat-tneħħija tal-linka għandhom ikunu bijodegradabbli faċilment jew ikollhom bijodegradibbiltà finali inerenti (ara l-metodi ta' ttestjar u l-livelli ta' mogħdija hawn taħt). L-unika eżenzjoni għal dan ir-rekwiżit għandha tkun l-użu tas-surfattanti bbażati fuq derivittativi mis-siliċju sakemm il-ħama tal-karta mill-proċess tat-tneħħija tal-linka tkun inċinerata.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformità ma' dan il-kriterju, flimkien mal-karti bid-data dwar is-sikurezza rilevanti jew ir-rapporti tat-testijiet għal kull surfattant. Dawn għandhom jindikaw il-metodu tat-test, il-livell limitu u l-konklużjoni milħuqa bl-użu ta' wieħed mill-metodi tat-test u l-livelli ta' mogħdija li ġejjin:

Għall-bijodegradibbiltà faċli: OECD Nru 301 A-F (jew standards ISO ekwivalenti), b'persentaġġ ta' degradazzjoni (inkluż l-assorbiment) fi żmien 28 jum ta' għall-inqas 70 % għal 301 A u E, u ta' għall-inqas 60 % għal 301 B, C, D u F.

Għall-bijodegradibbiltà finali inerenti: OECD 302 A-C (jew standards ISO ekwivalenti), b'persentaġġ ta' degradazzjoni (inkluż l-assorbiment) fi żmien 28 jum ta' mill-anqas 70 % għal 302 A u B, u ta' mill-anqas 60 % għal 302 C.

F'każijiet fejn jintużaw surfattanti bbażati fuq is-siliċju, l-applikant għandu jipprovdi karta bid-data dwar is-sikurezza għall-kimika użata u dikjarazzjoni li l-ħama tal-karta mill-proċess tat-tneħħija tal-linka jkun ġie inċinerat, inklużi dettalji dwar id-destinazzjoni tal-faċilità jew il-faċilitajiet ta' inċinerazzjoni.

Kriterju 4(f) Restrizzjonijiet tal-prodotti bijoċidali għall-kontroll tal-lgħab

Nota: Dan ir-rekwiżit għandu japplika għall-produttur tal-karta.

Is-sustanzi attivi fi prodotti bijoċidali użati sabiex jikkumbattu organiżmi li jiffurmaw il-lgħab f'sistemi tal-ilma ta' ċirkolazzjoni li jkollhom il-fibri għandhom ikunu ġew approvati għal dan l-iskop, jew ikunu qed jiġu eżaminati bi deċiżjoni jew approvazzjoni mistennija, skont ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 u ma għandhomx ikunu potenzjalment bijoakkumulattivi.

Għall-finijiet ta' dan il-kriterju, il-potenzjal tal-bijoakkumulazzjoni għandu jkun ikkaratterizzat minn log Kow (log ottanol/koeffiċjent tal-partizzjoni tal-ilma) ≤ 3,0 jew fattur ta' bijokonċentrazzjoni ≤ 100 iddeterminat b'mod esperimentali.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ma' dan il-kriterju, flimkien mal-folja tad-data dwar is-sikurezza tal-materjali rilevanti jew rapport tat-test. Dan għandu jindika l-metodu tat-test, il-livell limitu u l-konklużjoni milħuqa, bl-użu ta' wieħed mill-metodi tat-test li ġejjin: OECD 107, 117 jew 305 A-E.

Kriterju 4(g) Restrizzjonijiet taż-żebgħa Azo

Nota: Dan ir-rekwiżit għandu japplika għall-produttur tal-karta.

Iż-żebgħa azo, li permezz ta' tifriq riduttiv ta' grupp azo wieħed jew aktar tista' tirrilaxxa wieħed jew aktar mill-amini aromatiċi elenkati fid-Direttiva 2002/61/KE jew ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 l-Anness XVII, l-Appendiċi 8, ma għandhomx jintużaw fil-produzzjoni tal-karta tixju tal-Ekotikketta tal-UE.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ma' dan il-kriterju mill-fornitur(i) tal-koloranti kollha fil-proċess ta' produzzjoni tal-karta tixju u l-prodotti tat-tixju tal-Ekotikketta tal-UE. Id-dikjarazzjoni tal-fornitur tal-koloranti għandha tkun sostnuta minn rapporti tat-testijiet skont il-metodi xierqa deskritti fl-Appendiċi 10 mal-Anness XVII mar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 jew metodi ekwivalenti.

Kriterju 4(h) Pigmenti u żebgħa b'bażi ta' metall

Nota: Dan ir-rekwiżit għandu japplika għall-produttur tal-karta jew, fejn ikun rilevanti, għall-konvertitur tal-karta tixju. Ara d-definizzjoni ta' pigmenti u żebgħa b'bażi ta' metall fil-Preambolu ta' dan l-Anness.

Żebgħa u pigmenti bbażati fuq l-aluminju (*2), il-fidda, l-arseniku, il-barju, il-kadmju, il-kobalt, il-kromju, il-merkurju, il-manganiż, in-nikil, iċ-ċomb, is-selenju, l-antimoju, il-landa jew iż-żingu ma għandhomx jintużaw.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità mar-rekwiżiti ta' dan il-kriterju mill-fornitur(i) tal-koloranti kollha użati fil-proċess ta' produzzjoni għall-prodotti tat-tixju tal-Ekotikketta tal-UE. Id-dikjarazzjoni(jiet) tal-fornitur għandhom ikunu sotnuti minn karti bid-data dwar is-sikurezza jew dokumentazzjoni rilevanti oħra.

Kriterju 4(i) Impuritajiet joniċi f'materjali taż-żebgħa

Nota: Dan ir-rekwiżit għandu japplika għall-produttur tal-karta jew, fejn ikun rilevanti, għall-konvertitur tal-karta tixju.

Il-livelli tal-impuritajiet ijoniċi fil-materjali taż-żebgħa użati ma għandhomx jaqbżu dan li ġej: fidda 100 ppm; arseniku 50 ppm; barju 100 ppm; kadmju 20 ppm; kobalt 500 ppm; kromju 100 ppm; merkurju 4 ppm; nikil 200 ppm; ċomb 100 ppm; selenju 20 ppm; antimonju 50 ppm; landa 250 ppm; żingu 1 500 ppm.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità mar-rekwiżiti ta' dan il-kriterju mill-fornitur(i) tal-koloranti kollha użati fil-proċess ta' produzzjoni għall-karta tixju bl-Ekotikketta tal-UE. Id-dikjarazzjoni(jiet) tal-fornitur għandha(hom) t/ikunu sotnuta(i) minn karti bid-data dwar is-sikurezza jew dokumentazzjoni rilevanti oħra.

Kriterju 4(j) Lozjonijiet

L-ebda sustanza li hija klassifikata bħala H317, H334, CMR jew imniżżla fil-Lista ta' Kandidati għal Sustanzi ta' Tħassib Serju Ħafna ma għandha tiżdied ma' formolazzjonijiet ta' lozjonijiet użati waqt il-konverżjoni ta' prodotti tat-tixju tal-Ekotikketta tal-UE. Barra minn hekk, parabeni, triklosan, formaldeid, rilaxxaturi tal-formaldeid jew metillisotijażolinon ma għandhomx jiżdiedu ma' formolazzjonijiet ta' lozjonijiet.

Barra minn hekk, l-ebda formolazzjoni ta' lozjoni użata ma għandha tiġi dożata fi kwantitajiet li jirriżultaw f'sustanzi individwali bil-klassifikazzjonijiet ristretti ta' CLP elenkati fil-kriterju 4(b) preżenti fi kwantitajiet li jaqbżu ż-0,010 % (p/p) tal-prodott tat-tixju finali. Is-somma tas-sustanzi b'xi klassifikazzjonijiet ta' CLP ristretti ma għandhiex taqbeż iż-0,070 % (p/p) tal-prodott tat-tixju.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi lista ta' kwalunkwe formolazzjoni ta' lozjonijiet użati fil-produzzjoni tal-prodotti tat-tixju tal-Ekotikketta tal-UE, flimkien ma' dikjarazzjonijiet ta' konformità mill-fornituri rispettivi ta' dawk il-formolazzjonijiet ta' lozjonijiet, il-karti bid-data dwar is-sikurezza rilevanti u, sabiex tintwera konformità mal-limiti fil-prodott finali, il-kalkolazzjonijiet ibbażati fuq ir-rati ta' dożaġġ użati mill-applikant li jistmaw il-konċentrazzjonijiet ta' kwalunkwe sustanza ta' CLP ristretta fil-formolazzjoni li tibqa' fil-prodott finali tal-karta tat-tixju tal-Ekotikketta tal-UE.

Kriterju 5 — Ġestjoni tal-Iskart

Is-siti kollha ta' produzzjoni tal-polpa u l-karta, inklużi siti ta' produzzjoni tat-tixju konvertita, għandu jkollhom sistema implimentata għall-ġestjoni tal-iskart li jirriżulta mill-proċess ta' produzzjoni u pjan ta' ġestjoni u minimizzazzjoni tal-iskart li jiddeskrivi l-proċess ta' produzzjoni u jinkludi informazzjoni dwar l-aspetti li ġejjin:

1.

il-proċeduri fis-seħħ għall-prevenzjoni tal-iskart;

2.

il-proċeduri fis-seħħ għas-separazzjoni, l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ tal-iskart;

3.

il-proċeduri fis-seħħ għall-ġestjoni sikura ta' skart perikoluż;

4.

għanijiet u miri għal titjib kontinwu marbutin ma' ġenerazzjoni tal-iskart imnaqqsa u ż-żieda tal-użu mill-ġdid u r-rati ta' riċiklaġġ.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jagħti pjan ta' minimizzazzjoni u ġestjoni tal-iskart għal kull sit ikkonċernat u dikjarazzjoni ta' konformità ma' dan il-kriterju.

L-applikanti rreġistrati mal-Iskema ta' Verifika u Ġestjoni Ambjentali tal-UE (EMAS) u/jew iċċertifikati skont ISO 14001 għandhom jitqiesu li ssodisfaw dan il-kriterju jekk:

1.

l-inklużjoni tal-ġestjoni tal-iskart tkun iddokumentata fid-dikjarazzjoni ambjentali tal-EMAS għas-sit(i) ta' produzzjoni, jew

2.

l-inklużjoni tal-ġestjoni tal-iskart tkun indirizzata tajjeb biżżejjed miċ-ċertifikazzjoni tal-ISO 14001 għas-sit(i) ta' produzzjoni.

Kriterju 6 — Rekwiżiti tal-prodotti finali

Kriterju 6(a) Żebgħa u illuminanti ottiċi

Għall-karta tat-tixju miżbugħa, għandu jintwera li l-kulur ma jerħix (livell 4 jew ogħla) skont il-proċedura l-qasira ddefinita f'EN 646.

Għall-karta tixju trattata b'aġenti illuminanti ottiċi, għandu jintwera li ma terħix (livell 4 jew ogħla) skont il-proċedura qasira ddefinita f'EN 648.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant jew il-fornitur(i) tal-kimika għandhom jipprovdu dikjarazzjoni ta' konformità ma' dan il-kriterju sostnuta mir-rapporti tat-testijiet rilevanti skont l-istandards EN 646 u/jew EN 648, skont il-każ.

Jekk ma jsirx dan, l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni li tgħid li l-ebda żebgħa jew aġenti illuminanti ottiċi ma ntużaw.

Kriterju 6(b) Aġenti kontra l-ħama u sustanzi antimikrobika

Il-kampjuni tal-prodott tat-tixju finali ma għandhomx jirriżultaw fl-inibizzjoni tat-tkabbir tal-mikroorganiżmi, u dan f'konformità ma' EN 1104.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformità ma' dan il-kriterju sostnuta minn rapporti ta' testijiet, u dan f'konformità ma' EN 1104.

Kriterju 6(c) Sikurezza tal-prodott

Prodott tat-tixju finali li jkollu fih fibri rriċiklati ma għandu jinkludi l-ebda wieħed minn dawn is-sustanzi perikolużi fi kwantitajiet 'il fuq mil-limiti speċifikati u skont l-istandards tat-testijiet speċifikati:

Formaldeid: 1 mg/dm2 f'konformità ma' EN 1541 (estrazzjoni bl-ilma kiesaħ);

Gliossal; 1,5 mg/dm2 f'konformità ma' DIN 54603;

Pentaklorofenol (PCP): 2 mg/kg f'konformità ma' EN ISO 15320 (estrazzjoni bl-ilma kiesaħ).

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformità ma' dan il-kriterju sostnuta minn rapporti ta' testijiet f'konformità mal-istandards rispettivi.

Kriterju 6(d) Adegwatezza għall-użu

Il-prodott tat-tixju tal-Ekotikketta tal-UE jeħtieġ li jissodisfa r-rekwiżiti rispettivi kollha tal-pajjiż fejn jitqiegħed fis-suq.

Għall-karta tat-tixju strutturata, l-assorbenza tal-folja ta' bażi individwali ta' karta tixju qabel il-konverżjoni għandha tkun ekwivalenti għal 10,0 g ta' ilma/g ta' karta tixju, jew ogħla minn hekk.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ma' dan il-kriterju, sostnut mid-dokumentazzjoni rilevanti.

Il-produtturi għandhom jiggarantixxu -adegwatezza għall-użu tal-prodotti tagħhom, billi jipprovdu dokumentazzjoni li turi l-kwalità tal-prodott f'konformità ma' EN ISO/IEC 17050. L-istandard jipprovdi kriterji ġenerali għad-dikjarazzjoni ta' konformità tal-fornituri ma' dokumenti normattivi.

Għall-karta tixju strutturata, l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità mar-rekwiżit sostnuta minn rapport tat-testijiet rilevanti f'konformità ma' EN ISO 12625-8:2010.

Kriterju 7 — Informazzjoni li tidher fuq l-Ekotikketta tal-UE

L-applikant għandu jsegwi l-istruzzjonijiet dwar kif juża b'mod xieraq il-logo tal-Ekotikketta tal-UE provduti fil-Linji Gwida dwar il-Logo tal-Ekotikketta tal-UE.

http://ec.europa.eu/environment/ecolabel/documents/logo_guidelines.pdf.

Jekk tintuża t-tikketta fakultattiva b'kaxxa għat-test, din għandu jkun fiha t-test li ġej:

Emissjonijiet baxxi fl-arja u fl-ilma waqt il-produzzjoni;

Użu baxx tal-enerġija waqt il-produzzjoni;

xx % ta' fibri miksubin b'mod sostenibbli/xx % ta' fibri rriċiklati (skont il-każ).

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ma' dan il-kriterju, sostnuta minn ritratt tal-imballaġġ tal-prodott li juri b'mod ċar it-tikketta, in-numru ta' reġistrazzjoni/liċenzja u, fejn ikun rilevanti, id-dikjarazzjonijiet li jistgħu jintwerew flimkien mat-tikketta.


(1)  Il-valur li huwa ogħla jirreferi għal imtieħen li jużaw l-ewkaliptu minn reġjuni b'livelli ogħla ta' fosforu (eż. l-ewkaliptu Iberjan).

(2)  Il-valur tal-emissjonijiet tad-NOx għal imtieħen tas-CTMP mhux integrati li jużaw it-tnixxif rapidu tal-polpa bi fwar ibbażat fuq il-bijomassa.

(3)  Il-valur ta' COD għal polpa mekkanika tassew ibbliċjata (70 — 100 % tal-fibra fil-karta finali).

(4)  Metodoloġija għall-Ekodisinn tal-Prodotti relatati mal-Enerġija

(*1)  Ir-restrizzjonijiet tal-H317 għandhom japplikaw biss għal formolazzjonijiet taż-żebgħa kummerċjali, aġenti għall-irfinar tas-superfiċe u materjali ta' kisi applikati għall-karta.

(*2)  Ir-restrizzjoni għall-aluminju ma għandhiex tapplika għall-aluminjosilikati.