16.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 14/1


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/56

tat-28 ta' Mejju 2018

dwar skema ta' għajnuna SA.34045 (2013/c) (ex 2012/NN) implimentata mill-Ġermanja għall-konsumaturi ta' karga bażika skont l-Artikolu 19 tar-Regolament StromNEV

(notifikata bid-dokument C(2018) 3166)

(Il-verżjoni Ġermaniża biss hija awtentika)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 108(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,

Wara li avżat lill-partijiet ikkonċernati biex jippreżentaw il-kummenti tagħhom (1) u wara li kkunsidrat il-kummenti tagħhom,

Billi:

1.   PROĊEDURA

(1)

Permezz ta' ilmenti mressqa mill-Bund der Energieverbraucher e.V. fit-28 ta' Novembru 2011, mill-GWS Stadtwerke Hameln GmbH fit-8 ta' Diċembru u miċ-ċittadini minn Diċembru 2011, il-Kummissjoni ġiet infurmata li mill-2011 il-Ġermanja kienet implimentat eżenzjoni sħiħa mit-tariffi tan-netwerk għal ċerti konsumaturi kbar tal-elettriku. Permezz ta' ittra datata d-29 ta' Ġunju 2012, il-Ġermanja pprovdiet lill-Kummissjoni b'iktar informazzjoni dwar din l-iskema ta' għajnuna.

(2)

Permezz ta' ittra datata s-6 ta' Marzu 2013 (“id-Deċiżjoni ta' Ftuħ”), il-Kummissjoni infurmat lill-Ġermanja li kienet iddeċidiet li tibda l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 108(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (minn hawn 'il quddiem: TFUE jew Trattat) fir-rigward tal-iskema ta' għajnuna. Il-Ġermanja ressqet il-kummenti tagħha dwar id-Deċiżjoni ta' Ftuħ fit-8 ta' April 2013.

(3)

Id-Deċiżjoni ta' Ftuħ ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2). Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati biex jippreżentaw il-kummenti tagħhom dwar l-iskema ta' għajnuna.

(4)

Il-Kummissjoni rċeviet kummenti mill-partijiet interessati. Hija bagħtithom lill-Ġermanja, li ngħatat l-opportunità li tirrispondi; il-kummenti tagħha waslu permezz tal-ittra datata l-5 ta' Novembru 2013.

(5)

Matul laqgħa tas-17 ta' Ottubru 2013 u permezz ta' ittri nnotifikati fis-7 ta' April 2015, fl-20 ta' Lulju 2016, fis-6 ta' Lulju 2017, fit-18 ta' Settembru 2017, fit-3 ta' Ottubru 2017 u fit-23 ta' Ottubru 2017, il-Kummissjoni talbet lill-Ġermanja tipprovdi informazzjoni.

(6)

Il-Ġermanja ressqet it-tweġibiet għal dawk it-talbiet fis-6 ta' Diċembru 2013, fit-28 ta' Mejju 2015, fil-15 ta' Settembru 2015, fl-14 ta' Ottubru 2016, fit-3 ta' Awwissu 2017, fl-20 ta' Settembru 2017, fl-24 ta' Ottubru 2017 u fis-26 ta' Ottubru 2017. L-aħħar informazzjoni ntbagħet fil-11 ta' Diċembru 2017.

2.   DESKRIZZJONI DETTALJATA TAL-GĦAJNUNA

2.1.   TARIFFI TAN-NETWERK FIL-ĠERMANJA

(7)

Is-sistema tat-tariffi tan-netwerk fil-Ġermanja hija rregolata mill-Att Ġermaniż dwar l-Enerġija (Energiewirtschaftsgesetz, “EnWG”). Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, l-EnWG biss kif modifikat mill-Artikolu 1 tal-Liġi tas-26 ta' Lulju 2011 dwar ir-reviżjoni tad-dispożizzjonijiet li jirregolaw is-suq tal-enerġija (3) (“il-Liġi tas-26 ta' Lulju 2011”) u qabel l-emendi introdotti bl-Artikolu 1 tal-Liġi tas-26 ta' Lulju 2016 dwar l-iżvilupp ulterjuri tas-suq tal-elettriku (4) (“EnWG 2011”) huwa rilevanti.

(8)

L-Artikolu 21 tal-EnWG 2011 jirrikjedi li t-tariffi li l-operaturi tan-netwerk (5) jitolbu lill-utenti finali tagħhom ikunu proporzjonati (“angemessen”), mhux diskriminatorji, trasparenti u li jiġu kkalkulati abbażi tal-kostijiet ta' ġestjoni effiċjenti tan-netwerk. L-Artikolu 24 tal-EnWG 2011 jagħti s-setgħa lill-gvern federali biex jistabbilixxi regoli dettaljati dwar il-metodoloġija għall-kalkolu tat-tariffi tan-netwerk permezz tar-Regolament. Il-Punt 1 tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 24 tal-EnWG 2011 jagħti s-setgħa lill-gvern federali biex jiddetermina l-metodoloġija ġenerali għall-kalkolu tat-tariffi tan-netwerk. Il-Punt 3 tal-istess sentenza jagħti s-setgħa lill-gvern federali biex jiddetermina f'liema każijiet tal-użu ta' netwerk atipiku jistgħu jiġu approvati tariffi individwali tan-netwerk.

(9)

Adottat abbażi tal-Artikolu 24 tal-EnWG 2011, ir-Regolament dwar it-Tariffi tan-Netwerk tal-Elettriku (Stromnetzentgeltverordnung, “StromNEV” (6)) jinkludi dispożizzjonijiet dettaljati dwar id-determinazzjoni tat-tariffi tan-netwerk. L-Artikolu 3 (2) tar-Regolament StromNEV jikkjarifika li t-tariffi tan-netwerk jitħallsu għas-servizzi pprovduti mill-operatur tan-netwerk fil-livell tan-netwerk li utent ikun ikkollegat miegħu, kif ukoll għall-użu tal-livelli upstream kollha tan-netwerk. L-Artikolu 16 (1) tar-Regolament StromNEV jistabbilixxi l-prinċipju ta' gwida li skontu t-tariffi tan-netwerk għandhom jirriflettu l-kostijiet li huma attwalment ikkawżati mill-utenti tan-netwerk.

(10)

F'dan l-isfond u f'konformità mal-għoti tas-setgħa stipulat fil-Punt 1 tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 24 tal-EnWG 2011, ir-Regolament StromNEV jipprevedi l-metodoloġija ġenerali li l-operaturi tan-netwerk iridu jsegwu għall-kalkolu tat-tariffi tan-netwerk. Din il-metodoloġija ta' kalkolu hija stabbilita fl-Artikoli 4 sa 14 tar-Regolament StromNEV 2011.

(11)

Din il-metodoloġija tikkonsisti billi l-ewwel jittieħdu l-elementi varji tal-kostijiet annwali tan-netwerks kollha. Dawn huma l-kostijiet tal-kostruzzjoni tan-netwerk tal-elettriku (il-linji tat-trażmissjoni u tad-distribuzzjoni, is-substazzjonijiet), il-manutenzjoni u l-kostijiet għat-tħaddim tan-netwerk, inklużi l-kostijiet marbutin mal-hekk imsejħa servizzi tas-sistema (ir-riżervi primarji, sekondarji u tal-minuti (7), id-dispaċċ mill-ġdid (8) u l-elettriku biex ikopri t-telf tan-netwerk (9)). L-ammont annwali tagħhom jiġi kkalkulat abbażi tal-kont tal-qligħ u t-telf tal-operaturi tan-netwerk (Artikolu 4 tar-Regolament StromNEV 2011). Dawn jinkludu mhux biss il-kostijiet materjali u l-kostijiet tal-persunal iżda wkoll l-interessi tas-self (Artikolu 5 tar-Regolament StromNEV), id-deprezzament (Artikolu 6 tar-Regolament StromNEV 2011), ir-rimunerazzjoni għall-kapital proprju tal-operatur tan-netwerk (Artikolu 7 tar-Regolament StromNEV 2011) u t-taxxi (Artikolu 8 tar-Regolament StromNEV 2011). Id-dħul bħal kostijiet ta' kollegament u s-sussidji jrid jitnaqqas (Artikolu 9 tar-Regolament StromNEV). Madankollu, il-kostijiet tal-użu tal-meter mhumiex inklużi fil-kostijiet tan-netwerk u huma wkoll soġġetti għat-tariffi separati tal-meter. Il-kostijiet marbutin max-xiri tal-enerġija tal-ibbilanċjar (10) mhumiex inklużi fil-kostijiet tan-netwerk minħabba li tinħareġ fattura separata għall-utenti responsabbli għall-iżbilanċ.

(12)

Il-kostijiet annwali totali tan-netwerks imbagħad jiġu allokati lil-livelli differenti ta' netwerks (vultaġġ għoli, livelli ta' substazzjonijiet, vultaġġ medju, vultaġġ baxx). L-Anness 2 tar-Regolament StromNEV 2011 jinkludi l-lista ta' dawk il-livelli tan-netwerk.

(13)

Il-pass li jmiss fid-determinazzjoni tat-tariffi tan-netwerk se jkun li l-kostijiet annwali totali tan-netwerks jiġu kkonvertiti fit-tariffi tan-netwerk. Huma jiġu kkalkulati minn fuq għal isfel għal kull livell ta' vultaġġ (minn vultaġġ għoli għal vultaġġ baxx). L-ewwel, l-hekk imsejħa kostijiet annwali speċifiċi tal-livell għoli ta' vultaġġ jiġu ddeterminati billi l-kostijiet annwali totali tal-livell għoli ta' vultaġġ jiġu diviżi bil-karga massima annwali mkejla fuq dak il-livell għoli ta' vultaġġ, peress li l-karga massima tal-livell tan-netwerk titqies bħala l-fattur determinanti tal-kost ewlieni. Dan jiġi espress f'EUR/kW. Permezz tal-“funzjoni tas-simultanjetà” ta' kull livell ta' grilja deskritt fil-Premessa 14 ta' hawn taħt, il-kostijiet annwali speċifiċi se jiġu kkonvertiti fi prezz għal kull kapaċità ta' kollegament, f'EUR/kW u fi prezz għal kull unità tal-elettriku kkunsmat, f'EUR/kWh. L-istess eżerċizzju mbagħad isir għal-livell ta' vultaġġ li jmiss. Madankollu, il-kostijiet annwali totali tal-livell ta' vultaġġ li jmiss se jkunu magħmula mill-kostijiet proprji u l-kostijiet riportati mil-livell ta' vultaġġ upstream. Il-kostijiet riportati jikkorrispondu għall-kostijiet totali tal-livell upstream li minnhom jitnaqqsu t-tariffi tan-netwerk miksuba mill-utenti tan-netwerk (konsumaturi finali u fornituri tal-elettriku kollegati direttament ma' dak il-livell ta' vultaġġ). Il-grafika 1 li ġejja turi r-riportament tal-kostijiet. F'netwerk li fih l-elettriku jgħaddi minn fuq għal isfel, l-utenti tan-netwerk se jkollhom iġarrbu l-kostijiet tal-livell tan-netwerk li huma kollegati miegħu, kif ukoll parti mill-kostijiet tan-netwerks upstream, minħabba li dawk in-netwerks jintużaw biex jittrażmettu l-elettriku lilhom ukoll.

Grafika 1

Riportament tal-kostijiet tan-network għad-determinazzjoni tat-tariffi tan-network (1).

Image

Dħul tal-livell

HS

HS/MS

MS

MS/NS

NS

Kostijiet tal-livell

Kostijiet riportati

(1)

Fil-grafika, HS tfisser vultaġġ għoli, MS tfisser vultaġġ medju, NS tfisser vultaġġ baxx, HS/MS tfisser is-substazzjoni li fih il-vultaġġ għoli jiġi ttrasformat f'vultaġġ medju, MS/NS tfisser is-substazzjoni li jikkonverti l-vultaġġ medju f'vultaġġ baxx. Sors: Kummissjoni abbażi ta' deskrizzjoni pprovduta mill-Ġermanja u kompluta bl-informazzjoni inkluża fil-Grafika 1 tar-Rapport tal-BNetzA “Netzentgeltsystematik Elektrizität” ta' Diċembru 2015 disponibbli fuq https://www.bundesnetzagentur.de/SharedDocs/Downloads/DE/Sachgebiete/Energie/Unternehmen_Institutionen/Netzentgelte/Netzentgeltsystematik/Bericht_Netzentgeltsystematik_12-2015.pdf?__blob=publicationFile&v=1.

(14)

Sabiex tiġi żgurata allokazzjoni għad-diversi utenti tan-netwerk li jirriflettu l-kostijiet attwali kkawżati minn utent individwali tan-netwerk, kif meħtieġ mill-Artikolu 16(1) tar-Regolament StromNEV, il-funzjoni tas-simultanjetà tiġi applikata għal-livell ta' vultaġġ li qed jiġi kkunsidrat. Il-funzjoni tas-simultanjetà msemmija hawn fuq fil-Premessa (13) hija deskritta fl-Artikolu 16(2) tar-Regolament StromNEV u l-Anness 4 tar-Regolament StromNEV 2011. Din il-funzjoni tattribwixxi “fattur tas-simultanjetà” lil kull utent tan-netwerk bejn 0 u 1. Il-fattur tas-simultanjetà jesprimi l-probabbiltà - abbażi ta' ċifri storiċi - li l-konsum tal-elettriku tal-utent tan-netwerk individwali inkwistjoni jikkontribwixxi għall-karga massima annwali tal-livell tan-netwerk ikkonċernat. Il-karga massima annwali simultanja tan-netwerk hija fattur ewlieni tal-kostijiet tan-netwerk, minħabba li din il-karga massima annwali hija importanti għad-dimensjonar tan-netwerk li fih l-elettriku jgħaddi minn fuq għal isfel. L-idea wara l-funzjoni tas-simultanjetà hija li l-utenti tan-netwerk li jkollhom probabbiltà ogħla li jikkontribwixxu għall-karga massima annwali jkollhom iħallsu tariffa ta' kapaċità ogħla. L-utenti ta' kull livell tan-netwerk huma l-konsumaturi finali direttament kollegati mal-livell b'vultaġġ għoli, kif ukoll il-livelli tan-netwerks downstream. Il-fatturi tas-simultanjetà tal-utenti kollha tan-netwerk tal-livell tan-netwerk ikkunsidrati imbagħad jiġu introdotti fi graff fuq l-assi-y u jitqiegħdu f'korrelazzjoni mal-għadd ta' sigħat annwali ta' użu sħiħ (assi-x). Dan iwassal għall-funzjoni tas-simultanjetà. Din il-funzjoni hija lineari u kontinwa iżda magħmula minn żewġ partijiet lineari li jiltaqgħu f'angolu (11) ta' 2 500 siegħa ta' użu annwali (12). Il-funzjoni tas-simultanjetà imbagħad tiġi kkonvertita f'tariffa għal kull kapaċità ta' kollegament (13) f'EUR/kW u f'tariffa għal kull unità ta' elettriku kkunsmat (14) f'EUR/kWh.

(15)

Meta jkunu qed jiġu stabbiliti t-tariffi tan-netwerk, l-operaturi tan-netwerk iridu jqisu wkoll il-livell massimu ta' dħul permess għal kull wieħed minnhom mill-Aġenzija tan-Netwerk Federali (Bundesnetzagentur, “BNetzA”) (fuq il-livell massimu ta' dħul permess, ara wkoll il-Premessa 43). Fil-prattika, dan il-livell massimu ta' dħul, li huwa stabbilit permezz ta' parametraġġ komparattiv ma' operaturi oħrajn tan-netwerk, se jkollu bħala konsegwenza li l-kostijiet għoljin li jirriżultaw mill-ineffiċjenzi ma jistgħux jiġu rkuprati permezz ta' tariffi tan-netwerk. Din is-sistema għandha l-għan li ttejjeb l-effiċjenza tal-operaturi tan-netwerk. Fejn modifika tal-livell massimu ta' dħul awtorizzat twassal għal tnaqqis fit-tariffi tan-netwerk, l-operatur tan-netwerk għandu jadatta t-tariffi tan-netwerk (Artikolu 17(2) tar-Regolament dwar l-introduzzjoni ta' inċentivi għall-effiċjenza għan-netwerks tal-provvista tal-enerġija — Verordnung über die Andreizregierung der Energieversorgsze, ARegV 2011 (15)).

(16)

Il-metodoloġija deskritta fil-Premessi 11 sa 15 hawn fuq timplimenta l-“prinċipju tal-kost-kawżalità” meta jiġu ddeterminati t-tariffi tan-netwerk għall-maġġoranza tal-utenti tan-netwerk. L-Artikolu 19 tar-Regolament StromNEV jindirizza t-tariffi tan-netwerk li jridu jitħallsu f'konformità mal-prinċipju tal-kost-kawżalità mill-hekk imsejħa utenti tan-netwerk atipiċi, jiġifieri l-utenti b'konsum jew l-għamla tal-karga li tvarja b'mod sinifikanti mill-konsum jew il-profil tal-karga tal-utenti l-oħrajn, kif previst fil-punt 3 tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 24 tal-EnWG 2011. L-intestatura tal-Artikolu 19 tar-Regolament StromNEV hija “użu tan-netwerk atipiku”.

(17)

L-Artikolu 19(2) tar-Regolament StromNEV jidentifika żewġ gruppi ta' utenti tan-netwerk atipiku: L-ewwel nett, l-utenti li l-karga massima annwali tagħhom tiddevja b'mod prevedibbli u sinifikanti mill-karga massima annwali simultanja tal-utenti tan-netwerk l-oħra kollha kkollegati mal-istess netwerk (l-ewwel sentenza tal-Artikolu 19(2) tar-Regolament StromNEV). Tipikament, dan jikkonċerna lill-utenti tan-netwerk li jikkonsmaw b'mod sistematiku barra l-ħinijiet tal-karga massima, minħabba li pereżempju jkunu qed jaħdmu t-tagħmir tul il-lejl. Din l-ewwel kategorija ta' utenti tan-netwerk atipiku hija minn hawn 'il quddiem imsejħa “konsumaturi barra l-livell massimu” (non-peak). It-tieni, l-utenti b'konsum annwali tal-elettriku li jilħaq mill-anqas 7 000 siegħa ta' użu (16) u li jaqbżu l-10 sigħat ta' gigawatt (GWh) (it-tieni sentenza tal-Artikolu 19(2) tar-Regolament StromNEV). Din it-tieni kategorija ta' utenti tan-netwerk atipiku hija minn hawn 'il quddiem imsejħa “konsumaturi ta' karga bażika”.

(18)

Qabel l-emenda introdotta mill-Artikolu 7 tal-Liġi tas-26 ta' Lulju 2011 u deskritta aktar fid-dettall hawn taħt fit-Taqsima 2.2, l-Artikolu 19 (2) tar-Regolament StromNEV, kif emendat bil-Liġi tat-3 ta' Settembru 2010 (“StromNEV 2010” (17)) iddikjara li l-konsumaturi kemm barra l-livell massimu, kif ukoll dawk ta' karga bażika kellhom iħallsu tariffi individwali tan-netwerk, kif espliċitament stipulat ukoll skont l-għoti ta' setgħa stabbilita fil-punt 3 tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 24 tal-EnWG 2011 (ara l-Premessa 7 hawn fuq).

(19)

Dawn it-tariffi individwali tan-netwerk kellhom iqisu l-mudell ta' konsum tal-utent tan-netwerk atipiku. B'mod aktar preċiż, it-tielet sentenza tal-Artikolu 19 (2) tar-Regolament StromNEV 2010 talbet li t-tariffa tan-netwerk individwali jenħtieġ li tirrifletti l-kontribuzzjoni tal-utent atipiku tan-netwerk għal tnaqqis tat-tariffi ġenerali tan-netwerk jew għall-kontribuzzjoni tagħhom biex tiġi evitata żieda fit-tariffi tan-netwerk. Għal dan l-għan, fl-2010, il-BNetzA ppubblikat dokument ta' gwida (18) li jiddeskrivi l-hekk imsejħa “metodolġija tal-perkors fiżiku” li jenħtieġ li tiġi applikata biex jiġu ddeterminati l-kostijiet tan-netwerk ikkawżati mill-konsumaturi ta' karga bażika u b'hekk it-tariffi tan-netwerk individwali tagħhom. Il-metodoloġija tal-perkors fiżiku għandha l-għan li tidentifika l-kostijiet awtonomi ta' utent partikolari ta' netwerk. Hija tikkalkula l-kostijiet ta' użu virtwali ta' linja diretta eżistenti mis-sit tal-konsum sal-installazzjoni adegwata tal-ġenerazzjoni billi tikkalkula l-infiq kapitali u operattiv tal-parti tan-netwerk użat biex tikkonnettja lill-konsumatur ta' karga bażika mal-eqreb impjant tal-enerġija li jista' jkopri l-ħtiġijiet kollha tal-konsumatur tal-karga bażika u żżid il-kostijiet tas-servizzi tan-netwerk (19) li l-konsumatur tal-karga bażika kien qed juża, f'każ li jkun hemm.

(20)

It-tieni sentenza tal-Artikolu 19(2) tar-Regolament StromNEV 2010, madankollu, kienet teħtieġ kemm li l-konsumaturi barra l-livell massimu kif ukoll dawk tal-karga bażika biex iħallsu kontribuzzjoni minima ta' mill-inqas 20 % tat-tariffa tan-netwerk ippubblikata, jiġifieri, it-tariffa individwali tan-netwerk ikkalkulata abbażi tal-kontribuzzjoni tal-utent atipiku tan-netwerk għal tnaqqis tat-tariffi ġenerali tan-netwerk jew tal-kontribuzzjoni tagħhom biex tiġi evitata żieda fit-tariffi tan-netwerk, ma setgħetx tkun inqas minn 20 % tat-tariffi tan-netwerk ippubblikati. Il-Ġermanja spjegat li din il-kontribuzzjoni minima għandha l-għan li tiggarantixxi li anki l-utenti tan-netwerk atipiku jħallsu kontribuzzjoni minima għall-ġestjoni tal-grilja pubblika li huma kkollegati magħha. Fir-rigward tal-konsumaturi ta' karga bażika b'mod partikolari, il-Ġermanja indikat li jekk jinsabu qrib ħafna ta' impjant tal-enerġija ta' karga bażika (20), it-tariffi tan-netwerk ikkalkulati abbażi tal-metodoloġija tal-perkors fiżiku jistgħu jkunu qrib iż-żero. Dawk il-konsumaturi ta' karga bażika, madankollu, għadhom jibbenefikaw min-netwerk pubbliku u l-provvista tal-elettriku garantita li huwa jipprovdi. Il-Ġermanja spjegat ukoll li l-kontribuzzjoni minima kienet qed tqis il-fatt li l-metodoloġija tal-perkors fiżiku tista' sservi biss bħala indikatur biex jiġu ddeterminati l-kostijiet tan-netwerk individwali.

2.2.   L-EŻENZJONI SĦIĦA TA' BEJN L-2011 U L-2013

(21)

Fir-Regolament StromNEV kif emendat bl-Artikolu 7 tal-Liġi tat-26 ta' Lulju 2011, li daħal fis-seħħ fl-4 ta' Awwissu 2011 iżda kien applikabbli b'mod retroattiv mill-1 ta' Jannar 2011 (“StromNEV 2011” (21)), is-sistema tat-tariffi individwali tan-netwerk għall-konsumaturi ta' karga bażika ġiet abolita u sostitwita b'eżenzjoni sħiħa mill-obbligu ta' ħlas tat-tariffi tan-netwerk. It-tariffi individwali tan-netwerk għal konsumaturi mhux ta' livell massimu baqgħu fis-seħħ kif ukoll l-obbligu tagħhom li jħallsu mill-inqas 20 % tat-tariffa ippubblikata tan-netwerk.

(22)

Skont it-tieni sentenza tal-Artikolu 19 (2) tar-Regolament StromNEV 2011 l-utenti finali ta' StromNEV kellhom jiġu eżentati mit-tariffi tan-netwerk, jekk il-konsum annwali tagħhom ta' enerġija jilħaq mill-inqas 7 000 siegħa ta' użu sħiħ u jaqbeż l-10 GWh ta' konsum. Din l-eżenzjoni (“l-eżenzjoni sħiħa”) tikkostitwixxi s-suġġett kemm tad-Deċiżjoni ta' Ftuħ kif ukoll ta' din id-Deċiżjoni.

(23)

Il-livell limitu ta' 7 000 siegħa ta' użu sħiħ huwa dak li jikkaratterizza l-konsumatur ta' karga bażika fis-sens li dan il-livell limitu jista' jintlaħaq biss jekk l-utent finali kkonċernat jibqa' kważi kostantement ikkollegat man-netwerk bl-istess karga. Sigħat ta' użu (sħiħ) huma definiti taħt l-Artikolu 2(2) tar-Regolament StromNEV bħala l-kwozjent tal-output annwali tal-enerġija u l-karga massima annwali tal-utent tan-netwerk rispettiv.

(24)

Skont it-tielet sentenza tal-Artikolu 19 (2) tar-Regolament StromNEV 2011, l-eżenzjoni prevista fit-tieni sentenza tal-istess Artikolu kellha tingħata biss ladarba l-awtorità regolatorja kompetenti (jew il-BNetzA inkella wieħed mir-regolaturi reġjonali, “Landesregulaierungsbehördele (22)”) tkun ivverifikat li ġew issodisfati l-kundizzjonijiet legali. Ladarba din il-verifika tkun tlestiet, il-BNetzA jew il-Landesegoerungsbehörde toħroġ awtorizzazzjoni li tintitola lill-konsumatur ta' karga bażika għal eżenzjoni sħiħa mill-1 ta' Jannar 2011 (sakemm il-kundizzjonijiet kollha jkunu ġew issodisfati f'dik id-data) u għal perjodu indefinit (sakemm ir-rekwiżiti jibqgħu jiġu ssodisfati).

(25)

L-eżenzjoni sħiħa rriżultat fi tnaqqis fid-dħul għall-operaturi tan-netwerks. Din it-telfa finanzjarja ġiet ikkumpensata permezz ta' soprataxxa mill-2012 (ara t-Taqsima 2.4. ta' hawn taħt). Għas-sena 2011, madankollu, l-ebda soprataxxa speċjali ma ġiet introdotta u t-telf finanzjarju ġġarrab mill-operaturi tan-netwerk fl-2011.

(26)

L-eżenzjoni sħiħa tneħħiet permezz ta' emenda (23) fir-Regolament StromNEV mill-1 ta' Jannar 2014.

2.3.   BENEFIĊJARJI U AMMONT TA' GĦAJNUNA

(27)

Il-Ġermanja pprovdiet lista provviżorja ta' impriżi intitolati għal eżenzjoni skont it-tieni sentenza tal-Artikolu 19(2) tar-Regolament StromNEV 2011. Abbażi ta' din l-informazzjoni, aktar minn 200 impriża ġew eżentati mit-tariffi tan-netwerk skont it-tieni sentenza tal-Artikolu 19(2) tar-Regolament StromNEV 2011 fil-perjodu 2011 sa 2013. Il-maġġoranza l-kbira ta' dawn l-impriżi jappartjenu għal fergħat varji tas-settur tal-manifattura, b'mod partikolari, l-industrija kimika (inklużi tal-gassijiet industrijali), il-karta, it-tessuti, l-azzar, l-industrija tal-metall li ma fihx ħadid, ir-raffineriji taż-żejt u l-manifattura tal-ħġieġ. Xi ftit drabi biss li impriżi involuti fis-settur tas-servizzi (pereżempju web hosting) kisbu eżenzjoni sħiħa. Dawn l-impriżi kienu impriżi b'ċentri tad-data kbar.

(28)

L-istimi pprovduti mill-Ġermanja jindikaw li t-telf imġarrab mill-operaturi tan-netwerk minħabba l-eżenzjoni sħiħa fil-perjodu bejn l-2011 u l-2013 jammonta għal madwar EUR 900 miljun meta mqabbel ma' sitwazzjoni li fiha l-konsumaturi ta' karga bażika kienu jħallsu t-tariffi normali. It-telf, madankollu, huwa probabbilment inqas minħabba li fil-kalkolu tat-tariffi tan-netwerk tal-2011, l-operaturi normalment qiesu l-fatt li l-konsumaturi ta' karga bażika kienu jkunu eliġibbli għal tariffi individwali tan-netwerk skont l-Artikolu 19(2) tar-Regolament StromNEV 2010. Madankollu, l-istima hija iktar ikkumplikata minħabba l-fatt li l-livell limitu għall-eliġibbiltà għal tariffi individwali kien inbidel mill-1 ta' Jannar 2011 (7 000 siegħa ta' użu sħiħ minflok 7 500 siegħa ta' użu sħiħ), u li t-tariffi individwali setgħu ma kinux attraenti għal ċerti konsumaturi ta' karga bażika, minħabba li setgħu wasslu għal tnaqqis sinifikanti fit-tariffi tan-netwerk tagħhom, skont il-lokalità ġeografika tagħhom u fatturi oħra li jinfluwenzaw il-kalkolu tat-tariffi individwali tan-netwerk.

2.4.   MEKKANIŻMU TA' FINANZJAMENT

2.4.1.   MEKKANIŻMU TA' FINANZJAMENT KIF DESKRITT FL-ARTIKOLU 19 TAR-REGOLAMENT STROMNEV 2011

(29)

Minħabba l-fatt li l-konsumaturi ta' karga bażika eżentati kienu kollegati ma' livelli differenti ta' netwerks, l-eżenzjoni sħiħa wasslet għal telf fid-dħul kemm għall-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni (“transmission system operators, TSO”) kif ukoll għall-operaturi tas-sistema ta' distribuzzjoni (“distribution system operators, DSO”). Is-sitt sentenza tal-Artikolu 19 (2) tar-Regolament StromNEV 2011 obbligat lit-TSO jikkumpensa lid-DSO għat-telf tagħhom fi dħul li jirriżulta mill-eżenzjoni sħiħa. Madankollu, għar-raġunijiet stipulati fid-dettall fit-Taqsima 2.4.3, tali kumpens seħħ de facto biss fl-2012. Fl-2011, it-telf kien iġġarrab mit-TSO u mid-DSO li man-netwerk tagħhom kienu kollegati l-konsumaturi ta' karga bażika.

(30)

Barra minn hekk, skont is-seba' sentenza tal-Artikolu 19 (2) tar-Regolament StromNEV 2011, it-TSO kellhom jikkumpensaw l-ammont tal-pagamenti tagħhom lid-DSO u t-telf tagħhom bejniethom stess. Għar-regoli dettaljati dwar kif issir din it-tpaċija, l-Artikolu 19 (2) tar-Regolament StromNEV 2011 imsemmi fl-Artikolu 9 tal-Att dwar il-Ġenerazzjoni Kkombinata tas-Sħana u tal-Enerġija (Kraft-Wärme-Koplungsgesetz, “KWKG”(24) applikabbli dak iż-żmien, li kellu jiġi applikat b'analoġija. It-tpaċija serviet biex il-piż finanzjarju jinqasam bejn it-TSO b'tali mod li kull TSO kellu l-istess piż proporzjonalment mal-elettriku fornut lill-konsumaturi finali (direttament jew indirettament) ikkollegati maż-żona tan-netwerk rispettiva tagħhom. L-Artikolu 9 tal-KWKG, li għalih tagħmel referenza s-seba' sentenza tal-Artikolu 19 (2) tar-Regolament StromNEV 2011, stabbilixxa s-sistema li permezz tagħha t-TSOs kienu kkumpensati bl-hekk imsejħa soprataxxa CHP għall-kostijiet żejda li rriżultaw mill-obbligu tagħhom li jħallsu appoġġ lill-produtturi ta' elettriku koġġenerat ikkollegat man-netwerk tagħhom skont il-KWKG u l-obbligu tagħhom li jikkumpensaw lid-DSOs għall-appoġġ li huma ħallsu wkoll lill-produtturi ta' elettriku koġġenerat ikkollegat man-netwerk tagħhom skont il-KWKG (25). L-applikazzjoni analoga tal-Artikolu 9 tal-KWKG timplika li l-operaturi tan-netwerk jistgħu jintroduċu soprataxxa biex jiksbu kumpens għat-telf finanzjarju li jirriżulta mill-eżenzjoni sħiħa u li d-dħul miġbur minn dan il-ħlas addizzjonali kellu jiġi ttrasferit mid-DSOs lejn it-TSOs (26).

(31)

Barra minn hekk, l-Artikolu 19 (2) tar-Regolament StromNEV 2011 ippreveda li l-Artikolu 20 tar-Regolament StromNEV 2011 kien applikabbli b'analoġija. L-Artikolu 20 tar-Regolament StromNEV 2011 iddikjara li l-operaturi tal-grilja tal-elettriku kellhom jiżguraw, qabel ma jippubblikaw it-tariffi tan-netwerk tagħhom għall-elettriku, li d-dħul tat-tariffi kien biżżejjed biex ikopri l-kostijiet mistennija tagħhom.

(32)

Minn mindu daħal fis-seħħ ir-Regolament tal-ARegV, li jistabbilixxi sistema regolatorja li għandha l-għan li tinċentiva lill-operaturi tan-netwerks għal ġestjoni aktar effiċjenti tan-netwerk, it-tariffi tan-netwerk ma jridux jibqgħu jiġu approvati mill-BNetzA (skont l-Artikolu 23a tal-EnWG). Minflok, il-Punt 1 tal-Artikolu 32 (1) tar-Regolament ARegV 2011 jistipula li BNetzA tapprova l-livell massimu ta' dħul li l-operaturi tan-netwerk jistgħu jiksbu mingħand l-utenti tan-netwerk. Skont l-Artikolu 17 tar-Regolament ARegV 2011, dan il-livell massimu ta' dħul awtorizzat irid jiġi rispettat meta l-operaturi tan-netwerk jiddeterminaw it-tariffi tan-netwerk.

(33)

Madankollu, l-operaturi tan-netwerk jibqgħu jkunu obbligati li qabel ma jippubblikaw it-tariffi tan-netwerk għall-elettriku, jiżguraw li d-dħul tat-tariffi kienu suffiċjenti biex ikopru l-kostijiet mistennija tagħhom (iżda fil-limitu tal-livell massimu ta' dħul awtorizzat).

(34)

Kif spjegat hawn taħt, il-BNetzA adottat deċiżjoni regolatorja sabiex tirregola b'iktar dettall is-sistema tas-soprataxxa, li eventwalment ġiet stabbilita mill-2012 (ara t-Taqsima 2.4.2). B'kuntrast, fl-2011, is-sitt u s-seba' sentenza tal-Artikolu 19 (2) tar-Regolament StromNEV 2011 ma kinux implimentati u kull operatur tan-netwerk kien iġorr il-kostijiet tiegħu stess (ara t-Taqsima 2.4.3).

2.4.2.   FINANZJAMENT PERMEZZ TAS-“SOPRATAXXA TAL-ARTIKOLU 19” MILL-2012

(35)

Il-qafas legali għall-kumpens u t-tpaċija tat-telf fid-dħul li jirriżulta mill-eżenzjoni sħiħa ġie konkretizzat minn deċiżjoni regolatorja tal-BNetzA adottata fl-14 ta' Diċembru 2011 (27) (“id-deċiżjoni regolatorja tal-14 ta' Diċembru 2011”) abbażi tal-Artikolu 29 (1) tal-EnWG u l-punt 6 tal-Artikolu 30 (2) tar-Regolament StromNEV 2011 (28). Id-Deċiżjoni imponiet l-obbligu fuq id-DSO li tinġabar soprataxxa mingħand l-utenti finali msejħa s-“Soprataxxa tal-Artikolu 19” BNetzA imponiet ukoll l-obbligu fuq id-DSO li tittrasferixxi r-rikavat minn din is-soprtaxxa lit-TSO fuq bażi ta' kull xahar (kif previst ukoll fl-Artikolu 9 (5) tal-KWKG imsemmi fis-seba' sentenza tal-Artikolu 19 (2) tar-Regolament StromNEV 2011).

(36)

L-iskop tas-soprataxxa tal-Artikolu 19 kien li jiġi stabbilit mekkaniżmu ta' finanzjament li jiddistribwixxi l-piż finanzjarju li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-Artikolu 19 (2) tar-Regolament StromNEV 2011 b'mod trasparenti u omoġenju u b'hekk joħloq kundizzjonijiet ugwali għall-konsumaturi kollha tal-elettriku fil-Ġermanja.

(37)

L-ammont tas-soprataxxa tal-Artikolu 19 ma ġiex ikkalkulat mill-BNetzA iżda kellu jiġi kkalkulat kull sena mit-TSO abbażi tal-metodoloġija stabbilita mill-BNetzA. Dan kien jimplika li t-TSO kellu jiddetermina fuq naħa waħda t-telf finanzjarju mbassar li jirriżulta mill-eżenzjoni sħiħa meta mqabbel mat-tariffa sħiħa tan-netwerk u, fuq in-naħa l-oħra, il-konsum previst sabiex jistabbilixxi soprataxxa tal-Artikolu 19 għal kull kWh. Madankollu, għall-ewwel sena tal-operat (jiġifieri 2012), il-BNetzA stabbilixxiet l-ammont li kien jeħtieġ li jiġi rkuprat permezz tas-soprataxxa tal-Artikolu 19 ta' EUR 440 miljun. Dan l-ammont serva bħala bażi għall-kalkolu tas-soprataxxa. Minn dan l-ammont, EUR 300 miljun kellhom jiġu rkuprati sabiex jikkumpensaw għat-telf fid-dħul li jirriżulta mill-eżenzjoni sħiħa. L-EUR 140 miljun li kien fadal kellhom ikopru t-telf fid-dħul li jirriżulta mit-tariffi individwali tan-netwerk abbażi tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 19 (2) tar-Regolament StromNEV 2011.

(38)

Qabel l-emendi introdotti bl-Artikolu 7 tal-Liġi tas-26 ta' Lulju 2011 fir-Regolament StromNEV, it-telf ta' dħul li jirriżulta minn tariffi individwali tan-netwerk għal utenti tan-netwerk atipiku ġew irkuprati, sal-punt li l-operatur tan-netwerk kien kumpanija effiċjenti u għalhekk jista' skont l-ARegV jirkupra l-kostijiet kollha tiegħu, permezz ta' tariffi tan-netwerk: minħabba li l-operaturi tan-netwerks kienu jafu minn qabel li xi utenti kienu se jħallsu inqas, setgħu diġà jqisu li fil-kalkolu t-tariffi tan-netwerk skont l-Artikolu 20 tar-Regolament StromNEV. Madankollu, skont is-sitt u s-seba' sentenza tal-Artikolu 19 (2) tar-Regolament StromNEV 2011, it-telf ta' dħul li jirriżulta minn tariffi individwali tan-netwerk għal konsumaturi mhux tal-livell massimu u l-eżenzjoni sħiħa għall-konsumaturi ta' karga bażika kellhom jiġu kkumpensati permezz ta' soprataxxa apposta.

(39)

Barra minn hekk, id-deċiżjoni regolatorja tal-14 ta' Diċembru 2011 kienet tipprevedi li għal kull sena t-TSO kellu jistabbilixxi x'kienet il-ħtieġa reali f'termini ta' riżorsi finanzjarji għas-sena preċedenti. Meta r-rikavat mis-soprataxxa tal-Artikolu 19 jaqbeż l-ammont li fil-fatt ikun meħtieġ biex jikkumpensa lit-TSO għat-telf fid-dħul li jirriżulta mill-eżenzjoni sħiħa u mill-kumpens tad-DSO, is-soprataxxa fis-sena sussegwenti jkollha titnaqqas bid-differenza. Fejn ir-rikavat ma kienx biżżejjed, is-soprataxxa żdiedet b'mod xieraq.

2.4.3.   MEKKANIŻMU TA' FINANZJAMENT GĦALL-2011

(40)

Id-deċiżjoni regolatorja tal-14 ta' Diċembru 2011 iddikjarat b'mod espliċitu li t-telf fid-dħul imġarrab fl-2011 ma kienx kopert mill-mekkaniżmu ta' kumpens u ta' tpaċija deskritt fil-premessa 30.

(41)

Għaldaqstant, fir-rigward tat-telf imġarrab fl-2011, id-DSO ma kienx intitolat li jiġi kkumpensat mit-TSO. Kemm id-DSO, kif ukoll it-TSO kellhom ikopru dak it-telf fid-dħul mir-riżorsi proprji.

(42)

Dawn jistgħu jinkludu dak it-telf fl-hekk imsejħa kontijiet regolatorji (“Regulierungskonto”), stabbilit skont l-ARegV.

(43)

Kif imsemmi fil-Premessa 32, l-ARegV stabbilixxa sistema regolatorja li għandha l-għan li tinċentiva lill-operaturi tan-netwerks għal ġestjoni aktar effiċjenti tan-netwerk u li skonthom l-operaturi tan-netwerks huma soġġetti għal livell massimu ta' dħul stabbilit mill-BNetzA. Dan il-livell massimu ta' dħul awtorizzat huwa stabbilit għal perjodu regolatorju massimu ta' ħames (5) snin. Sabiex jiġi stabbilit dan il-livell massimu ta' dħul, l-operaturi tan-netwerk huma obbligati li jipprovdu data kontabilistika differenti lill-BNetzA (inklużi l-kostijiet u d-dħul) qabel ma jibda perjodu regolatorju. Barra minn hekk, il-livell massimu ta' dħul li l-operaturi tan-netwerk jistgħu jiksbu mingħand l-utenti tan-netwerk qed jevolvi waqt il-perjodu regolatorju ta' ħames (5) snin biex iqis l-ineffiċjenzi tal-operaturi tan-netwerk sabiex jinkoraġġihom biex iżidu l-effiċjenza. Dan jimplika li d-dħul massimu approvat se jonqos matul il-perjodu regolatorju. L-effiċjenza ta' operatur ta' netwerk titkejjel qabel il-perjodu regolatorju abbażi ta' tqabbil tal-operaturi tan-netwerk mill-BNetzA. L-ewwel perjodu regolatorju kien bejn l-2009 u l-2013. It-tieni perjodu regolatorju beda fl-2014 biex jintemm fl-2018.

(44)

Id-differenzi pożittivi jew negattivi (29) bejn il-livell ta' dħul massimu approvat u d-dħul attwalment miksub jiġu rreġistrati f'kont regolatorju speċjali, li huwa għodda tal-kontabilità amministrata mill-BNetzA (Artikolu 5 tal-ARegV) sabiex l-operaturi tan-netwerks jkunu aktar effiċjenti.

(45)

Fi tmiem il-perjodu ta' ħames (5) snin 2009-2013, id-dħul żejjed ġie kkumpensat mat-tnaqqis fid-dħul eċċessiv. Il-bilanċ pożittiv li rriżulta jew il-bilanċ negattiv ġie trasferit għall-perjodu regolatorju li jmiss (Artikolu 5 (4) tal-ARegV 2011) u mifrux matul il-ħames snin tat-tieni perjodu regolatorju bħala tnaqqis jew żieda tal-livell massimu ta' dħul applikabbli mod ieħor.

(46)

Madankollu, jekk id-dħul miksub f'sena partikolari tal-perjodu regolatorju kellu jaqbeż b'aktar minn 5 % il-livell massimu ta' dħul approvat, l-operatur tan-netwerk ikkonċernat ikollu jadatta t-tariffi tan-netwerk tiegħu (biex jevita li l-istess sitwazzjonijiet jerġgħu jseħħu fis-sena ta' wara u biex jiġi evitat li t-tnaqqis tat-tariffi tan-netwerk jiġi pospost sal-perjodu regolatorju li jmiss). Jekk id-dħul miksub f'sena partikolari tal-perjodu regolatorju kellu jkun taħt il-livell ta' dħul massimu approvat b'aktar minn 5 %, l-operatur tan-netwerk ikkonċernat ikollu d-dritt li jadatta t-tariffi tan-netwerk tiegħu (biex jevita li l-istess sitwazzjonijiet jerġgħu jseħħu fis-sena ta' wara u jevita żieda f'daqqa fit-tariffi tan-netwerk fil-perjodu regolatorju li jmiss). Madankollu, fil-każ tal-aħħar, l-operatur tan-netwerk għandu l-għażla li jadatta t-tariffi tan-netwerk jew le..

(47)

Huwa f'dan il-qafas li t-telf fid-dħul iġġarrab mill-operaturi tan-netwerks minħabba l-eżenzjoni sħiħa fl-2011 kellha tiġi kkumpensata. Fi żmien il-“Verprobaung” (30) għall-2011 (u li saret fl-2010), l-eżenzjoni sħiħa ma kinitx magħrufa u ma setgħetx titqies meta ġew stabbiliti t-tariffi tan-netwerks għall-2011. Billi l-Ġermanja kkonfermat permezz tal-posta elettronika tal-24 ta' Ottubru 2017, abbażi tal-ARegV 2011 li dak li dak iż-żmien kien applikabbli, it-telf fid-dħul imġarrab fl-2011 (jiġifieri d-differenza bejn id-dħul permess u d-dħul attwalment miksub) ma jistax jiġi rkuprat permezz tal-adattament tat-tariffi tan-netwerk tal-2011, it-tariffi tan-netwerk kellhom jiġu stabbiliti minn qabel fil-qafas tal-“Verprobaung” skont l-Artikolu 20 tar-Regolament StromNEV u ma setgħux jiġu modifikati matul dik is-sena. Huma kienu attwalment obbligati li jikkumpensaw dan it-telf bi profitti minn snin oħra tal-perjodu regolatorju. Huwa għalhekk li l-operaturi tan-netwerks ikkontestaw l-eżenzjoni sħiħa u d-deċiżjoni regolatorja tal-BNetzA tal-14 ta' Diċembru 2011.

(48)

It-telf fid-dħul imġarrab mill-operaturi tan-netwerk minħabba l-eżenzjoni sħiħa ma setax jiġi rkuprat ukoll permezz ta' żieda fit-tariffi tan-netwerk fl-2012, minħabba li t-tariffi tan-netwerk għall-2012 setgħu jiġu marbuta biss mal-kostijiet previsti li kienu se jiġġarrbu fl-2012. B'kuntrast ma' dan, it-telf fid-dħul - jekk ma jkunx diġà kkumpensat minn titjib fl-effiċjenza fl-2011, kellu jiġi rreġistrat fir-Regulierungskonto. Meta, fi tmiem l-ewwel perjodu regolatorju, it-telf fid-dħul għall-2011 jiġi kkumpensat mad-dħul addizzjonali fi snin oħra ta' dak il-perjodu regolatorju, ma jkun hemm ebda kumpens tat-telf. Huwa biss meta t-telf ma setax jiġi kkumpensat mad-dħul addizzjonali fil-perjodu regolatorju li ntemm fl-2013 jista' t-telf ta' dħul fl-2011 iwassal għal kumpens indirett matul il-perjodu regolatorju li jmiss billi jwassal għal żieda żgħira fil-livell ta' dħul massimu approvat tal-perjodu regolatorju li jmiss. Madankollu, anki f'din is-sitwazzjoni, minħabba li l-ARegV ma jikkumpensax għall-kostijiet kollha, iżda l-kostijiet biss ta' operatur effiċjenti, normalment ma jkunx hemm kumpens sħiħ.

2.5.   OBJETTIV TAL-EŻENZJONI SĦIĦA

(49)

Għaldaqstant, fil-memorandum ta' spjegazzjoni tar-Regolament StromNEV 2011 jissemma li l-eżenzjoni sħiħa għall-konsumaturi ta' karga bażika kienet ġiet introdotta minħabba l-effetti allegati ta' stabbilizzazzjoni li l-konsumaturi ta' karga bażika għandhom fuq in-netwerk (31).

2.6.   RAĠUNIJIET GĦALL-BIDU TAL-PROĊEDURA

(50)

Fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ tagħha, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-eżenzjoni sħiħa tat vantaġġ selettiv lil dawk il-konsumaturi ta' karga bażika, li għandhom konsum tal-elettriku annwali li jaqbeż is-7 000 siegħa ta' użu sħiħ u 10 GWh ta' konsum. Barra minn hekk, il-Kummissjoni sabet li s-soprataxxa tal-Artikolu 19, li ġiet introdotta fl-2012, kienet tikkostitwixxi riżorsa tal-Istat u li t-TSO kien inħatar biex jamministrah filwaqt li kien qed jiġi mmonitorjat mill-BNetzA permezz tar-Regulierungskonto.. Fir-rigward tas-sena 2011, il-Kummissjoni esprimiet it-tħassib tagħha li l-eżenzjoni sħiħa setgħet ġiet iffinanzjata permezz ta' riżorsi tal-Istat diġà qabel ma ġiet imposta s-soprataxxa tal-Artikolu 19. Il-Kummissjoni indikat li l-eżistenza ta' riżorsi tal-Istat tista' tiġi derivata mill-fatt li l-Artikolu 9 tal-KWKG intitola lill-operaturi tan-netwerk biex jimponu soprataxxa mill-utenti tan-netwerk, li r-rikavat tagħha jiġi amministrat mit-TSO. Barra minn hekk, il-Kummissjoni kkunsidrat li t-telf fid-dħul minħabba l-eżenzjoni sħiħa fl-2011 seta' ġie kkumpensat permezz tar-Regulierungskonto li l-Kummissjoni sabet li kien immonitorjat mill-BNetzA.

(51)

Il-Kummissjoni nnotat ukoll li l-Ġermanja ma kinitx ippreżentat bażi ta' kompatibbiltà għall-għajnuna u kienet irreferiet biss għall-impatt stabilizzanti fuq in-netwerks mingħajr ma kkwantifikat dak l-impatt. Għalhekk il-Kummissjoni fetħet il-proċedura ta' investigazzjoni formali.

2.7.   ŻVILUPPI WARA D-DEĊIŻJONI TAL-FTUĦ

(52)

Minħabba li l-operaturi tan-netwerks ma kinux garantiti li se jirkupraw it-telf tad-dħul li rriżulta mill-eżenzjoni sħiħa fl-2011, bosta minnhom ikkontestaw id-deċiżjonijiet ta' eżenzjoni tal-BNetzA, kif ukoll direttament id-deċiżjoni regolatorja tal-14 ta' Diċembru 2011. Permezz tal-ordni tat-8 ta' Mejju 2013, il-Qorti Reġjonali Superjuri ta' Düsseldorf (32) kkonkludiet li l-eżenzjoni sħiħa fis-seħħ bejn l-2011 u l-2013 kienet illegali u rrevokat l-eżenzjoni sħiħa mogħtija lill-impriża kkonċernata permezz tal-proċedura quddiem din il-Qorti. Il-Qorti Reġjonali Superjuri sabet li l-eżenzjoni sħiħa mogħtija taħt it-tieni sentenza tal-Artikolu 19 (2) tar-Regolament StromNEV 2011 ma rrispettatx il-limiti tal-Artikolu 24 tal-EnWG 2011 li intitola lill-Gvern Federali sempliċiment biex jiddefinixxi l-modalitajiet tal-kalkolu tat-tariffi individwali tan-netwerk, iżda mhux biex jintroduċi eżenzjoni sħiħa mit-tariffi tan-netwerk. Il-Qorti Reġjonali Superjuri osservat ukoll li t-tariffi tan-netwerk huma l-prezz għal servizz fornut lilhom (jiġifieri l-aċċess għal u l-użu tan-netwerk) u li l-eżenzjoni sħiħa ma tistax titqies bħala tariffa individwali tan-netwerk jew prezz għal servizz iżda kienet tikkorrispondi għal privileġġ, eċċezzjoni għall-prinċipju li għandha titħallas tariffa tan-netwerk proporzjonata lill-operaturi tan-netwerks għall-użu tan-netwerk. Hija nnotat li l-effett ta' stabbilizzazzjoni tal-konsumaturi ta' karga bażika jistal-aktar jiġġustifika tariffa tan-netwerk imnaqqsa iżda mhux eżenzjoni sħiħa minħabba li anki dawk li l-konsumaturi ta' karga bażika kienu qed jużaw in-netwerk. Fl-aħħar nett il-Qorti Reġjonali Superjuri osservat s-soprataxxa tal-Artikolu 19 ma kinitx tikkorrispondi għal tariffa tan-netwerk iżda għal soprataxxa li tinġabar flimkien mat-tariffi tan-netwerk; ma kinitx tikkorrispondi mal-prezz għall-użu tan-netwerk iżda kienet sempliċiment tikkorrispondi għal soprataxxa introdotta biex tkopri t-telf finanzjarju kkawżat lill-operaturi tan-netwerks mill-eżenzjoni sħiħa.

(53)

Permezz tas-sentenza tas-6 ta' Ottubru 2015 (33), il-Qorti Federali tal-Ġustizzja kkonfermat l-ordni tal-Qorti Reġjonali Superjuri ta' Düsseldorf tat-8 ta' Mejju 2013. Il-Qorti Federali tal-Ġustizzja kkonfermat li l-eżenzjoni sħiħa mogħtija skont it-tieni sentenza tal-Artikolu 19 (2) tar-Regolament StromNEV 2011 ma rrispettatx il-limiti tal-Artikolu 24 tal-EnWG 2011, li intitolaw lill-gvern biex jiddefinixxi biss il-modalitajiet tal-kalkolu tat-tariffi individwali tan-netwerk, iżda mhux biex jintroduċi eżenzjoni sħiħa mit-tariffi tan-netwerk. Il-Qorti Federali tal-Ġustizzja osservat ukoll li l-ewwel u t-tielet sentenza tal-Artikolu 24 (1) tal-EnWG 2011 kienu bbażati fuq il-prinċipju li l-operaturi tan-netwerk huma intitolati għal kumpens għall-użu tan-netwerks tagħhom u li l-effett stabilizzanti tal-konsumaturi ta' karga bażika ma jistax jitqies bħala kumpens lill-operatur tan-netwerk għall-użu tan-netwerk peress li dan l-impatt stabilizzanti ma kienx kumpens imħallas bħala skambju tal-użu tan-netwerk, iżda sempliċiment il-konsegwenza tal-użu tan-netwerk. Il-Qorti Federali tal-Ġustizzja osservat ukoll li filwaqt li dan l-impatt ta' stabbilizzazzjoni jista' jkun ta' interess ekonomiku għall-operaturi tan-netwerks u jista' jiġġustifika tnaqqis tat-tariffi tan-netwerk, wieħed ma jistax awtomatikament jiġi preżunt li jiġġustifika eżenzjoni sħiħa bbażata sempliċiment fuq in-numru ta' sigħat ta' użu sħiħ, b'mod partikolari minħabba li amki l-konsumaturi ta' karga bażika qed jikkontribwixxu għall-karga massima tan-netwerk. It-tnaqqis se jkollu jqis l-impatt speċifiku ta' kull konsumatur ta' karga bażika fuq in-netwerk. Fl-aħħar nett, il-Qorti Federali tal-Ġustizzja kkonfermat ukoll li s-soprataxxa tal-Artikolu 19 ma kinitx jikkorrispondi għal tariffa tan-netwerk iżda għal soprataxxa li tinġabar flimkien mat-tariffi tan-netwerk; din ma kinix tikkorrispondi mal-prezz għall-użu tan-netwerk iżda kienet sempliċiment tikkorrispondi għal soprataxxa introdotta biex ikopri t-telf finanzjarju kkawżat lill-operaturi tan-netwerks mill-eżenzjoni sħiħa.

(54)

Kemm il-Qorti Reġjonali Superjuri ta' Düsseldorf u l-Qorti Federali tal-Ġustizzja ddikjaraw l-eżenzjoni sħiħa fit-tieni sentenza tal-Artikolu 19 (2) tar-Regolament StromNEV 2011 u l-eżenzjoni individwali mogħtija fuq dik il-bażi bħala nulla. Madankollu, mill-Liġi Amministrattiva Ġermaniża jidher li l-Istat Ġermaniż ma jistax de facto jitlob rimborż mill-benefiċjarji minħabba regoli ta' preskrizzjoni. Barra minn hekk, kif deskritt fil-premessa 55, l-Artikolu 32 il-ġdid (7) tar-Regolament StromNEV 2014 jipprevedi li d-deċiżjonijiet ta' eżenzjoni adottati abbażi tat-tieni sentenza tal-Artikolu 19 (2) tar-Regolament StromeV-2011 ma baqgħux validi mill-1 ta' Jannar 2014 biss.

(55)

Skont ir-Regolament tal-14 ta' Awwissu 2013 (34), il-Ġermanja neħħiet l-eżenzjoni sħiħa mill-1 ta' Jannar 2014 u reġgħet introduċiet l-imposti individwali tan-netwerk għall-utenti finali f'dik id-data, b'konsum annwali tal-elettriku li jilħaq il-10 GWh u mill-inqas 7 000 siegħa ta' użu sħiħ. Kien meħtieġ li BNetzA tistabbilixxi regoli dettaljati dwar il-metodoloġija għad-determinazzjoni tal-kostijiet individwali tan-netwerk skont ir-Regolament StromNEV, kif emendat bl-Artikolu 1 tar-Regolament tat-14 ta' Awwissu 2013 (“StromNEV 2014”). Għal dan il-għan, il-BNetzA reġgħet introduċiet il-metodoloġija tal-perkors fiżiku permezz ta' deċiżjoni regolatorja (35) adottata abbażi tal-Artikolu 29 tal-EnWG. Għalkemm ftit modifikata, il-metodoloġija tikkorrispondi fis-sustanza għall-metodoloġija tal-perkors fiżiku peress li ġiet applikata għall-kalkolu tat-tariffi individwali tan-netwerk skont ir-Regolament StromNEV 2010 (ara l-Premessa 19 ta' din id-Deċiżjoni). Id-deċiżjoni regolatorja dwar il-metodoloġija tal-perkors fiżiku ġiet ikkonfermata b'ordni tat-13 ta' Diċembru 2016 tal-Qorti Federali tal-Ġustizzja (36). Il-Qorti Federali tal-Ġustizzja rrikonoxxiet b'mod speċifiku li l-metodoloġija tal-perkors fiżiku tiżgura valutazzjoni tal-kostijiet tan-netwerk ikkawżati minn konsumaturi tal-karga bażika f'konformità mal-prinċipju tal-kost-kawżalità.

(56)

Kemm l-ordni tas-8 ta' Mejju 2013 tal-Qorti Reġjonali Superjuri ta' Düsseldorf kif ukoll l-ordni tat-6 ta' Ottubru 2015 tal-Qorti Federali tal-Ġustizzja kellhom effett biss fuq il-partijiet fil-proċedura u ma wasslux għal revoka ġenerali tad-deċiżjonijiet kollha ta' eżenzjoni. Għalhekk, l-Artikolu 32(7) tar-Regolament StromNEV 2014 jipprevedi li d-deċiżjonijiet ta' eżenzjoni adottati minn regolatur abbażi tat-tieni sentenza tal-Artikolu 19(2) tar-Regolament StromNEV 2011 ma jibqgħux validi mill-1 ta' Jannar 2014. It-talbiet pendenti għal deċiżjonijiet ta' eżenzjoni adottati minn regolatur abbażi tal-Artikolu 19 (2) tar-Regolament StromNEV 2011, kif ukoll il-każijiet li fihom id-deċiżjoni ta' eżenzjoni ġiet revokata minn Qorti jkunu soġġetti għat-tieni sentenza tal-Artikolu 19 (2) tar-Regolament StromNEV 2014 (b'effett retroattiv mill-1 ta' Jannar 2012. Għall-2011 f'dawk l-istess każijiet, ġie applikat ir-Regolament StromNEV ta' qabel l-introduzzjoni tal-eżenzjoni sħiħa (jiġifieri t-tariffi individwali tan-netwerk ibbażati fuq il-perkors fiżiku, jekk rilevanti).

(57)

Permezz tal-ordni tat-12 ta' April 2016 (37), il-Qorti Federali tal-Ġustizzja annullat id-deċiżjoni regolatorja tal-14 ta' Diċembru 2011 (ara l-Premessi 35 sa 39 ta' din id-Deċiżjoni). Il-Qorti sabet li dik id-deċiżjoni ma kinitx koperta mis-setgħa stipulata fl-Artikolu 24 tal-EnWG. Wara din is-sentenza l-leġiżlatur Ġermaniż emenda l-Artikolu 24 tal-EnWG u b'hekk irrimedja b'mod retroattiv in-nuqqas ta' setgħa għas-soprataxxa tal-Artikolu 19 (38).

3.   KUMMENTI MINN PARTIJIET INTERESSATI

(58)

Il-Kummissjoni rċeviet kummenti mingħand Ahlstrom GmbH, AlzChem AG, Aurubis AG, Bender GmbH, Fitesa Germany GmbH, Evonik Industries AG, Hans Adler OHG, Lindes Gas Produktionsgesellschaft, Norske Skog Walsum GmbH, Oxxynova GmbH, Ruhr Oel GmbH, Saalemühle Alsleben GmbH, Sasol Wax GmbH, SETEX-Textil GmbH, Bundesverband der Energieabnehmer e.V., Currenta GmbH & Co. KG, Air Liquide Deutschland GmbH, InfraServ GmbH & Co. KG, Naturin Viscofan GmbH, Wirtschaftsvereinigung Stahl, Wirtschaftsvereinigung Metalle, Hydro Aluminium Rolled Products GmbH, Norsk Hydro ASA, Papierfabrik Scheufelen GmbH & Co. KG, ThyssenKrupp Steel Europe AG, Trimet Aluminium AG, UPM GmbH, Verband der Chemischen Industrie e.V., Verband der Industriellen Energie- und Kraftwirtschaft e.V. u Xstrata Zink GmbH/Glencore. Il-kummenti kollha li waslu jsostnu li l-eżenzjoni sħiħa ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat. L-argumenti mressqa mid-diversi kummenti sabiex jappoġġjaw din l-opinjoni huma mqassra fil-Premessi li ġejjin.

(59)

Il-partijiet interessati jqisu li l-eżenzjoni sħiħa ma tatx vantaġġ lill-konsumaturi ta' karga bażika eżentati. Skont il-partijiet interessati, l-eżenzjoni sħiħa kienet kumpens għall-kontribuzzjoni tal-konsumaturi ta' karga bażika għall-istabbiltà tan-netwerk tal-elettriku. Parti interessata waħda tqis li l-eżenzjoni sħiħa tikkorrispondi għall-kumpens ta' servizz ta' interess ekonomiku ġenerali skont it-tifsira tas-sentenza Altmark (39). B'mod partikolari, qed jiġi sostnut li l-konsum ta' karga bażika li jikkwalifika għall-eżenzjoni sħiħa kien prerekwiżit għall-produzzjoni kontinwa tal-elettriku minn impjanti tal-enerġija mgħammra b'ġeneraturi sinkroniċi. Dawn tal-aħħar jitqiesu meħtieġa għall-istabbiltà tan-netwerk minħabba li jgħinu biex jiġu evitati bidliet fil-frekwenza. F'dan ir-rigward, bosta partijiet interessati jirreferu għal studju tat-20 ta' Jannar 2012 fil-produzzjoni minima mill-impjanti konvenzjonali (40) tal-enerġija meħtieġa fil-Ġermanja biex tiġi żgurata ġestjoni sikura tan-netwerk fil-kuntest ta' penetrazzjoni għolja rinnovabbli (41) (l-“Istudju tal-2012”). Alternattivament, diversi partijiet interessati jqisu li l-vantaġġ ma jkunx selettiv iżda ġġustifikat mil-loġika u n-natura tat-tariffi tan-netwerk fil-Ġermanja. F'dan ir-rigward, jispjegaw li l-prevedibbiltà tal-mudell tal-konsum tal-konsumaturi ta' karga bażika twassal għal tnaqqis sinifikanti fil-kostijiet tan-netwerk peress li tnaqqas il-ħtieġa għall-ibbilanċjar tal-enerġija u r-riżervi. Barra minn hekk, ix-xejra kontinwa tal-konsum iżżomm it-tagħmir tan-netwerk aktar fit-tul u b'hekk jitnaqqsu l-kostijiet materjali. Il-kostijiet imsemmija hawn fuq ikollhom inkella jitħallsu mit-TSO bħala parti mir-responsabbiltajiet tan-netwerk tagħhom, definiti fl-Artikolu 11 tal-EnWG. Uħud mill-partijiet interessati jargumentaw ukoll li l-konsumaturi ta' karga bażika jikkontribwixxu għall-kontroll tal-vultaġġ u l-prevenzjoni tal-qtugħ tal-elettriku u li l-eżenzjoni sħiħa tikkumpensahom għal dan. Fl-aħħar nett, il-kummenti jqisu l-konsum ta' karga bażika eżentat biex tiġi ggarantita l-provvista tal-elettriku prodotta minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli intermittenti. B'hekk, kemm il-kostijiet tal-espansjoni tal-grilja kif ukoll il-pagamenti ta' kumpens skont l-Att dwar l-Enerġija Rinnovabbli (Erneuerbare Energien Gesetz, “EEG”(42) jitnaqqsu.

(60)

Barra minn hekk, il-partijiet interessati jqisu li l-eżenzjoni sħiħa ma għandhiex tiġi ffinanzjata permezz tar-riżorsi tal-Istat. Skont il-partijiet interessati, it-tieni sentenza tal-Artikolu 19 (2) tar-Regolament StromNEV 2011 kienet parti mis-sistema ġenerali tat-tariffi tan-netwerk u għalhekk kienet tikkostitwixxi sempliċi regolazzjoni tal-prezzijiet. Il-fatt li l-eżenzjoni sħiħa hija dipendenti fuq awtorizzazzjoni li għandha tingħata mill-BNetzA hija meqjusa bħala att purament formali li minnu nnifsu ma jkunx biżżejjed biex jiġi stabbilit li l-eżenzjoni sħiħa hija ffinanzjata permezz ta' riżorsi tal-Istat.

(61)

Il-partijiet interessati jargumentaw, b'mod partikolari, li l-eżenzjoni sħiħa ma setgħetx titqies li hija ffinanzjata permezz ta' riżorsi tal-Istat wara l-introduzzjoni tas-soprataxxa tal-Artikolu 19 fl-2012. Is-soprataxxa tal-Artikolu 19 titqies bħala parti mis-sistema ġenerali tat-tariffi tan-netwerk. Għaldaqstant, il-partijiet interessati jirrifjutaw il-kwalifika tas-soprataxxa tal-Artikolu 19 bħala imposta parafiskali. Bħala spjegazzjoni, il-partijiet interessati jsostnu li l-ammont tas-soprataxxa tal-Artikolu 19 ma ġiex determinat mill-Istat, iżda minflok kien ikkalkulat mill-operaturi tan-netwerk abbażi tat-telf fid-dħul li rriżulta mill-eżenzjoni sħiħa. Is-soprataxxa tal-Artikolu 19 sservi biss għall-finijiet sempliċi li jiġi ekwalizzat il-piż finanzjarju li jirriżulta mill-eżenzjoni sħiħa għall-utenti tan-netwerk kollha fil-Ġermanja. Barra minn hekk, ir-rikavat tas-soprataxxa tal-Artikolu 19 la jkun ta' vantaġġ għall-baġit tal-Istat u lanqas ikun taħt il-kontroll tal-Istat. F'dan ir-rigward, il-partijiet interessati jispjegaw li t-TSO kellhom diskrezzjoni dwar l-użu tar-rikavat mis-soprataxxa tal-Artikolu 19. Il-partijiet interessati jirrifjutaw il-konklużjoni li t-TSO ċċentralizzaw r-rikavat tas-soprataxxa tal-Artikolu 19 u b'hekk aġixxew b'mod simili għal fond. Jiġi spjegat li l-grupp konġunt tal-proġett “Horizontataler Belastungsausgleich (PG HOBA)”, li għalih tirreferi d-Deċiżjoni ta' Ftuħ, inħoloq fuq bażi volontarja u serva biss għall-finijiet ta' koordinazzjoni teknika bejn it-TSO.

(62)

Il-partijiet interessati jsostnu wkoll li s-soprataxxa tal-Artikolu 19 ma kinitx ipotekata għall-finanzjament tal-eżenzjoni mit-tariffi tan-netwerk. Il-vantaġġ tal-eżenzjoni kien jimmaterjalizza ruħu wkoll mingħajr is-soprataxxa tal-Artikolu 19, f'liema każ, it-telf fid-dħul li jirriżulta mill-eżenzjoni sħiħa jkollu jiġġarrab mill-operaturi tan-netwerk. Il-mekkaniżmu ta' kumpens deskritt fit-Taqsima 2.4 ta' din id-Deċiżjoni kellu jitqies b'mod indipendenti mill-vantaġġ mogħti lill-konsumaturi ta' karga bażika. Mingħajr il-mekkaniżmu ta' kumpens, l-operaturi tan-netwerk kienu sempliċiment iqisu t-telf fid-dħul meta jikkalkulaw it-tariffi tan-netwerk għall-impriżi li mhumiex eżentati, bħal fl-2011.

(63)

Il-partijiet interessati jsostnu li l-eżenzjoni mit-tariffi tan-netwerk ma kinitx twassal għal distorsjoni tal-kompetizzjoni jew taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri, minħabba li hija naqqset biss il-piż finanzjarju u l-iżvantaġġ kompetittiv li jirriżulta mit-tariffi tan-netwerk fil-Ġermanja, li jitqiesu li huma ħafna ogħla minn Stati Membri oħra.

(64)

Għadd limitat biss ta' partijiet interessati jsostnu li l-eżenzjoni mit-tariffi tan-netwerk hija kompatibbli mas-Suq Intern. L-argumenti tagħhom essenzjalment jirreferu għall-kontribuzzjoni tal-konsumaturi ta' karga bażika għall-istabbiltà tan-netwerk u għalhekk għas-sigurtà tal-provvista fl-Ewropa. Barra minn hekk, huma jsostnu li fid-dawl tal-politiki dwar il-klima tal-Unjoni, l-eżenzjoni ssaħħaħ il-kompetittività tal-impriżi li jagħmlu użu intensiv mill-enerġija u għalhekk tipprevenihom milli jittrasferixxu l-attivitajiet tagħhom għal barra l-Unjoni, li jkun jirriżulta f'konsegwenzi negattivi għall-ekonomija tal-Unjoni, minħabba li pereżempju jwassal għal telf ta' ktajjen tal-valur u jżid id-dipendenza tal-Unjoni fuq l-importazzjonijiet.

(65)

Fl-aħħar nett, għadd limitat ta' partijiet interessati jsostnu li kwalunkwe rkupru jkun qed jikser il-prinċipju tal-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi. Għal dan il-għan, huma jsostnu li billi sabet li l-eżenzjoni sħiħa kienet iffinanzjata permezz ta' riżorsi tal-Istat, il-Kummissjoni tista' tiddevja mill-interpretazzjoni tal-kunċett tal-għajnuna mill-Istat applikat qabel l-eżenzjoni sħiħa kemm fil-prattika tal-każ tagħha kif ukoll fil-każistika tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja, b'mod partikolari l-interpretazzjoni tagħha ta' riżorsi tal-Istat fis-sentanza PreussenElektra.

(66)

Wara li għaddiet id-data ta' skadenza għall-kummenti tal-partijiet interessati, il-Kummissjoni rċeviet kummenti mingħand żewġ partijiet interessati addizzjonali (Wacker Chemie AG u Koehler Kehl GmbH). Wacker Chemie AG ressqet kummenti dwar il-metodoloġija tal-perkors fiżiku żviluppata mill-BNetzA biex tiddetermina t-tariffi individwali tan-netwerk ta' konsumaturi ta' karga bażika sa mill-2014. Wacker ikkunsidrat li l-metodu tal-perkors fiżiku ma kienx mod adegwat biex jiġu ddeterminati t-tariffi individwali, minħabba li t-tariffa fuq in-netwerk tkun tiddependi fuq jekk il-konsumatur ta' karga bażika jkunx jinsab qrib impjant tal-enerġija tal-karga bażika jew le. Wacker ukoll ikkritikat il-fatt li l-impjanti tal-idroenerġija ma kinux ikkunsidrati bħala impjanti ta' karga bażika u li l-impjant inkwistjoni kellu jkun jista' jkopri l-karga potenzjali kollha tal-konsumaturi ta' karga bażika. Wacker ikkunsidrat li l-eżenzjoni sħiħa kienet prinċipju aktar sempliċi li jirrifletti b'mod adegwat il-kontribuzzjoni tal-konsumatur tal-karga bażika għall-istabbiltà tan-netwerk. Madankollu, Wacker ma pprovda l-ebda element li jiddeskrivi l-effetti ta' stabbilizzazzjoni tal-konsumaturi ta' karga bażika. Koehler Kehl GmbH ressqet kummenti dwar rapport ippubblikat mill-BNetzA fl-20 ta' Marzu 2015 (43). Koehler Kehl GmbH tirreferi għal dikjarazzjonijiet fir-rapport, li jikkonfermaw il-kontribut tal-konsum tal-elettriku tal-karga bażika għall-istabbiltà tan-netwerk fil-perjodu bejn l-2011 u l-2013. Abbażi ta' dan, Koehler Kehl GmbH issostni li trattament differenti tal-konsumaturi ta' karga bażika ma jwassalx għal vantaġġ selettiv. Madankollu, sal-punt li r-rapport ta' evalwazzjoni jissuġġerixxi li l-konsum stabbli tal-elettriku tal-karga bażika qed isir inqas rilevanti għall-istabbiltà tan-netwerk, Koehler Kehl GmBH madankollu jikkontesta l-validità tar-rapport. Għal dan il-għan, il-kummenti tagħha jikkontestaw il-metodoloġija applikata biex ir-rapport jiġi stabbilit bħala mhux preċiż, minħabba li jiddependi, pereżempju, fuq dikjarazzjonijiet li jsiru minn operaturi tan-netwerk b'vultaġġ baxx li madankollu, l-ebda konsumatur ta' karga bażika ma huwa kkollegat miegħu. Għalhekk, ir-rapport ma jkun fih l-ebda dikjarazzjoni valida li tirrifjuta l-effett ta' stabbilizzazzjoni tal-konsum tal-karga bażika. Barra minn hekk, il-kummenti jenfasizzaw il-ħtieġa kontinwa għal impjanti li jipproduċu karga bażika u b'hekk il-konsum tal-karga bażika għall-provvediment tal-istabbilizzazzjoni tan-netwerk.

4.   KUMMENTI MILL-ĠERMANJA

(67)

Il-Ġermanja tqis li l-eżenzjoni sħiħa tad-Deċiżjoni ta' Ftuħ ma kinitx għajnuna mill-Istat minħabba li la tat vantaġġ selettiv u lanqas ma ġiet iffinanzjata permezz ta' riżorsi tal-Istat. Alternattivament, huma jqisu li l-eżenzjoni hija kompatibbli mas-suq intern. F'dan ir-rigward, jenfasizzaw ukoll il-ħtieġa li jinżammu kundizzjonijiet ekwi għall-industriji intensivi fl-enerġija fl-Ewropa filwaqt li jiżdied is-sehem tal-elettriku minn enerġiji rinnovabbli.

(68)

Il-Ġermanja tqis li l-eżenzjoni sħiħa kienet fl-ambitu tal-loġika tas-sistema tat-tariffi tan-netwerk fil-Ġermanja, b'mod partikolari bil-prinċipju li t-tariffi tan-netwerk jenħtieġ li jkunu proporzjonati (għall-kostijiet) u mhux diskriminatorji. Huma jsostnu li l-prinċipju ta' kost-kawżalità stabbilit fl-Artikolu 16 (1) tar-Regolament StromNEV kif ukoll ir-rekwiżit stabbilit fit-tieni sentenza tal-Artikolu 17 (1) tar-Regolament StromNEV, li skontu t-tariffi tan-netwerk iridu jirriflettu s-sigħat reali tal-użu, għamluha meħtieġ li l-konsumaturi ta' karga bażika jiġu trattati b'mod differenti minn konsumaturi aħħarin oħrajn. Huma żiedu li l-eżenzjoni jenħtieġ li titqies bħala kumpens adegwat għall-kontribuzzjoni tal-konsumaturi ta' karga bażika għall-istabbiltà tan-netwerk.

(69)

Il-Ġermanja tispjega li l-konsumaturi ta' karga bażika huma differenti ħafna minn “konsumaturi tipiċi”. Filwaqt li l-konsumaturi tipiċi kellhom volatilità fil-konsum li ma tistax titbassar għal kollox, il-konsumaturi ta' karga bażika kienu konsumaturi li qed jikkunsmaw dejjem l-istess ammont ta' elettriku mill-grilja. Il-prevedibbiltà għolja tal-konsum ta' karga bażi tal-elettriku naqqset il-bżonn għall-ibbilanċjar tal-elettriku u r-riżervi kif ukoll għall-bżonn għal ridispaċċ. B'mod ġenerali, l-prevedibbiltà għolja tiffaċilita l-ippjanar tan-netwerk u tkabbar l-użu tal-flotta tal-ġenerazzjoni (diment li l-flotta tal-ġenerazzjoni tkun magħmula fil-parti l-kbira minn impjanti konvenzjonali). Madankollu, jekk ikunu soġġetti għal tariffi tan-netwerk ikkalkolati skont l-Artikolu 16 u l-Artikolu 17 tar-Regolament StromNEV, il-konsumaturi ta' karga bażika jkunu jridu jikkontribwixxu bis-sħiħ għal dawk il-kostijiet kollha meta ma jkunux qed jikkawżawhom. Minħabba li l-konsumaturi ta' karga bażika ġeneralment kienu jinsabu qrib il-kapaċitajiet tal-ġenerazzjoni tal-elettriku, kienu qed jużaw porzjon iżgħar mill-grilja u kien hemm inqas telf mill-grilja marbut mal-konsum tagħhom. Barra minn hekk, il-konsum eżentat ma jikkontribwixxix għal ħtieġa akbar għall-iżvilupp tal-grilja (sakemm ma jkunux huma stess ir-raġuni għall-espansjoni tal-grilja) minħabba li l-varjazzjoni tat-tagħbija fuq in-naħa ta' fuq tal-konsum kostanti ta' karga bażika biss kellha tiġi kkunsidrata għat-tisħiħ tal-kapaċità tal-grilja. Fl-aħħar nett, il-konsumaturi ta' karga bażika kellhom ukoll impatt pożittiv fuq ir-regolamentazzjoni tal-frekwenza minħabba li tagħbija kostanti ta' ċertu daqs tista' ttaffi d-disturbi tal-frekwenza u tagħti aktar żmien lill-operatur tan-netwerk biex jirreaġixxi.

(70)

Il-Ġermanja tispjega wkoll li s-sistema ġenerali tat-tariffi tan-netwerk ma kinitx tirrifletti b'mod adegwat il-kostijiet tan-netwerk ikkawżati mill-konsum ta' karga bażika eżentat meta mqabbla mal-konsumaturi b'xejriet ta' konsum varjabbli. B'mod partikolari, il-funzjoni tas-simultanjetà kienet ibbażata fuq ċifri storiċi iżda ma setgħetx tiggarantixxi li konsumaturi varjabbli jikkunsmaw fl-istess ħin kif għamlu fil-passat. Għalhekk, filwaqt li konsumaturi varjabbli b'ammont baxx ta' sigħat ta' użu sħiħ ġew ikkaratterizzati wkoll b'mod empiriku minn fattur baxx ta' simultanjetà, il-konsum tal-elettriku tagħhom xorta waħda jista' (minħabba l-imprevedibbiltà tal-konsum) ivarja waqt it-tagħbija massima annwali. Dan obbliga lill-operaturi tan-netwerks biex meta jiżviluppaw in-netwerk, jibnu marġni ta' sikurezza. Dan il-marġni ta' sikurezza ma kienx meħtieġ għall-konsumaturi ta' karga bażika. Bħala konsegwenza, il-funzjoni tas-simultanjetà tkun qed tissopravaluta il-kostijiet ikkawżati mill-konsum ta' karga bażika fir-rigward tal-konsumaturi varjabbli.

(71)

Fl-aħħar nett, il-Ġermanja tispjega li tagħbija kbira u stabbli twassal għal ekonomiji ta' skala li d-determinazzjoni tat-tariffi tan-netwerk abbażi tal-funzjoni tas-simultanjetà ma tkunx qieset. Id-determinazzjoni tat-tariffi tan-netwerk abbażi tal-funzjoni tas-simultanjetà għalhekk tkun qed tissopravaluta t-tariffi tan-netwerk dovuti mill-konsumaturi ta' karga bażika.

(72)

Dwar dan il-punt, il-Ġermanja tikkonkludi li meta mqabbla mal-konsumaturi varjabbli, il-konsumaturi ta' karga bażika jwasslu għal serje ta' tnaqqis fil-kostijiet u ffrankar tal-kostijiet li jibbenefika lill-utenti tan-netwerk kollha. Dan l-iffrankar ma setax jiġi kkalkulat bi preċiżjoni iżda jista' jiġi kkalkulat indirettament billi jiġu allokati il-kostijiet individwali tal-konsumatur bażi (kostijiet inkrementali).

(73)

Il-Ġermanja tqis li r-rekwiżit legali li jkun hemm konsum tal-elettriku li jaqbeż il-10 GWh u li jilħaq it-7 000 siegħa ta' użu sħiħ kien iġġustifikat u konsistenti peress li żgura konsum ta' karga bażika stabbli u sinifikanti. Biex jilħqu 7 000 siegħa ta' użu, l-utenti finali jkollhom bżonn jieħdu l-elettriku min-netwerk li jkun jikkorrispondi mat-tagħbija massima annwali f'kull kwarta fuq perjodu li jikkorrispondi għal 80 % tas-sena. Għalhekk, is-7 000 siegħa ta' użu sħiħ ma kinux funzjoni tal-kwantità ta' elettriku kkunsmat iżda tal-istabbiltà tal-konsum. F'termini oħrajn, jistgħu jintlaħqu 7 000 siegħa ta' użu sħiħ biss jekk il-konsumatur ikollu eżattament l-istess użu f'mill-inqas 80 % tas-sena kollha. Il-Ġermanja tispjega wkoll li r-rekwiżit ta' 10 GWh ġie ddefinit hekk minħabba li l-utenti tan-netwerk jikkunsidraw li jħallu s-sistema ġenerali ta' tariffi tan-netwerk biss f'ċertu livell ta' konsum tal-elettriku (44).

(74)

Fir-rigward tal-involviment potenzjali tar-riżorsi tal-Istat, il-Ġermanja tqis li l-Istat ma eżerċita l-ebda kontroll fuq il-finanzjament tal-eżenzjoni. Hija ssostni li s-sempliċi approvazzjoni tal-eżenzjoni mill-awtoritajiet regolatorji ma kinitx biżżejjed biex jiġi stabbilit tali kontroll.

(75)

Barra minn hekk, il-Ġermanja ssostni li s-soprataxxa tal-Artikolu 19 ma kinitx tikkwalifika bħala imposta skont it-tifsira tas-sentenza Essent (45). B'appoġġ għal dak l-argument, il-Ġermanja ssostni li s-soprataxxa tal-Artikolu 19 ma ġietx iddeterminat mill-Istat, iżda mit-TSO, li kienu prinċipalment kumpaniji privati. Barra minn hekk, bil-maqlub tas-sentenza Essent, l-ebda eċċess tas-soprataxxa tal-Artikolu 19 ma jakkumula għall-baġit tal-Istat. Fl-aħħar nett, it-TSO tqiesu li kienu ħielsa fl-użu tar-rikavat tas-soprataxxa tal-Artikolu 19.

(76)

Il-Ġermanja ssostni wkoll li s-sempliċi fatt li s-soprataxxa tal-Artikolu 19 ġiet introdotta mill-BNetzA, ma kinitx biżżejjed biex tistabbilixxi l-kontroll tal-Istat. F'dan ir-rigward, il-Ġermanja tispjega li s-soprataxxa tal-Artikolu 19 ġiet introdotta biex tippermetti l-ugwalizzazzjoni tat-telf fid-dħul wara l-eżenzjoni. Ugwalizzazzjoni bħal din madwar il-Ġermanja kienet meħtieġa minħabba l-ispeċifiċitajiet regolatorji fil-Ġermanja, fejn in-netwerk tat-trażmissjoni huwa maqsum f'erba' żoni ġeografiċi u erba' TSO. L-alternattiva kienet tkun tikkonsisti fiż-żieda tat-tariffi tan-netwerk għall-utenti finali mhux eżentati f'żona li tikkonċerna netwerk, li madankollu kienet twassal għal piżijiet ta' kostijiet li kienu ġeografikament differenti fil-Ġermanja. L-ammont ta' piż tal-kost għalhekk kien jiddependi fuq l-ammont ta' eżenzjonijiet fi ħdan iż-żona ta' netwerk rispettiva.

(77)

Fir-rigward tal-2011, il-Ġermanja tispjega li t-telf fid-dħul li seħħ fl-2011 ma setax jiġi rkuprat permezz ta' tariffi tan-netwerk fl-2011 minħabba li it-tariffi tan-netwerk kellhom jiġu stabbiliti minn qabel. Ma setgħux jiġu rkuprati fl-2012 minħabba li t-tariffi tan-netwerk għandhom jiġu kkalkulati fuq il-bażi tal-kostijiet tan-netwerk previsti. B'hekk, fin-nuqqas tas-soprataxxa tal-Artikolu 19, it-telf fid-dħul wara l-eżenzjoni seta' ġie parzjalment ikkumpensat, jekk xejn, permezz tar-Regulierungskontoskont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 5 tal-ARegv 2011. Jekk f'dak il-każ it-telf fid-dħul kien iwassal għal differenza negattiva bejn id-dħul miksub u l-livell massimu ta' dħul awtorizzat, din id-differenza tiġi rreġistrata fuq il-kont regolatorju. Jekk fit-tmiem regolatorju jkun għad hemm bilanċ negattiv, dan jista' jissarraf f'żieda fil-livelli massimi ta' dħul awtorizzati fil-perjodu regolatorju li jmiss. F'dan ir-rigward, il-Ġermanja tispjega wkoll li l-awtorità regolatorja kompetenti la kellha sjieda tar-Regulierungskonto u lanqas kontroll fuqha. Ir-Regulierungskonto serva biss għall-fini ta' tpaċija tar-rikavat minn tariffi tan-netwerk li jaqbżu l-livell massimu ta' dħul approvat matul il-perjodu regolatorju speċifiku skont is-sistema deskritta fil-premessa 41. B'hekk, l-ebda assi likwidi ma ġew rreġistrati fuq ir-Regulierungskonto li jista' jintuża biex jiffinanzja t-telf fid-dħul li jirriżulta mill-eżenzjoni.

(78)

Il-Ġermanja tqis ukoll li l-eżenzjoni sħiħa mhijiex se toħloq piż addizzjonali fuq il-baġit tal-Istat. B'mod partikolari, it-TSO ma setgħux jiġu assimilati mal-Istat. Billi kkoordinaw il-proċeduri tagħhom rigward l-amministrazzjoni tas-soprataxxa tal-Artikolu 19 għall-fini tal-effiċjenza u t-trasparenza, dawn ma aġixxewx b'mod simili għal fond.

(79)

Barra minn hekk il-Ġermanja esprimiet il-fehma tagħha li l-eżenzjoni sħiħa mit-tariffi tan-netwerk ma ħolqotx distorsjoni tal-kompetizzjoni fis-suq intern. F'dan ir-rigward, il-Ġermanja rreferiet għal-livell għoli tal-kostijiet tal-elettriku li jistgħu jkunu ta' piż għal impriżi li jużaw ħafna enerġija attivi fil-Ġermanja aktar milli l-kompetituri tagħhom ikunu attivi fi Stati Membri oħra. F'dan ir-rigward, il-Ġermanja sostniet ukoll li għandu jkun permess li l-Istati Membri jadottaw miżuri li jżommu l-kompetittività tal-industrija Ewropea, b'mod partikolari l-industriji li jużaw ħafna enerġija u tenfasizza f'dan ir-rigward li l-Ġermanja kellha politika rinnovabbli ambizzjuża ħafna meta mqabbla ma' Stati Membri oħra u li din il-politika ambizzjuża kienet teħtieġ investimenti importanti fin-netwerk. B'hekk, it-tariffi tan-netwerk jiżdiedu. Kienet meħtieġa limitazzjoni tal-kostijiet tal-enerġija li rriżultaw mill-użu tal-enerġija rinnovabbli biex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi meta mqabbla mal-industriji fi Stati Membri oħra jew f'pajjiżi terzi. Mingħajr il-limitazzjoni, l-industrija Ġermaniża tiġi mhedda.

(80)

Barra minn hekk, il-Ġermanja tispjega li anki jekk l-eżenzjoni sħiħa tikkwalifika bħala għajnuna, xorta waħda tikkostitwixxi għajnuna kompatibbli skont l-Artikolu 107(3)(b) jew (c) tat-Trattat minħabba li l-eżenzjoni sħiħa fis-seħħ bejn l-2011 u l-2013 kienet neċessarja biex jiġi inċentivat mudell tal-konsum tal-elettriku li kien ta' benefiċċju għan-netwerk u l-istabbiltà tiegħu. F'dan ir-rigward, il-Ġermanja tispjega li l-eżenzjoni sħiħa kienet meħtieġa biex iżżomm lill-konsumaturi ta' karga bażika fi ħdan is-sistema tal-provvista ġenerali tal-elettriku u biex tevita li jaqilbu għal sistema ta' awtoforniment jew li jibnu linja diretta lejn impjant tal-enerġija għad-detriment tal-istabbilità tan-netwerk. B'dan il-mod, l-eżenzjoni sħiħa kkontribwiet għall-objettiv tas-sigurtà tal-provvista. F'dik il-konnessjoni, il-Ġermanja ttenni li l-konsumaturi ta' karga bażika jiffaċilitaw ġestjoni sikura tan-netwerk permezz tal-previdibbiltà u l-konsum stabbli tagħhom. Barra minn hekk, il-Ġermanja tenfasizza li l-konsum ta' karga bażika eżentat kien prerekwiżit għall-ġenerazzjoni minima tal-elettriku konvenzjonali meħtieġa biex tiġi garantita l-istabbiltà tan-netwerk u rreferiet ukoll għall-Istudju tal-2012. B'mod partikolari, il-Ġermanja tispjega li fil-perjodu 2011–2013 it-taħlita tal-elettriku fil-Ġermanja kienet għadha ddominata mill-impjanti tal-elettriku konvenzjonali u kienet għadha mhix flessibbli ħafna. Mingħajr teħid kbir u kostanti tal-elettriku, impjanti tal-elettriku konvenzjonali tal-elettriku b'ġeneraturi sinkroniċi ma kienx ikun possibbli li jaħdmu fuq modalità kontinwa jew li jagħtu l-istess servizzi anċillari (46). Dan ikun rilevanti b'mod partikolari fid-dawl tas-sehem dejjem jikber tal-elettriku prodott minn sorsi rinnovabbli intermittenti tal-enerġija u d-deċiżjoni li jingħalqu 8 impjant nukleari wara l-inċident ta' Fukushima. Mingħajr l-impjanti tal-enerġija konvenzjonali b'ġeneraturi sinkroniċi, l-operaturi tan-netwerk kienu jintalbu jimplimentaw miżuri oħra ta' stabbilizzazzjoni tan-netwerk, li min-naħa tagħhom kienu jżidu il-kostijiet ġenerali tan-netwerk. Għalhekk, il-Ġermanja hija tal-fehma li l-għan tal-eżenzjoni sħiħa kien konformi mal-għanijiet ġenerali stabbiliti fl-Artikolu 1 tal-EnWG, jiġifieri provvista tal-elettriku mingħajr periklu, bi prezz raġonevoli u effiċjenti. Il-Ġermanja ssostni wkoll li l-eżenzjoni sħiħa kienet meħtieġa biex tiffaċilita l-iżvilupp tal-elettriku minn sorsi rinnovabbli minħabba li hija kienet tiggarantixxi li dejjem ikun hemm konsumaturi li jikkunsmaw l-elettriku rinnovabbli kull meta dan jiġi prodott. Fin-nuqqas ta' konsumaturi ta' karga bażi kien hemm riskju li l-elettriku rinnovabbli jiġi prodott fi żminijiet meta ma jkun hemm l-ebda domanda għall-elettriku. Madankollu, dan jobbliga lill-operaturi tan-netwerk li jillimitaw l-installazzjonijiet tal-elettriku rinnovabbli u jikkumpensahom, u b'hekk iżid il-kostijiet tal-appoġġ għall-elettriku rinnovabbli.

(81)

Fl-aħħar nett, il-Ġermanja tispjega li l-eżenzjoni sħiħa kellha wkoll l-għan li timplimenta l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 714/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (47) kif ukoll il-premessa 32 u l-Artikolu 32(1) tad-Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (48), li jirrikjedu li t-tariffi tan-netwerk jiġu applikati b'mod mhux diskriminatorju. Il-Ġermanja tiddikjara li l-eżenzjoni sħiħa żgurat li l-ħlasijiet tan-netwerk kienu jirriflettu l-kawżalitajiet differenti tal-kostijiet tal-konsum ta' karga bażi u normali tal-elettriku.

5.   VALUTAZZJONI TAL-ISKEMA TA' GĦAJNUNA

(82)

Il-valutazzjoni ta' hawn taħt hija bbażata fuq u limitata għal valutazzjoni tal-qafas legali, is-sitwazzjoni tas-suq, it-taħlita tal-elettriku u s-sitwazzjoni tan-netwerk fis-snin mill-2011 sal-2013 biss.

5.1.   EŻISTENZA TA' GĦAJNUNA SKONT IT-TIFSIRA TAL-ARTIKOLU 107(1) TAT-TRATTAT

(83)

Skont l-Artikolu 107(1) tat-Trattat, kull għajnuna mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta' riżorsi tal-Istat fi kwalunkwe forma, li twassal għal distorsjoni jew thedded li tikkawża distorsjoni tal-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta' ċertu prodotti, sa fejn tolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri, tkun inkompatibbli mas-suq intern (49).

5.1.1.   EŻISTENZA TA' VANTAĠĠ

(84)

Il-kunċett ta' vantaġġ fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat ikopri mhux biss benefiċċji pożittivi, bħal sussidji, iżda wkoll miżuri li, f'diversi forom, itaffu it-tariffi li normalment huma inklużi fil-baġit ta' impriża u li, għalhekk, mingħajr ma huma sussidji fis-sens strett tal-kelma, huma simili fin-natura tagħhom u għandhom l-istess effett (50).

(85)

Il-konsumaturi tal-elettriku normalment ikollhom iħallsu tariffa għall-użu tan-netwerk tal-elettriku. Din it-tariffa tirrifletti l-kost maħluq minn dak il-konsumatur għan-netwerk. Għalhekk, għall-impriżi li jużaw in-netwerk tal-elettriku, it-tariffi tan-netwerk għalhekk jikkostitwixxu parti mill-kostijiet normali tal-produzzjoni tagħhom. Billi l-konsumaturi ta' karga bażika jkunu eżentati għal kollox b'konsum annwali tal-elettriku li jaqbeż il-10 GWh u li jilħqu 7 000 siegħa ta' użu sħiħ, it-tieni sentenza tal-Artikolu 19(2) tar-Regolament StromNEV 2011 ħelsithom minn piż finanzjarju u kostijiet tal-produzzjoni li kieku kien ikollhom iġorru. Għalhekk, it-tieni sentenza tal-Artikolu 19(2) tar-Regolament StromNEV 2011 tat vantaġġ lill-konsumaturi ta' karga bażika li jissodisfaw il-kriterji ta' eliġibbiltà.

(86)

Xi partijiet interessati sostnew li l-eżenzjoni ma kinitx tikkostitwixxi vantaġġ minħabba li kienet tammonta għall-pagament għal servizz (konsum stabbli) b'kundizzjonijiet tas-suq (li tinvoka tal-hekk imsejjaħ Prinċipju tal-Operatur tal-Ekonomija tas-Suq, “MEOP”) jew għall-ħlas ta' kumpens għal servizz ta' interess ekonomiku ġenerali.

L-ebda kumpens għal servizz ta' interess ekonomiku ġenerali.

(87)

Fis-sentenza tagħha “Altmark”, il-Qorti tal-Ġustizzja ċċarat li, skont l-Artikolu 107(1) tat-Trattat, kollha għandhom jiġu ssodisfati l-erba' kriterji li ġejjin biex kumpens għal servizz ta' interess ekonomiku ġenerali ma jkunx jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat (51):

(a)

l-intrapriża li tirċievi trid fil-fatt ikollha obbligazzjonijiet għal servizz pubbliku, li jridu jkunu ddefiniti b'mod ċar;

(b)

il-parametri li abbażi tagħhom jiġi kkalkulat il-kumpens iridu jkunu stabbiliti minn qabel b'mod oġġettiv u trasparenti, biex jiġi evitat li dan il-kumpens jagħti vantaġġ ekonomiku li jista' jiffavorixxi lill-impriża benefiċjarja meta mqabbla ma' impriżi li jikkompetu magħha;

(c)

il-kumpens ma jistax jaqbeż dak li hu meħtieġ biex ikopri il-kostijiet kollha, jew parti minnhom, imġarrba waqt it-twettiq tal-obbligi tas-servizz pubbliku, filwaqt li jitqiesu l-irċevuti rilevanti u qligħ raġonevoli biex jitwettqu dawn l-obbligi;

(d)

fejn l-impriża li tkun se twettaq obbligi ta' servizz pubbliku, f'każ speċifiku, ma tintgħażilx skont proċedura ta' akkwist pubbliku li tippermetti l-għażla tal-offerent li kapaċi joffri dawn is-servizzi bl-anqas kost għall-komunità, il-livell ta' kumpens meħtieġ irid jiġi stabbilit fuq il-bażi ta' analiżi tal-kostijiet li impriża tipika, immexxija tajjeb u adegwatament ipprovduta bil-mezzi neċessarji, kieku kienet iġġarrab fit-twettiq ta' dawn l-obbligi, filwaqt li jitqiesu d-dħul rilevanti u l-profitt raġonevoli għat-twettiq ta' dawn l-obbligi.

(88)

Madankollu, huwa osservat li dawn l-erba' kundizzjonijiet kumulattivi mhumiex sodisfatti fil-każ preżenti. L-ewwel nett, il-leġiżlazzjoni Ġermaniża ma tidentifika l-ebda servizz ta' interess ekonomiku ġenerali li jkun jikkonsisti f'konsum stabbli u ma tinkarigax lil dawk il-konsumaturi ta' karga bażika bi kwalunkwe obbligu ta' servizz pubbliku (52). It-tieni nett, il-liġi ma tinkludi l-ebda parametru li abbażi tiegħu il-kostijiet għandhom jiġu kkalkulati biex jiġi evitat kumpens żejjed. It-tielet, għal ħafna konsumaturi ta' karga bażika li għandhom konsum li jilħaq 7 000 siegħa ta' użu sħiħ u li jaqbżu l-10 GWh jikkorrispondi biss għall-profil ta' konsum normali tagħhom u ma jimplikax kostijiet partikolari. F'dawk il-każijiet, l-eżenzjoni sħiħa neċessarjament twassal għal kumpens żejjed peress li taqbeż dak li l-kumpens kien ikun meħtieġ biex ikopri il-kostijiet addizzjonali relatati mal-obbligu ta' servizz pubbliku allegat. Fl-aħħar nett, l-impenji ma ntgħażlux skont proċedura ta' akkwist pubbliku u l-eżenzjoni ma ġietx iddeterminata fuq il-bażi ta' analiżi tal-kostijiet li impriża tipika, immexxija tajjeb u adegwatament ipprovduta bil-mezzi neċessarji, tkun ġarrbet biex twettaq dawk l-obbligi, filwaqt li jitqiesu l-irċevuti rilevanti u profitt raġonevoli għat-twettiq ta' dawn l-obbligi. Bil-maqlub, il-Ġermanja indikat li kien diffiċli li tikkwantifika l-valur li dik it-tagħbija stabbli kellha għan-netwerk.

L-eżenzjoni sħiħa ma tikkorrispondix mal-imġiba ta' operatur tas-suq

(89)

Fir-rigward tal-argument li l-eżenzjoni sħiħa kienet simili għall-pagament li operatur tas-suq jagħmel biex jixtri s-servizz inkwistjoni, huwa osservat li ma ġie ppreżentat l-ebda argument konvinċenti li juri li l-valur tal-eżenzjoni sħiħa jikkorrispondi mal-prezz li bih kieku l-operaturi tan-netwerk (mingħajr id-dispożizzjoni tat-tieni sentenza tal-Artikolu 19 (2) tar-Regolament StromNEV 2011) ikunu lesti li jixtru s-servizz allegat mingħand konsumaturi ta' karga bażika.

(90)

L-ewwel nett, il-fatt li l-operaturi tan-netwerks sfidaw l-eżenzjoni quddiem il-qrati nazzjonali (ara l-premessi 52 u 53) juri li waħedhom, l-operaturi tan-netwerks ma kinux se jixtru s-servizz allegat kontra l-eżenzjoni sħiħa li tmur lil hinn mil-livell ta' tariffi individwali tan-netwerk (fuq tariffi individwali tan-netwerk, ara t-taqsima t'hawn taħt 5.1.2). Il-BNetzA wettqet stħarriġ fost l-operaturi tan-netwerk għall-finijiet ta' rapport ta' evalwazzjoni tat-30 ta' Marzu 2015 dwar l-impatt tal-Artikolu 19(2) tar-Regolament StromNEV dwar il-ġestjoni tan-netwerks tal-elettriku u li tiffoka fuq id-data relatata mal-perjodu mill-2011 sal-2013 (ir-“Rapport ta' Evalwazzjoni tal-2015”) (53). Dak ir-rapport jiżvela li l-operaturi tan-netwerks li għandhom konsumaturi ta' karga bażika konnessi mal-grilja tagħhom jinqasmu fuq l-utilità ta' konsumaturi ta' karga bażika għall-istabbiltà tan-netwerk. Xi wħud indikaw li fil-perjodu bejn l-2011 u l-2013, il-konsumaturi ta' karga bażika wasslu għal kostijiet aktar baxxi tan-netwerk — iżda xorta waħda kkawżaw kostijiet — meta mqabbla ma' utenti oħrajn tan-netwerk b'tagħbija varjabbli u tagħbija mhux prevedibbli filwaqt li oħrajn spjegaw li t-tagħbija flessibbli tkun aktar utli biex tirregola l-volatilità (54). TSO wieħed spjega li l-kontribuzzjoni tal-konsumaturi ta' karga bażika għall-istabbiltà tan-netwerks kienet tiddependi fuq iċ-ċirkostanzi speċifiċi tan-netwerk (55). Fl-aħħar nett, diversi minn dawk l-operaturi tan-netwerks kienu osservaw li l-konsumaturi ta' karga bażika kkonċernati diġà kellhom l-istess tendenza ta' tagħbija qabel l-introduzzjoni tal-eżenzjoni biex l-eżenzjoni ma tkunx meħtieġa biex dawn jimmodifikaw l-imġiba tagħhom. Fi kliem ieħor: is-servizz kien ġie pprovdut fi kwalunkwe każ, mingħajr il-miżura diġa' Dawk is-sejbiet jikkonfermaw ukoll li l-operaturi tan-netwerk ma kinux kollha fuq l-inizjattiva tagħhom stess “jixtru” t-tagħbija stabbli minn konsumaturi ta' karga bażika, u l-ebda wieħed minnhom ma kien jixtriha għall-prezz ta' eżenzjoni sħiħa.

(91)

It-tieni, anki jekk wieħed jassumi li f'xi każijiet l-operaturi tan-netwerk kienu jixtru s-servizz allegat b'mod attiv, kienu jġibu biss il-limitu meħtieġ biex jiffaċilitaw il-ġestjoni tal-grilja u bi prezz li jirrifletti l-kontribuzzjoni differenzjata għall-istabbiltà. B'kuntrast, l-eżenzjoni sħiħa tingħata lil konsumaturi ta' karga bażika li jilħqu 7 000 siegħa ta' użu sħiħ u li jaqbżu l-10 GWh mingħajr ma jiġu kkunsidrati jew il-livell tan-netwerk li miegħu huma konnessi, kif ukoll il-kontribuzzjoni effettiva tagħhom għall-istabbiltà tan-netwerks (56), jew il-fatt li jista' jkun hemm diġà biżżejjed minn dawk il-konsumaturi ta' karga bażika li jippermettu ġestjoni stabbli tan-netwerk. Barra minn hekk, jekk id-domanda stabbli (minflok it-tnaqqis tal-kostijiet) kienet kruċjali għall-ġestjoni sikura tan-netwerk, m'hemm l-ebda raġuni biex il-konsumaturi stabbli li jikkonsmaw inqas minn 10 Gwh jiġu esklużi mill-eżenzjoni.

(92)

It-tielet nett, ġie nnutat li l-Qrati Ġermaniżi kkonkludew ukoll li l-eżenzjoni sħiħa ma tistax titqies bħala l-ħlas għal servizz, l-ewwel minħabba li għal ħafna konsumaturi ta' karga bażika is-“servizz” bil-kemm kien jikkorrispondi għall-modalità ta' konsum normali tagħhom u t-tieni minħabba li l-eżenzjoni sħiħa ma qisitx iż-żieda konkreta ta' stabbiltà li ngħatat. Skont dawk il-Qrati, seta' biss jiġi ġustifikat tnaqqis li jqis l-impatt konkret ta' kull konsumatur ta' karga bażi fuq in-netwerk (ara l-premessi 52 u 52).

(93)

Parti mill-partijiet interessati bbażaw l-argument li l-eżenzjoni sħiħa kienet tikkorrispondi għall-pagament li operatur tas-suq jagħmel biex jixtri servizz ta' karga bażika mill-konsumaturi fuq l-Istudju tal-2012 (ara l-premessa 59 ta' din id-Deċiżjoni).

(94)

L-ewwel nett huwa osservat li l-eżenzjoni ġiet introdotta minn att regolatorju, mill-Istat li jaġixxi fil-kapaċità tiegħu bħala awtorità regolatorja. F'dak ir-rigward, jeħtieġ li tiġi applikata l-ġurisprudenza l-aktar reċenti tal-Qorti Ġenerali, EDF vs. il-Kummissjoni (57). Skont dik is-sentenza, l-Istat Membru meta jinvoka l-MEOP irid juri li d-deċiżjoni regolatorja tiegħu ttieħdet fil-kapaċità tiegħu bħala azzjonist, u mhux fil-kapaċità tiegħu bħala awtorità pubblika. Fil-każ preżenti, il-Ġermanja (fil-livell federali) ma għandhiex ishma fl-operaturi tan-netwerk. Fi kwalunkwe każ, il-Ġermanja ma ssottomettiet l-ebda dokument li jindika li qieset il-parteċipazzjonijiet azzjonarji tal-awtoritajiet reġjonali u lokali fl-operaturi tan-netwerks. Il-Ġermanja fil-fatt ma pproduċiet ebda evidenza kontemporanja li turi xi kunsiderazzjonijiet kummerċjali, u lanqas m'għamlu dan il-partijiet interessati. L-istudju jmur lura aktar mid-deċiżjoni regolatorja tal-14 ta' Diċembru 2011 tal-BNetzA. Għalhekk, il-MEOP mhuwiex applikabbli għall-każ preżenti.

(95)

It-tieni, nett huwa osservat, anki li kieku l-MEOP kien applikabbli, quod non, li dan l-istudju jmur aktar lura mid-data tal-introduzzjoni tal-eżenzjoni. Għalhekk, operatur f'ekonomija tas-suq ma setax jibbaża fuqu biex jiddeċiedi l-eżenzjoni.

(96)

Anki jekk l-istudju tal-2012 kien rilevanti għall-applikazzjoni tal-MEOP, quod non, dan ma jappoġġjax il-pretensjonijiet li saru. Il-partijiet interessati jiddikjaraw li biex tiġi żgurata l-ġenerazzjoni minima meħtieġa minn impjanti tal-enerġija bħal dawn, jeħtieġ li jkun hemm domanda stabbli u kbira peress li din tiżgura l-profittabbiltà tal-impjant ikkonċernat u tiżgura li dawn ma jiġux interrotti. Madankollu, ta' min wieħed jinnota li l-Istudju tal-2012 innifsu ma jikkonċernax l-utilità ta' konsumaturi ta' karga bażika għaż-żamma tal-ġenerazzjoni minima meħtieġa mill-impjanti tal-enerġija konvenzjonali fil-Ġermanja biex tiġi żgurata ġestjoni sikura tan-netwerk. Mhuwiex l-għan tal-Istudju tal-2012 u l-konsumaturi ta' karga bażika fil-fatt mhumiex imsemmija fih. B'kuntrast ma' dan, is-sommarju tar-riżultati tal-istudju (58) jenfasizza li l-kapaċità minima ta' ġenerazzjoni meħtieġa fil-Ġermanja biex tiżgura ġestjoni sikura tan-netwerk ġiet stmata fuq il-bażi tad-domanda eżistenti fil-Ġermanja. Fi kliem ieħor, il-kapaċità ta' ġenerazzjoni minima meħtieġa fil-Ġermanja biex tiżgura ġestjoni sikura tan-netwerk tiddependi fuq il-volum tal-konsum iżda wkoll fuq it-tip ta' tagħbija li jeħtieġ li tiġi ssodisfata. Jekk id-domanda kienet iżgħar jew jekk ma kienx ikun hemm bżonn li tiġi żgurata l-ġenerazzjoni ta' karga bażika biex tkopri l-konsum ta' karga bażika, il-kapaċità minima ta' ġenerazzjoni meħtieġa fil-Ġermanja kienet tkun differenti. Il-konsumaturi ta' karga bażika huma parti mir-raġuni għaliex dan l-ammont ta' kapaċità ta' ġenerazzjoni huwa meħtieġ. Id-domanda tagħhom għalhekk ftit li xejn tista' tiġi deskritta bħala servizz. Fi kwalunkwe każ, is-sempliċi eżistenza ta' konsumaturi ta' karga bażika ma tkunx biżżejjed biex tiżgura li l-impjanti tal-enerġija kkonċernati jibqgħu fis-suq. Dan fl-aħħar mill-aħħar jiddependi fuq il-prezz li bih jinbiegħ l-elettriku. Jekk dan il-prezz ikun baxx wisq, dan ma jippermettix li l-impjant tal-enerġija ta' karga bażika jibqa' fis-suq. Ikun jiddependi wkoll fuq il-livell ta' produzzjoni tal-elettriku rinnovabbli. Fi żminijiet ta' domanda baxxa iżda ta' produzzjoni tal-elettriku rinnovabbli għolja, l-elettriku rinnovabbli għandu dispaċċ ta' prijorità u aċċess ta' prijorità fuq impjanti tal-enerġija li jużaw il-fjuwils fossili. Fl-aħħar nett, ta' min jinnota li parti mill-impjanti tal-elettriku konvenzjonali msemmija fl-istudju tal-2012 dwar il-ġenerazzjoni minima minn impjanti tal-enerġija konvenzjonali mhumiex impjanti tal-enerġija ta' karga bażika iżda impjanti tal-enerġija konvenzjonali li jistgħu jiġu kalati malajr bħat-turbini tal-gass. Il-konsumaturi ta' karga bażika mhux se jikkostitwixxu inċentiv għal dan it-tip ta' impjanti biex jibqgħu fis-suq peress li l-profitabbiltà tagħhom hija marbuta mal-possibilità li jinkisbu prezzijiet tal-elettriku ogħla meta s-sistema tkun taħt pressjoni.

(97)

Xi partijiet interessati sostnew ukoll li l-eżenzjoni hija ġġustifikata minħabba li l-konsumaturi ta' karga bażika huma parti mill-pjan ta' tnaqqis tat-tagħbija fuq ħames stadji li ġie stabbilit mit-TSOs biex jiġu evitati blekawts meta s-sistema titgħabba żżejjed. Dan il-pjan huwa deskritt fil-Kodiċi ta' Trażmissjoni 2007 (Netwerk u Regoli tas-Sistema tal-Operaturi Ġermaniżi tat-Trasmissjoni). Huma jsostnu wkoll li dan it-tnaqqis tat-tagħbija jsir barra minn kull relazzjoni kuntrattwali u mingħajr kumpens u li l-eżenzjoni sħiħa tikkumpensahom għall-kontribut tagħhom għas-sigurtà tal-provvista.

(98)

Fuq dan il-punt, ta' min jinnota l-ewwel nett li dawn id-dikjarazzjonijiet huma kontradetti mill-Kodiċi ta' Trażmissjoni tal-2007 stess. L-Artikolu 7.3.4(6) tal-Kodiċi ta' Trażmissjoni 2007 jindika b'mod espliċitu li t-tnaqqis tat-tagħbija se jkun żgurat mill-arranġamenti kuntrattwali mal-klijenti tan-netwerk. Barra minn hekk, m'hemm ebda korrelazzjoni bejn l-eżenzjoni sħiħa u t-t tnaqqis tat-tagħbija fis-sens li l-inklużjoni fil-pjan ta' tnaqqis tat-tagħbija f'ħames stadji mhuwiex rekwiżit biex wieħed ikun eliġibbli għall-eżenzjoni sħiħa. Il-partijiet interessati jammettu dwar dan il-punt li l-konsum stabbli tagħhom iżid biss il-probabbiltà li jiġu inklużi fil-pjan. Barra minn hekk, il-konsumaturi li ma jikkwalifikawx bħala konsumaturi ta' karga bażika jistgħu jkunu wkoll parti mill-pjan. Fil-fatt, il-pjan ta' tnaqqis tat-tagħbija fuq ħames stadji jkollu jinkludi konsumaturi oħra barra l-konsumaturi ta' karga bażika. Tabilħaqq, dan jinkludi bejn 35 % u 50 % tat-tagħbija tas-sistema (wara t-tnaqqis tal-pompi) (59). Abbażi tal-informazzjoni ppreżentata mill-Ġermanja, b'kollox il-benefiċjarji tal-eżenzjoni sħiħa jilħqu l-ogħla tagħbija ta' madwar 3,5 GW li tirrappreżenta madwar 4,2 % tad-domanda massima fil-Ġermanja fl-2013 (60). Għalhekk, anki jekk wieħed jassumi li l-eżenzjoni tista' tikkostitwixxi remunerazzjoni għall-inklużjoni fil-pjan ta' ħames stadji, xorta tkun tikkostitwixxi vantaġġ selettiv minħabba li tkun limitata għal karga bażika u eskluża għall-konsumaturi l-oħrajn kollha li huma wkoll parti mill-pjan ta' tnaqqis tat-tagħbija fuq ħames stadji.

(99)

Fl-aħħar nett, xi partijiet interessati jidhru jimplikaw li l-konsumaturi ta' karga bażika jkollhom jikkonformaw ma' speċifikazzjonijiet tekniċi speċifiċi meta jkunu qed jaqbdu mal-grilja u li biex jissodisfaw dawk l-ispeċifikazzjonijiet, il-konsumaturi ta' karga bażika jkollhom jagħmlu investimenti f'apparati li jtejbu l-istabbiltà tan-netwerk minħabba li jwasslu l-enerġija reattiva (61) iżda li għalihom ma jiġux ikkumpensati.

(100)

Madankollu, ta' min jinnota li l-eżenzjoni sħiħa ma tistax titqies bħala rimunerazzjoni għal dan is-servizz allegat li operatur f'ekonomija tas-suq kien iħallas għalih. Fil-fatt, is-sitwazzjoni deskritta mill-partijiet interessati ma tikkorrispondix ma' servizz li kieku jixtru l-operaturi tan-netwerk. Tikkorrispondi ma' speċifikazzjoni teknika li l-konsumaturi jridu jissodisfaw biex ikunu konnessi man-netwerk. B'mod partikolari, jeħtieġ li jiżguraw li l-fattur tal-bidla tagħhom jibqa' bejn – 0,9 u + 0,9. Skont iċ-ċirkostanzi, dan jista' fil-fatt jirrikjedi li l-konsumatur jinvesti f'tagħmir speċifiku li jiżgura li l-fattur ta' bidla tagħhom jibqa' bejn il-valuri preskritti. Dan ma jistax jitqies bħala servizz għall-grilja iżda jikkostitwixxi miżura preventiva kontra tfixkil akbar fin-netwerk. Jekk il-konsumaturi, inklużi l-konsumaturi ta' karga bażika, ma kinux qed jikkonformaw ma' dik l-ispeċifikazzjoni teknika, huma jkunu responsabbli għal disturbi fil-vultaġġ sinifikanti fil-grilja. Il-partijiet interessati nnifishom jirrikonoxxu li din l-ispeċifikazzjoni hija neċessarja biex tiżgura ġestjoni sikura tan-netwerks. Barra minn hekk, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi japplikaw għal kwalunkwe konsumatur li jitlob konnessjoni man-netwerk ikkonċernat u mhux speċifikament għall-konsumaturi ta' karga bażika anki jekk l-eżenzjoni tista' titqies bħala “remunerazzjoni” (li madankollu mhuwiex il-każ), xorta tkun tikkostitwixxi vantaġġ selettiv minħabba li tkun limitata għal konsumaturi ta' karga bażika u eskluża għall-konsumaturi l-oħrajn kollha li huma soġġetti għall-istess rekwiżit.

5.1.2.   EŻISTENZA TA' VANTAĠĠ SELETTIV

(101)

Iż-żewġ partijiet interessati kif ukoll il-Ġermanja sostnew li l-eżenzjoni sħiħa ma kinitx tikkostitwixxi vantaġġ selettiv minħabba li dik l-eżenzjoni kienet ġustifikata min-natura u mil-loġika tas-sistema ta' tariffi tan-netwerk fil-Ġermanja. Huma jenfasizzaw li s-sistema ta' tariffi tan-netwerk fil-Ġermanja hija bbażata fuq il-kawżalità tal-kostijiet iżda li l-konsumaturi ta' karga bażika għandhom xejra ta' konsum u tagħbija li hija differenti ħafna mill-utenti tipiċi tan-netwerk, li għandhom konsum u tagħbija varjabbli u imprevedibbli. Il-konsumaturi ta' karga bażika kkontribwew għat-tnaqqis ta' diversi kostijiet tan-netwerk li ġġustifikaw l-eżenzjoni sħiħa.

(102)

L-eżenzjoni sħiħa tista' biss tammonta għal għajnuna mill-Istat sal-punt li l-vantaġġ mogħti lil konsumaturi ta' karga bażika jkun selettiv. Biex jiġi stabbilit li vantaġġ huwa selettiv, il-Kummissjoni għandha turi li miżura tagħmel distinzjoni bejn operaturi ekonomiċi li, fid-dawl tal-objettiv tas-sistema ta' referenza identifikat, huma f'sitwazzjoni fattwali u legali komparabbli u li tali divrenzjar ma jistax jiġi ġġustifikat min-natura jew l-iskema ġenerali tas-sistema ta' referenza (62).

(103)

Biex jiġi vverifikat jekk, taħt ir-reġim legali rilevanti, l-eżenzjoni sħiħa tikkostitwixxix vantaġġ selettiv għal ċerti impriżi fuq oħrajn li huma, fid-dawl tal-objettiv segwit minn dak ir-reġim, f'sitwazzjoni fattwali u legali komparabbli, huwa meħtieġ li l-ewwel jiġi ddefinit il-qafas ta' referenza li fi ħdanu l-miżura kkonċernata tkun adattata (63).

5.1.2.1.    Is-sistema ta' referenza

(104)

Il-Kummissjoni taqbel li, għall-finijiet tad-deċiżjoni preżenti, il-qafas ta' referenza rilevanti huwa s-sistema Ġermaniża ta' tariffi għan-netwerk. Din is-sistema ta' tariffi tan-netwerk hija bbażata fuq il-prinċipju li t-tariffi tan-netwerk għandhom ikunu bbażati fuq il-kostijiet u ma jkunux diskriminatorji. Tabilħaqq, l-Artikolu 21 tal-EnWG jistabbilixxi l-prinċipju li it-tariffi tan-netwerk iridu jkunu proporzjonati (“angemessen”), nondiskriminatorji u trasparenti (ara l-premessa 7 ta' din id-Deċiżjoni). Il-prinċipju ta' kawżalità tal-kostijiet huwa stabbilit fl-Artikolu 16 tar-Regolament StromNEV u impliċitu fl-Artikolu 3 tar-Regolament StromNEV li jiddikjara li it-tariffi tan-netwerk jikkorrispondu għall-pagament għall-użu tan-netwerks. L-StromNEV jistabbilixxi regoli dettaljati dwar il-metodoloġija għal determinazzjoni tal-kostijiet dwar it-tariffi tan-netwerk.

(105)

L-Artikolu 24 tal-EnWG 2011 jagħti s-setgħa lill-gvern federali li jispeċifika permezz ta' regolament il-metodoloġija għad-determinazzjoni tat-tariffi ġenerali tan-netwerk li għandhom jitħallsu. Kif stipulat fil-premessa 7 ta' din id-Deċiżjoni, il-Artikolu 24 tal-EnWG jagħmel distinzjoni f'dan ir-rigward bejn il-ġeneralità tal-utenti u l-utenti tan-netwerk atipiku li jistgħu jintalbu jħallsu tariffa individwali tan-netwerk. L-iStromNEV jimplimenta din id-distinzjoni u fih ukoll żewġ settijiet ta' metodoloġiji: il-metodoloġija applikabbli għall-utenti tipiċi tan-netwerk (Artikoli 15, 16 u 17 tar-Regolament StromNEV) u l-metodoloġija applikabbli għall-utenti tan-netwerk atipiċi (ara l-premessi 17 sa 20 ta' din id-Deċiżjoni).

(106)

L-Artikoli 15, 16 u 17 tar-Regolament StromNEV jipprevedu metodu ta' kalkolu ġenerali biex jiġu ddeterminati it-tariffi tan-netwerk. Din il-metodoloġija ġiet deskritta fil-premessi 10 u 14 ta' din id-Deċiżjoni. B'mod partikolari, il-funzjoni tas-simultanjetà deskritta fil-Artikolu 16(2) tar-Regolament StromNEV u l-Anness 4 tar-Regolament StromNEV tippermetti għal allokazzjoni tal-kostijiet tan-netwerk għad-diversi utenti tan-netwerk skont il-probabbiltà li l-konsum tal-elettriku tal-utent individwali inkwistjoni jikkontribwixxi għall-karga massima annwali. Il-Ġermanja sostniet li f'sistema fejn il-flussi tal-elettriku minn fuq għal isfel, l-ogħla element annwali huwa wieħed mill-ixprunaturi ewlenin tal-kostijiet tan-netwerk.

(107)

Madankollu l-Ġermanja wriet li filwaqt li din il-metodoloġija ġenerali tippermetti determinazzjoni affidabbli tal-kostijiet tan-netwerk ikkawżati minn ħafna utenti aħħarin, il-funzjoni tas-simultanjetà — jekk tkun applikata bl-istess mod għall-utenti tan-netwerk kollha, fil-fatt għamlet stima eċċessiva tal-kostijiet ikkawżati minn konsumaturi ta' karga bażika fil-perjodu 2011–2013. Dan huwa spjegat mill-fatt li l-metodoloġija tal-kalkolu bbażata fuq il-funzjoni tas-simultanjetà tinfirex fuq il-kostijiet kollha tan-netwerk bejn l-utenti kollha filwaqt li dawn il-kostijiet jinkludu kostijiet li l-konsumaturi ta' karga bażika ma kkawżawx, jew ikkawżaw fil-perjodu 2011–2013 f'livell ferm aktar baxx. B'mod partikolari, il-kostijiet li huma marbuta mal-ibbilanċjar tal-varjazzjonijiet f'daqqa fid-domanda mhumiex ikkawżati minn konsumaturi ta' karga bażika, peress li għandhom konsum prevedibbli u ħafna aktar kostanti. L-istess jgħodd għal miżuri li jeħtieġ jittieħdu biex tinżamm il-frekwenza tan-netwerk minkejja l-varjazzjonijiet fit-tagħbija.

(108)

Huwa minnu li l-konsumaturi ta' karga bażika jikkontribwixxu għall-ogħla piż bħall-utenti tan-netwerk l-oħra kollha u li t-tagħbija massima hija rilevanti għad-dimensjonar tan-netwerk, u għalhekk għal fattur minn dawk li joħloq il-kostijiet tan-netwerk. Madankollu, mhuwiex rilevanti li jiġu allokati kostijiet oħrajn tan-netwerk (pereżempju il-kostijiet marbutin mar-riservi meħtieġa għall-provvista tal-enerġija tal-ibbilanċjar). Jekk l-utenti kollha tan-netwerk kellhom tendenzi ta' konsum imprevedibbli u varjabbli, xorta jkun razzjonali li jiġu allokati dawk il-kostijiet bl-użu tal-istess kjavi ta' kontribuzzjoni, jiġifieri fi proporzjon mal-kontribut tagħhom għal tagħbija massima. Madankollu, il-konsumaturi ta' karga bażika għandhom tendenza ta' tagħbija prevedibbli u ħafna aktar stabbli. Fl-2011–2013, minħabba t-taħlita tal-enerġija, il-konsumaturi ta' karga bażika ġġeneraw ħafna inqas bżonn għal servizzi tas-sistema minn utenti tan-netwerk oħra. Għalhekk, f'sistema ta' tariffi tan-netwerk ibbażata fuq il-prinċipju ta' kost-kawżalità, il-kostijiet għal servizzi tas-sistema li mhumiex meħtieġa għal konsumaturi ta' karga bażika ma setgħux jiġu allokati lilhom billi jużaw l-istess ċavetta għall-utenti tan-netwerk li għandhom tagħbija varjabbli u imprevedibbli.

(109)

Barra minn hekk, il-metodoloġija tal-kalkolu bbażata fuq il-funzjoni tas-simultanjetà ma tqisx l-ekonomiji ta' skala. Meta netwerk jintuża spiss fil-kapaċità sħiħa tiegħu, il-kostijiet għal kull unità jkunu ħafna inqas milli meta l-istess netwerk jintuża minn konsumaturi varjabbli minn żmien għal żmien sal-kapaċità sħiħa tiegħu, li iżda b'mod ġenerali jintuża biss sa 30 % tal-kapaċità tiegħu. Fl-aħħar nett, minħabba l-varjabbiltà u l-imprevedibbiltà tal-konsum tal-utenti b'mod ġenerali, l-operaturi tan-netwerk għandhom iqisu marġni ta' sikurezza meta dawn ikollhom dimensjoni fin-netwerk. Fil-fatt, il-fattur tas-simultanjetà jesprimi biss il-probabbiltà li konsumatur partikolari jikkonsma fil-mument tat-tagħbija massima imma ma jistax jiggarantixxi dan. Tali marġni ta' sikurezza madankollu ma jkunx meħtieġ bl-istess mod għall-konsumaturi ta' karga bażika, jekk ikun hemm. Għalhekk, jekk it-tariffi tan-netwerk ta' karga bażika jkunu kkalkulati abbażi tal-metodoloġija ta' tariffi tan-netwerk bl-użu tal-funzjoni tas-simultanjetà, dawn għal darb' oħra jkunu sopravalutati.

(110)

Il-Kummissjoni għalhekk tqis li l-possibbiltà prevista fil-Artikolu 24 tal-EnWG tal-2011 li tiddetermina it-tariffi individwali tan-netwerk għal utenti atipiċi, bħalma huma l-konsumaturi ta' karga bażika, hija konformi mal-prinċipju tal-każwalità u n-nuqqas ta' diskriminazzjoni. Din għandha titqies bħala parti integrali mis-sistema ta' referenza peress li sservi bħala korrezzjoni li tqis il-kostijiet tan-netwerk li fil-fatt huma kkawżati minn utenti tan-netwerk atipiku bħal konsumaturi ta' karga bażika.

(111)

Il-Kummissjoni tqis ukoll li d-dispożizzjoni li skontha t-tariffi individwali tan-netwerk imħallsa minn utenti tan-netwerk atipiku ma jistgħux imorru taħt 20 % tat-tariffi tan-netwerk ippubblikati, tifforma parti integrali mir-regoli li jirregolaw it-tariffi individwali tan-netwerk tal-iStromNEV. L-ewwel nett, din il-kontribuzzjoni minima kienet kontinwament rekwiżit fir-rigward tal-grupp ta' utenti tan-netwerk atipiku indirizzati fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 19(2) tar-Regolament StromNEV u kienet partikolarment applikabbli fil-perjodu 2011 sal-2013 (ara l-premessa 21 ta' din id-Deċiżjoni). It-tieni, hija applikat ukoll għall-konsumaturi ta' karga bażika skont l-iStromNEV 2010 (ara l-premessa 20 ta' din id-Deċiżjoni). U fl-aħħar nett, it-tariffa minima tal-kontribuzzjoni tan-netwerk ta' 20 % għal utenti aħħarin atipiċi bħall-konsumaturi ta' karga bażika tikkorrispondi, kif spjegat il-Ġermanja (ara l-premessa 20), għal xibka ta' sikurezza li tiżgura li l-konsumaturi atipiċi jikkontribwixxu mill-anqas biex jagħmlu tajjeb għall-benefiċċju li huwa konness man-netwerk. Speċifikament fir-rigward ta' konsumaturi ta' karga bażika, il-kontribuzzjoni minima ta' 20 % tqis ukoll li l-metodoloġija tal-perkors fiżiku, filwaqt li tirrifletti mill-qrib il-kostijiet tan-netwerk ikkawżati minn konsumaturi ta' karga bażika, xorta timplika ċerta approssimazzjoni.

5.1.2.2.    Devjażżjoni mis-sistema ta' referenza

(112)

Madankollu, il-Kummissjoni tqis li l-eżenzjoni sħiħa introdotta mil-Liġi tas-26 ta' Lulju 2011 tmur kontra l-kunċett ta' tariffi individwali tan-netwerk stabbiliti fil-punt 3 tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 24 tal-EnWG 2011 li skonthom forom atipiċi ta' użu tan-netwerk jistgħu jkunu suġġetti għal tariffi individwali tan-netwerk.

(113)

Il-prinċipju tal-kożwalità u l-prinċipju li t-tariffi tan-netwerk għandhom ikunu proporzjonati u mhux diskriminatorji jimplikaw li t-tariffi tan-netwerk jiġu ddeterminati abbażi tal-kostijiet individwali tan-netwerk attribwibbli lil utent tan-netwerk partikolari. L-eżenzjoni sħiħa mit-tariffi tan-netwerk għalhekk tkun konformi ma' dawk il-prinċipji biss jekk jintwera li l-konsumaturi ta' karga bażika ma jikkawżaw l-ebda kost tan-netwerk. Madankollu dan ma ntweriex. Bil-maqlub ta' dan, il-konsumaturi ta' karga bażika jikkawżaw kostijiet tan-netwerk b'mod partikolari meta jkunu għadhom kif ġew konnessi ma' netwerk eżistenti minħabba li l-konnessjoni tagħhom tista' tkun teħtieġ żieda fil-kapaċità ta' netwerk bħal dan. Bl-istess mod, fejn netwerk ma jkunx għadu nbena, ikun jeħtieġ li jiġi dimensjonat b'tali mod li jissodisfa mill-inqas id-domanda tal-konsumaturi ta' karga bażika. Dan ġie rikonoxxut ukoll mill-qrati reġjonali Ġermaniżi u mill-Qorti Federali tal-Ġustizzja. Huma kkonkludew b'mod espliċitu li l-eżenzjoni sħiħa kienet tmur kontra l-Artikolu 24 tal-EnWG 2011 (ara l-premessi 52 u 52 ta' din id-Deċiżjoni). Għandu jiġi osservat ukoll li l-kategorija l-oħra ta' utenti tan-netwerk atipiku msemmija fl-ewwel sentenza tal-paragrafu 19(2) tar-Regolament StromNEV kompliet tkun soġġetta għal tariffi individwali tan-netwerk ikkalkulati fuq il-bażi tal-profil tat-tagħbija individwali tagħhom matul is-snin 2011 sa 2013 (ara l-premessa 21 ta' din id-Deċiżjoni). Għalhekk l-eżenzjoni sħiħa għall-konsumaturi ta' karga bażika introduċiet diskriminazzjoni kontra ż-żewġ gruppi ta' utenti tan-netwerk atipiċi li kienu għadhom soġġetti għal tariffi individwali tan-netwerk u l-utenti finali l-oħra kollha minħabba li l-eżenzjoni sħiħa tiddevja mill-prinċipju tal-kawżalità tal-kostijiet u l-proporzjonalità tat-tariffi tan-netwerk.

(114)

Ta' min jinnota li qabel l-eżenzjoni sħiħa introdotta mill-2011, il-konsumaturi ta' karga bażika kienu soġġetti għal tariffi individwali tan-netwerk li kellhom jiġu determinati biex jittieħed kont tat-tnaqqis tal-kostijiet tan-netwerk jew il-mitigazzjoni ta' żidiet fil-kostijiet tan-netwerk li kienu dovuti għall-konsumaturi ta' karga bażika. Dawk it-tariffi tan-netwerk individwali jistgħu madankollu ma jkunux inqas minn 20 % tat-tariffi tan-netwerk ippubblikati. Biex tikkalkula dawk il-kostijiet, il-BNetzA kienet iddefinixxiet il-metodoloġija tal-perkors fiżiku (ara l-premessa 19). Il-Kummissjoni tqis li din il-metodoloġija hija metodoloġija affidabbli għall-approssimazzjoni tal-kostijiet ikkawżati minn konsumaturi ta' karga bażika fil-perjodu 2011 sa 2013 minħabba l-karatteristiċi tas-sistema tal-elettriku f'dak iż-żmien. Tabilħaqq, din il-metodoloġija tiddetermina t-tariffi tan-netwerk ibbażati fuq il-kostijiet li jistgħu jiġu attribwiti lill-konsumatur ta' karga bażika, jiġifieri il-kostijiet kapitali u l-kostijiet operatorji fissi relatati mal-parti tan-netwerk li torbot lill-konsumatur ta' karga bażika mal-eqreb impjant ta' karga bażika li jista' fil-fatt ikopri d-domanda kollha tiegħu. Filwaqt li huwa minnu li, kif sostniet parti interessata minnhom, dan il-metodu jwassal għal tariffi tan-netwerk differenzjati skont il-post tal-konsumatur fil-karga tan-netwerk, dan huwa preċiżament il-punt tat-tariffi tan-netwerk individwali, jiġifieri li jiġu vverifikati il-kostijiet ikkawżati lin-netwerk minn kull konsumatur ta' karga bażika individwalment. Jekk konsumatur b'karga bażika jkompli lil hinn minn impjant tal-enerġija b'karga bażika, dan ifisser ukoll li se jkun qed juża porzjon ferm kbir tan-netwerk biex l-elettriku jiġi ttrasportat mill-impjant tal-enerġija li kapaċi jkopri d-domanda reali tiegħu. Barra minn hekk, il-fatt li l-perkors fiżiku jiġi kkalkolat permezz ta' referenza għal impjant tal-enerġija li jkopri d-domanda kollha tal-konsumaturi ta' karga bażika, huwa ġġustifikat. Jekk l-impjant tal-enerġija kellu jkopri biss parti mid-domanda tal-konsumatur fil-karga bażika, dan jimplika li qiegħed juża mill-ġdid diversi partijiet tan-netwerk biex ikopri d-domanda tiegħu u għalhekk ikun responsabbli wkoll għal kostijiet ogħla tan-netwerk. Dwar il-fatt li l-metodoloġija tal-perkors fiżiku ma taċċettax impjanti tal-idroenerġija bħala impjanti tal-enerġija ta' karga bażika, ta' min jinnota li l-karta ta' gwida tal-2010 tal-BNetzA msemmija fil-premessa 19 hawn fuq taċċetta l-impjanti tal-idroenerġija bħala impjanti tal-enerġija ta' karga bażika. Barra minn hekk, il-metodoloġija tal-perkors fiżiku tqis ukoll it-telf tan-netwerk u kwalunkwe servizz ta' netwerk li juża l-konsumatur ta' karga bażika, jekk ikun il-każ. L-adegwatezza tal-metodoloġija tal-mogħdijiet fiżiċi biex jiġu ddeterminati il-kostijiet tan-netwerk ikkawżati mill-konsumaturi ta' karga bażika ġiet ikkonfermata b'mod partikolari mill-Qorti Federali tal-Ġustizzja fl-2016 (64).

(115)

Għalhekk il-Kummissjoni tqis li trattament differenti ta' utenti atipiċi (jiġifieri konsumaturi mhux fl-ogħla livell u konsumaturi ta' karga bażika) meta mqabbla mal-utenti tan-netwerk l-oħra huwa parti integrali mis-sistema ta' referenza u espress fl-istruttura tiegħu, sakemm ikun ibbażat fuq il-kunċett ta' kostijiet individwali tan-netwerk attribwibbli lil xi utent tan-netwerk partikolari.

(116)

L-eżenzjoni sħiħa fis-seħħ bejn l-2011 u l-2013 madankollu tiddevja mid-determinazzjoni tat-tariffi individwali tan-netwerk applikabbli għall-utenti atipiċi minħabba li l-eżenzjoni sħiħa ma toqgħodx fuq determinazzjoni individwali ta' il-kostijiet ikkawżati mill-konsumatur. Għalkemm kemm il-konsumaturi li mhumiex bl-ogħla livell kif ukoll il-konsumaturi ta' karga bażika huma fid-dawl tal-objettiv tas-sistema tat-tariffi tan-netwerk, f'sitwazzjoni fattwali u legali komparabbli (huma utenti atipiċi li għalihom it-tariffi tan-netwerk ippubblikati bejn l-2011 u l-2013 ma kinux wasslu għal tariffi tan-netwerk li jirriflettu il-kostijiet) ġew trattati b'mod differenti.

(117)

Barra minn hekk, l-eżenzjoni sħiħa tiddevja wkoll mis-sistema ta' referenza peress li ma teħtieġx li l-konsumatur ta' karga bażika jħallas mill-inqas 20 % tat-tariffi tan-netwerk ippubblikati kif meħtieġ għal utenti atipiċi oħrajn, jiġifieri l-konsumaturi li mhumiex fl-ogħla livell. Din id-differenza fit-trattament tikkorrispondi ma' diskriminazzjoni sakemm ma jkun hemm l-ebda raġuni għaliex il-konsumaturi ta' karga bażika għandhom ikunu eżentati minn dak ir-rekwiżit. B'mod partikolari, ma hemm l-ebda raġuni għaliex it-tariffi individwali tan-netwerk għal konsumaturi mhux fl-ogħla livell għandhom ikunu soġġetti għal xibka ta' sikurezza filwaqt li l-konsumaturi ta' karga bażika ma jkunux, ladarba huwa magħruf li anke l-konsumaturi ta' karga bażika, bħall-konsumaturi mhux fl-ogħla livell, jibbenefikaw milli jiġu konnessi man-netwerk. Barra minn hekk, it-tariffi individwali tan-netwerk ikkalkulati billi tintuża l-metodoloġija tal-perkors fiżiku se jimplikaw ċerta approssimazzjoni.

5.1.2.3.    L-ebda ġustifikazzjoni fin-natura u l-loġika tas-sistema tat-tariffi tan-netwerk

(118)

Il-kunċett ta' għajnuna ma jinkludix miżuri li joħolqu trattament differenti ta' impriżi fir-rigward ta' tariffi fejn dik id-differenza hija attribwibbli għan-natura u l-iskema ġenerali tas-sistema ta' tariffi inkwistjoni (65). L-oneru tal-prova għal dik l-aħħar parti tat-test huwa fuq l-Istat Membru.

(119)

Huwa osservat li l-Ġermanja ma ressqet l-ebda element li juri li l-eżenzjoni sħiħa tkun ġustifikata min-natura u mill-iskema ġenerali tas-sistema ta' tariffi tan-netwerk fil-Ġermanja. Hija sostniet li l-eżenzjoni sħiħa tista' tgħin biex tiżgura s-sigurtà tal-provvista billi tiżgura l-eżistenza ta' impjanti konvenzjonali tal-enerġija meħtieġa biex tiġi żgurata s-sigurtà tal-provvista u tista' tħaffef ukoll il-promozzjoni tal-elettriku rinnovabbli. Madankollu, dawk l-għanijiet huma esterni għat-tariffi tan-netwerk u għalhekk iridu jiġu eżaminati skont il-valutazzjoni tal-kompatibbiltà f'konformità mal-ġurisprudenza tal-Qorti (66) (ara t-Taqsima 3.3.1).

5.1.2.4.    Konklużjoni

(120)

L-eżenzjoni sħiħa ma tistax tiġi ġġustifikata mil-loġika tat-tariffi tan-netwerk fil-Ġermanja sal-punt li tmur lil hinn minn tnaqqis tat-tariffi tan-netwerk ippubblikati li jirriflettu l-kontribuzzjoni tal-konsumaturi ta' karga bażika biex jiġu ffrankati jew evitati l-kostijiet. B'mod partikolari, l-eżenzjoni sħiħa tikkostitwixxi devjazzjoni mhux ġustifikata mis-sistema ta' referenza peress li teżenta lill-konsumaturi ta' karga bażika mill-kostijiet li s-sistema ta' referenza talloka lilhom, jiġifieri il-kostijiet tan-netwerk individwali kkalkulati abbażi tal-metodoloġija ta' perkorsi fiżiċi u li ma tistax taqbeż l-20 % tat-tariffi tan-netwerk ippubblikati.

(121)

Il-Kummissjoni għalhekk tikkonkludi li sa fejn il-konsumaturi ta' karga bażika kienu eżentati mit-tariffi tan netwerks li jmorru lil hinn mill-kostijiet tan-netwerk ikkawżati mill-konsum tagħhom jew, fejn dawk il-kostijiet kienu jammontaw għal inqas mill-kontribuzzjoni minima ta' 20 % tat-tariffi tan-netwerk ippubblikati, kienu eżentati minn dik il-kontribuzzjoni minima, l-eżenzjoni ma taqax fi ħdan il-loġika tas-sistema ta' referenza, u tagħti vantaġġ selettiv.

5.1.3.   IMPUTABILITÀ

(122)

L-eżenzjoni sħiħa ġiet ipprovduta mill-Artikolu 7 tal-Liġi tas-26 ta' Lulju 2011 (ara l-premessa 21 ta' din id-Deċiżjoni), u ġiet implimentata permezz ta' atti amministrattivi li jikkonfermaw it-talbiet ta' eżenzjoni (ara l-premessi (24) ta' din id-Deċiżjoni). Għalhekk hija imputabbli lill-Istat.

(123)

Barra minn hekk, is-soprataxxa tal-Artikolu 19 li ffinanzjat l-eżenzjoni hijaa imputabbli lill-Istat. L-ewwel, is-soprataxxa tal-Artikolu 19 ġiet ippreveduta mill-Artikolu 7 tal-Liġi tas-26 ta' Lulju 2011 (ara l-premessa 21 ta' din id-Deċiżjoni) u kienet implimentata ulterjorment mill-BNetzA, aġenzija tal-gvern (ara t-Taqsima 2.4.2 u n-nota ta' qiegħ il-paġna 22 ta' din id-Deċiżjoni). Il-fatt li l-kalkolu tat-tariffa jitwettaq minn entitajiet privati awtorizzati bil-liġi biex jagħmlu dan ma jaffettwax dik il-konklużjoni, għaliex dawk l-entitajiet privati — it-TSO — m'għandhom l-ebda marġni ta' diskrezzjoni meta jwettqu dak il-kompitu, u ngħataw mandat mill-Istat biex iwettqu dak il-kompitu, bħala parti mill-inkarigu tagħhom skont il-Artikolu 19(2) tar-Regolament StromNEV 2011 bħala TSO. Barra minn hekk, il-BNetzA għandha s-setgħat superviżorji normali fuq it-TSO, u tista' tindirizza deċiżjonijiet vinkolanti lit-TSO, jekk dawn jonqsu milli jikkonformaw mal-obbligi tagħhom (Artikoli 29 u 54 tal-EnWG 2011). Fl-aħħar nett, għas-sena 2012, il-BNetzA ddeterminat direttament liema ammont totali kellu jiġi kkumpensat mis-soprataxxa tal-Artikolu 19 (ara l-premessa 37 ta' din id-Deċiżjoni).

5.1.4.   L-EŻISTENZA TA' RIŻORSI TAL-ISTAT

(124)

Biex vantaġġi selettivi jammontaw għal għajnuna fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat, għandhom jingħataw direttament jew indirettament permezz ta' riżorsi tal-Istat. Il-kunċett ta' “intervent permezz ta' riżorsi tal-Istat” ikopri mhux biss vantaġġi li jingħataw direttament mill-Istat iżda wkoll “dawk mogħtija permezz ta' korp pubbliku jew privat maħtur jew stabbilit minn dak l-Istat biex jamministraw l-għajnuna” (67). F'dan is-sens, l-Artikolu 107(1) tat-Trattat ikopri l-mezzi finanzjarji kollha li bihom l-awtoritajiet pubbliċi jistgħu fil-fatt isostnu lill-impriżi, irrispettivament minn jekk dawn il-mezzi humiex assi permanenti tas-settur pubbliku jew le (68).

(125)

Is-sempliċi fatt li l-vantaġġ mhuwiex iffinanzjat direttament mill-baġit tal-Istat mhuwiex biżżejjed biex jiġi eskluż li hemm involuti riżorsi tal-Istat. Mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea jirriżulta li mhux meħtieġ li jiġi stabbilit f'kull każ li kien hemm trasferiment ta' flus mill-baġit jew minn entità pubblika għall-vantaġġ mogħti lil impriża waħda jew aktar biex tkun tista' titqies bħala għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat (69).

(126)

In-natura privata tar-riżorsi ma żżommhomx milli jitqiesu bħala riżorsi tal-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat (70). Dan ġie mfakkar ukoll fid-deċiżjoni ta' Franza vs il-Kummissjoni (71) fejn il-Qorti Ġenerali kkonkludiet li l-kriterju rilevanti għall-valutazzjoni ta' jekk ir-riżorsi humiex pubbliċi, irrispettivament mill-oriġini inizjali tagħhom, huwa l-grad ta' intervent tal-awtorità pubblika fid-definizzjoni tal-miżuri inkwistjoni u l-metodi ta' finanzjament tagħhom. Għalhekk, is-sempliċi fatt li skema ta' sussidju li tkun ta' benefiċċju għal ċerti operaturi ekonomiċi f'settur partikolari tkun kompletament jew parzjalment iffinanzjata minn kontribuzzjonijiet imposti mill-awtoritajiet pubbliċi u imposta fuq ċerti impriżi, ma jkunx biżżejjed biex jieħu l-istatus ta' għajnuna mogħtija mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat (72). Bl-istess mod, il-fatt li r-riżorsi fl-ebda mument ma jkunu proprjetà tal-Istat ma jeskludix li r-riżorsi jistgħu jikkostitwixxu riżorsi tal-Istat, jekk huma taħt il-kontroll tal-Istat (73). Fil-fatt, il-kunċett ta' għajnuna mogħtija permezz ta' riżorsi tal-Istat iservi biex iġib fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat mhux biss l-għajnuna mogħtija direttament mill-Istat, iżda wkoll għajnuna mogħtija minn korpi pubbliċi jew privati maħtura jew stabbiliti mill-Istat (74).

(127)

Dan ir-raġunament ġie applikat ukoll f'Essent (75). F'dak il-każ, il-Qorti tal-Ġustizzja kellha tivvaluta liġi li pprovdiet li l-operaturi tan-netwerk tal-elettriku Olandiż kellhom jiġbru soprataxxa fuq il-prezzijiet għall-elettriku kkonsmat minn klijenti privati tal-elettriku u kellhom jgħaddu r-rikavati ta' dak is-soprataxxa lil SEP, sussidjarja konġunta tal-erba' ġeneraturi tal-elettriku, biex jikkumpensaw lil dawn tal-aħħar għall-hekk imsejħa “kostijiet mhux rekuperabbli”. Din is-soprataxxa kellha tiġi trażmessa minn operaturi tan-netwerk lil SEP li kellha tiġbor ir-rikavat u tużahom sa ċertu ammont definit fil-liġi għall-finijiet ta' kopertura tal-kostijiet mhux rekuperabbli. F'dan ir-rigward, il-Qorti osservat li s-SEP kienet ġiet maħtura bil-liġi biex timmaniġġja riżorsa tal-Istat (76). Il-Qorti sabet li s-sistema Olandiża kienet tinvolvi riżorsi tal-Istat (77).

(128)

Fuq il-bażi ta' din il-ġurisprudenza, jista' jiġi konkluż li s-sussidji ffinanzjati permezz ta' tariffi jew kontribuzzjonijiet parafiskali imposti mill-Istat u ġestiti u mqassma skont id-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni jimplikaw trasferiment ta' riżorsi tal-Istat, anke meta ma jkunux amministrati mill-awtoritajiet pubbliċi iżda minn entitajiet privati maħtura mill-Istat li huma separati mill-awtoritajiet pubbliċi.

(129)

Dan ġie kkonfermat mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-każ (78) Vent de Colère fejn il-Qorti, b'mod partikolari, osservat li l-fatt li parti mill-fondi miġbura ma ġewx mgħoddija lill-Caisse des Dépôts et Consignations iżda nżamm mill-impriżi soġġetti għall-obbligu li jixtru elettriku rinnovabbli b'tariffi “feed-in” ma kienx biżżejjed biex jeskludi intervent permezz ta' riżorsi tal-Istat.

(130)

Il-Qorti tal-Ġustizzja eskludiet it-trasferiment ta' riżorsi tal-Istat f'ċirkostanzi speċifiċi ħafna biss: Pereżempju, il-Qorti (79) kkunsidrat li deċiżjoni li biha awtorità nazzjonali testendi lill-kummerċjanti kollha f'ċertu settur ftehim li jintroduċi l-impożizzjoni ta' kontribuzzjoni f'organizzazzjoni interprofessjonali rikonoxxuta minn dik l-awtorità nazzjonali, biex b'hekk il-kontribuzzjoni ssir obbligatorja, biex ikun possibbli li jiġu implimentati ċerti attivitajiet ta' promozzjoni u ta' relazzjonijiet pubbliċi, ma jikkostitwixxix għajnuna mill-Istat. F'dan ir-rigward, il-Qorti nnutat li l-miżura ma kinitx iffinanzjata mir-riżorsi tal-Istat minħabba li ma kinitx l-Istat iżda l-organizzazzjoni interprofessjonali li ddeċidiet dwar kif tuża r-riżorsi li jirriżultaw mill-imposta. Dawk ir-riżorsi kienu kompletament iddedikati biex jilħqu l-għanijiet iddeterminati minn dik l-organizzazzjoni. Għalhekk, ir-riżorsi ma kinux kontinwament taħt kontroll pubbliku u ma kinux disponibbli għall-awtoritajiet tal-Istat.

(131)

Fi PreussenElektra, il-Qorti sabet li l-Att ta' alimentazzjoni tal-elettriku (Stromeinspeisungsgesetz) (80), fil-verżjoni applikabbli tagħha fl-1998, ma kienx jinvolvi korp pubbliku jew privat stabbilit jew maħtur biex jamministra l-għajnuna (81). Din il-konklużjoni kienet ibbażata fuq l-osservazzjoni li Stromeinspeisungsgesetz implimenta mekkaniżmu li kien limitat direttament għall-impriżi tal-provvista tal-elettriku u għall-operaturi upstream tan-netwerk tal-elettriku biex jixtru elettriku rinnovabbli bi prezz fiss, mingħajr ebda korp li jamministra n-nixxiegħa ta' pagamenti (82). Is-sitwazzjoni taħt Stromeinspeisungsgesetz kienet ikkaratterizzata minn għadd kbir ta' relazzjonijiet bilaterali bejn il-ġeneraturi tal-elettriku rinnovabbli u l-fornituri tal-elettriku. Ma kien hemm l-ebda soprataxxa stabbilita mill-Istat biex tikkumpensa lill-fornituri tal-elettriku għall-piż finanzjarju li jirriżulta mill-obbligu tal-provvista. Għalhekk, ħadd ma ġie maħtur biex jamministra tali soprataxxa u l-flussi finanzjarji korrispondenti.

(132)

B'kuntrast, il-Qorti indikat fil-każ Vent de Colère li s-sistema ta' appoġġ Franċiża kienet differenti mis-sitwazzjoni eżaminata fil-każ PreussenElektra f'żewġ aspetti: Fi PreussenElektra l-impriżi privati kkonċernati ma ġewx maħtura mill-Istat Membru kkonċernat biex jamministraw riżorsa tal-Istat, iżda kienu marbuta bl-obbligu li jixtru permezz tar-riżorsi finanzjarji tagħhom stess. Barra minn hekk, fi PreussenElektra, ma kien hemm ebda mekkaniżmu stabbilit u rregolat mill-Istat għall-kumpens ta' kostijiet addizzjonali li jirriżultaw mill-obbligu ta' xiri u li permezz tiegħu l-Istat offra lill-operaturi privati marbuta bl-obbligu li jixtri ċerta prospett li il-kostijiet addizzjonali jkunu koperti b'mod sħiħ (83).

(133)

Dan l-aħħar il-Qorti kkonfermat dan l-approċċ differenzjat lejn il-valutazzjoni tar-riżorsi tal-Istat. Fil-Każ ENEA S.A., il-Qorti ddeċidiet li miżura nazzjonali li tpoġġi obbligu kemm fuq l-impriżi privati kif ukoll fuq dawk pubbliċi għax-xiri tal-elettriku prodott mill-koġenerazzjoni ma tikkostitwixxix intervent mill-Istat jew permezz ta' riżorsi tal-Istat meta il-kostijiet żejda li jirriżultaw minn dak l-obbligu ta' xiri ma jkunux jistgħu jiġu mgħoddija kompletament lill-utenti finali u ma jkunux iffinanzjati minn kontribuzzjoni obbligatorja imposta mill-Istat jew minn mekkaniżmu ta' kumpens sħiħ (84).

(134)

Fid-dawl ta' dawk il-prinċipji, biex jiġi eżaminat jekk il-finanzjament tal-eżenzjoni sħiħa, kif jirriżulta mit-tieni sentenza tal-Artikolu 19(2) tar-Regolament StromNEV 2011, jinvolvix riżorsi tal-Istat, jeħtieġ li ssir distinzjoni bejn il-finanzjament tal-eżenzjoni sħiħa fl-2011 u l-finanzjament ta' dik l-eżenzjoni matul is-snin 2012 u 2013, jiġifieri wara l-introduzzjoni tas-soprataxxa tal-Artikolu 19.

5.1.4.1.    Il-finanzjament permezz ta' riżorsi tal-Istat wara li l-BNetzA imponiet is-soprataxxa tal-Artikolu 19 (is-snin 2012 u 2013)

(135)

Abbażi tal-mekkaniżmu ta' kumpens previst fis-sitt u s-seba' sentenza tal-Artikolu 19(2) tar-Regolament StromNEV 2011 deskritta fit-taqsima 2.4 ta' din id-Deċiżjoni, il-BNetzA imponiet permezz ta' deċiżjoni regolatorja tal-14 ta' Diċembru 2011 dwar id-DSO l-obbligu li tinġabar mingħand l-utenti aħħarin is-soprataxxa tal-Artikolu 19 u biex jiġi trasferit id-dħul minn din is-soprataxxa għat-TSO kull xahar.

(136)

Fil-premessi 49 sa 84 tad-Deċiżjoni ta' Ftuħ, il-Kummissjoni indikat għaliex qieset li l-eżenzjoni sħiħa kellha titqies bħala ffinanzjata mir-riżorsi tal-Istat. Dawn ir-raġunijiet jistgħu jinġabru fil-qosor kif ġej:

(a)

l-eżenzjoni sħiħa tikkorrispondi ma' politika tal-Istat;

(b)

l-operaturi tan-netwerk qed jiġu pprovduti b'garanzija fil-liġi li t-telf finanzjarju li jirriżulta mill-eżenzjoni sħiħa se jiġi kkumpensat kollu kemm hu permezz ta' soprataxxa fuq il-konsum tal-elettriku tal-utenti tan-netwerk; jiġifieri ma għandhomx għalfejn jiffinanzjaw l-eżenzjoni mill-mezzi finanzjarji tagħhom stess;

(c)

it-TSO ġew fdati bil-ġestjoni tal-flussi finanzjarji li jirriżultaw mill-eżenzjoni u s-soprataxxa tal-Artikolu 19;

(d)

it-TSO m'humiex liberi li jużaw id-dħul mis-soprataxxa kif iridu minħabba li s-soprataxxa tal-Artikolu 19 għandha tkun limitata għat-telf finanzjarju li jirriżulta mill-eżenzjoni; kwalunkwe dħul eċċessiv li jirriżulta mis-soprataxxa għandu jitnaqqas mill-ħlasijiet addizzjonali li jridu jitħallsu fis-snin ta' wara;

(e)

il-Artikolu 19-soprataxxa ma jikkorrispondix mal-pagament għal servizz jew oġġett.

(137)

Il-Kummissjoni ma taqbilx mal-fehma espressa kemm mill-Ġermanja kif ukoll mill-partijiet interessati li l-eżenzjoni sħiħa ma setgħetx titqies bħala ffinanzjata minn riżorsi tal-Istat minħabba li r-riżorsi finanzjarji li jiffinanzjaw l-eżenzjoni ma kinux jgħaddu mill-baġit tal-Istat. Kif imfakkar fil-premessi 125 sa 129 ta' din id-Deċiżjoni, il-Qorti ripetutament iddeċidiet li l-kunċett ta' riżorsi tal-Istat jista' jiġi ssodisfat ukoll jekk l-għajnuna tkun iffinanzjata permezz ta' mezzi privati, li huma imposti mill-Istat u ġestiti u mqassma skont id-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni. Skont il-Qorti, din l-iskema ta' finanzjament timplika trasferiment ta' riżorsi tal-Istat, minkejja l-fatt li dawk ir-riżorsi mhumiex amministrati mill-awtoritajiet pubbliċi iżda minn entitajiet privati maħtura mill-Istat li huma separati mill-awtoritajiet pubbliċ.

(138)

Il-Kummissjoni tqis li t-telf fid-dħul li jirriżulta mill-eżenzjoni sħiħa mit-tariffi tan-netwerk fl-2012 u l-2013 ġie trasfeirit kompletament lill-utenti finali minn mekkaniżmu ta' kumpens sħiħ iffinanzjat mill-Istat li huwa ffinanzjat mill-Istat.

(139)

Kif deskritt fil-premessi 35 sa 39 ta' din id-Deċiżjoni, il-qafas legali fis-seħħ fl-2012 u l-2013 ipprovda għal mekkaniżmu ta' finanzjament li jikkumpensa t-telf fid-dħul li ltaqa' magħhom l-operatur tan-netwerk li għalih ġew konnessi l-konsumaturi ta' karga bażika eżentati. It-TSO kienu obbligati li jikkumpensaw lid-DSO għat-telf tagħhom fi dħul u jikkwalikaw dan il-piż finanzjarju addizzjonali bejniethom. Skont id-deċiżjoni regolatorja tal-BNetzA tal-14 ta' Diċembru 2011 adottata abbażi tal-Artikolu 29(1) tal-EnWG u tal-punt 6 tal-Artikolu 30(2) tar-Regolament StromNEV 2011, it-TSO ġew ikkumpensati għal dan il-piż finanzjarju permezz tas-soprataxxa tal-Artikolu 19.

(140)

Is-soprataxxa tal-Artikolu 19 kienet tikkostitwixxi imposta parafiskali fuq l-utenti aħħarin. Bħala tali, huwa ma kienx jifforma parti mis-sistema ġenerali tat-tariffi tan-netwerk kif suġġerit mill-kummenti preżentati mill-partijiet interessati. Fis-sentenza tagħha tal-14 ta' Diċembru 2011, il-BNetzA nnifisha spjegat li s-soprataxxa tal-Artikolu 19 kellu skop speċjali, jiġifieri li jikkumpensa lil TSO għat-telf finanzjarju tagħhom, u għalhekk ma kkorrispondiex ma' tariffa ġenerali tan-netwerk iżda pjuttost ikkostitwixxa “tariffa oħra” fit-tifsira tal-Artikolu 17(8) tal-iStromNEV, li trid tinġabar b'mod separat mit-tariffi ġenerali tan-netwerk. Dan ġie kkonfermat ulterjorment mill-qrati Ġermaniżi u b'mod partikolari mill-Qorti Federali tal-Ġustizzja, li kkonkludew li s-soprataxxa tal-Artikolu 19 ma kienx jikkorrispondi għal tariffa tan-netwerk iżda kien jikkorrispondi għal soprataxxa li kienet immirata biex tkopri t-telf finanzjarju li rriżulta mill-eżenzjoni pprovduta skont it-tieni sentenza tal-Artikolu 19(2) tar-Regolament StromNEV 2011 (ara l-premessi 52 u 53 ta' din id-Deċiżjoni).

(141)

Is-soprataxxa tal-Artikolu 19 ammonta għal kontribuzzjoni obbligatorja imposta mill-Istat. Kien previst fi'StromNEV 2011 u mbagħad ġie introdott permezz ta' deċiżjoni regolatorja vinkolanti tal-BNetzA, awtorità pubblika federali għolja fdata b'kompiti amministrattivi u regolatorji u taġixxi taħt is-superviżjoni tal-Ministeru għall-affarijiet ekonomiċi u l-enerġija. Il-President u l-viċi presidenti tagħha huma nnominati mill-Ministru, filwaqt li l-kunsill tagħha huwa magħmul minn rappreżentanti tal-Bundesrat u l-Bundestag (85).

(142)

Barra minn hekk, l-operaturi tan-netwerk kienu nħatru biex jiġbru u jamministraw il-ħlas addizzjonali tal-Paragrafu 19 skont il-qafas legali fis-seħħ. F'dan ir-rigward, ta' min jitfakkar li l-Qorti ddeċidiet ripetutament li anki entità privata tista' tiġi maħtura bl-amministrazzjoni ta' riżorsa tal-Istat. Barra minn hekk, mis-sentenza Essent jirriżulta li aktar minn entità waħda tista' tinħatar biex twettaq l-amministrazzjoni tas-soprataxxa.

(143)

L-ewwel, id-DSOs u t-TSOs kienu obbligati li jimponu u jiġbru s-soprataxxa tal-Artikolu 19 mill-utenti finali u d-DSOs kienu obbligati li jittrasferixxu s-soprataxxa tal-Artikolu 19 lit-TSO.

(144)

It-tieni, it-TSO jista' juża r-rikavati mis-soprataxxa tal-Artikolu 19 għall-iskop uniku ta' kumpens għat-telf fid-dħul li jirriżulta mill-eżenzjoni għall-konsumaturi ta' karga bażika skont it-tieni sentenza tal-Artikolu 19(2) tar-Regolament StromNEV 2011 u l-mekkaniżmu ta' ugwalizzazzjoni deskritt fil-premessa 35 ta' din id-Deċiżjoni. Dan jintwera mill-fatt li l-ammont ta' soprataxxa tal-Artikolu 19 ġie adattat għall-ħtiġijiet finanzjarji li bdew minħabba l-eżenzjoni sħiħa. B'mod partikolari, kwalunkwe rikavat fis-sena x f'eċċess tal-ammont meħtieġ biex jikkumpensa għal dak il-piż finanzjarju wassal għal tnaqqis fs-soprataxxa fis-sena x+2 (ara l-premessa 39). Il-Kummissjoni għalhekk ma taqbilx mal-opinjoni tal-Ġermanja u l-partijiet interessati skont liema l-operaturi tan-netwerk setgħu jużaw ir-rikavati tas-soprataxxa tal-Artikolu 19 kif jixtiequ.

(145)

Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, ta' min jinnota li l-introduzzjoni tas-soprataxxa tal-Artikolu 19 tat garanzija lill-operaturi tan-netwerk li t-telf tagħhom fi dħul li jirriżulta mill-eżenzjoni mogħtija skont it-tieni sentenza tal-paragrafu 19(2) tar-Regolament StromNEV 2011 kienet ikkumpensata b'mod sħiħ u għalhekk hija differenti kemm mill-każijiet PreussenElektra u ENEA (86) li fihom l-impriżi li fuqhom kellhom l-obbligu ta' xiri kellhom jiffinanzjaw l-obbligu permezz tal-mezzi finanzjarji tagħhom stess u ma setgħux jgħaddu l-kostijiet lill-klijenti tagħhom.

(146)

F'dak ir-rigward, il-fehma ppreżentata mill-partijiet interessati li r-rikavati tas-soprataxxa tal-Artikolu 19 ma kienux ipotekati għall-finanzjament tal-eżenzjoni skont it-tieni sentenza tal-paragrafu 19(2) tar-Regolament StromNEV 2011 ma tistax tiġi aċċettata. Fil-fatt, sa mill-2012, l-eżenzjoni mit-tariffi tan-netwerk ma setgħetx tiġi ffinanzjata b'mod differenti ħlief permezz tas-soprataxxa tal-Artikolu 19 li ġiet ikkalkulata b'tali mod li tikkorrispondi eżattament mal-ħtiġijiet finanzjarji maħluqa mill-eżenzjoni.

(147)

Fuq il-bażi ta' dawk l-elementi, il-Kummissjoni ssostni l-konklużjoni tagħha li l-vantaġġ mogħti lil konsumaturi ta' karga bażika fil-forma tal-eżenzjoni sħiħa fl-2012 u l-2013 għandu jitqies bħala ffinanzjat permezz ta' riżorsi tal-Istat.

5.1.4.2.    Il-finanzjament permezz ta' riżorsi tal-Istat qabel ma ġiet imposta s-soprataxxa tal-Artikolu 19 (is-sena 2011).

(148)

Filwaqt li l-eżenzjoni sħiħa taħt it-tieni sentenza tal-Artikolu 19(2) tar-Regolament StromNEV 2011 kienet applikabbli mill-1 ta' Jannar 2011, is-soprataxxa tal-Artikolu 19 daħlet fis-seħħ biss fl-1 ta' Jannar 2012 (ara l-premessa 40 ta' din id-Deċiżjoni). Fid-Deċiżjoni ta' Ftuħ tagħha, il-Kummissjoni għalhekk staqsiet jekk l-eżenzjonijiet mogħtija fl-2011 kinux iffinanzjati b'mod ugwali permezz ta' riżorsi tal-Istat u stiednet lill-Ġermanja biex tipprovdi informazzjoni addizzjonali dwar kif ġiet iffinanzjata l-eżenzjoni sħiħa fl-2011.

(149)

Abbażi tal-informazzjoni addizzjonali pprovduta mill-Ġermanja, iżda meta tqiesu wkoll il-kummenti magħmula mill-partijiet interessati, il-Kummissjoni ma tikkunsidrax il-mekkaniżmu ta' finanzjament fis-seħħ fl-2011 li jinvolvi riżorsi tal-Istat.

(150)

Kif spjegat il-Ġermanja (ara l-premessa 77) u minħabba li l-BNetzA ddikjarat b'mod espliċitu fid-deċiżjoni regolatorja tal-14 ta' Diċembru 2011, l-ebda kumpens u mekkaniżmu ta' tpaċija ma kienu fis-seħħ fl-2011. B'mod partikolari, is-sitt u s-seba' sentenza tal-Artikolu 19(2) tar-Regolament StromNEV 2011 ma kinux għadhom applikabbli. Għaldaqstant, it-telf imġarrab minħabba l-eżenzjoni sħiħa mit-tariffi tan-netwerk fl-2011 m'għaddewx lill-utenti finali permezz ta' mekkaniżmu sħiħ ta' tpaċija jew — fin-nuqqas tas-soprataxxa tal-Artikolu 19 fl-2011 — b'kontribuzzjoni obbligatorja imposta mill-Istat.

(151)

Minflok, hekk kif id-deċiżjoni regolatorja tal-14 ta' Diċembru 2011 tistabbilixxi, id-DSO u t-TSO kellhom ikopru t-telf fid-dħul li kien hemm minħabba l-eżenzjoni sħiħa fl-2011 mir-riżorsi proprji tagħhom.

(152)

Huma kienu intitolati li jinkludu dak it-telf bħala kostijiet fil-kontijiet regolatorji tagħhom stabbiliti skont l-ARegV tal-2011. Madankollu, kif stabbilit fil-premessa 47, it-telf fid-dħul imġarrab fl-2011 ma setax jiġi rkuprat permezz tal-adattament tat-tariffi tan-netwerk tal-2011 minħabba li dawk it-tariffi jridu jiġu stabbiliti minn qabel u ma jistgħux jiġu mmodifikati matul is-sena. It-telf fid-dħul — jekk ma jiġix ikkumpensat minn żidiet oħra fid-dħul, u b'hekk ir-riżorsi proprji tat-TSO u tad-DSO, għall-2011 — kellhom jitniżżlu fuq ir-Regulierungskonto. Fejn fi tmiem il-perjodu regolatorju li jintemm fl-2013, it-telf fid-dħul għall-2011 ġie kkumpensat bi dħul addizzjonali fi snin oħra minn dak il-perjodu regolatorju, ma kien hemm l-ebda kumpens tat-telf, u t-telf kien ikun kopert mir-riżorsi proprji tat-TSO u tad-DSO. Huwa biss fejn it-telf ma setax jiġi paċut kontra dħul addizzjonali fil-perjodu regolatorju li ntemm fl-2013 li t-telf tad-dħul fl-2011 seta' wassal għal kumpens matul il-perjodu regolatorju li jmiss. Madankollu, anki f'dik is-sitwazzjoni, ma kien hemm l-ebda garanzija ta' kumpens sħiħ. Minflok, il-livell tal-kumpens kien jiddependi minn fatturi oħra, b'mod partikolari l-effiċjenza (jew le) tad-DSO u t-TSO, peress li l-ARegV mhuwiex ibbażat fuq il-kostijiet reali, iżda fuq il-kostijiet ideali ta' impriża effiċjenti.

(153)

L-operaturi tan-netwerk għalhekk ma kellhom l-ebda garanzija li t-telf tagħhom fid-dħul li jirriżulta mill-eżenzjoni sħiħa fl-2011 għandu jiġi kkumpensat. Fi kliem ieħor, fl-2011, l-operaturi tan-netwerk kellhom jiffinanzjaw l-eżenzjoni sħiħa mill-mezzi finanzjarji tagħhom stess.

(154)

Il-Kummissjoni għalhekk tikkonkludi li l-vantaġġ mogħti lil konsumaturi ta' karga bażika fil-forma ta' eżenzjoni sħiħa mit-tariffi tan-netwerk fl-2011 kellu jiġi ffinanzjat permezz tar-riżorsi proprji tal-operaturi tan-netwerk u ma kienx iffinanzjat permezz ta' riżorsi tal-Istat (87).

5.1.5.   EFFETT FUQ IL-KUMMERĊ BEJN L-ISTATI MEMBRI

(155)

Skont il-każistika stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, għall-fini tal-kategorizzazzjoni ta' miżura nazzjonali bħala għajnuna mill-Istat, huwa meħtieġ, biex ma jiġix stabbilit li l-għajnuna għandha effett reali fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri, iżda li jiġi eżaminat biss jekk l-għajnuna tistax taffettwa tali kummerċ (88). B'mod partikolari, meta għajnuna mogħtija minn Stat Membru ssaħħaħ il-pożizzjoni ta' impriża meta mqabbla ma' impriżi oħra li jikkompetu fil-kummerċ intra-Komunitarju, dawn tal-aħħar għandhom jitqiesu bħala affettwati minn dik l-għajnuna (89).

(156)

Kif indikat hawn fuq, il-maġġoranza l-kbira tal-impriżi kkonċernati huma attivi fl-industrija kimika (inklużi gassijiet industrijali), karta, tessuti, azzar, industrija tal-metall li ma fihx ħadid, raffineriji taż-żejt u manifattura tal-ħġieġ. Xi benefiċjarji joperaw ukoll ċentri tad-data bħala fornituri tas-servizzi. Dawn is-setturi kollha huma miftuħin għall-kummerċ bejn l-Istati Membri bi skambji transfruntiera ta' prodotti. Billi l-impriżi kkonċernati jiġu eżentati minn spiża li l-impriżi attivi fl-istess settur fi Stati Membri oħra normalment ikollhom iġorru (tariffi tan-netwerk), l-eżenzjoni sħiħa qiegħda ssaħħaħ il-pożizzjoni tal-impriżi eżentati meta mqabbla ma' impriżi oħrajn li jikkompetu fil-kummerċ intra-komunitarju, l-eżenzjoni sħiħa mit-tariffi tan-netwerk hija għalhekk suxxettibbli li taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri.

5.1.6.   IMPATT FUQ IL-KOMPETIZZJONI

(157)

Miżura mogħtija mill-Istat titqies li toħloq distorsjoni jew thedded li toħloq distorsjoni fil-kompetizzjoni meta tkun kapaċi ttejjeb il-pożizzjoni kompetittiva tal-benefiċjarju meta mqabbel ma' impriżi oħrajn li tikkompeti magħhom (90).

(158)

Is-setturi tal-manifattura, li fihom l-impriżi eżentati jkunu tipikament attivi, kif ukoll is-suq għaċ-ċentri tad-data, huma miftuħa għall-kompetizzjoni. F'ħafna minn dawn is-setturi, il-kostijiet tal-elettriku jirrappreżentaw sehem kbir mill-kostijiet tal-produzzjoni, li l-Ġermanja kkonfermat fl-ittra tagħha tas-6 ta' Diċembru 2013 f'dak li għandu x'jaqsam mal-karta, is-siment, is-setturi kimiċi u l-industriji tal-aluminju u oħrajn tal-metall. F'dan il-kuntest, l-eżenzjoni sħiħa mit-tariffi tan-netwerk tnaqqas il-kostijiet tal-produzzjoni tal-impriżi eżentati. Għalhekk huwa probabbli li ttejjeb il-pożizzjoni kompetittiva tal-benefiċjarji tal-eżenzjoni meta mqabbla mal-kompetituri tagħhom fi Stati Membri oħra. Huwa wkoll probabbli li ttejjeb il-pożizzjoni kompetittiva tagħhom meta mqabbla ma' impriżi li ma jilħqux konsum tal-elettriku annwali ta' 10 GWh u 7 000 siegħa ta' użu sħiħ iżda li huma attivi fl-istess settur. L-eżenzjoni sħiħa għalhekk thedded li toħloq distorsjoni fil-kompetizzjoni.

(159)

Ta' min jinnota li la effett fuq il-kummerċ u lanqas effett distorsiv fuq il-kompetizzjoni ma jistgħu jiġu esklużi minħabba livell allegatament ogħla ta' kostijiet tal-elettriku fil-Ġermanja meta mqabbel mal-kostijiet tal-elettriku fi Stati Membri oħra. It-tieni sentenza tal-paragrafu 19(2) tar-Regolament StromNEV 2011 tat eżenzjoni sħiħa mit-tariffi tan-netwerk lil konsumaturi ta' karga bażika. Bħala konsegwenza ta' dan, dawn il-konsumaturi ma esperjenzaw l-ebda piż finanzjarju milli jużaw il-grilja tal-elettriku, filwaqt li impriżi li jikkompetu fi Stati Membri oħra kellhom iħallsu tariffi tan-netwerk. Barra minn hekk, il-Qorti diġà ddeċidiet li Stat Membru kien qed ifittex li japprossimizza, b'miżuri unilaterali, il-kundizzjonijiet ta' kompetizzjoni f'settur partikolari tal-ekonomija għal dawk prevalenti fi Stati Membri oħra ma jistgħux iċaħħdu l-miżuri inkwistjoni min-natura tagħhom ta' għajnuna (91).

5.1.7.   KONKLUŻJONI DWAR L-EŻISTENZA TA' GĦAJNUNA

(160)

Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, l-eżenzjoni sħiħa mit-tariffi tan-netwerk li kien hemm fis-seħħ fl-2012 u fl-2013 għal konsumaturi ta' karga bażika li jaqbżu konsum tal-elettriku annwali ta' 10 GWh u li jilħqu 7 000 siegħa ta' użu sħiħ tammonta għal għajnuna mill-Istat sal-punt li eżentat lil dawk il-konsumaturi mill-kostijiet tan-netwerk ikkawżati mill-konsum tal-elettriku tagħhom u mill-kontribuzzjoni minima ta' 20 % tal-imposta ppubblikata fuq in-netwerk.

(161)

L-eżenzjoni mit-tariffi tan-netwerk mogħtija fl-2011 ma kinitx iffinanzjata permezz ta' riżorsi tal-Istat u għalhekk ma kinitx tammonta għal għajnuna mill-Istat.

5.2.   ILLEGALITÀ

(162)

Billi naqset milli tinnotifika l-miżura qabel l-implimentazzjoni tagħha, il-Ġermanja ma ssodisfatx l-obbligi tagħha skont l-Artikolu 108(3) tat-Trattat. Il-miżura ta' għajnuna għalhekk tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat illegali.

5.3.   KOMPATIBBILTÀ MAS-SUQ INTERN

(163)

Il-valutazzjoni tal-kompatibbiltà hawn taħt tkopri biss l-eżenzjoni sħiħa mogħtija lill-konsumaturi ta' karga bażika fl-2012 u fl-2013 sal-punt li tikkostitwixxi għajnuna (ara l-premessa 160).

(164)

Fid-Deċiżjoni ta' Ftuħ tagħha, il-Kummissjoni qajmet dubji dwar jekk l-eżenzjoni sħiħa mit-tariffi tan-netwerk għall-konsumaturi ta' karga bażika tistax tiġi ddikjarata kompatibbli mas-suq intern. Għaldaqstant, il-Kummissjoni stiednet lill-Ġermanja tissottometti kummenti addizzjonali fir-rigward tal-kompatibbiltà tal-eżenzjoni sħiħa mas-suq intern.

(165)

Il-Ġermanja sostniet li l-eżenzjoni sħiħa tista' tiġi ddikjarata kompatibbli abbażi tal-Artikolu 107(3)(b) jew (c) tat-Trattat minħabba li mmirat li tilħaq l-objettivi li ġejjin:

il-garanzija tas-sigurtà tal-provvista tal-elettriku;

l-iffaċilitar tal-promozzjoni ta' elettriku rinnovabbli;

l-implimentazzjoni ta' sistema ta' aċċess għas-sistema tan-netwerk mingħajr diskriminazzjoni bejn l-utenti tas-sistema kif meħtieġ mill-Artikolu 32 tad-Direttiva 2009/72/KE;

l-iżgurar li l-tariffi tan-netwerk jirriflettu l-kostijiet attwali mġarrba kif meħtieġ mill-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 714/2009.

(166)

B'mod ġenerali, il-Ġermanja kkunsidrat ukoll li l-eżenzjoni sħiħa ssaħħaħ il-kompetittività tal-industrija Ewropea u tkun konformi mal-objettiv tal-Unjoni ta' industrijalizzazzjoni mill-ġdid tal-Ewropa.

5.3.1.   KOMPATIBBILTÀ BBAŻATA FUQ L-ARTIKOLU 107(3)(b)

(167)

Fir-rigward tal-ewwel bażi ta' kompatibbiltà tal-Ġermanja, huwa nnotat li l-eżenzjoni sħiħa mhijiex marbuta ma' xi “proġett importanti ta' interess Ewropew komuni u speċifiku”. Il-Ġermanja ma ddeskriviet l-ebda proġett bħal dan li t-twettiq tiegħu jiġi promoss mill-eżenzjoni sħiħa minn tariffi tan-netwerk. Il-Ġermanja lanqas ma ssottomettiet xi informazzjoni li turi li l-eżenzjoni sħiħa tkun qed tirrimedja tfixkil serju tal-ekonomija fil-Ġermanja. L-eżenzjoni sħiħa għalhekk ma tistax tiġi ġġustifikata skont l-Artikolu 107(3)(b) tat-Trattat.

5.3.2.   KOMPATIBBILTÀ BBAŻATA FUQ L-ARTIKOLU 107(3)(c)

(168)

L-Artikolu 107(1) tat-Trattat jipprevedi għall-prinċipju ġenerali ta' projbizzjoni tal-għajnuna mill-Istat fi ħdan l-Unjoni. Madankollu, il-Kummissjoni tista' tiddikjara miżura ta' għajnuna bħala kompatibbli direttament skont l-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat jekk tkun immirata lejn l-ilħiq ta' objettiv definit sew ta' interess komuni (92), neċessarju biex jintlaħaq l-objettiv, ikollha effett ta' inċentiv u tkun proporzjonata, sakemm l-effetti pożittivi għall-objettiv komuni jegħlbu l-effetti negattivi fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ.

(169)

L-Istat Membru għandu l-oneru tal-prova għall-kompatibbiltà (93).

(170)

Hekk kif il-Ġermanja argumentat li l-eżenzjoni sħiħa kienet qed tgħin biex tippromwovi l-produzzjoni tal-elettriku minn sorsi rinnovabbli u s-sigurtà tal-provvista, il-Kummissjoni vverifikat li l-miżura inkwistjoni taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Linji Gwida tal-Komunità dwar l-Għajnuna mill-Istat għall-Ħarsien Ambjentali (94) (“EAG”). Madankollu, l-EAG ma fihomx regoli ta' kompatibbiltà għal miżuri mmirati biex jiżguraw is-sigurtà tal-provvista. Fir-rigward tal-promozzjoni tal-elettriku rinnovabbli, dawn fihom biss kriterji ta' kompatibbiltà għall-għajnuna mogħtija għal installazzjonijiet li jipproduċu l-elettriku rinnovabbli (it-Taqsima 1.5.6 tal-EAG). Dawn il-kriterji, madankollu, ma jirrelatawx ma' miżuri bħal dawk ikkonċernati f'dan il-każ, li jikkonsistu fl-eżenzjoni tal-konsumaturi mill-elettriku mit-tariffi tan-netwerk sabiex “jinċentivawhom” biex jibqgħu konnessi mal-grilja sabiex meta jiġi prodott l-elettriku minn installazzjonijiet rinnovabbli, ikun hemm probabbiltà ogħla li l-konsumaturi jikkunsmaw l-elettriku wkoll. L-EAG ma japplikawx għall-miżura eżaminata hawnhekk. B'hekk, il-Kummissjoni eżaminat il-kompatibbilità tal-eżenzjoni sħiħa direttament skont l-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat.

5.3.2.1.    L-objettiv ta' interess komuni u l-adegwatezza tal-għajnuna

5.3.2.1.1.   Konformità mal-leġiżlazzjoni Ewropea dwar it-tariffi tan-netwerk

(171)

Fir-rigward ta' dak l-argument, issir referenza għas-sejbiet fil-premessi 85 sa 121 ta' din id-Deċiżjoni. Kif intwera f'dawk is-sejbiet, l-eżenzjoni sħiħa mogħtija lill-konsumaturi ta' karga bażika eliġibbli bejn l-2011 u l-2013 tat vantaġġ selettiv sal-punt li teżentahom ukoll mill-kostijiet tan-netwerk ikkawżati mill-konsum tagħhom tal-elettriku. Dan mhuwiex konformi mal-objettiv li jiġi żgurat li l-tariffi tan-netwerk jirriflettu l-kostijiet attwali mġarrba kif meħtieġ mill-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 714/2009 u lanqas ma huwa konformi mal-prinċipju ta' nondiskriminazzjoni. Għalhekk il-Kummissjoni ma taqbilx mal-opinjoni tal-Ġermanja li l-eżenzjoni sħiħa mit-tariffi tan-netwerk tikkontribwixxi għal dawn l-objettivi, jew tkun meħtieġa abbażi tal-leġiżlazzjoni Ewropea.

5.3.2.1.2.   Promozzjoni tas-sigurtà tal-provvista u ta' elettriku rinnovabbli.

(172)

Il-Ġermanja tiddikjara li l-eżenzjoni sħiħa kienet qed tikkontribwixxi għas-sigurtà tal-provvista u għall-promozzjoni tal-elettriku rinnovabbli bi tliet modi differenti (ara l-premessa 165):

L-ewwel targumenta li l-konsumaturi ta' karga bażika kellhom servizz ta' stabbiltà meħtieġ fil-perjodu 2011 sa 2013 qabel ma setgħu jiġu introdotti l-miżuri ta' stabbilizzazzjoni tan-netwerk. Il-Ġermanja argumentat li l-konsum kontinwu u kostanti tal-elettriku mill-konsumaturi ta' karga bażika eżentati se jtaffi u jistabbilizza n-netwerk. Il-prevedibbiltà tal-konsum ta' karga bażika eżentata tikkontribwixxi għal utilizzazzjoni effiċjenti tal-kapaċitajiet ta' ġenerazzjoni, filwaqt li l-frekwenza u d-devjazzjonijiet tal-vultaġġ jitnaqqsu. Dan inaqqas il-ħtieġa għar-riżervi u jibbilanċja l-elettriku. Barra minn hekk, il-Ġermanja spjegat li l-konsumaturi ta' karga bażika eżentati ta' spiss jinsabu qrib impjanti kbar tal-enerġija. Għalhekk, id-distanza li fuqha jeħtieġ li jiġi ttrasportat l-elettriku hija relattivament baxxa, u dan inaqqas it-telf tat-trasport u l-ħtieġa li jkun hemm tagħmir biex tiġi żgurata l-potenza reattiva. Il-partijiet interessati enfasizzaw ukoll li l-konsumaturi ta' karga bażika ta' spiss huma inklużi fil-5 passi tal-pjan għat-tnaqqis tat-tagħbija tat-TSOs mingħajr ebda kuntratt u mingħajr ebda kumpens. Ċerti partijiet interessati indikaw ukoll li l-utenti finali huma soġġetti għall-ispeċifikazzjonijiet tekniċi meta jkunu jridu jiġu konnessi mal-grilja u li dan jeħtieġ ċerti investimenti li jtejbu l-kontroll tal-vultaġġ mingħajr ma jiġu rimunerati.

Barra minn hekk, il-Ġermanja targumenta li l-impjanti tal-elettriku konvenzjonali kienu meħtieġa biex jiżguraw ġestjoni sikura tan-netwerk fi żmien meta l-elettriku rinnovabbli beda jintuża b'mod aktar rapidu u meta soluzzjonijiet ta' flessibbiltà għas-sistema tal-elettriku kienu għadhom ma ġewx żviluppati (bħal rispons għad-domanda (95)) minħabba li kienu jipprovdu servizzi anċillari importanti għan-netwerk u li sabiex tinżamm l-eżistenza ta' dawk l-impjanti ta' enerġija konvenzjonali, kien hemm bżonn tal-konsumaturi ta' karga bażika, b'mod partikolari fid-dawl tas-sehem dejjem jikber tal-elettriku prodott minn sorsi ta' elettriku rinnovabbli.

Fl-istess ħin, il-Ġermanja targumenta li l-konsum stabbli ta' elettriku mill-konsumaturi ta' karga bażika żgura li l-elettriku rinnovabbli kien dejjem ikkonsmat meta ġie prodott, li naqqas il-ħtieġa li jiġu adottati miżuri ta' stabbilizzazzjoni (tnaqqis) (oħrajn u aktar għaljin). Dan iffaċilita t-tranżizzjoni tal-enerġija u kkontribwixxa għall-promozzjoni tal-elettriku rinnovabbli.

(173)

Ta' min jinnota li b'mod ġenerali l-objettivi li tiġi żgurata s-sigurtà tal-provvista u li jiġi promoss l-elettriku rinnovabbli ġew rikonoxxuti bħala li jikkostitwixxu objettivi ta' interess komuni (96).

(174)

Ta' min jinnota madankollu, li mhuwiex stabbilit b'mod ċar li l-eżenzjoni sħiħa tista' tikkontribwixxi u kienet xierqa biex jintlaħqu l-objettivi ta' sigurtà tal-provvista u l-promozzjoni ta' elettriku rinnovabbli. B'mod partikolari, il-Ġermanja ma wrietx li l-eżenzjoni sħiħa tista' tikkontribwixxi u kienet xierqa biex jintlaħqu l-objettivi segwiti. Kif se jiġi spjegat hawn taħt, l-eżenzjoni sħiħa twassal għal riżultati kontradittorji f'termini tal-objettivi milħuqa u tista' wkoll tikkostitwixxi tfixkil għall-kisba tal-objettivi kkonċernati.

5.3.2.1.2.1.   Il-konsum ta' karga bażika jista' jkun ta' ostaklu għall-objettiv tal-promozzjoni tal-elettriku rinnovabbli u s-sigurtà tal-provvista

(175)

Sabiex jintwera li l-eżenzjoni sħiħa mit-tariffi tan-netwerk mogħtija taħt it-tieni sentenza tal-Artikolu 19(2) tar-Regolament StromNEV 2011 tista' tikkontribwixxi għal, u kienet xierqa, biex tiġi żgurata s-sigurtà tal-provvista bejn l-2011 u l-2013, il-Ġermanja rreferiet għal ċertu għadd ta' karatteristiċi ta' konsumaturi ta' karga bażika li jiffaċilitaw il-ġestjoni tan-netwerk u li jibbenefikaw lill-utenti tan-netwerk kollha: id-domanda stabbli u prevedibbli tagħha tnaqqas il-ħtieġa għal miżuri ta' bilanċ, riżervi u ridispaċċ. Barra minn hekk, minħabba li ġeneralment jinsabu eqreb lejn impjanti tal-enerġija, dawn jikkawżaw inqas telf ta' elettriku matul it-trasport u inqas ħtieġa għal tagħmir ta' kumpens tal-potenza reattiva.

(176)

Ta' min jinnota li dawn l-elementi jistgħu jnaqqsu l-kostijiet tan-netwerk u jiffaċilitaw il-ġestjoni tan-netwerk u jistgħu b'mod indirett jitqiesu bħala li jiffaċilitaw l-obbligi tat-TSO biex tiġi żgurata s-sigurtà tal-provvista. Madankollu, jekk wieħed jassumi li eżattament l-istess karatteristiċi li kienu diġà ġew ikkunsidrati biex jiġu ġġustifikati t-tariffi individwali tan-netwerk jistgħu jerġgħu jitqiesu sabiex jiġi kkunsidrat li l-eżenzjoni ssegwi objettiv ta' interess komuni, l-eżenzjoni fi kwalunkwe każ ma tkunx meħtieġa, ma jkollha l-ebda effett ta' inċentiv addizzjonali u ma tiżgurax il-proporzjonalità tal-għajnuna kif spjegat f'aktar dettall hawn taħt (it-taqsimiet 5.3.2.2 sa 5.3.2.4). Barra minn hekk, kif se jidher hawn taħt, l-eżenzjoni u l-kundizzjonijiet li skonthom tingħata, jistgħu wkoll jikkostitwixxu xkiel għall-miżuri ta' flessibbiltà li l-Ġermanja introduċiet fl-2013 biex tippromwovi s-sigurtà tal-provvista (il-premessa 179 hawn taħt) u tista' wkoll iżżid il-kostijiet tal-promozzjoni tal-elettriku rinnovabbli (il-premessa 181 hawn taħt). Għal dawk ir-raġunijiet, l-eżenzjoni ma tistax titqies xierqa biex jintlaħqu l-objettivi ta' sigurtà tal-provvista u l-promozzjoni ta' elettriku rinnovabbli.

(177)

Il-Ġermanja u l-partijiet interessati jsemmu wkoll li l-eżenzjoni sħiħa tkun utli għar-regolamentazzjoni tal-frekwenza u għall-kontroll tal-vultaġġ.

(178)

Ta' min jinnota, madankollu, li r-regolamentazzjoni tal-frekwenza u l-kontroll tal-vultaġġ li l-Ġermanja u l-partijiet interessati qed jirreferu għalihom ma jikkorrispondux għal servizz mogħti mill-konsumaturi ta' karga bażika iżda minn impjanti konvenzjonali tal-enerġija, li kemm il-Ġermanja kif ukoll il-partijiet interessati ammettew li hu l-każ fis-sottomissjonijiet tagħhom. Fil-fatt, l-argument li sar huwa li l-konsumaturi ta' karga bażika huma meħtieġa biex tinżamm il-vijabbiltà ta' impjanti tal-elettriku konvenzjonali. Dan l-argument huwa eżaminat taħt il-premessi 183-188 u ssir referenza għal dawk is-sejbiet. F'dak li għandu x'jaqsam mal-kontribuzzjoni għall-pjan ta' ħames stadji għat-tnaqqis tat-tagħbija, qed issir referenza għall-osservazzjonijiet li saru taħt il-premessa 97 fejn ġie konkluż li l-eżenzjoni sħiħa ma setgħetx titqies bħala r-remunerazzjoni għall-parteċipazzjoni fil-pjan ta' ħames stadji tat-tneħħija tat-tagħbija. Fir-rigward tat-tagħmir li l-konsumaturi ta' karga bażika jridu jinstallaw sabiex jikkonformaw mar-rekwiżit fejn il-fattur tal-bidla jibqa' bejn +0,9 u -0,9, diġà ġie osservat li dan l-obbligu għandu l-għan li jiżgura l-ġestjoni sikura u normali tal-grilja u huwa impost fuq kwalunkwe konsumatur li jitlob aċċess għall-grilja u mhux biss għall-konsumaturi ta' karga bażika (ara l-premessa 99 u dawk segwenti). Għalhekk ma jistax jitqies li jiġġustifika eżenzjoni għall-konsumaturi ta' karga bażika.

(179)

Ta' min jinnota wkoll li fis-sottomissjonijiet tagħha l-Ġermanja indikat li l-valur indott tal-eżenzjoni sħiħ kellu biss impatt fuq is-sigurtà tal-provvista għal perjodu tranżitorju (2011–2013), sakemm jiġu introdotti diversi miżuri biex is-sistema tal-elettriku tkun aktar flessibbli. Madankollu, diġà fl-2012, il-Ġermanja adottat ir-Regolament dwar kuntratti ta' tagħbija interrompibbli (“ir-Regolament ABLAV”) (97) li timmira lejn ix-xiri ta' tliet gigawatt (“GW”) ta' tagħbija interrompibbli għal domanda flessibbli. Din daħlet fis-seħħ fl-2013 (l-aħħar sena tal-eżenzjoni sħiħa) u kienet ibbażata fuq il-Artikolu 13(4a) tal-EnWG 2011. L-għan kien li l-operaturi tan-netwerk ikollhom għad-dispożizzjoni tagħhom tagħbijiet interrompibbli sabiex jindirizzaw sitwazzjonijiet fejn ikun hemm wisq domanda meta mqabbla mal-ġenerazzjoni disponibbli. Dawk is-sitwazzjonijiet jistgħu jseħħu aktar ta' spiss fis-sistemi tal-elettriku b'penetrazzjoni għolja (intermittenti) rinnovabbli minħabba li tnaqqis f'daqqa mir-riħ jew mir-radjazzjoni tax-xemx iwassal għal tnaqqis f'daqqa tal-ġenerazzjoni. L-enerġija mir-riħ u x-xemx ukoll tista' tkun inqas minn dak li kien mistenni fil-bidu abbażi tat-tbassir tat-temp. Huwa osservat madankollu, li l-eżenzjoni sħiħa għall-konsumaturi ta' karga bażika fil-fatt tikkostitwixxi inċentiv għal dawk il-konsumaturi li ma joffrux tagħbija interrompibbli skont ir-Regolament ABLAV peress li dawn imbagħad ma jilħqux is-7 000 siegħa ta' użu sħiħ u għalhekk tmur kontra l-objettivi ta' miżura oħra li għandha l-għan ta' sigurtà tal-provvista. Għall-2013, l-eżenzjoni sħiħa għalhekk kienet ta' xkiel għal miżura oħra li tiżgura s-sigurtà tal-provvista billi tinċentivizza lill-konsumaturi ta' karga bażika milli joffru tagħbija interrompibbli.

(180)

Barra minn hekk, il-Ġermanja argumentat li l-konsum ta' karga bażika eżentata jikkontribwixxi għall-promozzjoni tal-elettriku rinnovabbli billi jitnaqqsu l-kostijiet ta' tali promozzjoni. B'mod partikolari l-Ġermanja indikat li l-konsum stabbli ta' elettriku mill-konsumaturi ta' karga bażika żgura li l-elettriku rinnovabbli kien dejjem ikkonsmat meta ġie prodott, li naqqas il-ħtieġa li jitnaqqsu u jiġu kkumpensati l-installazzjonijiet ta' elettriku ġodda f'każ ta' tnaqqis.

(181)

Ta' min jinnota li tabilħaqq, fl-2011–2013 fin-nuqqas ta' installazzjonijiet tal-ħżin flimkien mal-installazzjonijiet tal-elettriku rinnovabbli u fin-nuqqas ta' domanda flessibbli u wkoll ta' inċentivi biex jiżdied il-konsum fi żmien meta l-elettriku rinnovabbli huwa abbundanti, l-eżistenza ta' konsum ta' karga bażika tista' tnaqqas indirettament il-probabbiltà li l-installazzjonijiet tal-elettriku rinnovabbli jitnaqqsu. Għaldaqstant, l-eżenzjoni tista' titqies bħala waħda li tiffaċilita l-promozzjoni tal-elettriku rinnovabbli. Madankollu, l-eżenzjoni tista' wkoll iżżid b'mod indirett il-kostijiet tal-promozzjoni tal-elettriku minn sorsi rinnovabbli. Tabilħaqq, meta l-elettriku rinnovabbli ma jkunx disponibbli minħabba tnaqqis f'daqqa tar-riħ jew ix-xemx, in-nuqqas ta' flessibbiltà ta' konsumaturi ta' karga bażika kkawżati mill-eżenzjoni se jagħmilha neċessarja li jiġu mqabbda impjanti tal-enerġija konvenzjonali, l-aktar impjanti li jaħdmu bil-faħam jew bil-gass biex ikopru d-domanda ta' konsumaturi ta' karga bażika f'każ ta' tnaqqis f'daqqa fil-ġenerazzjoni tal-elettriku rinnovabbli intermittenti. Dan jista' jitqies li qed iżid b'mod indirett il-kostijiet tal-promozzjoni tal-elettriku minn sorsi rinnovabbli.

(182)

Fl-aħħar nett, ta' min jinnota li l-eżenzjoni tingħata lill-konsumaturi ta' karga bażika irrispettivament minn fejn jinsabu. Madankollu, kif juri l-Istudju 2012 (it-taqsima 2.3) taħt ċerti kundizzjonijiet, in-netwerk jista' jiġi kkonġestjonat għaliex l-elettriku prodott, pereżempju fit-Tramuntana, qed jaqbeż il-kapaċità ta' trażmissjoni meħtieġa biex jitwassal l-elettriku lejn in-Nofsinhar fejn jinsab il-punt ta' konsum. Dik il-konġestjoni tista' tkun marbuta ma' kundizzjonijiet qawwija tar-riħ. Fil-fatt, l-Istudju 2012 fih xenarju (il-Grafika 2.3) li fih huma simulati kundizzjonijiet qawwija ta' riħ sabiex jiġu identifikati punti ta' konġestjoni potenzjali fin-netwerk. F'tali sitwazzjoni, huwa meħtieġ li jitnaqqsu l-impjanti tal-enerġija li jkunu jinsabu qabel ma jkun hemm konġestjoni u jiżdiedu l-impjanti tal-elettriku li jkunu jinsabu wara l-konġestjoni. Il-miżuri ta' dispaċċ mill-ġdid jinvolvu kumpens kemm għall-impjanti tal-enerġija mnaqqsa u kemm għall-impjanti tal-enerġija li jeħtieġu li jiġu mqabbda. Jekk il-konsumatur karga bażika jinsab wara l-konġestjonijiet, mhuwiex se jnaqqas il-kostijiet tal-appoġġ għall-elettriku minn sorsi rinnovabbli iżda jżidhom. Peress li l-eżenzjoni sħiħa hija nieqsa minn kwalunkwe sinjal tal-lokalità u li tingħata mingħajr ebda kunsiderazzjoni għal xkiel fin-netwerk, l-eżenzjoni tista' żżid il-kostijiet tal-użu tal-elettriku minn sorsi rinnovabbli.

5.3.2.1.2.2.   Rabta mhux ċara bejn l-eżenzjoni sħiħa u s-sigurtà tal-provvista

(183)

Il-Ġermanja argumentat ukoll li l-eżenzjoni tikkontribwixxi (indirettament) għas-sigurtà tal-provvista għaliex tiżgura l-preżenza ta' konsum kostanti li fiha nnifisha hija prerekwiżit għal kapaċitajiet ta' ġenerazzjoni konvenzjonali, li hija tqis bħala meħtieġa mhux biss biex tipprovdi servizzi ta' stabbilizzazzjoni tan-netwerk iżda wkoll biex tissodisfa d-domandi tal-elettriku f'ambjent tas-suq li huwa dejjem aktar ikkaratterizzat minn kapaċitajiet ta' ġenerazzjoni flessibbli u deċentralizzati bbażati fuq enerġiji rinnovabbli. Il-Ġermanja u bosta partijiet interessati sostnew li l-impjanti tal-enerġija konvenzjonali (mgħammra b'ġeneraturi sinkroniċi) jipprovdu ċertu numru ta' servizzi tan-netwerk importanti li l-operaturi tan-netwerk jeħtieġ li jżommu n-netwerk operattiv, b'mod partikolari r-regolamentazzjoni tal-vultaġġ u l-frekwenza tar-regolamentazzjoni. Huma jargumentaw li jekk pjanti konvenzjonali ma jaħdmux fuq bażi kontinwa, dawk is-servizzi tas-sistema jkunu aktar diffiċli biex jinkisbu u, f'kull każ, jiswew aktar (pereżempju minħabba l-ħtieġa ta' riżerva akbar). Madankollu l-impjanti tal-elettriku konvenzjonali jistgħu joperaw fuq bażi kostanti biss jekk ikun hemm biżżejjed domanda kostanti biex jiġi kkonsmat l-elettriku prodott. B'mod aktar speċifiku, il-Ġermanja ssostni li l-Istudju tal-2012 juri li fis-snin li ġejjin il-Ġermanja se jkollha bżonn bejn 8 u 25 GW ta' impjanti tal-enerġija konvenzjonali biex tiżgura ġestjoni tan-netwerk sikur u argumentat li sabiex jinżammu dawk l-impjanti konvenzjonali tal-enerġija, kien hemm bżonn ta' domanda kostanti u stabbli.

(184)

L-ewwel nett huwa nnutat li l-Istudju tal-2012 kien realizzat wara li ngħatat l-eżenzjoni sħiħa, li teskludi l-użu tagħha biex turi l-ħtieġa tal-eżenzjoni sħiħa biex tiġi żgurata l-vijabbiltà tal-impjanti tal-enerġija konvenzjonali kkonċernati. Barra minn hekk, kif se jintwera hawn taħt, il-kontribuzzjoni tal-eżenzjoni għas-sigurtà tal-provvista mhix stabbilita.

(185)

It-tieni, l-Istudju tal-2012 ma jirreferix hu stess għall-ħtieġa li jiġi żgurat ċertu konsum kostanti minimu u lanqas il-Ġermanja ma indikat kif il-konsumaturi ta' karga bażika jirrelataw mal-ħtiġijiet ta' ġenerazzjoni konvenzjonali minimi. Il-Ġermanja spjegat biss li l-konsumaturi ta' karga bażika mill-ħruġ kostanti tagħhom kienu jikkostitwixxu inċentiv għall-impjanti tal-enerġija konvenzjonali biex jibqgħu fis-suq. Madankollu, l-Istudju tal-2012 jagħmel distinzjoni bejn impjanti konvenzjonali tal-karga bażika (jiġifieri l-impjanti tal-enerġija nukleari, l-impjanti tal-enerġija mill-ilma tax-xmara u l-impjanti tal-enerġija tal-linjite) u l-impjanti tal-enerġija konvenzjonali li huma aktar flessibbli. Il-bżonn ta' ġenerazzjoni minima jirreferi għaż-żewġ tipi ta' ġenerazzjoni. Il-Ġermanja u partijiet terzi, madankollu, fl-argumenti tagħhom ma jagħmlux din id-distinzjoni u ma spjegawx kif il-konsum ta' karga bażika huwa relatat maż-żewġ tipi ta' ġenerazzjoni. Meta jirreferu għall-impjanti tal-enerġija konvenzjonali, dawn jidhru li jirreferu għall-impjanti tal-enerġija ta' karga bażika biss minħabba li jirreferu għal produzzjoni kostanti u l-bżonn li jkollhom l-istess konsum kostanti. B'kuntrast ma' dan, l-Istudju tal-2012 jagħmilha ċara li l-ġenerazzjoni konvenzjonali meħtieġa ma tistax tkun biss fuq karga bażika. L-Istudju tal-2012 fil-fatt jinsisti fuq il-ħtiġijiet ta' flessibbiltà tas-sistema u ż-żmien meħtieġ għall-modifika u l-adattament tal-ġenerazzjoni għall-varjazzjonijiet. Huwa diffiċli li wieħed jara x'inhi r-relazzjoni bejn dawk il-pjanti flessibbli u l-konsumaturi ta' karga bażika. Fil-fatt, kif diġà ssemma fil-premessa 96, għal impjanti tal-elettriku konvenzjonali li jistgħu jiżdiedu b'mod rapidu bħal turbini tal-gass, il-konsumaturi ta' karga bażika mhumiex se jikkostitwixxu inċentiv biex jibqgħu fis-suq peress li l-profittabbiltà tagħhom hija marbuta mal-possibbiltà li jinkisbu prezzijiet ogħla tal-elettriku meta s-sistema tkun taħt stress.

(186)

Barra minn hekk, l-argument li l-eżenzjoni tikkontribwixxi għas-sigurtà tal-provvista għax tgħin biex tiġi żgurata l-eżistenza ta' impjanti tal-enerġija konvenzjonali (karga bażika) hija bbażata fuq raġunament ċirkolari: Peress li l-konsumaturi ta' karga bażika nfushom jeħtieġu provvista kontinwa tal-elettriku, huma stess jagħtu kont ta' responsabbiltà għal parti mill-ġenerazzjoni minima identifikata fl-Istudju tal-2012. Bl-argument li l-konsumaturi ta' karga bażika huma meħtieġa biex tinżamm l-operazzjoni ta' impjanti tal-enerġija, il-Ġermanja u l-partijiet interessati qed jużaw argument ċirkolari sa fejn dawk l-impjanti tal-enerġija huma meħtieġa biex ikopru d-domanda tal-konsumaturi stess. Argument bħal dan ma jistax isostni l-opinjoni li l-eżenzjoni sħiħa kienet xierqa biex tinkiseb is-sigurtà tal-provvista.

(187)

Fl-aħħar nett, ta' min jinnota li l-argument tal-partijiet Ġermaniżi u dawk interessati huwa bbażat fuq is-suppożizzjoni li l-konsumaturi ta' karga bażika huma deċiżivi biex jiżguraw it-teħid tal-elettriku ġġenerat minn dawk l-impjanti u l-vijabbiltà tagħhom.

(188)

Madankollu, l-Istudju tal-2012 jiżvela li l-eżistenza ta' konsumaturi ta' karga bażika mhijiex biżżejjed biex tiżgura t-teħid kostanti minn impjanti tal-enerġija ta' karga bażika u biex tiggarantixxi l-vijabbiltà tagħhom. Fil-paġna 1 tal-Istudju tal-2012, ġie osservat li l-użu kontinwu ta' installazzjonijiet tal-elettriku rinnovabbli u t-tqassim prijoritarju tal-elettriku minn sorsi rinnovabbli jwasslu għal tnaqqis fil-provvista tal-elettriku minn impjanti tal-elettriku konvenzjonali (inkluża l-karga bażika konvenzjonali). Barra minn hekk, il-Ġermanja nnifisha tammetti li fi żminijiet ta' domanda aktar baxxa u produzzjoni tal-elettriku rinnovabbli għolja, il-konsumaturi ta' karga bażika jikkunsmaw l-elettriku rinnovabbli minħabba d-dispaċċ ta' prijorità u l-aċċess minflok ma jikkonsma l-elettriku li normalment kien jiġi pprovdut minn impjanti tal-enerġija b'karga bażika. Dan juri li l-konsum minn konsumaturi ta' karga bażika mhux se jiżgura l-vijabbiltà ta' impjanti tal-enerġija b'karga bażika konvenzjonali u mhux se jagħti s-sensja lill-miżuri ta' stabbiltà tas-sistema (rekwiżiti ta' riżerva ogħla, varjazzjoni mgħaġġla ta' impjanti tal-enerġija meta l-produzzjoni rinnovabbli tonqos, eċċ.) li l-Ġermanja u l-partijiet interessati jsostnu li jistgħu jiġu meħlusa b'operazzjoni kontinwa ta' impjanti tal-enerġija konvenzjonali.

5.3.2.1.2.3.   Konklużjoni dwar l-adegwatezza tal-għajnuna biex tiżgura s-sigurtà tal-provvista u biex tippromwovi l-elettriku rinnovabbli

(189)

Abbażi tal-elementi ta' hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-Ġermanja ma wrietx li l-eżenzjoni sħiħa tista' tikkontribwixxi u li kienet xierqa biex tikkontribwixxi għas-sigurtà tal-provvista jew indirettament għall-promozzjoni tal-elettriku rinnovabbli.

(190)

Anki jekk wieħed jassumi li eżenzjoni sħiħa mit-tariffi tan-netwerk ta' konsumaturi ta' karga bażika kienet xierqa biex tikkontribwixxi għall-objettiv li tiġi żgurata s-sigurtà tal-provvista u indirettament l-iskjerament tal-elettriku minn sorsi rinnovabbli xorta huwa meħtieġ li jiġi vverifikat jekk dan jistax jitqies neċessarju biex jintlaħqu dawk l-objettivi, għandux effett ta' inċentiv, huwa proporzjonat u jekk l-impatt negattiv tal-miżura jibqax iżgħar mill-effett pożittiv tagħha. Se jintwera hawn taħt li dawn ir-rekwiżiti ma ġewx issodisfati. Dan ir-raġunament jikkostitwixxi raġunament sussidjarju, hekk kif il-Kummissjoni tqis li l-għajnuna ma tistax tiġi ddikjarata bħala kompatibbli għall-unika raġuni li ma tistax, fir-realtà, tikkontribwixxi għal objettiv ta' interess komuni.

5.3.2.1.3.   Il-kompetittività tal-industrija Ewropea

(191)

Il-Ġermanja enfasizzat li d-deċiżjoni li l-enerġija nukleari tiġi eliminata gradwalment u ż-żieda fis-sehem tal-elettriku rinnovabbli timplika żieda fil-kostijiet tal-elettriku (kemm il-kostijiet relatati mal-produzzjoni tal-elettriku u t-trażmissjoni tal-elettriku) li se jippenalizzaw b'mod partikolari l-industriji b'użu intensiv tal-elettriku bħal dik tal-karti, is-siment, il-kimika, l-aluminju u industriji oħra tal-metall li ma fihomx ħadid meta mqabbla ma' kompetituri fi Stati Membri oħra li qed jiffaċċjaw ferm inqas kostijiet minn politiki rinnovabbli. L-eżenzjoni toħloq kundizzjonijiet ekwi.

(192)

Madankollu, ta' min jinnota li l-eżenzjoni mhix qed toħloq kundizzjonijiet ekwi u lanqas mhi marbuta ma' kostijiet li jirriżultaw minn politiki tal-enerġija rinnovabbli. Tabilħaqq, l-eżenzjoni sħiħa minn tariffi tan-netwerk li jirrappreżentaw il-kostijiet individwali tal-konsumaturi ta' karga bażika hija li teżenta lill-konsumaturi Ġermaniżi ta' karga bażika mill-kostijiet kollha tan-netwerk tagħhom, inklużi l-kostijiet tal-passaġġ tan-netwerk li qed jgħaqqad il-konsumatur ta' karga bażika lejn l-eqreb impjant tal-enerġija ta' karga bażika. Dawk il-kostijiet ma għandhom l-ebda relazzjoni ma' politiki dwar l-enerġija rinnovabbli u jikkorrispondu għall-kostijiet li l-kompetituri fi Stati Membri oħra jkollhom iħallsu bħala parti mill-ispejjeż normali tal-produzzjoni tagħhom u li l-konsumaturi u l-kompetituri fil-Ġermanja jridu jikkumpensaw permezz tas-soprataxxa ta' Artikolu 19.

(193)

Fl-aħħar nett, ta' min jinnota li l-eżenzjoni sħiħa mmirata lejn it-titjib tal-kompetittività tal-konsumaturi kkonċernati tidher li tmur kontra l-Artikolu 14 tar-Regolament 714/2009 bħala li mhux jirrifletti l-kost, u għall-Artikolu 32 tad-Direttiva 2009/72/KE bħala mhux konformi mal-prinċipju ta' nondiskriminazzjoni. Barra minn hekk, l-eżenzjonijiet mit-tariffi tan-netwerk deċiżi mil-leġiżlatur jew il-Gvern ma jidhrux li huma konformi mal-Artikolu 37(1)(a) tad-Direttiva 2009/72/KE li tistabbilixxi l-prinċipju li t-tariffi jridu jiġu stabbiliti mir-regolatur.

(194)

Għal dawk ir-raġunijiet, ġie konkluż li l-eżenzjoni sħiħa mit-tariffi tan-netwerk li jikkorrispondu għall-ispejjeż individwali attribwibbli lill-konsumaturi ta' karga bażika kkonċernati, sa fejn ikollha l-għan li ssaħħaħ il-kompetittività tal-benefiċjarji, mhijiex kapaċi tikkontribwixxi għal objettiv ta' interess komuni.

5.3.2.2.    Neċessità tal-eżenzjoni sħiħa

(195)

Fi kwalunkwe każ, kif jidher hawn taħt (il-premessi 197 sa 199, anki jekk wieħed jassumi li l-Ġermanja kienet uriet li l-eżenzjoni sħiħa tista' tikkontribwixxi u kienet xierqa biex tiġi żgurata b'mod indirett il-promozzjoni tal-elettriku rinnovabbli u s-sigurtà tal-provvista, ma ntweriex li fl-2012–2013 kienet meħtieġa l-eżenzjoni sħiħa biex jintlaħqu dawk l-objettivi. Dan kien ikun il-każ biss jekk il-Ġermanja tkun uriet li l-eżenzjoni sħiħa kienet meħtieġa biex jinżamm il-konsum ta' karga bażika u biex il-konsumaturi ta' karga bażika ma jkunux jistgħu jaqbdu min-netwerk.

(196)

Madankollu, kif juru l-elementi ta' hawn taħt, il-Ġermanja ma wrietx li mingħajr l-eżenzjoni sħiħa, il-konsumaturi ta' karga bażika joħorġu min-netwerk pubbliku u jew jibnu linja diretta lejn impjant tal-enerġija jew isiru awtofornituri. Barra minn hekk, il-Ġermanja ma wrietx li fin-nuqqas tal-eżenzjoni sħiħa, il-benefiċjarji kkonċernati jibdlu x-xejra ta' konsum tagħhom u jkollhom profil varjabbli ta' tagħbija imprevedibbli.

L-eżenzjoni sħiħa mhijiex meħtieġa biex jiġi evitat li l-konsumaturi ta' karga bażika jibnu linja diretta

(197)

Il-Ġermanja ma wrietx li jekk il-konsumaturi ta' karga bażika li jibbenefikaw mill-eżenzjoni xorta jkunu soġġetti għal tariffi individwali tan-netwerk li normalment jirriżultaw mill-Artikolu 24 tal-EnWG, huma ma jibqgħux jikkontribwixxu għall-objettiv ta' interess komuni (l-istabilizzar tan-netwerk u l-promozzjoni tal-elettriku rinnovabbli) billi jibnu konnessjoni diretta ma' impjant tal-enerġija.

(198)

Dan jidher improbabbli ħafna minħabba li t-tariffi individwali tan-netwerk jiġu kkalkulati abbażi tal-metodoloġija tal-perkorsi fiżiċi li teżamina l-ispejjeż relatati mal-użu tal-passaġġ tan-netwerk bejn il-punt ta' konnessjoni tal-konsumatur ta' karga bażika man-netwerk (punt offtake) u l-eqreb impjant ta' karga bażika. F'dak is-sens, it-tariffi tan-netwerk individwali qed jimitaw l-ispejjeż li jkunu implikati mill-kostruzzjoni ta' linja diretta lejn l-eqreb impjant ta' potenza ta' karga bażika adattat biex jaqbel mad-domanda karga bażika tal-konsumatur ta' karga bażika. Fejn l-ispejjeż kollha jkunu ugwali, konsumatur ta' karga bażika jippreferi li jibqa' konness man-netwerk minflok jinvolvi ruħu f'proċedura ta' permess twila u inċerta. Minħabba li l-linja diretta f'ħafna każijiet tgħaddi minn proprjetajiet li ma jappartjenux għall-konsumatur ta' karga bażika, ikunu meħtieġa diversi permessi u awtorizzazzjoni u dawn huma diffiċli biex jinkisbu hekk kif il-pubbliku ġenerali ta' spiss ikun kontra l-linji tal-elettriku). Barra minn hekk, f'ħafna każijiet, it-tariffi individwali tan-netwerk se jkunu fil-fatt inqas mill-ispejjeż involuti fil-bini ta' linja diretta. Fil-fatt, linja diretta tkun timplika spejjeż ta' investiment sinifikanti għall-konsumaturi kkonċernati ta' karga bażika u tkun teħtieġ ukoll proċeduri ta' permessi twal u għaljin sabiex tinbena l-linja. L-ispejjeż fissi kollha tal-linja għandhom jiġġarrbu minn utent wieħed filwaqt li skont il-metodoloġija tal-perkors fiżiku, iħallas biss sehmu minn dawk l-ispejjeż fissi.

L-eżenzjoni sħiħa mhijiex meħtieġa biex jiġi evitat li l-konsumaturi ta' karga bażika jsiru awtofornituri

(199)

Il-Ġermanja anqas ma wriet li jekk il-benefiċjarji tal-eżenzjoni sħiħa jkunu soġġetti għal tariffi individwali tan-netwerk li normalment jirriżultaw mill-Artikolu 24 tal-EnWG, ikunu f'riskju li jsiru awtofornituri. Il-Ġermanja ma ressqet l-ebda dokument li juri tendenza li l-konsumaturi għandhom ta' karga bażika jsiru awtofornituri minħabba l-livell tat-tariffi individwali tagħhom tan-netwerk qabel l-introduzzjoni tal-eżenzjoni sħiħa. Għall-kuntrarju, id-data sottomessa mill-Ġermanja turi li l-eżenzjoni sħiħa ma għandhiex impatt fuq id-deċiżjoni ta' konsumaturi ta' karga bażika biex jinvolvu ruħhom f'awtoforniment. Il-Ġermanja pprovdiet ċifri għall-għaxar l-akbar benefiċjarji f'termini ta' konsum tal-elettriku għall-perjodu mill-2013 sal-2015 (perjodu li jkopri l-aħħar sena tal-eżenzjoni sħiħa u sentejn li matulhom ġew applikati t-tariffi individwali tan-netwerk). Din id-data turi li sitta minn dawn l-10 impriżi ma kellhomx installazzjoni ta' awtoforniment fl-2013 u ma kisbu l-ebda installazzjoni ta' awtoforniment wara l-introduzzjoni mill-ġdid ta' tariffi individwali tan-netwerk (98). Id-data relatata mal-erba' kumpaniji l-oħra (99) turi li waħda minn dawk il-kumpaniji tinjetta kompletament fil-grilja l-elettriku prodott. It-tliet kumpaniji li fadal kollha kellhom installazzjonijiet ta' awtoforniment diġà fl-2013 u komplew jużawhom matul il-perjodu kollu bejn l-2013 u l-2015 b'xejra ta' tnaqqis għall-ewwel kumpanija, xejra li qed tiżdied għat-tieni kumpanija u xejra pjuttost stabbli għat-tielet kumpanija. Dan jikkonferma li l-eżenzjoni sħiħa mhijiex meħtieġa għall-prevenzjoni tal-awtoforniment u li l-konsumaturi ta' karga bażika għażlu mudelli ta' awtoforniment abbażi ta' fatturi oħra. Dan ġie kkonfermat mill-Ġermanja fil-kummenti tagħha dwar l-għajnuna mill-Istat SA.46526 (2017/N) (100) li fiha l-Ġermanja indikat l-ewwel li soluzzjonijiet ta' awtoforniment fl-industrija intensiva tal-enerġija (101) kienu xprunati minn sinerġiji ma' rekwiżiti tas-sħana, sinerġiji ma' gassijiet ta' skart u residwi ta' produzzjoni u mhux mill-possibbiltà li jiġi evitat il-ħlas tal-imposta fuq l-elettriku li l-konsumaturi jħallsu fil-Ġermanja biex jiġi ffinanzjat l-appoġġ għall-elettriku rinnovabbli (l-hekk imsejjaħ soprataxxa tal-EEG) (102). Il-Ġermanja barra minn hekk uriet li minkejja żieda sinifikanti fis-soprataxxa tal-EEG fil-perjodu 2011 sa 2014 (u s-soprataxxa tal-EEG tirrappreżenta aktar mill-prezz tal-bejgħ bl-ingrossa tal-elettriku mill-2013), l-awtoforniment fl-erba' setturi ewlenin li jirrikorru għall-awtoforniment (il-karta, l-industrija kimika, il-manifattura tal-azzar, ir-raffineriji taż-żejt) baqa' stabbli fil-perjodu mill-2010 sal-2014 (103).

Il-kontribuzzjoni allegata għall-istabbiltà tal-grilja hija diġà kkunsidrata f'tariffi individwali tan-netwerk.

(200)

Sabiex tiġi ġġustifikata l-eżenzjoni sħiħa, il-Ġermanja rreferiet għall-istabbiltà u l-prevedibbiltà tal-konsum ta' karga bażika bħala element importanti biex tiġi ffaċilitata l-ġestjoni tan-netwerk u b'hekk b'mod indirett tiffaċilita s-sigurtà tal-provvista.

(201)

Qed jiġi nnutat, madankollu, li dawn l-elementi kollha diġà ġew ikkunsidrati għall-kalkolu tat-tariffi individwali tan-netwerk peress li dan il-kalkolu jalloka lil kull konsumatur ta' karga bażika biss l-ispejjeż marbuta mal-konnessjoni tan-netwerk bejn dak il-konsumatur ta' karga bażika u l-eqreb impjant ta' karga bażika li jista' jkopri d-domanda tiegħu. L-ispejjeż għall-ibbilanċjar tal-enerġija huma xorta waħda mhux inklużi fl-ispejjeż tan-netwerk b'mod ġenerali u lanqas fit-tariffi individwali tan-netwerk. L-ispejjeż għad-diversi riżervi u spejjeż ta' dispaċċ mill-ġdid mhumiex inklużi fl-ispejjeż tan-netwerk u t-telf tal-enerġija kkalkulat individwalment minħabba t-trasport tal-elettriku huma allokati fi proporzjon mal-porzjon tan-netwerk użat. Anki l-ħtieġa mnaqqsa għal tagħmir ta' kumpens tal-potenza reattiva se tiġi kkunsidrata minħabba li dak it-tagħmir se jiġi inkluż biss fil-kalkolu tat-tariffi individwali tan-netwerk jekk ikunu jinsabu fuq il-passaġġ tan-netwerk bejn l-impjant tal-enerġija ta' karga bażika u l-konsumatur ta' karga bażika.

(202)

Peress li dan il-kalkolu jalloka lil kull konsumatur ta' karga bażika l-ispejjeż marbuta biss mal-konnessjoni tan-netwerk bejn dak il-konsumatur ta' karga bażika u l-eqreb impjant ta' potenza ta' karga bażika li jistgħu jkopru d-domanda tiegħu, għandu jiġi konkluż, li t-tariffi individwali tan-netwerk diġà jqisu b'mod adegwat il-benefiċċji kkawżati mill-konsumaturi ta' karga bażika f'termini ta' ġestjoni tan-netwerk u indirettament tas-sigurtà tal-provvista. Għalhekk ma hemm l-ebda ħtieġa għal xi miżura ta' għajnuna fil-forma ta' eżenzjoni sħiħa u l-Ġermanja ma ressqet l-ebda element li juri li b'tariffi tan-netwerk ibbażati fuq l-ispejjeż individwali (pereżempju bl-użu tal-metodoloġija tal-perkors fiżiku), il-benefiċjarji għandhom isiru konsumaturi bi profil ta' konsum varjabbli u imprevedibbli.

5.3.2.3.    Effett ta' inċentiv

(203)

Barra minn hekk, il-Ġermanja ma wrietx li l-eżenzjoni sħiħa mit-tariffi tan-netwerk ikollha effett ta' inċentiv. Għajnuna jkollha effett ta' inċentiv meta tibdel l-imġiba tal-impriżi kkonċernati b'tali mod li jkunu involuti f'attività addizzjonali li ma jkunux jistgħu jagħmlu mingħajr l-għajnuna jew li jkunu jistgħu jwettqu b'mod ristrett jew differenti.

(204)

Bosta elementi fil-fajl juru li f'ħafna każijiet ingħatat l-eżenzjoni sħiħa lill-konsumaturi ta' karga bażika għall-adozzjoni ta' mudell ta' konsum li jikkorrispondi mal-mudell ta' konsum tas-soltu tagħhom minħabba li l-proċess ta' produzzjoni tagħhom jinvolvi konsum kostanti tal-elettriku. It-tariffi individwali tan-netwerk għall-konsumaturi ta' karga bażika eżistenti ilhom jeżistu mill-2005. Inizjalment dawn it-tariffi individwali tan-netwerk kienu possibbli biss għal konsumaturi ta' karga bażika li jilħqu 7 500 siegħa ta' użu sħiħ. Mill-inqas għall-konsumaturi ta' karga bażika li diġà kienu qed jibbenefikaw mit-tariffi individwali tan-netwerk taħt dak ir-reġim inizjali, l-eżenzjoni sħiħa għalhekk ma biddlitx l-imġiba tagħhom meta mqabbla mal-imġiba tagħhom matul l-applikazzjoni ta' tariffi individwali tan-netwerk u għalhekk ma kellha ebda effett ta' inċentiv. Barra minn hekk, l-għadd ta' konsumaturi ta' karga bażika li jiksbu tariffi individwali tan-netwerk fl-2014 huwa qrib ħafna tal-għadd ta' konsumaturi ta' karga bażika li kisbu eżenzjoni fl-2011 għal 2013 u l-applikanti spiss ikunu l-istess. Dan jikkonferma wkoll li għall-biċċa l-kbira tal-konsumaturi ta' karga bażika, l-eżenzjoni sħiħa ma biddlitx l-imġiba tagħhom meta mqabbla ma' dak li kieku kienu jagħmlu xorta waħda abbażi ta' tariffi individwali tan-netwerk. Il-qrati nazzjonali Ġermaniżi għamlu l-istess osservazzjonijiet (ara l-premessa 52). Fl-aħħar nett, ir-Rapport ta' Evalwazzjoni tal-2015 jenfasizza wkoll li bosta operaturi tan-netwerk kienu osservaw li l-konsumaturi ta' karga bażika kkonċernati diġà kellhom l-istess xejra ta' konsum qabel ma ġiet introdotta l-eżenzjoni sħiħa (104).

5.3.2.4.    Bi proporzjonalità, l-impatt negattiv fuq kundizzjonijiet ta' kummerċ u l-bilanċ kollu

(205)

Anki jekk wieħed jassumi li għal xi konsumaturi ta' karga bażika, l-eżenzjoni sħiħa kienet xierqa, u meħtieġa biex tikkontribwixxi għal objettiv ta' interess komuni u kellha effett ta' inċentiv, ta' min jinnota li l-eżenzjoni sħiħa ma kinitx proporzjonata u li l-impatt negattiv tal-għajnuna jegħleb l-impatt ipotetiku pożittiv tagħha.

(206)

Sabiex tkun proporzjonata, l-eżenzjoni sħiħa kien ikollha tkun limitata għall-ammont meħtieġ biex tiskatta l-bidla fl-imġiba tal-konsumatur ta' karga bażika kkonċernat li tkun ta' benefiċċju għas-sigurtà tal-provvista jew għall-promozzjoni tal-elettriku rinnovabbli.

(207)

Madankollu, il-Ġermanja ma wrietx li l-eżenzjoni sħiħa hija kkalibrata biex tkun limitata għal dak li jkun meħtieġ biex tinċentiva bidla fix-xejra tal-konsum tal-konsumaturi ta' karga bażika, u lanqas li l-eżenzjoni sħiħa hija l-inqas għodda li toħloq distorsjoni biex iżżomm il-kontribuzzjoni tal-konsumaturi ta' karga bażika għall-istabbiltà u s-sigurtà tan-netwerk. F'dan ir-rigward, xi partijiet interessati sostnew li sabiex ikun żgurat li jkunu jistgħu jilħqu s-7 000 siegħa ta' użu sħiħ, l-impjegati tagħhom kellhom bżonn jirriżervaw parti mill-ħin tagħhom għall-monitoraġġ tal-konsum u li konsum kontinwu kien jinvolvi wkoll produzzjoni kontinwa u b'hekk possibbilment żieda fil-ħażniet meta d-domanda għall-prodott kienet qed tonqos. Madankollu, l-istess parti interessata tammetti li dawk l-ispejjeż kienu differenti għal kull kumpanija. Għalhekk, anki jekk wieħed jassumi li sabiex jintlaħqu 7 000 siegħa ta' użu sħiħ, xi wħud mill-konsumaturi ta' karga bażika jiffaċċjaw spejjeż addizzjonali, ma kien hemm l-ebda garanzija li l-eżenzjoni fil-każijiet kollha tikkorrispondi għal dak li kien ikun meħtieġ biex jiġu koperti dawk l-ispejjeż żejda u l-Ġermanja ma wrietx li dan kien il-każ.

(208)

Ta' min jinnota wkoll li l-miżura ma tidhirx li tippromwovi s-sigurtà tal-provvista lil hinn minn dak li huwa diġà kkunsidrat biex jiġu kkalkulati t-tariffi individwali tan-netwerk. Tali kontribuzzjoni addizzjonali ma ġietx murija. Fi kwalunkwe każ, kemm il-Ġermanja kif ukoll il-partijiet interessati jammettu li ma tistax tiġi kkwantifikata.

(209)

Barra minn hekk, ta' min jinnota li anki jekk kien preżunt li l-konsumaturi ta' karga bażika jikkontribwixxu għas-sigurtà tal-provvista lil hinn mill-effett stabilizzanti fuq in-netwerks li diġà ġew ikkunsidrati fid-determinazzjoni tat-tariffi individwali tan-netwerk u kieku jikkontribwixxu indirettament ukoll għall-promozzjoni tal-elettriku rinnovabbli, il-Ġermanja ma wrietx li l-għajnuna hija limitata għal dak li jkun meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-effetti pożittivi. Fir-rapport ta' Evalwazzjoni tagħha tal-2015, il-BNetzA nnutat li l-operaturi tan-netwerks li għandhom il-konsumaturi ta' karga bażika konnessi man-netwerk tagħhom kien mqassmin bejn dawk li jsibu li l-konsumaturi ta' karga bażika kellhom effetti stabbli u dawk li sabu li ma kellhomx tali effetti ta' stabbilizzazzjoni (ara l-figuri 6 u 7 tar-rapport u s-sejbiet f'p. 38 tar-rapport). Minħabba li r-rapport ma jagħmilx din id-distinzjoni, mhuwiex ċar jekk għal dawk l-operaturi tan-netwerk li identifikaw effetti ta' stabbilizzazzjoni, l-effetti kkonċernati jmorrux lil hinn minn dawk li jkunu diġà ġew ikkunsidrati għall-kalkolu tat-tariffi individwali tan-netwerk. TSO wieħed spjega li l-kontribuzzjoni tal-konsumaturi ta' karga bażika għall-istabbiltà tan-netwerks kienet tiddependi fuq iċ-ċirkostanzi speċifiċi tan-netwerk: f'każ ta' tagħbija eċċessiva, il-konsumaturi ta' karga bażika kienu qed jheddu l-istabbiltà tan-netwerk filwaqt li fi żminijiet ta' nuqqas ta' tagħbija, dawn kienu qed jikkontribwixxu sabiex iċ-ċavetta għall-istabbiltà tan-netwerk kienet fil-fatt tagħbija flessibbli (105). Madankollu, b'definizzjoni, il-konsumaturi ta' karga bażika ma jikkostitwixxux tagħbija flessibbli iżda tagħbija stabbli u inflessibbli. Tabilħaqq, jekk il-konsumaturi ta' karga bażika kellhom joffru servizzi ta' flessibbiltà (tnaqqis ta' konsum fuq talba tal-operatur tan-netwerk pereżempju), ma jkunux aktar konformi mad-definizzjoni ta' konsumaturi ta' karga bażika għaliex dawn ma jilħqux aktar is-7 000 siegħa ta' użu sħiħ. Dan jikkonferma mill-inqas, li — jekk wieħed jassumi li taħt ċerti kundizzjonijiet, il-konsumaturi ta' karga bażika jikkontribwixxu għall-istabbiltà tan-netwerk lil hinn minn dak li huwa diġà kkunsidrat għall-kalkolu tat-tariffi individwali tan-netwerk — il-kontribut addizzjonali tal-konsumaturi ta' karga bażika għall-istabbiltà jkun jiddependi fuq kull każ iżda ma jistax jiġi preżunt awtomatikament għal kwalunkwe konsumatur ta' karga bażika li jaqbeż il-10 GWh ta' konsum u jilħaq is-7 000 siegħa ta' użu sħiħ. Lanqas ma jista' jiġi preżunt li din tiġġustifika eżenzjoni sħiħa mit-tariffi tan-netwerk fil-każijiet kollha.

(210)

Barra minn hekk, fir-rigward tal-argument tal-Ġermanja u tal-partijiet interessati li l-eżenzjoni tiżgura l-eżistenza ta' impjanti tal-enerġija konvenzjonali ta' karga bażika, li huma stess huma fornituri importanti ta' servizzi anċillari, ta' min jinnota li l-argument huwa bbażat fuq is-suppożizzjoni li l-ħtiġijiet ta' ġenerazzjoni minimi identifikati fl-Istudju tal-2012 jibqgħu kostanti irrispettivament mid-domanda fil-Ġermanja, li mhuwiex il-każ. Għall-kuntrarju, kif imsemmi fil-premessa 93 ta' din id-Deċiżjoni, l-Istudju tal-2012 jenfasizza fuq il-paġna (i) (il-parti “Ergomiszasammmenfassung”) li l-limitu massimu tal-ġenerazzjoni minima tiddependi ħafna mis-sitwazzjoni attwali, b'mod partikolari l-produzzjoni rinnovabbli iżda wkoll it-tagħbija tad-domanda. Il-Ġermanja ma pprovdiet l-ebda element li juri li l-eżenzjoni sħiħa hija limitata għall-konsum ta' karga bażika li allegatament huwa meħtieġ biex tiġi żgurata l-eżistenza ta' karga bażika ta' impjanti tal-enerġija konvenzjonali u lanqas li maż-żmien ma kien se jiġi kkalibrat biex jadatta għal ħtiġijiet li qed jinbidlu.

(211)

Il-Ġermanja argumentat li ma jkun hemm l-ebda distorsjoni eċċessiva tal-kundizzjonijiet tal-kummerċ peress li l-impatt fuq il-kompetizzjoni se jkun limitat minħabba li l-miżura kkontribwixxiet b'mod sinifikanti għas-sigurtà tal-provvista u bilkemm ikollha impatt fuq il-kompetizzjoni ma' impriżi minn Stati Membri oħra minħabba l-prezzijiet tal-elettriku għoljin ħafna fil-Ġermanja meta mqabbla ma' Stati Membri oħrajn.

(212)

Madankollu, b'riżultat tas-sejbiet skont it-taqsima 5.3.2.1 sa 5.3.2.4 ma jintweriex li l-eżenzjoni sħiħa tkun xierqa biex tinkiseb is-sigurtà tal-provvista u l-promozzjoni tal-elettriku rinnovabbli, u lanqas li tkun meħtieġa u jkollha effett ta' inċentiv. Ukoll, kif muri taħt 205-210 ta' din id-Deċiżjoni, l-għajnuna mhijiex limitata għall-ammont meħtieġ biex jintlaħqu l-objettivi u twassal għal kumpens żejjed. Għalhekk, l-impatt ipotetiku pożittiv tal-għajnuna huwa estremament limitat, jekk dan jeżisti fuq kollox.

(213)

B'kuntrast ma' dan, l-eżenzjoni sħiħa ma tidhirx li tosserva l-Artikolu 32 tad-Direttiva 2009/72/KE u l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 714/2009.

(214)

F'dak li għandu x'jaqsam mad-distorsjoni tal-kompetizzjoni ma' Stati Membri oħrajn u għall-kuntrarju tal-opinjonijiet tal-Ġermanja, dawn ma jistgħux jitqiesu bħala insinifikanti. L-ewwel nett, il-miżura teżenta lill-benefiċjarji bis-sħiħ mit-tariffi tan-netwerk filwaqt li l-kompetituri kollha tagħhom jibqgħu taħt l-obbligu li jħallsu tariffi tan-netwerk fl-Istati Membri rispettivi tagħhom, f'konformità mal-leġiżlazzjoni Ewropea applikabbli. Dan jista' jkollu impatt ta' distorsjoni importanti fuq il-kompetizzjoni minħabba li, kif qalet il-Ġermanja stess, ħafna mill-benefiċjarji huma impriżi li jużaw l-enerġija b'mod intensiv. Għalhekk, il-kostijiet tal-elettriku huma fattur importanti għall-kompetittività tagħhom. It-tieni, iċ-ċirkustanza li l-prezzijiet tal-elettriku jkunu għoljin fil-Ġermanja u jkunu ta' piż kbir fuq il-kostijiet tal-produzzjoni ta' kumpaniji li jużaw ħafna elettriku fil-Ġermanja ma ntwerewx. Min-naħa l-oħra, ta' min jinnota li bejn l-2011 u l-2013, l-utenti elettrointensivi bbenefikaw fil-Ġermanja mit-tnaqqis tat-taxxa fuq l-elettriku, tas-soprataxxa tal-EEG u tas-soprataxxa tal-EEG

(215)

Fuq il-bażi ta' dawn l-elementi, ġie konkluż li l-impatt negattiv tal-għajnuna jaqbeż il-kontribuzzjoni pożittiva ipotetika li jista' jkollha f'termini tal-promozzjoni tal-elettriku rinnovabbli jew is-sigurtà tal-provvista.

5.3.3.   KONKLUŻJONI

(216)

L-għajnuna mogħtija fl-2012 u fl-2013 mhijiex kompatibbli mas-suq intern.

6.   IRKUPRU

(217)

Skont it-Trattat u l-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti, il-Kummissjoni hija kompetenti biex tiddeċiedi li l-Istat Membru kkonċernat irid jabolixxi jew jibdel l-għajnuna meta tkun sabet li din tkun inkompatibbli mas-suq intern (106). Il-Qorti sostniet ukoll b'mod konsistenti li l-obbligu fuq Stat Membru li jabbolixxi għajnuna meqjusa mill-Kummissjoni bħala inkompatibbli mas-suq intern huwa mfassal biex jistabbilixxi mill-ġdid is-sitwazzjoni kif kienet qabel (107).

(218)

F'dan il-kuntest, il-Qorti stabbilixxiet li dan l-objettiv jintlaħaq meta r-riċevitur ikun ħallas lura l-ammonti mogħtija bħala għajnuna illegali, biex b'hekk jitlef il-vantaġġ li jkun ibbenefika minnu minflok il-kompetituri tiegħu fis-suq, u tkun ġiet irkuprata s-sitwazzjoni ta' qabel il-ħlas tal-għajnuna (108).

(219)

F'konformità mal-ġurisprudenza, l-Artikolu 16(1) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 (109) stabbilixxa li “fejn jittieħdu deċiżjonijiet negattivi f'każijiet ta' għajnuna illegali, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi li l-Istat Membru kkonċernat għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jirkupra l-għajnuna mill-benefiċjarju […]”.

(220)

Għalhekk, peress li l-għajnuna inkwistjoni ġiet implimentata bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat u mhijiex kompatibbli mas-suq intern, trid tiġi rkuprata mingħand il-benefiċjarji sabiex terġa' tiġi stabbilita s-sitwazzjoni li kienet teżisti fis-suq qabel l-għoti tagħha. L-irkupru għandu jkopri ż-żmien minn meta ngħata l-vantaġġ akkumulat lill-benefiċjarju, jiġifieri meta l-għajnuna tqiegħdet għad-dispożizzjoni tal-benefiċjarju, sal-irkupru effettiv, u s-somom li għandhom jiġu rkuprati għandhom jinkludu l-imgħax mid-data li fiha l-benefiċjarju akkumula sal-irkupru effettiv.

(221)

Fir-rigward tat-talba mressqa minn xi partijiet interessati li l-irkupru jkun qed jikser il-prinċipju tal-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi, għandu jiġi nnutat li l-Qorti tal-Ġustizzja ripetutament sostniet li d-dritt li wieħed jistrieħ fuq il-prinċipju tal-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi jestendi għal kwalunkwe persuna f'sitwazzjoni fejn istituzzjoni tal-Unjoni tkun ikkawżalha aspettattivi li huma ġustifikati minn assigurazzjonijiet preċiżi li ngħatawlu. Madankollu, jekk operatur ekonomiku prudenti u attent seta' jipprevedi l-adozzjoni ta' miżura tal-Unjoni li x'aktarx taffettwa l-interessi tiegħu, huwa ma jistax jinvoka dak il-prinċipju jekk il-miżura tiġi adottata (110). Fid-dawl ta' dik il-ġurisprudenza, is-sentenza f'PreussenElektra ma setgħetx toħloq aspettattivi leġittimi minħabba li ma xeħtet l-ebda dubju fuq il-possibbiltà li jingħata mandat lil korpi privati biex jamministraw skema ta' għajnuna u biex jikkwalifikaw imposti parafiskali u tariffi bħala riżorsi tal-Istat. Pjuttost, kienet tikkonċerna sitwazzjoni żgħira waħda diġà identifikata f'Van Tiggele (111). Barra minn hekk, il-Kummissjoni waslet għal konklużjoni dwar l-eżistenza ta' għajnuna mill-Istat f'għadd kbir ta' skemi ffinanzjati fuq il-bażi ta' soprataxxa imposta mill-Istat (112).

(222)

Fi kwalunkwe każ, il-Qorti ċċarat f'Essent (113) il-konfini tas-sentenza ta' PreussenElektra u tenniet il-ġurisprudenza preċedenti tagħha li tikkwalifika wkoll bħala riżorsa tal-Istat vantaġġ iffinanzjat mis-soprataxxa imposta mill-Istat u mmaniġġat minn entità maħtura mill-Istat.

(223)

L-interpretazzjoni tar-riżorsi tal-Istat adottata f'din id-deċiżjoni hija konformi mal-ġurisprudenza stabbilita sew tal-Qorti kif ukoll mal-prattika deċiżjonali tal-Kummissjoni. Peress li seta' ġie previst minn kwalunkwe operatur ekonomiku prudenti u allert, l-irkupru ma jkunx qed jikser il-prinċipju tal-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi.

(224)

Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, speċjalment fir-rigward tal-premessa 216, l-għajnuna għandha tiġi rkuprata peress li hija inkompatibbli mas-suq intern u s-somom li għandhom jiġu rkuprati għandhom jinkludu l-imgħax mid-data li fiha l-benefiċjarju akkumula sal-irkupru effettiv.

(225)

L-irkupru għandu jkopri biss l-eżenzjoni sħiħa minn tariffi tan-netwerk mogħtija matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2012 sal-31 ta' Diċembru 2013 permezz ta' tqabbil tat-tariffi individwali tan-netwerk li kienu jkunu dovuti fin-nuqqas tal-eżenzjoni, peress li dik il-parti biss tikkwalifika bħala għajnuna mill-Istat.

(226)

L-ammonti rekuperabbli huma għal kull waħda mis-snin ikkonċernati, it-tariffi individwali tan-netwerk li l-benefiċjarji kien ikollhom iħallsu mingħajr l-eżenzjoni sħiħa.

(227)

It-tariffi individwali tan-netwerk imsemmija fil-premessa preċedenti għandhom jiġu kkalkulati fuq il-bażi tal-metodoloġija ta' perkors fiżiku kif ġiet stabbilita mill-BNetzA fid-dokument ta' gwida tagħha “Leitfaden zur Genehmigung individueller netzentgeltvereinbarungen nach § 19 Abs. 2 S. 1 und 2 StromNEV” maħruġa fis-26 ta' Ottubru 2010.

(228)

L-ammont rekuperabbli, għal kull waħda mis-snin ikkonċernati, ikun ugwali għal mill-inqas 20 % tal-ammont li l-benefiċjarju kien ikollu iħallas kieku kellu jħallas t-tariffi tan-netwerk ippubblikati.

(229)

Meta l-ammont totali tal-vantaġġ riċevut minn benefiċjarju jkun inqas minn EUR 200 000 u meta l-vantaġġ jissodisfa l-kriterji l-oħra kollha stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1407/2013 (114) jew fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1998/2006 (115), it-tali vantaġġ ma għandux jitqies li jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat, u għalhekk ma għandux ikun soġġett għal irkupru.

7.   KONKLUŻJONI

(230)

Ġie konkluż li l-Ġermanja b'mod illegali daħlet fis-seħħ matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2012 sal-31 ta' Diċembru 2013 għajnuna fil-forma ta' eżenzjoni sħiħa minn tariffi tan-netwerk għal konsumaturi ta' karga bażika li jilħqu konsum annwali tal-elettriku ta' mill-inqas 10 GWh u 7 000 siegħa ta' użu sħiħ bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat.

(231)

L-għajnuna mill-Istat tammonta għall-kostijiet tan-netwerk li fil-fatt huma kkawżati mill-konsumaturi ta' karga bażika eżentati fl-2012 u l-2013 jew, fejn dawk il-kostijiet tan-netwerk jammontaw għal inqas mit-tariffi minimi tan-netwerk ta' 20 % tat-tariffi tan-netwerk ippubblikati, għal dawk it-tariffi minimi tan-netwerk. Għal dan il-għan, l-eżenzjoni sħiħa mogħtija taħt it-tieni sentenza tal-Artikolu 19(2) tar-Regolament StromNEV 2011 tiddevja mis-sistema ta' referenza kif kien fis-seħħ. Għaldaqstant kif xieraq, l-għajnuna mill-Istat tammonta għall-valur tat-tariffi individwali tan-netwerk li l-konsumaturi ta' karga bażika ma ħallewx fl-2012 sal-2013 u tikkorrispondi għal mill-inqas 20 % tat-tariffi tan-netwerk ippubblikati fis-snin rispettivi.

(232)

L-għajnuna mill-Istat ma tissodisfax il-kundizzjonijiet ta' kwalunkwe waħda mid-derogi previsti fl-Artikolu 107(2) u (3) tat-Trattat u ma tistax titqies kompatibbli mas-suq intern għal kwalunkwe raġuni oħra. Konsegwentement, hija inkompatibbli mas-suq intern.

(233)

F'konformità mal-Artikolu 16(1) tar-Regolament (UE) 2015/1589, il-Kummissjoni għandha tesiġi li l-Istat Membru kkonċernat jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jirkupra l-għajnuna mingħand il-benefiċjarji. Il-Ġermanja għandha għalhekk tkun obbligata li tirkupra l-għajnuna inkompatibbli,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   L-eżenzjoni sħiħa tal-konsumaturi ta' karga bażika fil-Ġermanja milli jħallsu t-tariffi tan-netwerk, li l-Ġermanja daħħlet fis-seħħ b'mod illegali fl-2012 u fl-2013, tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat sa fejn dawk il-konsumaturi kienu eżentati milli jħallsu tariffi tan-netwerk li jikkorrispondu għall-kostijiet tan-netwerk ikkawżati minnhom jew, fejn dawk il-kostijiet tan-netwerk kienu jammontaw għal inqas mit-tariffi minimi tan-netwerk ta' 20 % tat-tariffi tan-netwerk ippubblikati, milli jħallsu dawk t-tariffi tan-netwerk minimu.

2.   L-għajnuna mill-Istat imsemmija fil-paragrafu 1 iddaħħlet fis-seħħ mill-Ġermanja bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat u hija inkompatibbli mas-suq intern.

Artikolu 2

L-għajnuna individwali mogħtija taħt l-iskema msemmija fl-Artikolu 1 ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat jekk, fiż-żmien li tingħata, hija tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati mir-regolament adottat skont l-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 994/98 (116) li huwa applikabbli fiż-żmien meta tingħata l-għajnuna.

Artikolu 3

(1)   Il-Ġermanja għandha tirkupra l-għajnuna inkompatibbli mogħtija taħt l-iskema msemmija fl-Artikolu 1 mill-benefiċjarji.

(2)   Is-somom li jridu jiġu rkuprati jkollhom imgħax mid-data li fiha jkunu tpoġġew għad-dispożizzjoni tal-benefiċjarji sal-irkupru attwali tagħhom.

(3)   L-imgħax għandu jiġi kkalkulat fuq bażi komposta skont il-Kapitolu V tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 (117).

(4)   Il-Ġermanja għandha tħassar il-ħlasijiet kollha pendenti abbażi tal-iskema tal-għajnuna msemmija fl-Artikolu 1 mid-data li fiha tiġi adottata din id-Deċiżjoni.

Artikolu 4

(1)   L-irkupru tal-għajnuna mogħtija taħt l-iskema msemmija fl-Artikolu 1 għandu jkun immedjat u effettiv.

(2)   Il-Ġermanja għandha tiżgura li din id-Deċiżjoni tiġi implimentata fi żmien erba' xhur mid-data tan-notifika ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 5

(1)   Fi żmien xahrejn min-notifika ta' din id-Deċiżjoni, il-Ġermanja għandha tissottometti l-informazzjoni li ġejja:

(a)

il-lista ta' benefiċjarji li rċevew l-għajnuna taħt l-iskema msemmija fl-Artikolu 1 u l-ammont totali tal-għajnuna riċevuta minn kull wieħed minnhom taħt l-iskema;

(b)

l-ammont totali (il-kapital u l-imgħaxijiet ta' rkupru) li għandu jiġi rkuprat minn kull benefiċjarju;

(c)

deskrizzjoni dettaljata tal-miżuri li diġà ttieħdu u dawk ippjanati biex is-sitwazzjoni ssir konformi ma' din id-Deċiżjoni;

(d)

dokumenti li juru li l-benefiċjarji ġew ordnati jħallsu lura l-għajnuna msemmija fl-Artikolu 1.

(2)   Il-Ġermanja għandha żżomm lill-Kummissjoni infurmata dwar il-progress tal-miżuri nazzjonali li ttieħdu sabiex tiġi implimentata din id-Deċiżjoni sakemm jitlesta l-irkupru tal-għajnuna mogħtija taħt l-iskema msemmija fl-Artikolu 1. Fuq sempliċi talba mill-Kummissjoni, il-Ġermanja għandha immedjatament tissottometti informazzjoni dwar il-miżuri li diġà ttieħdu u dawk ippjanati biex tikkonforma ma' din id-Deċiżjoni. Hija għandha tipprovdi wkoll informazzjoni ddettaljata dwar l-ammonti ta' għajnuna u l-imgħax li diġà ġew irkuprati mingħand il-benefiċjarji.

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Mejju 2018.

Għall-Kummissjoni

Margrethe VESTAGER

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU C 128, 4.5.2013, p. 43.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta' Marzu 2013 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.34045 (2012/C) – il-Ġermanja – Eżenzjoni mit-tariffi tan-netwerk għal konsumaturi kbar tal-elettriku (l-Artikolu 19 tar-Regolament StromNEV) – Stedina biex jitressqu kummenti skont l-Artikolu 108(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU C 128, 4.5.2013, p. 43).

(3)  BGBl. I p. 1554.

(4)  BGBl. I p. 1786.

(5)  Operatur tan-netwerk huwa l-operatur responsabbli għall-operazzjoni u l-ġestjoni sikura ta' netwerk tal-elettriku. L-operaturi tan-netwerk jiddistingwu ruħhom bejn l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni u l-operaturi tas-sistema ta' distribuzzjoni skont jekk joperawx netwerk ta' trażmissjoni jew netwerk ta' distribuzzjoni.

(6)  Minkejja li r-Regolament StromNEV ġie introdott għall-ewwel darba fl-2005, huwa ġie emendat bosta drabi. Din id-Deċiżjoni tirreferi għar-Regolament “StromNEV” inġenerali, fejn id-dispożizzjoni rilevanti għadha ma ġietx modifikata mill-emendi varji. Madankollu, fejn dispożizzjoni kkwotata ġiet modifikata, din id-Deċiżjoni tirreferi b'mod espliċitu għall-verżjoni rilevanti tar-Regolament StromNEV kif ġej:

“StromNEV 2010” tirreferi għall-verżjoni tar-Regolament StromNEV, kif emendat mill-Artikolu 6 tal-Liġi tat-3 ta' Settembru 2010 (BGBl. I p. 2074);

“StromNEV 2011” tirreferi għall-verżjoni tar-Regolament StromNEV, kif emendat mill-Artikolu 7 tal-Liġi tas-26 ta' Lulju 2011 (BGBl. I p. 1554);

“StromNEV 2014” tirreferi għall-verżjoni tar-Regolament StromNEV, kif emendat mill-Artikolu 1 tar-Regolament tal-14 ta' Awwissu 2013 (BGBl. I p. 3250).

(7)  Il-grilja elettrika jenħtieġ li tkun f'bilanċ kostanti bejn l-elettriku mdaħħal u dak ikkunsmat. Jista' jkun hemm żbilanċi, meta l-konsum ikun differenti minn dak previst, jew f'każ ta' waqfien fl-impjant tal-enerġija jew nuqqas f'daqqa ta' riħ jew xemx. L-Operaturi tas-Sistema ta' Trażmissjoni (Transmission System Operators, TSOs) għandhom ir-responsablità biex iżommu n-netwerk f'bilanċ u jdaħħlu l-elettriku meta l-konsum ikun għoli aktar mill-elettriku li jkun ġie effettivament imdaħħal u sabiex dan jinkiseb titnaqqas il-produzzjoni jew jiżdied il-konsum meta l-konsum ikun inqas mill-elettriku mdaħħal. Minħabba li l-elettriku ma jistax jiġi maħżun faċilment, TSO irid jiżgura li jkun jista' (fi żmien sekondi jew minuti) jirrikorri malajr għal enerġija pożittiva jew negattiva. Għaldaqstant, it-TSOs jikkuntrattaw ir-riżervi (imsejħa wkoll “Regelleistung”). Fil-Ġermanja hemm distinzjoni bejn tliet riżervi tan-netwerk: (a) ir-riżerva primarja li abbażi tagħha l-enerġija trid issir disponibbli għat-TSO fi żmien 30 sekonda wara t-talba; (b) ir-riżerva sekondarja li abbażi tagħha l-enerġija trid issir disponibbli fi żmien ħames minuti u r-riżerva tal-minuti (imsejħa wkoll riżerva terzjarja) li abbażi tagħha l-enerġija trid issir disponibbli fi żmien 15-il minuta (ara s-sit web tal-BNetzA: https://www.smard.de/blueprint/servlet/page/home/wiki-article/446/396).

(8)  Il-miżuri ta' dispaċċ mill-ġdid huma marbutin mal-ġestjoni tal-konġestjoni tan-netwerk. Il-konġestjoni tan-netwerk iseħħ meta l-elettriku ġġenerat jeċċedi l-kapaċità tal-elementi tan-netwerk li jikkollegaw il-faċilitajiet tal-produzzjoni mal-punti ta' konsum. Billi jitnaqqas l-output ta' potenza attiva ta' wieħed jew aktar impjanti tal-enerġija f'naħa waħda taż-żona ta' konġestjoni u fl-istess ħin jiżdied l-output ta' potenza attiva ta' wieħed jew iktar impjanti tal-enerġija fin-naħa l-oħra, huwa possibbli li titnaqqas il-konġestjoni filwaqt li l-potenza attiva totali fil-grilja tinżamm viċin il-kostant. Ir-ridispaċċ hija talba maħruġa mill-operatur tas-sistema ta' trażmissjoni għall-impjanti tal-enerġija biex jaġġustaw il-potenza attiva li jdaħħlu sabiex jevitaw jew jeliminaw il-konġestjoni tan-netwerk. It-TSO irid jikkumpensa lill-impjanti tal-enerġija għall-ordni tar-ridispaċċ (https://www.bundesnetzagentur.de/DE/Sachgebiete/ElektrizitaetundGas/Unternehmen_Institutionen/Versorgungssicherheit/Engpassmanagement/Redispatch/redispatch-node.html).

(9)  Meta l-elettriku jiġi ttrasportat, parti minnu jintilef fit-trażmissjoni, għalhekk ikun irid jiddaħħal elettriku addizzjonali biex tintlaħaq il-kwatità tal-elettriku li oriġinarjament tkun iddaħħlet fil-grilja.

(10)  Il-Ġermanja spjegat li f'każ ta' bbilanċjar tal-kostijiet, trid issir distinzjoni bejn il-kostijiet marbutin mar-riżervi u l-provvista attwali tal-enerġija tal-ibbilanċjar negattiva jew pożittiva. Taħt ir-riżervi, il-fornituri tas-servizz jitħallsu għad-disponibbiltà tagħhom. Madankollu, meta l-enerġija effettivament tittieħed mingħandhom abbażi ta' talba tat-TSO, huma jitħallsu addizzjonalment għall-enerġija effettivament fornuta. Il-kostijiet tal-provvista tal-enerġija (pożittiva jew negattiva) attwali jiġu fatturati lill-operatur responsabbli mill-iżbilanċ.

(11)  Il-Ġermanja spjegat li minkejja li dan l-angolu ta' 2 500 siegħa annwali ta' użu sħiħ issa huwa konvenzjoni, huwa bbażat fuq ċifri empiriċi. B'mod empiriku, il-funzjoni tas-simultanjetà qatt ma tkun lineari iżda tiżdied b'inklinazzjoni grafika żgħira ta' madwar 2 500 ta' sigħat sħaħ ta' użu sħiħ, filwaqt li tiżdied b'inklinazzjoni grafika kbira ta' 2 500 ta' sigħat annwali ta' użu sħiħ. Dan iwassal għal żewġ segmenti fil-funzjoni tas-simultanjetà u għalhekk iwassal ukoll għal erba' tariffi tan-netwerk: tariffa waħda tal-konsum u tal-kapaċità għall-utenti taħt l-2 500 siegħa ta' użu sħiħ u tariffa waħda tal-konsum u tal-kapaċità għall-utenti 'l fuq minn 2 500 siegħa ta' użu sħiħ. L-unika alternattiva tkun li tinbena funzjoni tas-simultanjetà bħala kurva konkava iżda dan ikun jirriżulta fil-ħtieġa biex tiġi kkalkulata t-tariffa tal-konsum individwali għal kull utent tan-netwerk fil-Ġermanja (minħabba li l-inklinazzjoni grafika tal-funzjoni tinbidel fuq kull punt tal-kurva). Dan ikun żdied b'mod konsiderevoli l-piż amministrattiv marbut mad-determinazzjoni tat-tariffi tan-netwerk fil-Ġermanja, ikkawża dewmien fil-kalkolu tat-tariffi tan-netwerk għall-utenti tan-netwerk u naqqas it-trasparenza u l-prevedibbiltà ta' tariffi ta' netwerk għall-utenti tan-netwerk.

(12)  Għal eżempju tal-funzjoni tas-simultanjetà, ara Bericht der Bundesnetzagentur zur Netzentgeltsystematik Elektrizität, ta' Diċembru 2015, disponibbli fuq: https://www.bundesnetzagentur.de/SharedDocs/Downloads/DE/Sachgebiete/Energie/Unternehmen_Institutionen/Netzentgelte/Netzentgeltsystematik/Bericht_Netzentgeltsystematik_12-2015.pdf?__blob=publicationFile&v=1.

(13)  Dan jinkiseb billi il-kostijiet annwali speċifiċi tal-livell tan-netwerk jiġu mmultiplikati bil-valur li bih il-funzjoni tas-simultanjetà taqsam l-assi-x fuq iż-0 u f'2 500 siegħa annwali ta' użu sħiħ (rispettivament għall-utenti b'sigħat annwali ta' użu sħiħ taħt l-2 500 siegħa u 'l fuq). Pereżempju, għall-2017, Amprion applika t-tariffa tal-kapaċità li ġejja għal-livell ta' vultaġġ għoli:

< 2 500 h/a

≥ 2 500 h/a

EUR 6,3/kWa

EUR 36,55/kWa

(14)  Dan jinkiseb billi l-kostijiet annwali speċifiċi tal-livell tan-netwerk ikkonċernat jiġu mmuliplikati bl-inklinazzjoni grafika tal-funzjoni tas-simultanjetà sal-angolu ta' 2 500 siegħa ta' użu sħiħ (għall-utenti b'sigħat annwali ta' użu sħiħ taħt l-2 500 siegħa) u bl-inklinazzjoni grafika tal-funzjoni tas-simultanjetà 'l fuq mill-angolu ta' 2 500 siegħa ta' użu sħiħ (għall-utenti b'aktar minn 2 500 siegħa ta' użu sħiħ). Pereżempju, għall-2017, Amprion applika t-tariffa tal-konsum li ġejja għal-livell ta' vultaġġ għoli:

< 2 500 h/a

≥ 2 500 h/a

1,512 ct/kWh

0,302 ct/kWh

(15)  Ir-Regolament tad-29 ta' Ottubru 2007, BGBl. I p. 2529. L-ARegV ġie modifikat bosta drabi. Din id-Deċiżjoni tirreferi inġenerali għal “ARegV”, fejn id-dispożizzjoni rilevanti għadha ma ġietx modifikata mill-emendi varji. Madankollu, fejn dispożizzjoni kkwotata tkun ġiet modifikata, din id-Deċiżjoni tirreferi b'mod espliċitu għall-verżjoni rilevanti tal-ARegV kif ġej:

“ARegV 2011” jirreferi għall-verżjoni tal-ARegV, kif emendat mill-Artikolu 5 tal-Liġi tat-28 ta' Lulju 2011 (BGBl. I p. 1690).

(16)  Ir-rekwiżit ta' 7 000 siegħa ta' użu sħiħ kien previst mir-Regolament StromNEV 2010, applikabbli mill-1 ta' Jannar 2011 u għalhekk kien applikat diġà qabel l-introduzzjoni tal-eżenzjoni kompluta tal-konsumaturi ta' karga bażika. Qabel l-emenda, ir-rekwiżit kien 7 500 siegħa ta' użu sħiħ.

(17)  Ara n-nota f'qiegħ il-paġna 6.

(18)  BNetzA, Leitfaden zur Genehmigung von individuellen Netzentgelten skont l-Artikolu 19 Para. 2 p. 1 u p. 2 StromNEV mill-2011 (29.9.2010).

(19)  Is-servizzi tan-netwerk huma servizzi mwettqa mill-operatur tan-netwerk biex in-netwerk jinżamm f'bilanċ. Is-servizzi tan-netwerk ewlieni huma r-riżervi, il-miżuri ta' dispaċċ mill-ġdid u l-enerġija għat-telf tan-netwerk.

(20)  Impjant tal-enerġija ta' karga bażika huwa stazzjon tal-enerġija li normalment jipprovdi provvista kontinwa tal-elettriku matul is-sena b'xi rekwiżit minimu ta' produzzjoni tal-enerġija. Impjanti tal-enerġija ta' karga bażika jintfew biss matul il-perjodi ta' manutenzjoni, installazzjoni, tiġdid jew tiswija. Bosta partijiet interessati indikaw li l-impjanti tal-enerġija ta' karga bażika jilħqu 7 500 siegħa ta' użu sħiħ kull sena u huma tipikament impjanti tal-enerġija nukleari, impjanti tal-enerġija li jaħdmu bil-linjite, impjanti tal-enerġija li jużaw l-ilma tax-xmara u sa ċertu punt impjanti tal-enerġija li jaħdmu bil-faħam. Dawn jistgħu jvarjaw minn impjanti tal-enerġija ta' karga medja li jilħqu bejn it-3 000 u l-5 000 siegħa kull sena, tipikament impjanti tal-enerġija li jaħdmu bil-faħam u turbini tal-gass u minn impjanti tal-enerġija tal-livell massimu ġeneralment li jaħdmu 1 000 siegħa ta' użu sħiħ matul is-sena u tipikament jikkostitwixxu stazzjonijiet tal-ippumpjar, turbini tal-gass u impjanti tal-enerġija li jaħdmu biż-żejt. Barra minnhekk, il-BNetzA telenka l-impjanti tal-enerġija li ġejjin bħala impjanti tal-enerġija ta' karga bażika: impjanti tal-enerġija nukleari, impjanti tal-enerġija li jużaw l-ilma tax-xmara u impjanti tal-enerġija li jaħdmu bil-linjite. Impjanti tal-enerġija li jaħdmu bil-faħam jistgħu jiġu kkunsidrati bħala impjanti tal-enerġija ta' karga bażika iżda b'fattur ta' tnaqqis ta' 0,8 (ara Leitfaden zur Genehmigung individueller netzentgeltvereinbarungen skont l-Artikolu 19 Para. 2 p. 1 u 2 StromNEV, Paragrafu 1.3.2.2.1). L-impjanti tal-enerġija li jaħdmu bil-faħam jistgħu jiġu kkunsidrati bħala impjanti tal-enerġija ta' karga bażika iżda sa 80 %.

(21)  Ara wkoll in-nota f'qiegħ il-paġna 6.

(22)  Il-BNetzA hija aġenzija tal-gvern federali tal-Ministeru Federali tal-Ġermanja għall-Ekonomija u t-Teknoloġija. Il-kompitu ewlieni tagħha huwa li tiżgura konformità mal-liġi dwar it-telekomunikazzjoni (TKG), il-liġi dwar il-posta (PostG) u l-liġi dwar l-Enerġija (EnWG) u r-Regolamenti rispettivi tagħhom, sabiex tiġi ggarantita l-liberalizzazzjoni tas-swieq għat-telekomunikazzjoni, il-posta u l-enerġija. Hija responsabbli wkoll għar-regolamentazzjoni dwar it-trasport ferrovjarju. F'dawn l-oqsma regolatorji, hija timmonitorja l-aċċess mhux diskriminatorju għan-netwerks u ċ-ċirkostanzi trasparenti, u teżamina t-tariffi tal-aċċess. Sabiex tilħaq l-għanijiet regolatorji tagħha, il-Bundesnetzagentur għandha proċeduri effettivi u strumenti disponibbli, inkluż id-drittijiet ta' informazzjoni u investigazzjoni flimkien mas-setgħa li timponi sanzjonijiet iggradati u d-dritt li tadotta deċiżjonijiet regolatorji. Din għandha Kunsill Konsultattiv li jikkonsisti f'16-il membru tal-Bundestag Ġermaniż u 16-il rappreżentant tal-Bundesrat Ġermaniż; ir-rappreżentanti tal-Bundesrat iridu jkunu membri jew rappreżentanti politiċi tal-gvern ta stat federali. Il-membri u l-membri deputati tal-Kunsill Konsultattiv jinħatru mill-gvern federali permezz ta' proposta tal-Bundestag Ġermaniż u l-Bundesrat Ġermaniż (Artikolu 5 tal-Att dwar l-Aġenzija tan-Newerk Federali għall-Elettriku, il-Gass, it-Telekomunikazzjoni, il-Posta, u t-trasport Ferrovjarju tas-7 ta' Lulju 2005, BGBl. I p. 1970. Il-BNetzA hija mmexxija minn president u żewġ viċi presidenti. Dawn jiġu proposti mill-Kunsill Konsultattiv lill-Gvern (Artikolu 3 tal-Att dwar l-Aġenzija tan-Netwerk Federali għall-Elettriku, il-Gass it-Telekomunikazzjoni, il-Posta, u t-trasport Ferrovrarju tas-7 ta' Lulju 2005, BGBl. I p. 1970). Jinħatru mill-President tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja. Madankollu, il-BNetzA mhijiex l-unika awtorità regolatorja fil-Ġermanja. F'ċerti Bundesländer ġew stabbiliti awtoritajiet regolatorji separati (Landesregulierungsbehörden).

(23)  L-Artikolu 1 tar-Regolament tal-14 ta' Awwissu 2013, li jemenda bosta regolamenti fil-qasam tas-swieq tal-enerġija, BGBl. I p. 3250.

(24)  Il-Liġi għall-Appoġġ tal-Produzzjoni KKombinata tas-Sħana u l-Enerġija tal-25 ta' Ottubru 2008 (BGBl. I p. 2101). Din il-liġi ġiet emendata bl-Artikolu 11 tal-Liġi dwar it-Rieżami tal-Qafas Legali għall-Appoġġ tal-Produzzjoni tal-Elettriku minn Sorsi ta' Enerġija Rinnovabbli tat-28 ta' Lulju 2011 (BGBl. I p. 1634). L-Artikolu 9 tal-KWKG ma nbidilx bejn l-1 ta' Jannar 2011 u l-31 ta' Diċembru 2013. Il-KWKG inbidel fil-21 ta' Diċembru 2015 bil-Liġi għall-Manteniment, l-Immodernizzar u l-Użu tal-Produzzjoni Kkombinata tas-Sħana u l-Enerġija(BGBl. I p. 2498); madankollu, il-mekkaniżmu ta' kumpens pervist bl-Artikolu 9 inżamm (iżda b'mod iktar dettaljat) u ġie inkluż fl-Artikolu 26 sa 28 tal-KWKG tal-21 ta' Diċembru 2015. Il-Liġi għall-manteniment, l-immodernizzar u l-użu tal-Produzzjoni Kkombinata tas-Sħana u l-Enerġija reġgħet ġiet emendata bil-liġi fit-22 ta' Diċembru 2016 li emendat id-dispożizzjonijiet dwar il-produzzjoni ta' elettriku minn koġenerazzjoni u awtoġenerazzjoni (BGBl. I p. 3106).

(25)  Għal deskrizzjoni dettaljata tas-sistema ta' kumpens skont l-Artikolu 9 tal-KWKG (li sar l-Artikolu 29 tal-KWKG 2016 wara l-emendi introdotti bil-Liġi tat-22 ta' Diċembru 2016 li temenda d-dispożizzjonijiet dwar il-produzzjoni tal-elettriku minn koġenerazzjoni u awtoġenerazzjoni (BGBl. I p. 3106), ara d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta' Mejju 2017 dwar l-iskema ta' għajnuna SA.42393 (2016/C) (ex 2015/N) implimentata mill-Ġermanja għal ċerti utenti finali (soprataxxa CHP imnaqqsa, Taqsima 2.3).

(26)  Ara b'mod partikolari l-Artikolu 9(7) tal-KWKG li jipprevedi għall-introduzzjoni tas-soprataxxa għall-elettriku kkunsmat minbarra t-trariffi u l-Artikolu 9(4) tal-KWKG li jagħti lit-TSOs id-dritt li jiksbu ħlas ta' kumpens mid-DSOs (jiġifieri biex jiksbu li d-DSOs jittresferixxu d-dħul tas-soprataxxa lit-TSOs).

(27)  BK8-11-024.

(28)  Filwaqt li l-Artikolu 29(1) tal-EnWG jagħti s-setgħa lil BNetzA biex permezz ta' deċiżjoni regolatorja li hija vinkolanti għall-operaturi tan-netwerk, tiddetermina l-modalitajiet konkreti tal-aċċċess tal-grilja, il-Punt 6 tal-Artikolu 30(2) tar-Regolament StromNEV 2011 jistipula li deċiżjoni regolatorja bħal din, b'mod partikolari, tista' tikkonċerna d-determinazzjoni tat-tariffi tan-netwerk xierqa.

(29)  Qabel jiġu rreġistrati, l-ammonti l-ewwel jiġu kkoreġuti fil-funzjoni tal-volum tal-elettriku trażmess sabiex jiġi evitat li d-differenza fid-dħul tirriżulta mis-sempliċi fatt li l-utenti tan-netwerk ikkunsmaw iktar jew inqas elettriku meta mqabbel mas-suppożizzjonijiet użati għad-determinazzjoni tal-livell ta' dħul massimu approvat.

(30)  Meta l-operaturi tan-netwerk jistabilixxu tariffi tan-netwerk, iridu jivverifikaw skont l-Artikolu 20 tar-Regolament StromNEV li t-tariffi tan-netwerk għandhom jiġu ppubblikati jkunu xierqa biex ikopru l-kostijiet elenkati fl-Artikolu 4 tar-Regolament StromNEV. Dan huwa deżinjat bħala “Verprobung” tat-tariffi tan-netwerk.

(31)  BT-Drs. 17/6365, p. 34.

(32)  VI-3 Kart 178/12 (V). Fis-6 ta' Marzu 2013, il-Qorti Reġjonali Superjuri tat sentenza simili wara li ġiet adita minn operatur tan-netwerk li kkontesta d-deċiżjoni regolatorja tal-14 ta' Diċembru 2011.

(33)  EnVR 32/13.

(34)  Regolament li jemenda bosta Regolamenti fil-qasam tal-Liġi tal-Enerġija (BGBl. I p. 3250).

(35)  BK4-13-739.

(36)  EnVR 34/15.

(37)  EnVR 25/13.

(38)  Ara l-Artikolu 24 tal-EnWG kif emendat bl-Artikolu 1 tal-Att dwar is-suq tal-elettriku tas-26.7.2016 (BGBl. I p. 1786).

(39)  Is-Sentenza tal-24 ta' Lulju 2003, Altmark Trans GmbH and Regierungspräsidium Magdeburg v Nahverkehrsgesellschaft Altmark GmbH, C -280/00, ECLI:EU:C:2003:415.

(40)  L-impjanti tal-enerġija konvenzjonali ġeneralment jiddistingwu ruħhom minn impjanti tal-enerġija bħal turbina eoliċi u pannelli solari li żviluppaw f'dawn l-aħħar snin. L-impjanti tal-enerġija li ġejjin huma kkunsidrati ġeneralment bħala impjanti tal-enerġija konvenzjonali: impjanti tal-enerġija nukleari, impjanti li jaħdmu bil-faħam, biż-żejt, bil-linjite u bil-gass u impjanti tal-idroenerġija.

(41)  IAEW/Consentec/FGH, Studie zur Ermittlung der technischen Mindesterzeugung des konventionellen Kraftwerksparks zur Gewährleistung der Systemstabilität in den deutschen Übertragungsnetzen bei hoher Einspeisung aus erneuerbarer Energien, Abschlussbericht l-20 ta' Jannar 2012.

(42)  BGBl. I p. 2074 u BGBl. I p. 1634.

(43)  BNetzA, Evaluierungsbericht zu den Auswirkungen des § 19 Abs. 2 StromNEV auf den Betrieb von Elektrizitätsversorgungsnetzen – Evaluierungsberichtskont skont l-Artikolu 32 Para. 11 StromNEV, 20.3.2015.

(44)  Ir-rekwiżiti kumulattivi li jaqbżu l-10 GWh ta' konsum u li jilħqu s-7 000 siegħa ta' użu sħiħ diġa' jistgħu jintlaħqu b'tagħbija ta' 1.4 MW.

(45)  Is-sentenza tas-17 ta' Lulju 2008, Ess, C-206/06, ECLI:EU:C:2008:413.

(46)  Id-Direttiva 2009/72/KE tiddefinixxi s-servizz anċillari bħala: “Servizz meħtieġ għall-operazzjoni ta' trażmissjoni ta' sistema ta' distribuzzjoni.” Eżempji ta' servizzi bħal dawn li t-TSOs jistgħu jakkwistaw mill-ġeneraturi huma servizzi anċillari ta' frekwenza (ibbilanċjar tas-sistema) u ta' nonfrekwenza (kontroll tal-vultaġġ u startjar minn mitfi totali) biex jiżguraw il-ġestjoni tas-sistema.

(47)  Ir-Regolament (KE) Nru 714/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar kundizzjonijiet għall-aċċess għan-networks għall-bdil bejn il-fruntieri fl-elettriku u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1228/2003 (ĠU L 211, 14.8.2009, p. 15).

(48)  Id-Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li temenda d-Direttiva 2003/54/KE (ĠU L 211, 14.8.2009, p. 55).

(49)  Il-valutazzjoni hija mingħajr preġudizzju għall-każ ta' ksur attwali 2014/2285 dwar l-Artikolu 24 tal-EnWG.

(50)  Is-sentenza tat-23 ta' Frar 1961, De Gezamenlijke Steenkolenmijnen in Limburg vs l-Awtorità Għolja, 30/59, ECLI:EU:C:1961:2; Is-sentenza tad-19 ta' Mejju 1999, l-Italja vs Il-Kummissjoni, C-6/97, ECLI:EU:T:1999:251, il-paragrafu 15; Is-sentenza tal-5 ta' Ottubru 1999, l-Italja vs il-Kummissjoni, C-251/97, ECLI:EU:T:1999:480, il-paragrafu 35.

(51)  Sentenza tal-24 ta' Lulju 2003, Altmark Trans GmbH u Regierungspräsidium Magdeburg vs Nahverkehrsgesellschaft Altmark GmbH, C -280/00, ECLI:EU:C:2003:415, paragrafi 87–93.

(52)  Ara s-sentenza tas-26 ta' Novembru 2015, Spanja vs Il-Kummissjoni, T-461/13, ECLI:EU:T:2015:891, il-paragrafi 67-75.

(53)  Evaluierungsbericht zu den Auswirkungen des § 19 Abs. 2 StromNEV auf den Betrieb von Elektrizitätsversorgungsnetzen, BNetzA, tat-30 ta' Marzu 2015. Ara wkoll it-tweġibiet tal-Gvern Federali dwar dan ir-rapport lil Membri tal-Parlament Ġermaniż (BT-Dracksache 18/5763, disponibbli taħt: http://dipbt.bundestag.de/doc/btd/18/057/1805763.pdf).

(54)  Ara t-tweġibiet negattivi fil-figuri 6 u 7 tar-rapport u s-sejbiet fuq p. 38 tar-Rapport ta' Evalwazzjoni tal-2015.

(55)  Ara l-p. 38 tar-Rapport ta' Evalwazzjoni tal-2015.

(56)  Għall-iskopijiet tal-eżenzjoni sħiħa, l-ebda distinzjoni ma hija magħmula bejn konsumaturi b'konsum assolutament stabbli ta' aktar minn 8 760 siegħa ta' użu sħiħ u konsumaturi li l-konsum tagħhom huwa anqas stabbli.

(57)  Is-sentenza tas-16 ta' Jannar 2018, EDF vs Il-Kummissjoni, T-747/15, ECLI:EU:T:2018:6, il-paragrafi 218 sa 251.

(58)  Ara p. (i) tal-Istudju tal-2012, taħt l-intestatura “Ergbniszamesammenungw”.

(59)  Stadju 1: 49,8 Hz Twissija tal-impjegati u l-iskedar tal-kapaċità tal-istazzjon tal-enerġija li ma tkunx għadha attivata, skont id-direzzjonijiet tat-TSO, u t-tnaqqis tal-pompi.

Stadju 2: Tnaqqis istantanju ta' 49,0 Hz ta' tagħbija ta' 10 - 15 % mit-tagħbija tas-sistema.

Stadju 3: Tnaqqis istantanju tat-tagħbija ta' 48,7 Hz ta' 10 -15 % oħra mit-tagħbija tas-sistema.

Stadju 4: Tnaqqis istantanju tat-tagħbija ta' 48,4 Hz ta' 15 -20 % oħra mit-tagħbija tas-sistema.

Stadju 5: Skonnessjoni ta' 47,5 Hz tal-faċilitajiet kollha tal-ġenerazzjoni min-netwerk.

(60)  Id-domanda massima fil-Ġermanja kienet ta' 83,1 GW fl-2013, ara RAP (2015): Rapport dwar is-sistema Ġermaniża tal-enerġija. Verżjoni 1.0. Studju kkummissjonat minn Agora Energiewende disponibbli hawn: https://www.agora-energiewende.de/fileadmin/downloads/publikationen/CountryProfiles/Agora_CP_Germany_web.pdf

(61)  F'netwerk li juża kurrent alternattiv, huma meħtieġa kemm l-enerġija reali kif ukoll l-enerġija reattiva biex jiġi trażmess l-elettriku. L-enerġija elettrika hija l-enerġija kkunsmata u ttrasportata fuq il-linji tal-elettriku. B'kuntrast ma' dan, il-potenza reattiva hija meħtieġa biex jinżamm il-vultaġġ tal-linja (pereżempju ara spjegazzjonijiet mogħtija minn Amprion: https://www.amprion.net/%C3%9Cbertragungsnetz/Physikalische-Grundlagen/Blind-Wirkleistung/). Hija tiġi prodotta minn ġeneraturi sinkroniċi u apparat ieħor ta' kumpens tal-potenza reattiva. Il-potenza reattiva għandha t-tendenza li tonqos meta l-linji elettriċi jkunu twal tant li l-linji elettriċi jeħtieġu l-installazzjoni ta' apparat ta' kumpens tal-potenza reattiva fin-nofs tal-linja.

(62)  Is-sentenza tad-29 ta' April 2004, in-Netherlands vs il-Kummissjoni, C-159/01, ECLI:EU:T:2004:246, il-paragrafu 43; Is-sentenza tas-6 ta' Settembru 2006, il-Portugall vs il-Kummissjoni, C-88/03, ECLI:EU:T:2006:511, il-paragrafu 80; Is-sentenza tat-8 ta' Settembru 2011, il-Kummissjoni vs in-Netherlands, C-279/08, ECLI:EU:T:2011:551, il-paragrafu 62; Is-sentenza tal-21 ta' Diċembru 2016, il-Kummissjoni vs Hansestadt Lübeck, C-524/14, ECLI:EU:T:2016:971, il-paragrafu 53-60; Is-sentenza tal-21 ta' Diċembru 2016, il-Kummissjoni vs Worksd Duty Free Group SA, il-kawżi konġunti C-20/15 P u C-21/15 P, ECLI:EU:C:2016:981, il-paragrafi 92–94.

(63)  Is-sentenza tas-6 ta' Settembru 2006, il-Portugall vs il-Kummissjoni, C-88/03, ECLI:EU:C:2006:511, paragrafu 56 u s-sentenza tal-21 ta' Diċembru 2016, il-Kummissjoni vs Hansestadt Lübeck, C-524/14 P, ECLI:EU:C:2016:971, paragrafu 55.

(64)  EnVR 34/15, paragrafu 27.

(65)  Is-sentenza tad-29 ta' April 2004, in-Netherlands vs il-Kummissjoni, C-159/01, ECLI:EU:T:2004:246, il-paragrafu 42; Is-sentenza tat-8 ta' Settembru 2011, il-Kummissjoni vs in-Netherlands, C-279/08, ECLI:EU:T:2011:551, il-paragrafu 62.

(66)  Ara l-Avviż tal-Kummissjoni dwar il-kunċett ta' għajnuna mill-Istat kif imsemmi fl-Artikolu 107(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU C 262, 19.7.2016, p. 1), punt 138; Ara s-Sentenza tat-8 ta' Settembru 2011, Paint Graphos u oħrajn, kawżi konġunti C-78/08 sa C-80/08, ECLI:EU:C:2011: 550, paragrafi 69 u 70; Is-sentenza tas-6 ta' Settembru 2006, il-Portugall vs il-Kummissjoni, C-88/03, ECLI:EU:T:2006:511, il-paragrafu 81; Is-sentenza tat-8 ta' Settembru 2011, il-Kummissjoni vs in-Netherlands, C-279/08 P, ECLI:EU:C:2011:551; Is-sentenza tat-22 ta' Diċembru 2008, British Aggregates vs il-Kummissjoni, C-487/06 P, ECLI:EU:C:2008:757; Is-sentenza tat-18 ta' Lulju 2013, P Oy, C-6/12, ECLI:EU:T:2013:525, il-paragrafu 27 et seq.

(67)  Is-sentenza tat-22 ta' Marzu 1977, Steinike & Weinlig v il-Ġermanja, C-78/76, ECLI:EU:C:1977:52, il-paragrafu 21; is-sentenza tat-13 ta' Marzu 2001, PreussenElektra,C-379/98, ECLI:EU:C:2001:160, il-paragrafu 58; is-sentenza tat-30 ta' Mejju 2013, Doux Elevage, C-677/11, ECLI:EU:C:2013:348, il-paragrafu 26; is-sentenza tad-19 ta' Diċembru 2013, Association Vent de Colère, C-262/12, ECLI:EU:C:2013:851, il-paragrafu 20; is-sentenza tas-17 ta' Marzu 1993, Sloman Neptun, il-kawżi magħquda C-72/91 u C-73/91, ECLI:EU:C:1993:97, il-paragrafu 19; is-sentenza tad-9 ta' Novembru 2017, Il-Kummissjoni vs TV2/id-Danimarka, C-656/15 P, ECLI:EU:C:2017:836, il-paragrafu 44.

(68)  Is-sentenza tat-30 ta' Mejju 2013, Doux Elevage u Cooperative agricole UKL-ARREE, C-677/11, ECLI:EU:C:2013:348, il-paragrafu 34; is-sentenza tas-27 ta' Settembru 2012, Franza vs il-Kummissjoni, T-139/09, ECLI:EU:T:2012:496, il-paragrafu 36; is-sentenza tad-19 ta' Diċembru 2013, Association Vent de Colère, C-262/12, ECLI:EU:C:2013:851, il-paragrafu 21.

(69)  Ara s-sentenza tas-16 ta' Mejju 2002, Franza vs il-Kummissjoni, C-482/99, ECLI:EU:C:2002:294, il-paragrafu 36; is-sentenza tas-17 ta' Lulju 2008, Essent Netwerk Noord, C-206/06, ECLI:EU:C:2008:413, il-paragrafu 70; Is-sentenza tad-19 ta' Diċembru 2013Association Vent De Colère! u Oħrajn, C-262/12, ECLI:EU:C:2013:851, paragrafi 19-21; Is-sentenza tat-13 ta' Settembru 2017ENEA, C-329/15, ECLI:EU:C:2017:671, il-paragrafu 25; ara wkoll is-Sentenza tat-30 ta' Mejju 2013, Doux Elevage u Cooperative agricole UKL-ARREE, C-677/11, ECLI:EU:C:2013:348, il-paragrafu 34 u s-sentenza tat-19 ta' Marzu 2013, Bouygues Telecom vs Il-Kummissjoni, kawżi magħquda C-399/10 P u C-401/10 P, ECLI:EU:C:2013:175, il-paragrafu 100.

(70)  Is-sentenza tat-12 ta' Diċembru 1996, Air France vs il-Kummissjoni, T-358/94, ECLI:EU:T:1996:194, il-paragrafi 63-65; Is-sentenza tad-9 ta' Novembru 2017, il-Kummissjoni vs TV2/id-Danimarka,C-656/15, ECLI:EU:C:2017:836, il-paragrafu 48.

(71)  Is-sentenza tas-27 ta' Settembru 2012, Franza vs il-Kummissjoni, T-139/09, ECLI:EU:T:2012:496.

(72)  Is-sentenza tas-27 ta' Settembru 2012, Franza vs il-Kummissjoni, T-139/09, ECLI:EU:T:2012:496, il-paragrafu 61.

(73)  Is-sentenza tat-12 ta' Diċembru 1996, Air France vs il-Kummissjoni, T-358/94, ECLI:EU:T:1996:194, il-paragrafi 65-67; Is-sentenza tas-16 ta' Mejju 2002, Franza vs il-Kummissjoni, C-482/99, ECLI:EU:C:2002:294, il-paragrafu 37; Is-sentenza tat-30 ta' Mejju 2013, Doux Elevage u Cooperative agricole UKL-ARREE, C-677/11, ECLI:EU:C:2013:348, il-paragrafu 35.

(74)  Għal dan il-għan, ara s-sentenza tat-22 ta' Marzu 1977, Steinike & Weinlig, C-78/76, ECLI:EU:C:1977:52, il-paragrafu 21; is-sentenza tas-17 ta' Marzu 1993, Sloman Neptun, il-kawżi konġunti C-72/91 u C-73/91, ECLI:EU:C:1993:97, il-paragrafu 19, u s-sentenza tal-10 ta' Mejju 2016, il-Ġermanja vs il-Kummissjoni, T-47/15, ECLI:EU:T:2016:281, il-paragrafu 81; is-sentenza tad-9 ta' Novembru 2017, il-Kummissjoni vs TV2/id-Danimarka,C-657/15 P, ECLI:EU:C:2017:837, il-paragrafu 36.

(75)  Is-sentenza tas-17 ta' Lulju 2008, Essent Netwerk Noord, C-206/06, ECLI:EU:C:2008:413.

(76)  Is-sentenza tas-17 ta' Lulju 2008, Essent Netwerk Noord, C-206/06, ECLI:EU:C:2008:413, il-paragrafu 74;

(77)  Is-sentenza tas-17 ta' Lulju 2008, Essent Netwerk Noord, C-206/06, ECLI:EU:C:2008:413, il-paragrafu 66.

(78)  Is-sentenza tad-19 ta' Diċembru 2013, Association Vent de Colère, C-262/12, ECLI:EU:T:2013:851, il-paragrafu 27.

(79)  Is-sentenza tat-30 ta' Mejju 2013, Doux Elevage, C-677/11, ECLI:EU:C:2013:348; Is-sentenza tal-15 ta' Lulju 2004, Pearle, C-345/02, ECLI:EU:C:2004:448.

(80)  BGBl. I p. 2633.

(81)  Is-sentenza tat-13 ta' Marzu 2001, PreussenElektra,C-379/98, ECLI:EU:C:2001:160, il-paragrafi 58 u 59.

(82)  Is-sentenza tat-13 ta' Marzu 2001, PreussenElektra,C-379/98, ECLI:EU:C:2001:160, il-paragrafu 56. Ara wkoll is-sentenza tas-17 ta' Lulju 2008, Essent Netwerk Noord, C-206/06, ECLI:EU:C:2008:413, il-paragrafu 74, fejn il-Qorti tinnota li fi PreussenElektra, l-impriżi ma ġewx maħtura mill-Istat biex jamministraw riżorsa tal-Istat.

(83)  Is-sentenza tad-19 ta' Diċembru 2013, Association Vent de Colère, C-262/12, ECLI:EU:C:2013:851, il-paragrafi 34-36.

(84)  Is-sentenza tat-13 ta' Settembru 2017, ENEA,C-329/15, ECLI:EU:C:2017:671, il-paragrafu 30.

(85)  Ara l-Paragrafi 1,3,4 u 5 tal-Att dwar l-Aġenzija tan-Netwerk Federali għall-Elettriku, il-Gass, it-Telekomunikazzjoni, s-Servizzi Postali u l-Ferroviji tas-7 ta' Lulju 2005 (BGBl. I p. 1970, 2009).

(86)  Is-sentenza tat-13 ta' Marzu 2001, PreussenElektra, C-379/98, ECLI:EU:C:2001:160 u sentenza tat-13 ta' Settembru 2017, ENEA, C-329/15, ECLI:EU:C:2017:671.

(87)  Is-sentenza tat-13 ta' Marzu 2001, PreussenElektra, C-379/98, ECLI:EU:C:2001:160 u sentenza tat-13 ta' Settembru 2017, ENEA, C-329/15, ECLI:EU:C:2017:671.

(88)  Is-sentenza tat-8 ta' Mejju 2013, Libert and Others, il-kawżi magħquda C-197/11 u C-203/11, ECLI:EU:C:2013:288, il-paragrafu 76.

(89)  Is-sentenza tat-8 ta' Mejju 2013, Libert and Others, il-kawżi magħquda C-197/11 u C-203/11, ECLI:EU:C:2013:288, il-paragrafu 77

(90)  Ara s-sentenza tas-17 ta' Settembru 1980, Phillip Morris, 730/79, ECLI:EU:C:1980:209, il-paragrafu 11

(91)  Is-sentenza tat-3 ta' Marzu 2005, Wolfgang Heiser vs Finanzamt Innsbruck, C-172/03, ECLI:EU:C:2004:678, il-paragrafu 54.

(92)  Is-sentenza tal-14 ta' Jannar 2009, Kronoply v Commission, T-162/06, ECLI:EU:T:2009:2, b'mod speċjali l-paragrafi 65, 66, 74 u 75; is-sentenza tat-8 ta' Ġunju 1995, Siemens v Commission, T-459/93, ECLI:EU:T:1995:100, il-paragrafu 48.

(93)  Is-sentenza tat-28 ta' April 1993, Italy v Commission, C-364/90, ECLI:EU:T:1993:157, il-paragrafu 20; is-sentenza tal-15 ta' Ġunju 2005, Regione autonoma della Sardegna v Commission, T-171/02, ECLI:EU:T:2005:219, il-paragrafi 166-168.

(94)  Linji Gwida tal-Komunità dwar l-Għajnuna mill-Istat għall-Ħarsien Ambjentali (2008/C 82/01) (ĠU C 82, 1.4.2008, p. 1).

(95)  Ir-rispons għad-domanda jindika bidliet fl-użu tal-elettriku minn konsumaturi finali mix-xejriet ta' konsum normali tagħhom b'reazzjoni għall-bidliet fil-prezz tal-elettriku maż-żmien (inaqqsu l-konsum tagħhom meta l-prezzijiet ikunu għoljin u jżidu l-konsum meta l-prezzijiet ikunu baxxi).

(96)  Dwar is-sigurtà tal-provvista, ara l-Artikolu 194(1)(b) tat-Trattat u l-Artikolu 3(11) tad-Direttiva 2009/72/KE u s-sentenza tat-22 ta' Ottubru 2013, Staat der Nederlanden v Essent and Others, kawżi magħquda C-105/12 sa C-107/12, ECLI:EU:C:2013:677, paragrafu 59; dwar il-promozzjoni tal-enerġija rinnovabbli, ara l-Artikolu 194(1)(c) tat-Trattat u d-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 16), il-Artikolu 48 tal-EAG u l-premessa 231 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta' Lulju 2014 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.38632 — il-Ġermanja — EEG 2014 — Riforma tal-Liġi dwar l-Enerġija Rinnovabbli (ĠU C 325, 2 ta' Ottubru 2015, p. 4).

(97)  BGBl. I p. 2998.

(98)  Dawk il-kumpaniji kienu jagħmlu parti minn […] u mis-settur […].

(99)  Dawk il-kumpaniji kienu jappartjenu għas-settur […], fis-settur […] u l-[…] industrija.

(100)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' Diċembru 2017 dwar SA.46526 (2017/N) — il-Ġermanja — Ħlas addizzjonali għal awtoġenerazzjoni skont l-EEG 2017.

(101)  Il-Ġermanja indikat li bosta konsumaturi ta' karga bażika kienu impriżi li jużaw ħafna enerġija.

(102)  Ara l-premessa 60 tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-każ SA.46526.

(103)  Ara l-premessa 61 tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-każ SA.46526.

(104)  Ara l-p. 38 tar-Rapport ta' Evalwazzjoni tal-2015.

(105)  Ara l-p. 38 tar-Rapport ta' Evalwazzjoni tal-2015.

(106)  Ara s-sentenza tat-12 ta' Lulju 1973, Il-Kummissjoni vs il-Ġermanja, C-70/72, ECLI:EU:T:1973:87, il-paragrafu 13.

(107)  Ara s-sentenza tal-14 ta' Settembru 1994, Spanja vs il-Kummissjoni, il-kawżi magħquda C-278/92, C-279/92 u C-280/92, ECLI:EU:C:1994:325, il-paragrafu 75.

(108)  Ara s-sentenza tas-17 ta' Ġunju 1999, Il-Belġju vs Il-Kummissjoni, C-75/97, ECLI:EU:T:1999:311, il-paragrafi 64 u 65.

(109)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 tat-13 ta' Lulju 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 248, 24.9.2015, p. 9).

(110)  Ara s-sentenza tat-22 ta' Ġunju 2006, Forum 187 vs il-Kummissjoni, il-kawżi magħquda C-182/03 u C-217/03, ECLI:EU:C:2006:416, il-paragrafu 147.

(111)  Ara s-sentenza tal-24 ta' Jannar 1978, Van Tiggele, C-82/77, ECLI:EU:C:1978:10.

(112)  Ara pereżempju: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta' Lulju 2006 dwar l-Għajnuna mill-Istat NN162a/2003 u N317a/2006 — l-Awstrija — Appoġġ għall-Produzzjoni tal-Elettriku rinnovabbli skont l-Att dwar l-Elettriku Ekoloġiku Awstrijak (ĠU C 221 tal-14 ta' Settembru 2006, p. 8); Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta' Frar 2012 dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.33384 — L-Awstrija — L-Att dwar l-Enerġija Ekoloġika 2012 (ĠU C 156 tat-2 ta' Ġunju 2012, p. 1); Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta' April 2010 dwar l-għajnuna mill-Istat N94/2010 — ir-Renju Unit — Għalf f'tariffi biex tiġi appoġġata l-ġenerazzjoni ta' elettriku rinnovabbli minn sorsi baxxi ta' karbonju (ĠU C 166 tal-25 ta' Ġunju 2010, p. 2); Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta' April 2007 dwar l-Għajnuna mill-Istat C 7/2005 — Is-Slovenja — it-Tariffi tal-Elettriku tas-Slovenja (ĠU C 219 tal-24 ta' Awwissu 2007, p. 9); Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta' Ottubru 2009 dwar l-Għajnuna mill-Istat N 354/2009 — is-Slovenja — Appoġġ għall-produzzjoni tal-elettriku minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli u f'installazzjonijiet ta' koġenerazzjoni (ĠU C 285 tas-26 ta' Novembru 2009, p. 2); Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta' Settembru 2007 dwar l-Għajnuna mill-Istat N 571/2006 — l-Irlanda — il-Programm ta' appoġġ RES-E (ĠU C 311 tal-21 ta' Diċembru 2007, p. 2); Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta' Ottubru 2011 dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.31861 — l-Irlanda — il-ġenerazzjoni tal-elettriku tal-bijomassa (ĠU C 361 tal-10 ta' Diċembru 2011, p. 2); Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta' Lulju 2009 dwar l-Għajnuna mill-Istat N 143/2009 — Ċipru — Skema ta' għajnuna ta' tħeġġiġ għall-ġenerazzjoni tal-elettriku minn riħ kummerċjali, solari, minn sistemi fotovoltajċi u bijomassa kummerċjali kbar (ĠU C 247 tal-15 ta' Ottubru 2009, p. 2); Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' Marzu 2003 dwar l-Għajnuna mill-Istat N 707/2002 u N 708/2002 — in-Netherlands — MEP stimulering duurzame energie & MEP Stimulering warmtekrachtkoppeling (ĠU C 148 tal-25 ta' Ġunju 2003, p. 8); Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta' Ġunju 2002 dwar l-Għajnuna mill-Istat C 43/2002 (ex NN 75/2001) — il-Lussemburgu — Il-fond ta' kumpens għall-organizzazzjoni tas-suq tal-elettriku (ĠU L 159 tal-20 ta' Ġunju 2009, p. 11); Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta' Lulju 2014 dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.38632 — il-Ġermanja – EEG 2014 – Ir-riforma tal-Liġi dwar l-Enerġija Ekoloġika (ĠU C 325 tat-2 ta' Ottubru 2015, p. 4); Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta' Marzu 2011 dwar l-Għajnuna mill-Istat C 24/2009 — l-Awstrija — Għajnuna mill-Istat għal negozji konċentrati fl-enerġija skont l-Att dwar l-Enerġija Ekoloġika fl-Awstrija (ĠU L 235 tal-10 ta' Settembru 2011, p. 42).

(113)  Ara s-sentenza tas-17 ta' Lulju 2008, Essent Netwerk Noord, C-206/06, ECLI:EU:T:2008:413, il-paragrafu 74.

(114)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1407/2013 tat-18 ta' Diċembru 2013 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna de minimis (ĠU L 352, 24.12.2013, p. 1).

(115)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1998/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għall-għajnuna de minimis (ĠU L 379, 28.12.2006, p. 5).

(116)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 994/98 tas-7 ta' Mejju 1998 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 92 u 93 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għal ċertu kategoriji ta' għajnuna Statali orizzontal (ĠU L 142, 14.5.1998, p. 1).

(117)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 tal-21 ta' April 2004 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewrpea (ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1).