25.2.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 55/16 |
DEĊIŻJONI (UE) 2019/323 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tat-12 ta' Frar 2019
li tinnomina kapijiet ta' unitajiet ta' xogħol għall-adozzjoni ta' deċiżjonijiet iddelegati fuq poteri superviżorji mogħtija taħt id-dritt nazzjonali (BĊE/2019/5)
IL-BORD EŻEKUTTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikolu 11.6 tiegħu,
Wara li ra d-Deċiżjoni (UE) 2017/933 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-16 ta' Novembru 2016 dwar qafas ġenerali għad-delegazzjoni ta' setgħat ta' teħid ta' deċiżjonijiet għal strumenti legali relatati ma' kompiti superviżorji (BĊE/2016/40) (1) u b'mod partikolari l-Artikoli 4 u 5 tagħha,
Wara li ra d-Deċiżjoni (UE) 2019/322 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-31 ta' Jannar 2019 dwar id-delegazzjoni tas-setgħa li jiġu adottati deċiżjonijiet fuq poteri superviżorji mogħtija taħt id-dritt nazzjonali (BĊE/2019/4) (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 3 tagħha,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni BĊE/2004/2 tad-19 ta' Frar 2004 li tadotta r-Regoli tal-Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 10 tagħha,
Billi:
(1) |
Ġiet stabbilita proċedura għall-adozzjoni ta' deċiżjonijiet iddelegati speċifiċi biex tindirizza n-numru konsiderevoli ta' deċiżjonijiet illi l-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) irid jadotta għat-twettiq tal-kompiti superviżorji tiegħu. |
(2) |
Deċiżjoni ta' delega hija effettiva mal-adozzjoni ta' deċiżjoni mill-Bord Eżekuttiv li tinnomina kap ta' unità tax-xogħol jew aktar biex jieħu deċiżjonijiet abbażi ta' deċiżjoni ta' delega. |
(3) |
L-importanza tad-deċiżjoni ta' delega u n-numru ta' indirizzati li lilhom iridu jintbagħtu d-deċiżjonijiet iddelegati għandhom jiġu kkunsidrati mill-Bord Eżekuttiv fin-nomina ta' kapijiet ta' unitajiet ta' xogħol. |
(4) |
Il-President tal-Bord Superviżorju ġie kkonsultat dwar il-kapijiet ta' unitajiet ta' xogħol li lilhom għandha tiġi ddelegata s-setgħa biex jadottaw deċiżjonijiet dwar poteri superviżorji mogħtija taħt id-dritt nazzjonali. |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Deċiżjonijiet iddelegati dwar poteri superviżorji mogħtija taħt id-dritt nazzjonali
Deċiżjonijiet iddelegati skont id-Deċiżjoni (UE) 2019/322 (BĊE/2019/4) jiġu adottati minn wieħed mill-kapijiet ta' unitajiet ta' xogħol li ġejjin:
(a) |
id-Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali Superviżjoni Mikroprudenzjali I, jekk is-superviżjoni tal-entità jew grupp taħt superviżjoni relevanti hija mwettqa mid-Direttorat Ġenerali Superviżjoni Mikroprudenzjali I; |
(b) |
id-Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali Superviżjoni Mikroprudenzjali II, jekk is-superviżjoni tal-entità jew grupp taħt superviżjoni relevanti hija mwettqa mid-Direttorat Ġenerali Superviżjoni Mikroprudenzjali II; jew |
(c) |
jekk Direttur Ġenerali ma jkunx disponibbli, id-Deputat Direttur Ġenerali tagħhom. |
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Din id-deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Ufficjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Frankfurt am Main, it-12 ta' Frar 2019.
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI
(1) ĠU L 141, 1.6.2017, p. 14.
(2) Ara l-paġna 7 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.