19.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 323/1


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/2016

tat-18 ta' Diċembru 2018

li jawtorizza t-tqegħid fis-suq taż-żerriegħa mqaxxra tad-Digitaria exilis bħala ikel tradizzjonali minn pajjiż terz skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2015 dwar ikel ġdid, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1852/2001 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 15(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2015/2283 jipprevedi li l-ikel ġdid awtorizzat imniżżel fil-lista tal-Unjoni biss jista' jitqiegħed fis-suq fl-Unjoni. L-ikel tradizzjonali minn pajjiż terz huwa ikel ġdid iddefinit fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2015/2283.

(2)

Bi qbil mal-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2015/2283, ġie adottat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 (2) li jistabbilixxi l-lista tal-Unjoni tal-ikel ġdid awtorizzat.

(3)

Skont l-Artikolu 15(4) tar-Regolament (UE) 2015/2283, il-Kummissjoni trid tiddeċiedi dwar l-awtorizzazzjoni u dwar it-tqegħid fis-suq tal-Unjoni ta' ikel tradizzjonali minn pajjiż terz.

(4)

Fit-23 ta' Jannar 2018, il-kumpanija Obà Food Srl. (“l-applikant”) ippreżentat notifika lill-Kummissjoni li kienet biħsiebha tqiegħed iż-żerriegħa mqaxxra tad-Digitaria exilis (Kippist) Stapf (“Fonio”) fis-suq tal-Unjoni bħala ikel tradizzjonali minn pajjiż terz skont it-tifsira tal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2015/2283. L-applikant qed jitlob li ż-żerriegħa mqaxxra tad-Digitaria exilis (Kippist) Stapf tiġi kkunsmata mill-popolazzjoni ġenerali fil-forma naturali tagħha, inkella bħala ingredjent tal-ikel.

(5)

Id-data ddokumentata ppreżentata mill-applikant turi li ż-żerriegħa mqaxxra tad-Digitaria exilis (Kippist) Stapf fl-istorja hija ikel sikur fil-pajjiżi fl-Afrika tal-Punent, b'mod partikolari fil-Ginea, fin-Niġerja, u fil-Mali.

(6)

Bi qbil mal-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2015/2283, fit-28 ta' Frar 2018, il-Kummissjoni bagħtet in-notifika valida lill-Istati Membri u lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”).

(7)

Ma tressqux oġġezzjonijiet debitament motivati b'rabta mas-sigurtà għat-tqegħid taż-żerriegħa mqaxxra tad-Digitaria exilis (Kippist) Stapf fis-suq fl-Unjoni lill-Kummissjoni mill-Istati Membri jew mill-Awtorità fil-perjodu ta' erba' xhur stabbilit fl-Artikolu 15(2) tar-Regolament (UE) 2015/2283.

(8)

Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Kummissjoni tawtorizza t-tqegħid fis-suq fl-Unjoni taż-żerriegħa mqaxxra tad-Digitaria exilis (Kippist) Stapf u taġġorna l-lista tal-Unjoni tal-ikel ġdid.

(9)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Iż-żerriegħa mqaxxra tad-Digitaria exilis (Kippist) Stapf kif speċifikata fl-Anness ta' dan ir-Regolament għandha tiddaħħal fil-lista tal-Unjoni tal-ikel ġdid awtorizzat stabbilita fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/2470.

2.   L-entrata fil-lista tal-Unjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi l-kundizzjonijiet tal-użu u r-rekwiżiti tat-tikkettar stabbiliti fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Diċembru 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 327, 11.12.2015, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 tal-20 ta' Diċembru 2017 li jistabbilixxi l-lista tal-Unjoni tal-ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel ġdid (ĠU L 351, 30.12.2017, p. 72).


ANNESS

L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-entrata li ġejja tiddaħħal fit-Tabella 1 (L-ikel il-ġdid awtorizzat) f'ordni alfabetika:

L-ikel il-ġdid awtorizzat

Il-kundizzjonijiet li fihom jista' jintuża l-ikel il-ġdid

Rekwiżiti tat-tikkettar speċifiċi oħrajn

Rekwiżiti oħrajn

“Iż-żerriegħa mqaxxra tad-Digitaria exilis (Kippist) Stapf

(Ikel tradizzjonali minn pajjiż terz)

Mhux speċifikat

Id-denominazzjoni tal-ikel ġdid fuq it-tikkettar tal-oġġetti tal-ikel li fihom minn dan l-ikel għandha tkun ‘żerriegħa mqaxxra tal-fonio (Digitaria exilis)’”

 

(2)

L-entrata li ġejja tiddaħħal fit-Tabella 2 (Speċifikazzjonijiet) f'ordni alfabetika:

L-Ikel il-Ġdid Awtorizzat

Speċifikazzjonijiet

“Iż-żerriegħa mqaxxra tad-Digitaria exilis (Kippist) Stapf (fonio)

(Ikel tradizzjonali minn pajjiż terz)

Deskrizzjoni/Definizzjoni

L-ikel tradizzjonali huwa ż-żerriegħa mqaxxra (bin-nuħħala mneħħija) tad-Digitaria exilis (Kippist) Stapf.

Id-Digitaria exilis (Kippist) Stapf hija pjanta annwali erbaċea tal-familja Poaceae.

Il-komponenti nutrittivi tipiċi taż-żerriegħa mqaxxra tal-fonio

Karboidrati: 76,1 g/100 g ta' fonio

Ilma: 12,4 g/100 g ta' fonio

Proteina: 6,9 g/100 g ta' fonio

Xaħam: 1,2 g/100 g ta' fonio

Fibra: 2,2 g/100 g ta' fonio

Rmied: 1,2 g/100 g ta' fonio

Kontenut ta' fitat: ≤ 2,1 mg/g”