|
11.12.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 314/8 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2018/1932
tal-10 ta' Diċembru 2018
li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 667/2010 dwar ċerti miżuri restrittivi rigward l-Eritrea
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1944 tal-10 ta' Diċembru 2018 li tħassar id-Deċiżjoni 2010/127/PESK dwar ċerti miżuri restrittivi kontra l-Eritrea (1),
Wara li kkunsidra l-proposta konġunta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika tas-Sigurtà u l-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Fit-23 ta' Diċembru 2009, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (KSNU) adotta r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (UNSCR) 1907 (2009) li timponi miżuri restrittivi kontra l-Eritrea, li tikkonsisti fi projbizzjoni tal-bejgħ u l-provvista lill-Eritrea u mill-Eritrea ta' armi u materjal relatat. |
|
(2) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 667/2010 (2) jagħti effett lill-miżuri previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/127/PESK (3), adottata skont ir-Riżoluzzjoni tal-KSNU 1907 (2009). |
|
(3) |
Fl-14 ta' Novembru 2018, il-KSNU adotta l-UNSCR 2444 (2018) li jtemm, b'effett immedjat, il-miżuri restrittivi kollha tan-NU kontra l-Eritrea. |
|
(4) |
Fl-10 ta' Diċembru 2018, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2018/1944 li tħassar id-Deċiżjoni 2010/127/PESK. |
|
(5) |
Dawn il-miżuri huma koperti mill-kamp ta' applikazzjoni tat-Trattat u, għalhekk, b'mod partikolari biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħhom fl-Istati Membri kollha, hija meħtieġa azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni. |
|
(6) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 667/2010 jitħassar, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (UE) Nru 667/2010 huwa b'dan imħassar.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Diċembru 2018.
Għall-Kunsill
Il-President
F. MOGHERINI
(1) Ara l-paġna 60 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 667/2010 tas-26 ta' Lulju 2010 dwar ċerti miżuri restrittivi rigward l-Eritrea (ĠU L 195, 27.7.2010, p. 16).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/127/PESK tal-1 ta' Marzu 2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Eritrea (ĠU L 51, 2.3.2010, p. 19).