5.11.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 274/6 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1638
tat-13 ta' Lulju 2018
li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/1011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw aktar kif jista' jiġi żgurat li d-data tal-input tkun adegwata u verifikabbli, kif ukoll tal-proċeduri interni ta' sorveljanza u verifika ta' kontributur li l-amministratur ta' parametru referenzjarju sinifikanti jew kritiku għandu jiżgura li jkunu fis-seħħ meta d-data tal-input tiġi kkontribwita minn funzjoni ta' uffiċċju tan-negozjar
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar l-indiċi użati bħala parametri referenzjarji fi strumenti finanzjarji u kuntratti finanzjarji jew dwar il-kejl tal-prestazzjoni ta' fondi ta' investiment u li jemenda d-Direttivi 2008/48/KE u 2014/17/UE u r-Regolament (UE) Nru 596/2014 (1), u b'mod partikolari r-raba' subparagrafu tal-Artikolu 11(5) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE) 2016/1011 jirrikjedi li d-data tal-input użata għal parametru referenzjarju tkun xierqa biex tirrappreżenta b'mod preċiż u kredibbli r-realtà tas-suq jew ekonomika li l-parametru referenzjarju hu maħsub biex ikejjel, u barra minn hekk jitlob li d-data tkun tista' tiġi vverifikata. Barra minn hekk, meta d-data tal-input tiġi kkontribwita minn funzjoni ta' uffiċċju tan-negozjar, l-Artikolu 11(3)(b) ta' dak ir-Regolament jirrikjedi li l-kontributur ikollu proċeduri ta' sorveljanza u verifika interni adegwati fis-seħħ. |
(2) |
Il-kalkolu korrett ta' parametru referenzjarju jeħtieġ mhux biss li jiġu sottomessi l-valuri preċiżi ta' data tal-input, imma li jkunu wkoll fl-unità tal-kejl u jirriflettu l-karatteristiċi rilevanti tal-assi sottostanti. |
(3) |
Jekk id-data tal-input tkunx verifikabbli huwa marbut mal-livell ta' preċiżjoni tagħha, li min-naħa tiegħu jiddependi ħafna fuq it-tip ta' data tal-input użata. Data tal-input li ma tkunx data tat-tranżazzjonijiet u lanqas tiġi minn sors ta' data regolata elenkata fil-punt (24) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) 2016/1011 tista' tissodisfa xorta waħda l-ħtieġa li tkun verifikabbli jekk ikun hemm biżżejjed informazzjoni disponibbli għall-amministratur biex tippermettilu li jwettaq kontrolli suffiċjenti fuq id-data. L-amministratur għandu għalhekk ikun meħtieġ jiżgura li jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu l-informazzjoni meħtieġa biex ikun jista' jwettaq il-verifiki xierqa. |
(4) |
Sabiex jiġi żgurat li d-data tal-input tkun xierqa u verifikabbli, jenħtieġ li l-amministratur ikun meħtieġ jimmonitorja d-data tal-input fuq bażi regolari, sa livell li jirrifletti l-vulnerabbiltà tat-tip partikolari ta' data tal-input. Fil-każ ta' data regolata, ir-regolamentazzjoni u s-superviżjoni eżistenti tal-fornitur tad-data rilevanti diġà jiżguraw l-integrità tad-data regolata. Din it-tip ta' data għandu għalhekk ikun soġġett għal rekwiżiti ta' monitoraġġ inqas estensivi. Tipi oħra ta' data tal-input jirrikjedu aktar verifika u għandhom ikunu soġġetti għal verifiki iktar estensivi, b'mod partikolari data tal-input li ma tkunx data tat-tranżazzjonijiet u speċjalment jekk tiġi kkontribwita minn funzjoni ta' uffiċċju tan-negozjar. |
(5) |
Meta d-data tal-input tiġi kkontribwita, verifika ta' monitoraġġ waħda importanti hija li jiġi żgurat li l-kontribuzzjonijiet jingħataw fil-perjodu ta' żmien iffissat mill-amministratur. Dan isir biex tiġi żgurata l-konsistenza bejn il-kontribuzzjonijiet minn kontributuri differenti. Meta d-data tal-input ma tkunx ġiet ikkontribwita, il-ħin meta d-data tal-input tiġi kkunsidrata jkollu jiġi ċċekkjat ukoll biex tkun żgurata l-konsistenza bejn id-data tal-input differenti. Jenħtieġ għalhekk li l-amministratur jiġi mitlub li jivverifika li d-data tal-input tiġi kkontribwita, jew magħżula minn sors speċifiku, fil-perjodu ta' żmien stabbilit minnu. |
(6) |
Huwa ta' importanza partikolari li l-karatteristiki prinċipali bħall-munita, il-maturità u l-perjodu ta' maturità tat-titolu sottostanti jew tipi ta' kontropartijiet kif speċifikat skont il-metodoloġija tal-parametru referenzjarju jiġu vverifikati kif xieraq. |
(7) |
Il-kontroll intern effettiv tal-kontribuzzjoni ta' data tal-input minn funzjoni ta' uffiċċju tan-negozjar jiddependi fuq l-istabbiliment u ż-żamma ta' strutturi xierqa fl-organizzazzjoni tal-kontributur. Dawn l-istrutturi għandhom normalment jinkludu tliet livelli ta' kontroll sakemm id-daqs tal-organizzazzjoni tal-kontributur ma jippermettix raġonevolment dak in-numru. L-ewwel livell ta' kontroll għandu jinkludi proċessi biex jiżguraw l-iċċekkjar effettiv tad-data tal-input. |
(8) |
Kontribuzzjonijiet minn funzjoni ta' uffiċċju tan-negozjar jippreżentaw riskju partikolari minħabba l-kunflitt inerenti ta' interess li jeżisti bejn ir-rwol kummerċjali ta' uffiċċju tan-negozjar u r-rwol tiegħu fil-kontribut ta' data tal-input għal parametru referenzjarju. Huwa għalhekk importanti li l-kontributur jistabbilixxi, iżomm u jopera politika dwar il-kunflitt ta' interess bħala parti mit-tieni livell ta' kontroll tiegħu, u biex iwettaq kontrolli regolari fuq id-data tal-input użata. Barra minn hekk, għodda sinifikanti li tista' tkun utli biex tinkixef u tkun tista' tiġi rrapurtata lil superjuri kwalunkwe mġiba ħażina, jew fl-iskoperta ta' attivitajiet li potenzjalment jaffettwaw l-integrità tal-parametru referenzjarju, hija l-istabbiliment ta' proċedura ta' żvelar ta' informazzjoni protetta li tippermetti li kwalunkwe membru tal-persunal jkun jista' jirrapporta kwalunkwe istanza ta' kondotta ħażina għall-funzjoni ta' konformità rilevanti jew funzjoni interna xierqa oħra. Jenħtieġ għalhekk li l-amministratur ikun sodisfatt li l-proċeduri ta' sorveljanza u ta' verifika interni ta' kontributur jinkludu l-istabbiliment, iż-żamma u t-tħaddim ta' politika dwar il-kunflitt ta' interess u l-istabbiliment u ż-żamma tal-proċedura ta' żvelar ta' informazzjoni protetta. |
(9) |
Dan ir-Regolament japplika għal amministraturi ta' parametri referenzjarji ta' importanza kritika u sinifikanti. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, dan jevita li jpoġġi piż eċċessiv fuq l-amministraturi ta' parametri referenzjarji sinifikanti billi jippermetti lil dawn l-amministraturi li jagħżlu li japplikaw biss ir-rekwiżiti tal-kunflitt ta' interess biss għal kunflitti ta' interess reali jew potenzjali li huma jew li jkunu materjali. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-amministraturi jingħataw aktar diskrezzjoni dwar kif dawn jiżguraw proċeduri ta' sorveljanza u verifika interni fil-livell tal-kontributuri. B'mod partikolari, jenħtieġ li jitħallew jillaxkaw ċerti rekwiżiti għal dawk il-proċeduri, b'kunsiderazzjoni tan-natura, tal-iskala u tal-kumplessità tal-organizzazzjoni tal-kontributur. |
(10) |
Jenħtieġ li l-amministraturi jingħataw żmien biżżejjed biex jiżguraw konformità mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament. Jenħtieġ għalhekk li dan ir-Regolament jibda japplika xahrejn wara li jidħol fis-seħħ. |
(11) |
Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji ppreżentat mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) lill-Kummissjoni. |
(12) |
L-ESMA għamlet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji li fuqu huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq stabbilit bl-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Kamp ta' applikazzjoni
Dan ir-Regolament ma għandux ikopri, jew japplika għal, amministraturi ta' parametri referenzjarji mhux sinifikanti.
Artikolu 2
L-iżgurar ta' data tal-input adegwata u verifikabbli
1. L-amministratur ta' parametru referenzjarju għandu jiżgura li jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu l-informazzjoni kollha neċessarja sabiex ikun jista' jivverifika l-kwistjonijiet li ġejjin fir-rigward ta' kwalunkwe data tal-input li juża għall-parametru referenzjarju, sakemm dawn il-kwistjonijiet ikunu applikabbli għad-data tal-input inkwistjoni:
(a) |
jekk is-sottomittent huwiex awtorizzat li jikkontribwixxi d-data tal-input f'isem il-kontributur skont kwalunkwe rekwiżit għall-awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 15(2)(b) tar-Regolament (UE) 2016/1011; |
(b) |
jekk id-data tal-input tiġix ipprovduta mill-kontributur, jew magħżula minn sors speċifikat mill-amministratur, fil-perjodu ta' żmien preskritt mill-amministratur; |
(c) |
jekk id-data tal-input tiġix ipprovduta mill-kontributur f'format speċifikat mill-amministratur; |
(d) |
jekk is-sors tad-data tal-input ikunx wieħed mis-sorsi elenkati fl-Artikolu 3(1)(24) tar-Regolament (UE) 2016/1011; |
(e) |
jekk is-sors tad-data tal-input ikunx affidabbli; |
(f) |
jekk id-data tal-input tkunx tissodisfa r-rekwiżiti stipulati fil-metodoloġija tal-parametru referenzjarju, b'mod partikolari r-rekwiżiti dwar il-munita jew l-unità ta' kejl, il-maturità, u t-tipi ta' kontropartijiet; |
(g) |
jekk kwalunkwe livell limitu rilevanti għall-kwantità tad-data tal-input u kwalunkwe standard rilevanti dwar il-kwalità tad-data jkunx issodisfat f'konformità mal-metodoloġija; |
(h) |
jekk il-prijorità tal-użu ta' tipi differenti ta' data tal-input tiġix applikata f'konformità mal-metodoloġija; |
(i) |
jekk kwalunkwe diskrezzjoni jew ġudizzju eżerċitati fil-kontribut tad-data tal-input ikunux eżerċitati skont regoli ċari stabbiliti fil-metodoloġija u mal-politiki rikjesti li jiġu stabbiliti mill-kodiċi ta' kondottta għall-parametru referenzjarju. |
2. L-amministraturi għandhom iwettqu l-verifiki elenkati fil-paragrafu 1 fuq bażi regolari. L-amministraturi ta' parametri referenzjarji ta' importanza kritika għandhom iwettqu l-verifiki elenkati fil-punti (a), (b), (c) u (d) tal-paragrafu 1 qabel kwalunkwe pubblikazzjoni tal-parametru referenzjarju jew kwalunkwe istanza meta l-parametru referenzjarju jsir disponibbli għall-pubbliku.
Artikolu 3
Proċeduri ta' superviżjoni u verifika interni ta' kontributur
1. Il-proċeduri ta' superviżjoni u verifika interni ta' kontributur li l-amministratur għandu jiżgura li jkunu fis-seħħ f'konformità mal-Artikolu 11(3)(b) tar-Regolament (UE) 2016/1011 għandhom jinkludu mill-inqas dan li ġej:
(a) |
l-istabbiliment u l-manutenzjoni ta' funzjoni interna biex isservi bħala l-ewwel livell ta' kontroll għall-kontribut tad-data tal-input u li tkun responsabbli li twettaq id-dmirijiet li ġejjin:
|
(b) |
l-istabbiliment u l-manutenzjoni ta' funzjoni interna biex isservi bħala t-tieni livell ta' kontroll għall-kontribut tad-data tal-input u li tkun responsabbli biex twettaq id-dmirijiet li ġejjin:
|
(c) |
l-istabbiliment u ż-żamma ta' funzjoni interna, indipendenti mill-ewwel u mit-tieni livell ta' kontroll, li sservi bħala t-tielet livell ta' kontroll għall-kontribuzzjoni ta' data tal-input u li tkun responsabbli għat-twettiq ta' verifiki, fuq bażi regolari, dwar il-kontrolli mwettqa miż-żewġ funzjonijiet ta' kontroll l-oħra; |
(d) |
il-proċeduri li jirregolaw:
|
2. L-amministratur jista' jagħżel li jirrinunzja għal kwalunkwe mir-rekwiżiti speċifikati fil-punt (b)(v) jew fit-tielet, ir-raba' jew is-sitt inċiżi tal-punt (b)(vii) tal-paragrafu 1, wara li jikkunsidra l-kwistjonijiet li ġejjin:
(a) |
in-natura, l-iskala u l-kumplessità tal-attivitajiet tal-kontributur; |
(b) |
il-probabbiltà li jkun hemm kunflitt ta' interess bejn il-kontribuzzjoni tad-data tal-input għall-parametru referenzjarju u l-attività kummerċjali jew l-attivitajiet oħra mwettqa mill-kontributur; |
(c) |
il-livell ta' diskrezzjoni involut fil-proċess ta' kontribuzzjoni. |
3. Fid-dawl prinċipalment tad-daqs żgħir tal-organizzazzjoni tal-kontributur kif ukoll il-materji elenkati fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 2, l-amministratur jista' jippermetti li l-kontributur ikollu fis-seħħ struttura ta' kontroll organizzazzjonali aktar sempliċi minn dik mitluba mill-paragrafu 1. Struttura ta' kontroll aktar sempliċi għandha, madankollu, tiżgura li d-dmirijiet kollha elenkati fil-punti (a), (b) u (c) ta' dak il-paragrafu 1 jitwettqu, ħlief għal kwalunkwe dmirijiet li għalihom tiġi konċessa eżenzjoni skont il-paragrafu 2. Il-punti (i) u (ii) tal-punt (d) tal-paragrafu 1 għandhom jiġu applikati b'mod li jirrifletti l-istruttura ta' kontroll aktar sempliċi.
4. Amministratur ta' parametru referenzjarju sinifikanti jista' jagħżel li japplika r-rekwiżiti speċifikati fil-paragrafu 1 (b)(vii) biss f'dak li jirrigwarda kunflitti ta' interess reali jew potenzjali li huma jew li jistgħu jkunu kunflitti ta' interess materjali.
Artikolu 4
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-25 ta' Jannar 2019.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Lulju 2018.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 171, 29.6.2016, p. 1.
(2) Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).