12.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 256/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1513

tal-10 ta' Ottubru 2018

li jemenda l-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), fir-rigward ta' ċerti sustanzi kklassifikati bħala karċinoġeniċi, mutaġeniċi jew tossiċi għar-riproduzzjoni (CMR), il-kategorija 1 A jew 1B

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 68(2) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jistabbilixxi l-kriterji għall-klassifikazzjoni tas-sustanzi kimiċi fi klassijiet ta' periklu, inklużi l-klassijiet ta' periklu karċinoġeniċità, mutaġeniċità għaċ-ċelloli ġerminali u tossiċità riproduttiva, il-kategorija 1 A jew 1B. F'dan ir-Regolament, is-sustanzi kklassifikati fi kwalunkwe waħda minn dawn it-tliet klassijiet jissejħu kollettivament “sustanzi CMR”.

(2)

L-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 jistabbilixxi restrizzjonijiet dwar il-manifattura, it-tqegħid fis-suq u l-użu ta' ċerti sustanzi, taħlitiet u oġġetti perikolużi. Il-Kummissjoni żviluppat kriterji għall-identifikazzjoni ta' oġġetti li jkun fihom sustanzi CMR li jistgħu jintużaw mill-konsumaturi, li fir-rigward tagħhom ikun xieraq li tiġi miżjuda restrizzjoni ġdida fl-Anness XVII bl-użu tal-proċedura simplifikata msemmija fl-Artikolu 68(2) ta' dak ir-Regolament. Skont il-kriterji żviluppati mill-Kummissjoni, il-ħwejjeġ, tessuti oħra u ż-żraben huma meqjusa bħala każ ta' prijorità (3).

(3)

Ċerti sustanzi CMR huma preżenti fil-ħwejjeġ u aċċessorji relatati, tessuti oħra u ż-żraben, bħala impuritajiet mill-proċess ta' produzzjoni jew minħabba li jkunu ġew miżjuda intenzjonalment biex jagħtuhom proprjetajiet speċifiċi.

(4)

L-informazzjoni mir-rapporti tal-awtoritajiet pubbliċi u tal-partijiet ikkonċernati jindikaw il-potenzjal għal-konsumaturi li jkunu esposti għas-sustanzi CMR preżenti fil-ħwejjeġ u aċċessorji relatati, f'tessuti oħra jew fiż-żraben permezz tal-kuntatt mal-ġilda jew permezz tal-inalazzjoni. Dawn il-prodotti huma disponibbli fuq skala wiesgħa għall-użu mill-konsumaturi, inkluż f'kapaċità privata jew meta jintuża prodott fil-kuntest ta' servizz ipprovdut lill-pubbliku ġenerali (pereżempju l-lożor fi sptar jew it-tapizzerija f'librerija pubblika). Għalhekk, sabiex jiġi minimizzat l-esponiment tal-konsumatur, it-tqegħid fis-suq tas-sustanzi CMR fil-ħwejjeġ u aċċessorji relatati (inkluż, inter alia, il-ħwejjeġ u l-basktijiet tal-isports), jew fiż-żraben għall-użu mill-konsumaturi jenħtieġ li jiġu pprojbiti meta s-sustanzi CMR ikunu preżenti f'konċentrazzjonijiet ogħla minn ċertu livell. Għall-istess raġuni, jenħtieġ li din ir-restrizzjoni tkopri wkoll is-sitwazzjoni fejn is-sustanzi CMR huma preżenti f'dawk il-konċentrazzjonijiet f'tessuti oħra li jiġu f'kuntatt mal-ġilda tal-bniedem sa livell li huwa simili għall-ħwejjeġ (pereżempju, il-lożor, il-kutri, it-tapizzerija jew il-ħrieqi li jistgħu jerġgħu jintużaw).

(5)

Il-Kummissjoni kkonsultat lill-partijiet ikkonċernati fir-rigward tas-sustanzi u l-oġġetti li jenħtieġ li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tar-restrizzjoni l-ġdida skont l-Artikolu 68(2) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (4) u ddiskutiet aspetti speċifiċi tar-restrizzjoni (inklużi l-limiti ta' konċentrazzjoni u d-disponibbiltà tal-metodi tal-ittestjar) magħhom f'sessjoni ta' ħidma teknika (5).

(6)

Kull waħda mis-sustanzi li jridu jiġu ristretti għandha proprjetajiet differenti u tintuża fi proċessi differenti fl-industrija tal-ħwejjeġ u aċċessorji relatati, tat-tessuti u taż-żraben. Għalhekk, jenħtieġ li jiġu speċifikati l-limiti ta' konċentrazzjoni massimi, għas-sustanzi individwali jew għal gruppi ta' sustanzi, filwaqt li titqies il-fattibbiltà teknika biex jinkisbu dawk il-limiti u d-disponibbiltà ta' metodi analitiċi xierqa. Il-formaldeid jintuża fil-ġkieket u l-kowtijiet, u fit-tapizzerija, sabiex jagħtihom proprjetajiet strutturali u ta' ritardant tal-fjammi rispettivament. Minħabba nuqqas ta' informazzjoni dwar alternattivi xierqa, jenħtieġ li, għal perjodu limitat, tiġi applikata konċentrazzjoni inqas ristretta għall-formaldeid fil-ġkieket, fil-kowtijiet jew fit-tapizzerija sabiex l-operaturi jkunu jistgħu jadattaw ruħhom għar-restrizzjoni.

(7)

Jenħtieġ li l-ħwejjeġ, l-aċċessorji relatati u ż-żraben, jew partijiet mill-ħwejjeġ, mill-aċċessorji relatati u miż-żraben, magħmulin kompletament mill-ġilda, mill-fer jew mill-ġlud ħoxnin naturali, ma jiġux koperti mir-restrizzjoni l-ġdida li trid tiġi adottata minn dan ir-Regolament minħabba li jintużaw sustanzi kimiċi u proċessi differenti fil-produzzjoni tagħhom. Għall-istess raġuni, jenħtieġ li l-qfieli u l-aċċessorji dekorattivi mhux magħmulin mit-tessuti ma jiġux koperti mir-restrizzjoni l-ġdida.

(8)

Jenħtieġ li t-twapet minn ħajt sa ħajt u l-kisi tal-art tat-tessuti għall-użu fuq ġewwa, ir-raggs u r-runners għalissa jkunu eżentati mir-restrizzjoni l-ġdida minħabba trikkib regolatorju potenzjali u minħabba li jistgħu jkunu rilevanti sustanzi oħra għalihom. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tirrieżamina l-eżenzjoni kif ukoll l-adegwatezza ta' restrizzjoni separata.

(9)

Jenħtieġ li t-tagħmir ta' protezzjoni personali li jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/425 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) u l-apparat mediku li jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2017/745 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) ikunu eżentati mir-restrizzjoni l-ġdida minħabba l-ħtieġa ta' tagħmir u apparat bħal dan biex jiġu ssodisfati rekwiżiti speċifiċi f'termini ta' sikurezza u funzjonalità.

(10)

Il-Forum għall-Iskambju ta' Informazzjoni dwar l-Infurzar tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, imsemmi fl-Artikolu 76(1)(f) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, ġie kkonsultat matul il-proċess għall-iżvilupp tar-restrizzjoni u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu ġew ikkunsidrati.

(11)

Jenħtieġ li l-operaturi jingħataw biżżejjed żmien biex jieħdu l-miżuri xierqa biex jikkonformaw mar-restrizzjoni adoattata permezz ta' dan ir-Regolament. Għalhekk jenħtieġ li r-restrizzjoni l-ġdida tapplika biss minn data speċifika li hija aktar tard mid-data li fiha jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament.

(12)

Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan.

(13)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 133 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Ottubru 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).

(3)  http://ec.europa.eu/DocsRoom/documents/10045/attachments/1/translations

(4)  http://ec.europa.eu/growth/tools-databases/newsroom/cf/itemdetail.cfm?item_id=8299

(5)  http://ec.europa.eu/growth/tools-databases/newsroom/cf/itemdetail.cfm?item_id=9088

(6)  Ir-Regolament (UE) 2016/425 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2016 dwar tagħmir ta' protezzjoni personali u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/686/KEE (ĠU L 81, 31.3.2016, p. 51).

(7)  Ir-Regolament (UE) 2017/745 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' April 2017 dwar apparati mediċi, li jemenda d-Direttiva 2001/83/KE, ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 u r-Regolament (KE) Nru 1223/2009 u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 90/385/KEE u 93/42/KEE (ĠU L 117, 5.5.2017, p. 1).


ANNESS

L-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 huwa emendat kif ġej:

(1)

tiżdied l-entrata li ġejja:

“72

Is-sustanzi elenkati fil-kolonna 1 tat-Tabella fl-Appendiċi 12

1.

Ma għandhomx jitqiegħdu fis-suq wara l-1 ta' Novembru 2020 fi kwalunkwe oġġett minn dawn li ġejjin:

(a)

ħwejjeġ jew aċċessorji relatati,

(b)

tessuti ħlief ħwejjeġ li, b'kundizzjonijiet normali jew raġonevolment previdibbli ta' użu, jiġu f'kuntatt mal-ġilda tal-bniedem sa livell simili għall-ħwejjeġ,

(c)

żraben,

jekk il-ħwejjeġ, l-aċċessorju relatat, it-tessut għajr ħwejjeġ jew iż-żarbun jintuża mill-konsumaturi u s-sustanza hija preżenti f'konċentrazzjoni, imkejla f'materjal omoġenju, ugwali jew aktar minn dik speċifikata għal dik is-sustanza fl-Appendiċi 12.

2.

Permezz ta' deroga, fir-rigward tat-tqegħid fis-suq tal-formaldeid [CAS Nru 50-00-0] fil-ġkieket, fil-kowtijiet jew fit-tapizzerija, il-konċentrazzjoni rilevanti għall-finijiet tal-paragrafu 1 għandhom ikunu 300 mg/kg matul il-perjodu bejn l-1 ta' Novembru 2020 u l-1 ta' Novembru 2023. Il-konċentrazzjoni speċifikata fl-Appendiċi 12 għandha tapplika minn hemm 'il quddiem.

3.

Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għal:

(a)

ħwejjeġ, aċċessorji relatati jew żraben, jew partijiet minn ħwejjeġ, aċċessorji relatati jew żraben, li jkunu magħmula esklussivament mill-ġilda, mill-fer jew mill-ġlud ħoxnin naturali;

(b)

qfieli mhux magħmulin mit-tessuti u aċċessorji dekorattivi mhux magħmulin mit-tessuti;

(c)

ħwejjeġ użati, aċċessorji relatati, tessuti ħlief ħwejjeġ jew żraben

(d)

twapet minn ħajt sa ħajt u kisi tal-art tat-tessuti għall-użu fuq ġewwa, raggs u runners.

4.

Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għall-ħwejjeġ, l-aċċessorji relatati, it-tessuti għajr ħwejjeġ jew iż-żraben fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/425 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*) jew ir-Regolament (UE) 2017/745 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (**).

5.

Il-paragrafu 1(b) ma għandux japplika għat-tessuti mhux riutilizzabbli. “Tessuti mhux riutilizzabbli” tfisser tessuti li huma mfassla biex jintużaw darba biss jew għal żmien limitat u li mhumiex maħsuba għal użu sussegwenti għall-istess skop jew skop simili.

6.

Il-paragrafi 1 u 2 għandhom japplikaw mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta' kwalunkwe restrizzjoni aktar stretta stabbilita f'dan l-Anness jew f'leġiżlazzjoni applikabbli oħra tal-Unjoni.

7.

Il-Kummissjoni għanda tirrieżamina l-eżenzjoni fil-paragrafu 3(d) u, jekk xieraq, timmodifika dak il-punt kif meħtieġ.

(*)

Ir-Regolament (UE) 2016/425 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2016 dwar tagħmir ta' protezzjoni personali u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/686/KEE (ĠU L 81, 31.3.2016, p. 51).

(**)

Ir-Regolament (UE) 2017/745 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' April 2017 dwar apparati mediċi, li jemenda d-Direttiva 2001/83/KE, ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 u r-Regolament (KE) Nru 1223/2009 u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 90/385/KEE u 93/42/KEE (ĠU L 117, 5.5.2017, p. 1).”

(2)

tiżdied l-Appendiċi 12 kif ġej:

Appendiċi 12

L-entrata 72 — sustanzi ristretti u limiti massimi ta' konċentrazzjoni skont il-piż f'materjali omoġeni:

Sustanzi

Nru tal-Indiċi

Nru CAS

Nru EC

Limitu tal-konċentrazzjoni skont il-piż

Il-kadmju u l-komposti tiegħu (elenkati fl-Anness XVII, l-Entrati 28, 29, 30, l-Appendiċijiet 1-6)

1 mg/kg wara l-estrazzjoni (espress bħala metall tas-Cd li jista' jiġi estratt mill-materjal)

Il-komposti tal-kromu VI (elenkati fl-Anness XVII, l-Entrati 28, 29, 30, l-Appendiċijiet 1-6)

1 mg/kg wara l-estrazzjoni (espress bħala Cr VI li jista' jiġi estratt mill-materjal)

Il-komposti tal-arseniku (elenkati fl-Anness XVII, l-Entrati 28, 29, 30, l-Appendiċijiet 1-6)

1 mg/kg wara l-estrazzjoni (espress bħala metall tal-As li jista' jiġi estratt mill-materjal)

Iċ-ċomb u l-komposti tiegħu (elenkati fl-Anness XVII, l-Entrati 28, 29, 30, l-Appendiċijiet 1-6)

1 mg/kg wara l-estrazzjoni (espress bħala metall tal-Pb li jista' jiġi estratt mill-materjal)

Benżen

601-020-00-8

71-43-2

200-753-7

5 mg/kg

Benż[a]antraċen

601-033-00-9

56-55-3

200-280-6

1 mg/kg

Benż[e]aċefenantrilen

601-034-00-4

205-99-2

205-911-9

1 mg/kg

Benżo[a]piren; Benżo[def]krisen

601-032-00-3

50-32-8

200-028-5

1 mg/kg

Benżo[e]piren

601-049-00-6

192-97-2

205-892-7

1 mg/kg

Benżo[j]fluworanten

601-035-00-X

205-82-3

205-910-3

1 mg/kg

Benzo[k]fluworanten

601-036-00-5

207-08-9

205-916-6

1 mg/kg

Krisen

601-048-00-0

218-01-9

205-923-4

1 mg/kg

Dibenż[a,h]antraċen

601-041-00-2

53-70-3

200-181-8

1 mg/kg

α, α,α,4-tetraklorotoluwen; p-klorobenżotriklorur

602-093-00-9

5216-25-1

226-009-1

1 mg/kg

α, α,α-triklorotoluwen; benżotriklorur

602-038-00-9

98-07-7

202-634-5

1 mg/kg

α-klorotoluwen; klorur tal-benżil

602-037-00-3

100-44-7

202-853-6

1 mg/kg

Formaldeid

605-001-00-5

50-00-0

200-001-8

75 mg/kg

aċidu 1,2-benżendikarbossiliku; esteri alkiliċi di-C6-8 ramifikati, C7-rikki

607-483-00-2

71888-89-6

276-158-1

1 000  mg/kg (individwalment jew kombinati ma' ftalati oħrajn f'din l-entrata jew f'entrati oħra tal-Anness XVII li huma kklassifikati fil-Parti 3 tal-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 fi kwalunkwe waħda mill-klassijiet ta' periklu karċinoġeniċità, mutaġeniċità għaċ-ċelloli ġerminali u tossiċità riproduttiva, il-kategorija 1 A jew 1B

Flatat tal-bis(2-metossietil)

607-228-00-5

117-82-8

204-212-6

1 000  mg/kg (individwalment jew kombinati ma' ftalati oħrajn f'din l-entrata jew f'entrati oħra tal-Anness XVII li huma kklassifikati fil-Parti 3 tal-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 fi kwalunkwe waħda mill-klassijiet ta' periklu karċinoġeniċità, mutaġeniċità għaċ-ċelloli ġerminali u tossiċità riproduttiva, il-kategorija 1 A jew 1B

Diisopentilftalat

607-426-00-1

605-50-5

210-088-4

1 000  mg/kg (individwalment jew kombinati ma' ftalati oħrajn f'din l-entrata jew f'entrati oħra tal-Anness XVII li huma kklassifikati fil-Parti 3 tal-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 fi kwalunkwe waħda mill-klassijiet ta' periklu karċinoġeniċità, mutaġeniċità għaċ-ċelloli ġerminali jew tossiċità riproduttiva, il-kategorija 1 A jew 1B

Ftalat tad-di-n-pentil (DPP)

607-426-00-1

131-18-0

205-017-9

1 000  mg/kg (individwalment jew kombinati ma' ftalati oħrajn f'din l-entrata jew f'entrati oħra tal-Anness XVII li huma kklassifikati fil-Parti 3 tal-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 fi kwalunkwe waħda mill-klassijiet ta' periklu karċinoġeniċità, mutaġeniċità għaċ-ċelloli ġerminali u tossiċità riproduttiva, il-kategorija 1 A jew 1B

Ftalat tad-di-n-eżil (DnPP)

607-702-00-1

84-75-3

201-559-5

1 000  mg/kg (individwalment jew kombinati ma' ftalati oħrajn f'din l-entrata jew f'entrati oħra tal-Anness XVII li huma kklassifikati fil-Parti 3 tal-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 fi kwalunkwe waħda mill-klassijiet ta' periklu karċinoġeniċità, mutaġeniċità għaċ-ċelloli ġerminali jew tossiċità riproduttiva, il-kategorija 1 A jew 1B

N-metil-2-pirrolidon; 1-metil-2-pirrolidon (NMP)

606-021-00-7

872-50-4

212-828-1

3 000  mg/kg

N,N-dimetilaċetammid (DMAC)

616-011-00-4

127-19-5

204-826-4

3 000  mg/kg

N,N-dimetilformammid; dimetil formammid (DMF)

616-001-00-X

68-12-2

200-679-5

3 000  mg/kg

1,4,5,8-tetraamminoantrakinon; C.I. Blu Dispers 1

611-032-00-5

2475-45-8

219-603-7

50 mg/kg

Benżenammin, idroklorur ta' 4,4′-(4-iminoċikloeża-2,5-dienilidenmetilen)dianilina; C.I. Aħmar Bażiku 9

611-031-00-X

569-61-9

209-321-2

50 mg/kg

[4-[4,4′-bis(dimetilammino)benżidriliden]ċikloeża-2,5-dijen-1-iliden]klorur tad-dimetilammonju; C.I. Vjola Bażiku 3 bi ≥ 0,1 % tal-keton ta' Michler (Nru EC 202-027-5)

612-205-00-8

548-62-9

208-953-6

50 mg/kg

klorur ta' 4-kloro-o-toluwidinju

612-196-00-0

3165-93-3

221-627-8

30 mg/kg

2-Aċetat tan-Naftilammonju

612-071-00-0

553-00-4

209-030-0

30 mg/kg

4-metossi-m-fenilen sulfat tad-diammonju; Sulfat ta' 2,4-diamminoaniżol

612-200-00-0

39156-41-7

254-323-9

30 mg/kg

idroklorur ta' 2,4,5-trimetilanilina

612-197-00-6

21436-97-5

30 mg/kg

Kinolina

613-281-00-5

91-22-5

202-051-6

50 mg/kg