31.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 194/44


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1077

tat-30 ta' Lulju 2018

li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 808/2014 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 808/2014 (2) stabbilixxa regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013. Ir-Regolament (UE) 2017/2393 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) emenda r-Regolament (UE) Nru 1305/2013 billi ssimplifika r-regoli ġenerali li jirregolaw il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR). Għalhekk, ir-regoli għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 jenħtieġ li jiġu emendati skont dan.

(2)

Tħassar l-obbligu li jintgħażlu korpi ta' konsulenza permezz ta' proċedura speċifika ta' sejħa għall-offerti. Għalhekk, ir-regoli ta' implimentazzjoni li jirreferu għas-sejħiet għall-offerti jenħtieġ li jitħassru.

(3)

Ir-regoli għall-istabbiliment konġunt ta' bdiewa żgħażagħ ġew introdotti fl-Artikolu 2(1)(n) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 u żdiedet definizzjoni ta' “data ta' stabbiliment” fl-Artikolu 2(1)(s) ta' dak ir-Regolament. Għalhekk, id-dispożizzjonijiet li jirreferu għall-bdiewa żgħażagħ stabbiliti fil-paragrafu 8 tal-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 808/2014 jenħtieġ li jiġu allinjati. Barra minn hekk, wara t-tħassir tal-Artikolu 57 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 809/2014 (4) li jistabbilixxi regoli dwar l-iżvilupp tal-azjenda agrikola u tan-negozju, ir-regoli għal pjan ta' negozju stabbiliti fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 808/2014 jenħtieġ li jiġu ssimplifikati wkoll.

(4)

Ir-regoli dwar l-istrumenti finanzjarji ġew issimplifikati. B'mod partikolari, fl-Artikolu 49(4) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, ġiet introdotta deroga mill-applikabbiltà tal-kriterji tal-għażla għal operazzjonijiet appoġġjati minn strumenti finanzjarji. Il-paragrafu 8 tal-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 808/2014 jenħtieġ li jiġu allinjati ma' din id-deroga.

(5)

Sabiex jiġu evitati piż amministrattiv bla bżonn u b'mod partikolari modifiki frekwenti fil-pjanijiet ta' finanzjament, hemm bżonn jiġi ċċarat li l-limiti massimi relatati mal-iżbilanċ tal-kontribuzzjonijiet ippjanati tal-FAEŻR kif ippreżentati fil-pjan finanzjarju ta' kull programm jiġu kkalkulati fil-livell tal-ammont totali ta' kull miżura.

(6)

L-Artikolu 39a tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 jipprovdi għal appoġġ lill-bdiewa permezz ta' għodda għall-istabilizzazzjoni tad-dħul speċifika għas-settur u l-Artikolu 37 ta' dak ir-Regolament jippermetti appoġġ għal skemi tal-assigurazzjoni agrikola li jkopru telf fil-produzzjoni li jaqbeż l-20 % tal-medja annwali kkawżat minn avvenimenti klimatiċi avversi, mard tal-annimali jew tal-pjanti, infestazzjoni tal-organiżmi ta' ħsara, jew inċident ambjentali. F'konformità mal-Artikolu 8(1)(h) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, il-pjan ta' finanzjament jenħtieġ li jindika l-appoġġ ippjanat mill-FAEŻR u r-rata ta' kontribuzzjoni.

(7)

Għalhekk, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 808/2014 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan.

(8)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Iżvilupp Rurali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 808/2014 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 7 jitħassar;

(2)

Fl-Artikolu 8, jitħassar il-paragrafu 1.

(3)

Il-Parti 1 tal-Anness I hija emendata kif ġej:

(a)

il-paragrafu 8 “Deskrizzjoni tal-miżuri magħżula” huwa emendat kif ġej:

(i)

fil-punt (2), il-punt (c) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(c)

il-kamp ta' applikazzjoni, il-livell ta' appoġġ, il-benefiċjarji eliġibbli, u meta rilevanti, il-metodoloġija għall-kalkolu tal-ammont jew ir-rata tal-appoġġ maqsuma skont is-submiżura u/jew it-tip ta' operazzjoni meta meħtieġ. Għal kull tip ta' operazzjoni jiġu speċifikati l-ispejjeż eliġibbli, il-kundizzjonijiet tal-eliġibbiltà, l-ammonti applikabbli, u r-rati tal-appoġġ u l-prinċipji għall-istabbiliment tal-kriterji tal-għażla. Meta l-appoġġ jingħata għal strument finanzjarju implimentat skont il-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 38(4) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, deskrizzjoni tat-tip ta' strument finanzjarju, il-kategoriji ġenerali tal-benefiċjarji finali, il-kategoriji ġenerali tal-ispejjeż eliġibbli u l-livell massimu ta' appoġġ.”

(ii)

fil-punt 2(e), il-punt 5 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“5.   Żvilupp tal-ażjendi agrikoli u tan-negozji (l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013)

definizzjoni ta' farm żgħir imsemmi fl-Artikolu 19(1)(a)(iii) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013;

definizzjoni tal-azzjonijiet imsemmija fil-punt(i) tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 (“data ta' stabbiliment”);

definizzjoni tal-livelli limiti superjuri u inferjuri kif stipulat fil-ħames subparagrafu tal-Artikolu 19(4) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013;

kundizzjonijiet speċifiċi għall-appoġġ għal bdiewa żgħażagħ meta ma jkunux qed iwaqqfu n-negozju bħala kapijiet waħedhom ta' azjenda f'konformità mal-Artikolu 2(1) u (2) tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 807/2014;

informazzjoni dwar l-applikazzjoni tal-perjodu tal-grazzja kif inhu stipulat fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 807/2014;

sommarju tar-rekwiżiti tal-pjan ta' direzzjoni tan-negozju;

użu tal-possibbiltà li miżuri differenti jintużaw flimkien permezz tal-pjan ta' direzzjoni tan-negozju biex il-bidwi żgħażugħ jingħata aċċess għal dawk il-miżuri;

l-oqsma tad-diversifikazzjoni koperti.”

(iii)

fil-punt (2)(e), it-titolu fil-Punt 16 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“16.    Ġestjoni tar-riskju (l-Artikoli 36 sa 39a tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013)

(b)

il-paragrafu 10(c) huwa emendat kif ġej:

(i)

fl-ewwel subparagrafu, jiddaħħal il-punt (v) li ġej:

“(v)

għall-operazzjonijiet implimentati skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 fejn il-limitu minimu ta' telf huwa stabbilit għal 20 % u għal operazzjonijiet implimentati skont l-Artikolu 39a tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 l-indikattiv tal-kontribuzzjoni totali tal-Unjoni u r-rata tal-kontribuzzjoni indikattiva.”

(ii)

jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Minħabba l-pagamenti interim imsemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, il-pagament tal-bilanċ imsemmi fl-Artikolu 37, u l-approvazzjoni tal-kontijiet imsemmija fl-Artikolu 51 ta' dak ir-Regolament, il-kontribuzzjoni tal-FAEŻR li titħallas fir-rigward tan-nefqiet pubbliċi eliġibbli tal-programm ikkonċernat għandha tiġi rispettata fil-livell tal-miżura.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Lulju 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 487.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 808/2014 tas-17 ta' Lulju 2014 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU L 227, 31.7.2014, p. 18).

(3)  Ir-Regolament (UE) 2017/2393 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 2017 li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), (UE) Nru 1306/2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni, (UE) Nru 1307/2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta' appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni, (UE) Nru 1308/2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u (UE) Nru 652/2014 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-ġestjoni tan-nefqa marbuta mal-katina alimentari, mas-saħħa tal-annimali u mat-trattament xieraq tal-annimali, u marbuta mas-saħħa tal-pjanti u mal-materjal riproduttiv tal-pjanti (ĠU L 350, 29.12.2017, p. 15).

(4)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 809/2014 tas-17 ta' Lulju 2014 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sistema integrata ta' amministrazzjoni u kontroll, tal-miżuri tal-iżvilupp rurali u tal-kundizzjonalità (ĠU L 227, 31.7.2014, p. 69).