31.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 194/27


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/1072

tat-30 ta' Lulju 2018

li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 tas-17 ta' Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fis-17 ta' Marzu 2014, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 269/2014.

(2)

Bħala parti mill-politika tal-Unjoni ta' nonrikonoxximent tal-annessjoni illegali tal-Krimea u ta' Sevastopol, il-Kunsill iqis il-kostruzzjoni tal-Pont ta' Kerch bħala azzjoni ulterjuri li ddgħajjef l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

(3)

Il-kostruzzjoni ta' dan il-pont u l-ftuħ uffiċjali tiegħu, fil-15 ta' Mejju 2018, huma passi simboliċi ewlenin fil-konsolidazzjoni tal-kontroll tal-Federazzjoni Russa fuq il-Krimea u Sevastopol illegalment annessi u fl-iżolament ulterjuri tal-peniżola mill-Ukrajna.

(4)

Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, jenħtieġ li jiżdiedu entitajiet addizzjonali mal-lista ta' persuni, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi kif tinsab fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014.

(5)

Għalhekk jenħtieġ li l-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014 jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-entitajiet elenkati fl-Anness għal dan ir-Regolament għandhom jiżdiedu fil-lista ta' entitajiet li tinsab fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Lulju 2018.

Għall-Kunsill

Il-President

G. BLÜMEL


(1)   ĠU L 78, 17.3.2014, p. 6.


ANNESS

Lista ta' entitajiet imsemmija fl-Artikolu 1:

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-Elenkar

“42.

AO “Institute Giprostroymost – Saint-Petersburg”

АО Институт Гипростроймост – Санкт-Петербург

Indirizz:

7 Yablochkova street,

St. Petersburg,

197198 Russia,

Sit web: http://gpsm.ru

Indirizz elettroniku: office@gpsm.ru

AO “Institute Giprostroymost – Saint-Petersburg” ipparteċipat fil-kostruzzjoni tal-Pont ta' Kerch permezz tad-diżinn tiegħu tal-Pont, li jgħaqqad lir-Russja mal-peniżola tal-Krimea illegalment annessa. Għaldaqstant qiegħda tappoġġa l-konsolidazzjoni tal-peniżola tal-Krimea illegalment annessa mal-Federazzjoni Russa, li b'hekk tkompli tipperikola l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

31.7.2018

43.

PJSC Mostotrest

ПАО Мостотрест

Indirizz:

6 Barklaya street,

Bld. 5 Moscow,

121087, Russia

PJSC Mostotrest ipparteċipat b'mod attiv fil-kostruzzjoni tal-Pont ta' Kerch permezz tal-kuntratt statali tagħha għall-manutenzjoni tal-pont, li jgħaqqad lir-Russja mal-peniżola tal-Krimea illegalment annessa. Barra minn hekk hija proprjetà ta' individwu (Arkady Rotenberg) li diġà huwa ddeżinjat għall-azzjonijiet tiegħu li jdgħajfu s-sovranità tal-Ukrajna (persuna Nru 92 f'dan l-Anness). Għaldaqstant il-kumpannija qed tappoġġa l-konsolidazzjoni tal-peniżola tal-Krimea illegalment annessa mal-Federazzjoni Russa, li min-naħa tagħha tkompli ddgħajjef l-integrità, is-sovranità u l-indipendenza territorjali tal-Ukrajna.

31.7.2018

44.

JSC Zaliv Shipyard

Судостроительный завод “Залив”

Indirizz:

4 Tankistov street,

298310 Kerch,

Crimea

Sit web: http://zalivkerch.com

JSC Zaliv Shipyard ipparteċipat b'mod attiv fil-kostruzzjoni tal-linja tal-ferrovija ġdida lejn il-Pont ta' Kerch, li jgħaqqad lir-Russja mal-peniżola tal-Krimea illegalment annessa. Għaldaqstant qiegħda tappoġġa l-konsolidazzjoni tal-peniżola tal-Krimea illegalment annessa mal-Federazzjoni Russa, li min-naħa tagħha tkompli ddgħajjef l-integrità, is-sovranità u l-indipendenza territorjali tal-Ukrajna.

31.7.2018

45.

Stroygazmontazh Corporation (SGM Group)

ООО Стройгазмонтаж

(груп СГМ)

Indirizz:

Prospect Vernadskogo 53,

Moscow,

119415 Russia

Sit web: www.ooosgm.com

Stroygazmontazh Corporation (SGM Group) ipparteċipat b'mod attiv fil-kostruzzjoni tal-Pont ta' Kerch permezz tal-kuntratt statali tagħha għall-kostruzzjoni tal-pont li jgħaqqad lir-Russja mal-peniżola tal-Krimea illegalment annessa.

Barra minn hekk hija proprjetà ta' individwu (Arkady Rotenberg) li diġà huwa ddeżinjat għall-azzjonijiet tiegħu li jdgħajfu s-sovranità tal-Ukrajna (persuna Nru 92 f'dan l-Anness). Għaldaqstant il-kumpannija qiegħda tappoġġa l-konsolidazzjoni tal-peniżola tal-Krimea illegalment annessa mal-Federazzjoni Russa, li b'hekk tkompli ddgħajjef l-integrità, is-sovranità u l-indipendenza territorjali tal-Ukrajna.

31.7.2018

46.

Stroygazmontazh Most OOO

OOO Стройгазмонтаж-Мост

Indirizz:

Barklaya street 6, building 7,

Moscow

121087 Russia

Nru tal-Identità tar-Reġistrazzjoni: 1157746088170

Nru tal-Identità tat-Taxxa: 7730018980

Sit web: http://kerch-most.ru/tag/sgam-most

Indirizz elettroniku: kerch-most@yandex.ru

Stroygazmontazh Most OOO hija sussidjarja tal-kuntrattur prinċipali Stroygazmontazh li jimmaniġġja l-proġett ta' kostruzzjoni tal-pont fuq l-Istrett ta' Kerch. Barra minn hekk hija proprjetà ta' individwu (Arkady Rotenberg) li diġà huwa ddeżinjat għall-azzjonijiet tiegħu li jdgħajfu s-sovranità tal-Ukrajna (persuna Nru 92 f'dan l-Anness). Għaldaqstant il-kumpannija qed tappoġġa l-konsolidazzjoni tal-peniżola tal-Krimea illegalment annessa mal-Federazzjoni Russa, li min-naħa tagħha tkompli ddgħajjef l-integrità, is-sovranità u l-indipendenza territorjali tal-Ukrajna.

31.7.2018

47.

CJSC VAD

AKTSIONERNOE OBSHCHESTVO VAD

АО “ВАД”

Indirizz:

133, Chernyshevskogo street, Vologda, Vologodskaya Oblast 160019, Russia

122 Grazhdanskiy Prospect, suite 5, Liter A, St. Petersburg 195267, Russia

Nru tal-Identità tar-Reġistrazzjoni: 1037804006811 (Russia)

Nru tal-Identità tat-Taxxa: 7802059185

Sit web: www.zaovad.com

Indirizz elettroniku: office@zaovad.com

CJSC VAD huwa l-kuntrattur ewlieni għall-kostruzzjoni tal-Awtostrada Tavrida fil-Krimea, it-triq fuq l-Istrett ta' Kerch u t-toroq ta' aċċess għalih. L-Awtostrada Tavrida ser tipprovdi aċċess tat-trasportazzjoni għall-Krimea permezz ta' sistema ta' toroq li għadhom kif inbnew li jservu bħala konnessjoni primarja mal-Pont ta' Kerch. Għaldaqstant CJSC VAD qed jappoġġa l-konsolidazzjoni tal-peniżola tal-Krimea illegalment annessa mal-Federazzjoni Russa, li min-naħa tagħha tkompli ddgħajjef l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

31.7.2018”