23.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 185/14


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1033

tal-20 ta' Lulju 2018

li jemenda għall-288 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da'esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da'esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a) u l-Artikolu 7a(5) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi skont dan ir-Regolament.

(2)

Fis-17 ta' Lulju 2018, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jemenda żewġ entrati fil-lista tiegħu tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet li għalihom jenħtieġ li japplika l-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi. Għalhekk jenħtieġ li l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Lulju 2018.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Il-Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija


(1)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.


ANNESS

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat kif ġej:

1.

Id-data ta' identifikazzjoni tal-entrati segwenti taħt l-intestatura “Persuni naturali” hija emendata kif ġej:

“Ayyub Bashir (psewdominu (a) Alhaj Qari Ayub Bashar, (b) Qari Muhammad Ayub). Titolu: (a) Qari, (b) Alhaj. Data tat-Twelid: (a) 1966, (b) 1964, (c) 1969, (d) 1971. Nazzjonalità: (a) Uzbeki, (b) Afgan. Indirizz: Mir Ali, North Waziristan Agency, Federal Administered Tribal Areas, Pakistan. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4) (b): 18.10.2012.”

tinbidel b'dan li ġej:

“Ayyub Bashir (psewdominu (a) Alhaj Qari Ayub Bashar, (b) Qari Muhammad Ayub). Titolu: (a) Qari, (b) Alhaj. Data tat-Twelid: (a) 1966, (b) 1964, (c) 1969, (d) 1971. Nazzjonalità: (a) Uzbeki, (b) Afgan. Indirizz: Mir Ali, North Waziristan Agency, Federal Administered Tribal Areas, Pakistan. Tagħrif ieħor: irrappurtat li miet f'attakk mill-ajru f'Chordar, fil-Provinċja ta' Kunduz fl-Afganistan, f'Diċ. 2015. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4) (b): 18.10.2012.”

2.

Id-data ta' identifikazzjoni għall-entrata li ġejja taħt l-intestatura “Persuni ġuridiċi, gruppi u entitajiet” qiegħda tiġi emendata kif ġej:

“Jemmah Anshorut Tauhid (JAT) (alias (a) Jemaah Anshorut Tauhid, (b) Jemmah Ansharut Tauhid, (c) Jem'mah Ansharut Tauhid, (d) Jamaah Ansharut Tauhid, (e) Jama'ah Ansharut Tauhid, (f) Laskar 99). Indirizz: Jl. Semenromo number 58, 04/XV Ngruki, Cemani, Grogol, Sukoharjo, Jawa Tengah, L-Indonesja, Telefown: 0271–2167285, Posta elettronika: info@ansharuttauhid.com. Tagħrif ieħor: (a) Imwaqqfa u mmexxija minn Abu Bakar Ba'asyir; (b) Stabbilita fis-27 ta' Lulju 2008 f'Solo, l-Indonesja; (c) Assoċjata ma' Jemaah Islamiyah (JI); (d) Websajt: http:/ansharuttauhid.com/. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 12.3.2012.”

tinbidel b'dan li ġej:

“Jemmah Anshorut Tauhid (JAT) (alias (a) Jemaah Anshorut Tauhid, (b) Jemmah Ansharut Tauhid, (c) Jem'mah Ansharut Tauhid, (d) Jamaah Ansharut Tauhid, (e) Jama'ah Ansharut Tauhid, (f) Laskar 99). Indirizz: Jl. Semenromo number 58, 04/XV Ngruki, Cemani, Grogol, Sukoharjo, Jawa Tengah, l-Indoneżja, Telefown: 0271–2167285, Posta elettronika: info@ansharuttauhid.com. Tagħrif ieħor: (a) Grupp affiljat mal-Istat Iżlamiku fl-Iraq u l-Levante (ISIL), mniżżel bħala Al-Qaida fl-Iraq, li wettaq attakki fl-Indoneżja. (b) Imwaqqaf u mmexxi minn Abu Bakar Ba'asyir; (c) Stabbilit fis-27 ta' Lulju 2008 f'Solo, l-Indoneżja; (d) Assoċjat ma' Jemmah Islamiya (JI); (e) Sit web: http:/ansharuttauhid.com/. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 12.3.2012.”