18.7.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 182/46 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/988
tas-27 ta' April 2018
li jemenda u jikkoreġi r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/656 li jistabbilixxi r-rekwiżiti amministrattivi relatati mal-limiti tal-emissjonijiet u l-approvazzjoni tat-tip għall-magni b'kombustjoni interna għal makkinarju mobbli mhux tat-triq skont ir-Regolament (UE) 2016/1628 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1628 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Settembru 2016 dwar ir-rekwiżiti relatati mal-limiti tal-emissjonijiet ta' inkwinanti gassużi u partikolati u l-approvazzjoni tat-tip għall-magni b'kombustjoni interna għal makkinarju mobbli mhux tat-triq, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1024/2012 u (UE) Nru 167/2013, u li jemenda u jirrevoka d-Direttiva 97/68/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 18(5), 21(3), 23(5), 24(12) u 32(3) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/656 (2) jistabbilixxi, fost l-oħrajn, il-mudelli għal ċerti dokumenti li jridu jitfasslu fil-kuntest tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE għall-magni b'kombustjoni interna għal makkinarju mobbli mhux tat-triq. Minħabba għadd ta' żbalji u nuqqasijiet, dawk il-mudelli jenħtieġ jiġu emendati u kkoreġuti u jsiru aktar komprensivi. |
(2) |
Għall-finijiet tat-trasparenza u l-kompletezza, meta japplika għal approvazzjoni tat-tip tal-UE, il-manifattur tal-magni jenħtieġ jinkludi kopja tar-rapporti tad-dimostrazzjoni ta' testijiet speċifiċi fil-folder tal-informazzjoni. |
(3) |
Sabiex jiġu armonizzati u faċilitati l-proċeduri għall-kalkolu tal-emissjonijiet ta' inkwinanti gassużi għall-monitoraġġ waqt is-servizz tal-magni mobbli mhux tat-triq skont ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/655 (3), ix-xogħol ta' referenza u l-massa tas-CO2 ta' referenza użati għal dak il-kalkolu jenħtieġ jiġu ddikjarati fl-addendum tal-mudell taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE u fil-format uniku tar-rapport tat-test. |
(4) |
Għall-finijiet tal-armonizzazzjoni tat-teknoloġija użata fil-pakkett leġiżlattiv kollu relatat mal-limiti tal-emissjonijiet u l-approvazzjoni tat-tip tal-magni b'kombustjoni interna għall-makkinarju mobbli mhux tat-triq, u biex tiġi ċċarata t-tifsira tagħhom, it-termini “ċilindrata” (cylinder displacement) u “ċilindrata” (engine displacement) li jidhru fir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/656 jenħtieġ jinbidlu bit-termini “ċilindrata għal kull ċilindru” u “ċilindrata totali tal-magna”. |
(5) |
Fl-aħħar nett, wara l-pubblikazzjoni tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/656, ġew identifikati tipi differenti ta' żbalji minuri li jeħtieġ jiġu kkoreġuti. B'mod partikolari, jenħtieġ isiru ċerti bidliet f'dispożizzjonijiet li għandhom kontradizzjonijiet jew informazzjoni żejda u jenħtieġ jiġu kkoreġuti ċerti referenzi u numerazzjoni. |
(6) |
B'mod partikolari, il-punti 10. sa 11.2 tal-mudell għall-format uniku tar-rapport tat-test jenħtieġ jiġu kkoreġuti biex ikunu jirriflettu sew it-terminoloġija tar-Regolament (UE) 2016/1628. |
(7) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/656 jiġi emendat u kkoreġut skont dan, |
(8) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Tekniku – Vetturi bil-Mutur, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi fir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/656
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/656 hu emendat kif ġej:
(1) |
jiddaħħal l-Artikolu 12a li ġej: “Artikolu 12a Dispożizzjonijiet tranżitorji 1. Minkejja l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, kif emendat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/988 (*1), sal-31 ta' Diċembru 2018, l-awtoritajiet tal-approvazzjoni għandhom ikomplu jagħtu l-approvazzjonijiet tat-tip lit-tipi ta' magni jew lill-familji ta' magni skont dan ir-Regolament, fil-verżjoni tiegħu applikabbli fis-6 ta' Awwissu 2018. 2. Minkejja l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, kif emendat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/988, sat-30 ta' Ġunju 2019, l-Istati Membri għandhom ikomplu jippermettu t-tqegħid fis-suq tal-magni bbażati fuq tip ta' magna approvat skont dan ir-Regolament, fil-verżjoni tiegħu applikabbli fis-6 ta' Awwissu 2018. (*1) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/988 tas-27 ta' April 2018 li jemenda u jikkoreġi r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/656 li jistabbilixxi r-rekwiżiti amministrattivi relatati mal-limiti tal-emissjonijiet u l-approvazzjoni tat-tip għall-magni b'kombustjoni interna għal makkinarju mobbli mhux tat-triq skont ir-Regolament (UE) 2016/1628 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 182, 18.7.2018, p. 46)”;" |
(2) |
L-Anness I hu emendat skont l-Anness I ta' dan ir-Regolament; |
(3) |
l-Anness IV hu emendat skont l-Anness IV ta' dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Korrezzjonijiet fir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/656
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/656 hu kkoreġut kif ġej:
(1) |
L-Anness I hu kkoreġut skont l-Anness II ta' dan ir-Regolament. |
(2) |
fl-Anness II, l-Appendiċi 1 u l-Appendiċi 2 huma kkoreġuti skont l-Anness III ta' dan ir-Regolament; |
(3) |
fl-Anness III, l-Appendiċi 1, it-Tabella 1, id-disa' ringiela, fl-ewwel kolonna, il-kliem “Il-kodiċi applikabbli ta' eżenzjoni (EM) jew il-kodiċi ta' tranżizzjoni (TM) mill-kolonna 4 tat-Tabella 1 tal-Appendiċi 2 tal-Anness II” jinbidel bil-kliem “Il-kodiċi applikabbli ta' eżenzjoni (EM) jew il-kodiċi ta' tranżizzjoni (TR) mill-kolonna 4 tat-Tabella 1 tal-Appendiċi 2 tal-Anness II”; |
(4) |
fl-Anness IV, l-Addendum taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE hu kkoreġut skont l-Anness V ta' dan ir-Regolament. |
(5) |
L-Anness V hu kkoreġut skont l-Anness VI ta' dan ir-Regolament; |
(6) |
l-Anness VI hu kkoreġut skont l-Anness VII ta' dan ir-Regolament; |
(7) |
l-Anness IX hu kkoreġut skont l-Anness VIII ta' dan ir-Regolament. |
Artikolu 3
Id-dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta' April 2018.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 252, 16.9.2016, p. 53.
(2) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/656 tad-19 ta' Diċembru 2016 li jistabbilixxi r-rekwiżiti amministrattivi relatati mal-limiti tal-emissjonijiet u l-approvazzjoni tat-tip għall-magni b'kombustjoni interna għal makkinarju mobbli mhux tat-triq skont ir-Regolament (UE) 2016/1628 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 102, 13.4.2017, p. 364).
(3) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/655 tad-19 ta' Diċembru 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/1628 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-monitoraġġ tal-emissjonijiet ta' inkwinanti gassużi mill-magni b'kombustjoni interna fis-servizz installati f'makkinarju mobbli mhux tat-triq (ĠU L 102, 13.4.2017, p. 334).
ANNESS I
L-Anness I tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/656 hu emendat kif ġej:
(1) |
Il-Parti A hi emendata kif ġej:
|
(2) |
L-Appendiċi 3 hu emendat kif ġej:
|
ANNESS II
L-Anness I tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/656 hu kkoreġut kif ġej:
(1) |
fil-Parti A, il-punt 1.3 jinbidel b'dan li ġej:
|
(2) |
Il-Parti B hi kkoreġuta kif ġej:
|
(3) |
L-Appendiċi 3 hu kkoreġut kif ġej:
|
ANNESS III
L-Anness III tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/656 hu kkoreġut kif ġej:
(1) |
fl-Appendiċi 1, it-Taqsima 2, il-punt 3 jinbidel b'dan li ġej:
|
(2) |
fit-Taqsima 2, it-Tabella 1 hi kkoreġuta kif ġej:
|
ANNESS IV
L-Anness IV tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/656 hu emendat kif ġej:
(1) |
fl-Addendum taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE, jiżdiedu l-punti 11.3. sa 11.3.2. li ġejjin: “11.3. Valuri ta' referenza tal-monitoraġġ fis-servizz (9)
|
(2) |
fin-noti ta' spjegazzjoni tal-Anness IV, tiżdied in-nota ta' spjegazzjoni (9) li ġejja:
|
ANNESS V
Fl-Anness IV tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/656, l-Addendum taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE hu kkoreġut kif ġej:
(1) |
Il-punti 2.11.8, 2.11.9. u 2.11.10 jinbidlu b'dan li ġej:
|
(2) |
fil-punt 3.6.4. tat-tieni kolonna “Deskrizzjoni tal-Element”, il-kliem “Ċilindrata (cm3):” jinbidel bil-kliem “Ċilindrata totali tal-magna (cm3):”; |
ANNESS VI
L-Anness V tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/656 hu kkoreġut kif ġej:
(1) |
fil-punt 3.1, il-kliem introduttorju tal-ewwel paragrafu jinbidel b'dan li ġej: “Eżempju ta' numru tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE ta' magna NRSh-v-1b li taħdem bil-petrol, maħruġ min-Netherlands, li ġiet estiża tliet darbiet:”; |
(2) |
fil-punt 3.2, il-kliem introduttorju tal-ewwel paragrafu jinbidel b'dan li ġej: “Eżempju ta' numru tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE ta' magna NRE-c-3 tat-tip 1 A li tuża żewġ tipi ta' fjuwil, li taħdem bi fjuwil gassuż tat-tip LN2 (kompożizzjoni speċifika ta' gass naturali likwifikat/bijometan likwifikat li twassal għal fattur λ-xift li ma jvarjax b'aktar minn 3 fil-mija mill-fattur λ-xift tal-gass G20 speċifikat fl-Anness I tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/654, u li l-kontenut tal-etan tagħha ma jaqbiżx il-1,5 fil-mija), li għadu ma ġiex estiż, maħruġ minn Franza:”; |
(3) |
fil-punt 3.3, il-kliem introduttorju tal-ewwel paragrafu jinbidel b'dan li ġej: “Eżempju ta' numru tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE ta' magna RLL-v-1 skont il-limiti tal-emissjonijiet tal-SPE li taħdem bid-diżil, maħruġ mill-Awstrija, li ġie estiż darbtejn:”. |
ANNESS VII
L-Anness VI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/656 hu kkoreġut kif ġej:
(1) |
il-punt 2.6 jinbidel b'dan li ġej:
|
(2) |
L-Appendiċi 1 hu kkoreġut kif ġej:
|
ANNESS VIII
Il-punti 2.4.4 sa 2.4.4.3 tal-Anness IX tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/656 jinbidlu b'dan li ġej:
“2.4.4. Ċilindrata għal kull ċilindru
2.4.4.1. Magna b'ċilindrata għal kull ċilindru ≥ 750 cm3
Sabiex il-magni b'ċilindrata għal kull ċilindru ≥ 750 cm3 jitqiesu li jappartjenu għall-istess familja tal-magni, il-firxa taċ-ċilindrata tagħhom għal kull ċilindru ma għandhiex taqbeż il-15 fil-mija tal-akbar ċilindrata għal kull ċilindru fil-familja tal-magna.
2.4.4.2. Magna b'ċilindrata għal kull ċilindru < 750 cm3
Sabiex il-magni b'ċilindrata għal ċilindru individwali < 750 cm3 jitqiesu li jappartjenu għall-istess familja tal-magni, il-firxa taċ-ċilindrata tagħhom għal kull ċilindru ma għandhiex taqbeż it-30 fil-mija tal-akbar ċilindrata għal kull ċilindru fil-familja tal-magna.
2.4.4.3. Magna b'firxa akbar fiċ-ċilindrata għal kull ċilindru
Minkejja l-punti 2.4.4.1 u 2.4.4.2, magni b'ċilindrata għal kull ċilindru li taqbeż il-firxa definita fil-paragrafi 2.4.4.1 u 2.4.4.2 jistgħu jitqiesu li jappartjenu għall-istess familja tal-magna soġġetti għall-approvazzjoni tal-awtorità tal-approvazzjoni. L-approvazzjoni għandha tkun ibbażata fuq elementi tekniċi (kalkoli, simulazzjonijiet, riżultati tal-esperimenti eċċ.) li juru li jekk tinqabeż il-firxa, ma jkunx hemm influwenza sinifikanti fuq l-emissjonijiet tal-egżost.”.