16.7.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 179/76 |
REGOLAMENT (UE) 2018/976 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-4 ta' Lulju 2018
li jemenda Regolament (UE) 2016/1139 f'dak li għandu x'jaqsam mal-meded tal-mortalità mis-sajd u l-livelli ta' salvagwardja għal ċerti stokkijiet ta' aringi fil-Baħar Baltiku
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43(2) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Waqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2016/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokkijiet tal-merluzz, l-aringi u l-laċċ ikħal fil-Baħar Baltiku (“il-pjan”). L-għan tal-pjan huwa li jikkontribwixxi għall-kisba tal-objettivi tal-politika komuni tas-sajd u, b'mod partikolari, biex jiżgura li l-isfruttar ta' riżorsi bijoloġiċi ħajjin tal-baħar jirriabilita u jżomm il-popolazzjonijiet tal-ispeċijiet mistada 'l fuq minn livelli li jistgħu jipproduċu r-rendiment massimu sostenibbli (MSY). |
(2) |
L-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) 2016/1139 jistipula l-istokkijiet tal-ħut tal-Baħar Baltiku kkonċernati, inkluż l-istokk ta' aringi tal-Baħar tal-Botnija u l-istokk ta' aringi tal-Bajja tal-Botnija. Sabiex tiġi salvagwardjata l-kapaċità riproduttiva sħiħa ta' dawk l-istokkijiet, l-Annessi I u II għal dak ir-Regolament jistabbilixxi ċerti punti ta' referenza dwar il-konservazzjoni, inklużi l-meded ta' mortalità mis-sajd u l-punti ta' referenza ġodda tal-bijomassa riproduttiva tal-istokk. |
(3) |
L-evalwazzjoni xjentifika tal-istokk tal-aringi tal-Baħar tal-Botnija, u l-istokk tal-aringi tal-Bajja tal-Botnija li saret fl-2017 mill-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES) wriet li dawn iż-żewġ stokkijiet huma simili. Bħala konsegwenza, l-ICES għaqqad iż-żewġ stokkijiet f'waħda, biddel il-konfini taż-żona ġeografika relattiva u vvaluta mill-ġdid il-meded ta' mortalità mis-sajd tar-rendiment massimu sostenibbli (MSY), kif ukoll il-punti ta' referenza dwar konservazzjoni rilevanti. Dan wassal għal definizzjoni tal-istokkijiet u valuri numeriċi differenti minn dawk stabbiliti fl-Artikolu 1 u l-Annessi I u II tar-Regolament (UE) 2016/1139. |
(4) |
L-Artikolu 5(6) tar-Regolament (UE) 2016/1139 jipprevedi li meta, abbażi ta' parir xjentifiku, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-punti ta' referenza dwar il-konservazzjoni stipulati fl-Anness II ta' dak ir-Regolament ma jibqgħux jesprimu b'mod korrett l-objettivi tal-pjan, il-Kummissjoni tista', bħala kwistjoni ta' urġenza, tissottometti proposta għar-reviżjoni ta' dawk il-punti ta' referenza lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. |
(5) |
Huwa xieraq li jiġu emendati b'mod urġenti l-punti (e) u (f) tal-Artikolu 1(1) u l-Annessi I u II tar-Regolament (UE) 2016/1139 sabiex jiġi żgurat li l-opportunitajiet tas-sajd għall-istokkijiet rilevanti jiġu ffissati skont il-punti ta' referenza dwar konservazzjoni aġġornati. |
(6) |
Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2016/1139 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi tar-Regolament (UE) 2016/1139
Ir-Regolament (UE) 2016/1139 huwa emendat kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 1(1) huwa emendat kif ġej:
|
(2) |
Fl-Anness I, l-annotazzjonijiet li jikkonċernaw l-istokk ta' aringi tal-Baħar tal-Botnija u l-istokk ta' aringi tal-Bajja tal-Botnija huma sostitwiti b'dan li ġej:
|
(3) |
Fl-Anness II, l-annotazzjonijiet li jikkonċernaw l-istokk ta' aringi tal-Baħar tal-Botnija u l-istokk ta' aringi tal-Bajja tal-Botnija huma sostitwiti b'dan li ġej:
|
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Strasburgu, l-4 ta' Lulju 2018.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
A. TAJANI
Għall-Kunsill
Il-President
K. EDTSTADLER
(1) Opinjoni tal-14 ta' Frar 2018 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Mejju 2018 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2018.
(3) Ir-Regolament (UE) 2016/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Lulju 2016 li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokkijiet tal-merluzz, l-aringi u l-laċċ ikħal fil-Baħar Baltiku u s-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet, li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2187/2005 u li jirrevoka r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1098/2007 (ĠU L 191, 15.7.2016, p. 1).