4.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 167/3


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/949

tat-3 ta' Lulju 2018

li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta' prodotti organiċi minn pajjiżi terzi

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta' Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 2092/91 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 33(2) u (3) u l-Artikolu 38(d) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness III tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 (2) jistabbilixxi l-lista ta' pajjiżi terzi li s-sistemi tal-produzzjoni u l-miżuri tal-kontroll tagħhom għall-produzzjoni organika ta' prodotti agrikoli huma rikonoxxuti bħala ekwivalenti għal dawk stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 834/2007.

(2)

F'konformità mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika taċ-Ċilì dwar il-kummerċ ta' prodotti organiċi, approvat mid-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/2307 (3), l-Unjoni u ċ-Ċilì jaċċettaw l-importazzjoni fit-territorju tagħhom tal-prodotti elenkati fl-Anness ta' dak il-Ftehim, u t-tqegħid fis-suq tagħhom bħala prodotti organiċi, diment li dawk il-prodotti jkunu jikkonformaw mal-liġijiet u r-regolamenti ta' xulxin. L-Anness I ta' dak il-Ftehim ikopri prodotti organiċi miċ-Ċilì li l-Unjoni tirrikonoxxi ekwivalenza għalihom. Għal raġunijiet ta' ċarezza, iċ-Ċilì jenħtieġ li jiġi inkluż fil-lista li tinsab fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008.

(3)

Skont informazzjoni pprovduta mill-Costa Rica, l-awtorità kompetenti tagħha żiedet korp ġdid ta' kontroll, jiġifieri lil “Primus Auditing Operations de Costa Rica S.A” mal-lista ta' korpi ta' kontroll rikonoxxuti mill-Costa Rica.

(4)

Skont informazzjoni pprovduta mill-Iżvizzera, l-ismijiet tal-korpi tal-kontroll, l- “Institut für Marktökologie (IMO)” u “ProCert Safety AG” inbidlu għal “IMOswiss AG” u “ProCert AG” rispettivament.

(5)

Skont informazzjoni pprovduta mit-Tuneżija, l-isem tal-awtorità kompetenti nbidel. Barra minn hekk, it-Tuneżija infurmat lill-Kummissjoni li l-awtorità kompetenti tagħha żiedet korp wieħed ta' kontroll, jiġifieri lil “CERES GmbH”, mal-lista ta' korpi ta' kontroll rikonoxxuti mit-Tuneżija u li l-isem tal-korp ta' kontroll “Ecocert SA en Tunisie” inbidel għal “Ecocert SA”. Ir-rikonoxximent tal-korp ta' kontroll “Suolo e Salute” ġie rtirat. Fl-aħħar nett, il-korpi ta' kontroll “Kiwa BCS Öko-Garantie GmbH” u “Institut national de la normalisation et de la propriété industrielle (INNORPI)” ġew assenjati numri tal-kodiċi ġodda.

(6)

Skont informazzjoni mogħtija mill-Korea t'Isfel, ingħataw indirizzi tal-Internet ġodda għal “OCK” u “Neo environmentally-friendly”. Ir-rikonoxximent tal-korp ta' kontroll “Ecocert” ġie rtirat. Fl-aħħar nett, l-awtorità kompetenti tal-Korea t'Isfel irrikonoxxiet erba' korpi ta' kontroll oħra li jenħtieġ li jiżdiedu mal-lista tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008: “Ecolivestock Association”, “Association for Agricultural Products Quality Evaluation”, “University Industry Liaison office of CNU” u “Eco Agriculture Institute Inc.”

(7)

L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 jistabbilixxi l-lista tal-awtoritajiet tal-kontroll u tal-korpi tal-kontroll li huma kompetenti biex jagħmlu kontrolli u joħorġu ċertifikati f'pajjiżi terzi għall-fini ta' ekwivalenza.

(8)

Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba mingħand “Agreco R.F. Göderz GmbH” sabiex l-ispeċifikazzjonijiet tagħha jiġu emendati. Abbażi tal-informazzjoni li waslitilha, il-Kummissjoni kkonkludiet li hu ġġustifikat li tiġi rrikonoxxuta “Agreco R.F. Göderz GmbH” fil-kategorija tal-prodotti B fir-rigward tal-pajjiżi terzi kollha li ġiet rikonoxxututa għall-kategoriji ta' prodotti oħra kollha u li jiġi estiż l-ambitu ġeografiku tar-rikonoxximent tagħha għall-kategorija tal-prodotti D għal Cape Verde, l-Iran, il-Kambodja, Fiġi, l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, il-Gżejjer Solomon, El Salvador, Tonga u Samoa, u għall-kategorija tal-prodotti A fir-rigward tal-Messiku u tal-Urugwaj.

(9)

Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba mingħand “Bioagricert S.r.l.” biex jiġu emendati l-ispeċifikazzjonijiet tagħha. Abbażi tal-informazzjoni li waslitilha, il-Kummissjoni kkonkludiet li hu ġġustifikat li “Bioagricert S.r.l” tiġi rikonoxxuta għall-kategoriji tal-prodotti D għall-Indoneżja.

(10)

Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba mingħand “Biocert International Pvt Ltd” biex tiġi inkluża fil-lista tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008. Abbażi tal-informazzjoni li waslitilha, il-Kummissjoni kkonkludiet li hu ġġustifikat li “Biocert International Pvt Ltd” tiġi rikonoxxuta għall-kategoriji tal-prodotti D u E għall-Indja u għall-kategoriji tal-prodotti A u D għas-Sri Lanka.

(11)

Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba mingħand “Ecocert SA” biex jiġu emendati l-ispeċifikazzjonijiet tagħha. Abbażi tal-informazzjoni li rċeviet, il-Kummissjoni kkonkludiet li huwa ġustifikat li jitwessa' l-ambitu ġeografiku tar-rikonoxximent tagħha għall-kategoriji tal-prodotti A u D għal New Caledonia, u għall-kategorija tal-prodotti B għall-Armenja u għall-kategorija tal-prodotti E għat-Togo.

(12)

“Ecoglobe” infurmat lill-Kummissjoni li nbidel l-indirizz u l-indirizz tal-Internet tagħha.

(13)

Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba mingħand “Ekoagros” biex jiġu emendati l-ispeċifikazzjonijiet tagħha. Abbażi tal-informazzjoni li waslitilha, il-Kummissjoni kkonkludiet li hu ġġustifikat li tiġi rikonoxxuta għall-kategoriji tal-prodotti B u D għar-Russja.

(14)

“NASAA Certified Organic Pty Ltd” infurmat lill-Kummissjoni li nbidel l-indirizz tal-Internet tagħha.

(15)

Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba minn “OneCert International PVT Ltd” biex jiġu emendati l-ispeċifikazzjonijiet tagħha. Abbażi tal-informazzjoni li rċeviet, il-Kummissjoni kkonkludiet li huwa ġustifikat li jiġi estiż l-ambitu ġeografiku tar-rikonoxximent tagħha għall-kategoriji tal-prodotti A u D għall-Benin, l-Indoneżja, in-Niġerja, il-Filippini u t-Togo.

(16)

“Organic Certifiers” infurmat lill-Kummissjoni li waqqfet l-attivitajiet ta' ċertifikazzjoni tagħha fil-pajjiżi terzi kollha li għalihom kienet rikonoxxuta. Għalhekk jenħtieġ li ma tibqax elenkata fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008.

(17)

“ORSER” infurmat lill-Kummissjoni li nbidel l-indirizz tagħha.

(18)

Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba minn “Q-check”, biex tiġi inkluża fil-lista tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008. Abbażi tal-informazzjoni li waslitilha, il-Kummissjoni kkonkludiet li hu ġġustifikat li “Q-check” tiġi rikonoxxuta għall-kategoriji tal-prodotti A u D fir-rigward tal-Albanija, l-Eġittu, il-Ġordan, il-Kosovo, il-Libanu, il-Perù, l-Arabja Sawdija, is-Serbja, it-Turkija u l-Emirati Għarab Magħquda.

(19)

“Quality Partner” infurmat lill-Kummissjoni li waqqfet l-attivitajiet ta' ċertifikazzjoni tagħha fl-Indoneżja, l-uniku pajjiż terz li għalih kienet rikonoxxuta. Għalhekk jenħtieġ li ma tibqax elenkata fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008.

(20)

“Soil Association Certification Limited” infurmat lill-Kummissjoni li se twaqqaf l-attivitajiet ta' ċertifikazzjoni tagħha fl-Eġittu u l-Iran. Għalhekk jenħtieġ li ma tibqax elenkata fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008.

(21)

Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba mingħand “Valsts SIA ‘Sertifikācijas un testēšanas centrs’” biex jiġu emendati l-ispeċifikazzjonijiet tagħha. Abbażi tal-informazzjoni li rċeviet, il-Kummissjoni kkonkludiet li huwa ġustifikat li jitwessa' l-ambitu ġeografiku tar-rikonoxximent tagħha għall-kategoriji tal-prodotti A għall-Belarussja, u għall-kategorija tal-prodotti A u B għall-Użbekistan.

(22)

Bħala konsegwenza tal-inklużjoni taċ-Ċilì fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008, il-korpi ta' kontroll rilevanti rikonoxxuti s'issa għall-importazzjoni ta' prodotti mill-kategoriji A, D jew F miċ-Ċilì, jenħtieġ li jkomplu jiġu rikonoxxuti fir-rigward taċ-Ċilì għal dawk il-kategoriji ta' prodotti, ħlief għall-prodotti li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-ftehim kummerċjali.

(23)

Għalhekk, l-Annessi III u IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 jenħtieġ li jiġu emendati skont dan.

(24)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-produzzjoni organika,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1235/2008 hu emendat kif ġej:

(1)

L-Anness III hu emendat skont l-Anness I ta' dan ir-Regolament;

(2)

L-Anness IV hu emendat skont l-Anness II ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta' Lulju 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 189, 20.7.2007, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 tat-8 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta' prodotti organiċi minn pajjiżi terzi (ĠU L 334, 12.12.2008, p. 25).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/2307 tad-9 ta' Ottubru 2017 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika taċ-Ċilì dwar il-kummerċ ta' prodotti organiċi (ĠU L 331, 14.12.2017, p. 1).


ANNESS I

L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 huwa emendat kif ġej:

(1)

wara l-entrata dwar il-Kanada, tiddaħħal l-entrata l-ġdida li ġejja:

“IĊ-ĊILÌ

1.

Kategoriji tal-prodotti:

Kategorija tal-prodotti jew prodotti

Deżinjazzjoni tal-kategorija skont l-Anness IV

Limitazzjonijiet

Prodotti tal-pjanti mhux ipproċessati

A

Prodotti mniżżlin f'dan il-Ftehim biss

Għasel

 

Prodotti mniżżlin f'dan il-Ftehim biss

Prodotti tal-pjanti pproċessati biex jintużaw bħala ikel

D

Prodotti mniżżlin f'dan il-Ftehim biss

Materjal tal-propagazzjoni veġetattiva u żrieragħ għall-kultivazzjoni

F

Prodotti mniżżlin f'dan il-Ftehim biss

2.

Oriġini: ingredjenti mkabbra organikament fil-prodotti tal-kategoriji A u D li tkabbru fiċ-Ċilì jew li ġew importati lejn iċ-Ċilì:

jew mill-Unjoni,

jew minn pajjiż terz fil-qafas ta' skema li hija rrikonoxxuta bħala skema ekwivalenti mill-Unjoni skont l-Artikolu 33(2) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007.

3.

Standards tal-produzzjoni: Il-Liġi 20.089 tas-17 ta' Jannar 2006, li toħloq sistema ta' ċertifikazzjoni nazzjonali għall-prodotti organiċi agrikoli.

4.

Awtorità kompetenti: Servicio Agricola y Ganadero (SAG), il-Ministeru għall-Agrikoltura. http://www.sag.cl/ambitos-de-accion/certificacion-de-productos-organicos

5.

Korpi tal-kontroll:

Numru tal-Kodiċi

Isem

Indirizz tal-Internet

CL-BIO-001

Ecocert Chile S.A.

www.ecocert.cl

CL-BIO-004

ARGENCERT (Instituto Argentino para la Certificación y Promoción de productos)

www.argencert.com.ar

CL-BIO-005

CERES - Certification of Environmental Standards GmbH

http://www.ceres-cert.com/

CL-BIO-010

BIO CERTIFICADORA SERVICIOS LIMITADA

www.bioaudita.cl

6.

Korpi u awtoritajiet għall-ħruġ taċ-ċertifikati: bħal fil-punt 5.

7.

It-tul taż-żmien tal-inklużjoni: sal-31 ta' Diċembru 2020.”

(2)

fl-entrata dwar il-Costa Rica, fil-punt 5, tiżdied ir-ringiela li tikkonċerna n-numru tal-kodiċi CR-BIO-007:

“CR-BIO-007

Primus Auditing Operations de Costa Rica S.A

www.primusauditingops.com”

(3)

fl-entrata dwar l-Iżvizzera, fil-punt 5, ir-ringieli li jikkonċernaw in-numri tal-kodiċi CH-BIO-004 u CH-BIO-038 huma sostitwiti b'dan li ġej:

“CH-BIO-004

IMOswiss AG

www.imo.ch

CH-BIO-038

ProCert AG

https://www.procert.ch/”

(4)

fl-entrata dwar it-Tuneżija, il-punti 4 u 5 huma sostitwiti b'dan li ġej:

“4.

Awtorità kompetenti: Ministère de l'Agriculture, des Ressources Hydrauliques et de la Pêche, www.agriculture.tn u www.onagri.tn.

5.

Korpi tal-kontroll:

TN-BIO-001

Ecocert SA

www.ecocert.com

TN-BIO-007

Institut national de la normalisation et de la propriété industrielle (INNORPI)

www.innorpi.tn

TN-BIO-008

CCPB Srl

www.ccpb.it

TN-BIO-009

CERES GmbH

www.ceres-cert.com

TN-BIO-010

Kiwa BCS Öko-Garantie GmbH

www.kiwabcs.com”

(5)

fl-entrata dwar ir-Repubblika tal-Korea, il-punt 5 huwa emendat kif ġej:

(a)

ir-ringieli li jikkonċernaw in-numri tal-kodiċi KR-ORG-005, KR-ORG-019 huma sostitwiti b'dan li ġej:

“KR-ORG-005

OCK

http://www.greenock.co.kr/

KR-ORG-019

Neo environmentally-friendly

http://neoefcc.modoo.at”

(b)

jitħassar KR-ORG-016;

(c)

jiżdiedu r-ringieli li ġejjin:

“KR-ORG-025

Ecolivestock Association

http://www.ecolives.co.kr

KR-ORG-026

Association for Agriculture Products Quality Evaluation

http://apqe.co.kr

KR-ORG-027

University Industry Liaison office of CNU

http://sanhak.jnu.ac.kr/eng/

KR-ORG-029

Eco Agriculture Institute Inc.

http://blog.daum.net/ifea2011”


ANNESS II

L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 hu emendat kif ġej:

(1)

fl-entrata dwar “A CERT European Organization for Certification S.A.”, il-punt 4 huwa ssostitwit b'dan li ġej:

“4.

Eċċezzjonijiet: prodotti fil-fażi tal-konverżjoni u prodotti koperti bl-Anness III.”;

(2)

fl-entrata dwar “Agreco R.F. Göderz GmbH”, il-punt 3 huwa emendat kif ġej:

(a)

fir-ringieli dwar il-Messiku u l-Urugwaj, jiżdied salib fil-kolonna A;

(b)

fir-ringieli dwar l-Ażerbajġan, il-Bożnija-Ħerzegovina, il-Burkina Faso, il-Bolivja, il-Kamerun, il-Kolombja, Kuba, Cape Verde, ir-Repubblika Dominicana, l-Ekwador, l-Eġittu, l-Etjopja, Fiġi, il-Georgia, il-Ghana, il-Gwatemala, il-Honduras, l-Indoneżja, l-Iran, il-Kenja, il-Kirgiżistan, il-Kambodja, il-Każakistan, is-Sri Lanka, il-Marokk, il-Moldova, il-Montenegro, Madagascar, l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, il-Mali, il-Messiku, in-Niġerja, in-Nikaragwa, in-Nepal, il-Perù, Papua New Guinea, il-Filippini, il-Paragwaj, is-Serbja, ir-Russja, il-Gżejjer Solomon, is-Senegal, is-Suriname, El Salvador, it-Togo, it-Tajlandja, it-Turkmenistan, Tonga, Tuvalu, it-Tanzanija, l-Ukrajna, l-Uganda, l-Urugwaj, l-Użbekistan, il-Venezwela, il-Vjetnam, Samoa u l-Afrika t'Isfel, qed jiżdied salib fil-kolonna B;

(c)

fir-ringieli dwar Cape Verde, Fiġi, l-Iran, il-Kambodja, l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, il-Gżejjer Solomon, El Salvador, Tonga u Samoa, jiżdied salib fil-kolonna D;

(3)

fl-entrata dwar “Bioagricert S.r.l”, fil-punt 3, fir-ringiela dwar l-Indoneżja, jiżdied salib fil-kolonna D;

(4)

wara l-entrata dwar “BIOcert Indonesia”, tiddaħħal l-entrata l-ġdida li ġejja:

“‘Biocert International Pvt Ltd

1.

Indirizz: 701 Pukhraj Corporate, Opposite Navlakha Bus Stop, Indore, 452001, l-Indja

2.

Sit web: http://www.biocertinternational.com

3.

In-numri tal-kodiċi, il-pajjiżi terzi u l-kategoriji ta' prodott ikkonċernati:

Numru tal-Kodiċi

Pajjiż terz

Kategorija ta' prodotti

A

B

C

D

E

F

IN-BIO-177

L-Indja

x

x

LK-BIO-177

Is-Sri Lanka

x

x

4.

Eċċezzjonijiet: prodotti fil-fażi tal-konverżjoni

5.

It-tul taż-żmien tal-inklużjoni: sat-30 ta' Ġunju 2021”;

(5)

fl-entrata dwar “CERES Certification of Environmental Standards GmbH”, il-punt 4 huwa ssostitwit b'dan li ġej:

“4.

Eċċezzjonijiet: prodotti fil-fażi tal-konverżjoni u prodotti koperti bl-Anness III.”;

(6)

fl-entrata dwar “Ecocert SA”, il-punt 3 huwa emendat kif ġej:

(a)

tiddaħħal ir-ringiela li ġejja fl-ordni tan-numri tal-kodiċi:

“NC-BIO-154

New Caledonia

x

x

—”

(b)

fir-ringiela li tikkonċerna l-Armenja, jiżdied salib fil-kolonna B;

(c)

fir-ringiela li tikkonċerna t-Togo, qed jiżdied salib fil-kolonna E;

(7)

fl-entrata dwar “Ecoglobe”, il-punti 1 u 2 huma sostitwiti b'dan li ġej:

“1.

Indirizz: 80 Aram Street, 0002 Yerevan, l-Armenja

2.

Sit web: http://www.ecoglobe.com”;

(8)

fl-entrata dwar “Ekoagros”, fil-punt 3, fir-ringiela dwar ir-Russja, jiżdied salib fil-kolonni B u D;

(9)

fl-entrata dwar “IMOcert Latinoamérica Ltda”, il-punt 4 huwa ssostitwit b'dan li ġej:

“4.

Eċċezzjonijiet: prodotti fil-fażi tal-konverżjoni u prodotti koperti bl-Anness III.”;

(10)

fl-entrata dwar “LACON GmbH”, il-punt 4 huwa ssostitwit b'dan li ġej:

“4.

Eċċezzjonijiet: prodotti fil-fażi tal-konverżjoni u prodotti koperti bl-Anness III.”;

(11)

fl-entrata dwar “NASAA Certified Organic Pty Ltd”, il-punt 2 huwa ssostitwit b'dan li ġej:

“2.

Sit web: www.nasaacertifiedorganic.com.au”;

(12)

fl-entrata dwar “OneCert International PVT Ltd”, fil-punt 3, jiddaħħlu r-ringieli li ġejjin fl-ordni tan-numri tal-kodiċi:

“BJ-BIO-152

Il-Benin

x

x

ID-BIO-152

L-Indoneżja

x

x

NG-BIO-152

In-Niġerja

x

x

PH-BIO-152

Il-Filippini

x

x

TG-BIO-152

It-Togo

x

x

—”

(13)

fl-entrata dwar “Oregon Tilth”, il-punt 4 huwa ssostitwit b'dan li ġej:

“4.

Eċċezzjonijiet: prodotti fil-fażi tal-konverżjoni u prodotti koperti bl-Anness III.”;

(14)

titħassar l-entrata dwar l-“Organic Certifiers”;

(15)

fl-entrata dwar “ORSER”, il-punt 1 huwa ssostitwit b'dan li ġej:

“1.

Indirizz: Prof. Dr. Ahmet Taner Kislali Mah.2842 Sok.No: 06810, 4, Cayyolu Cankaya-Ankara-IT-TURKIJA”;

(16)

wara l-entrata dwar “Overseas Merchandising Inspection Co., Ltd”, tiddaħħal l-entrata l-ġdida li ġejja:

“‘Q-check

1.

Indirizz: 9-17 Erithrou Stavrou str., Larissa, il-Greċja

2.

Sit web: http://www.qcheck-cert.gr

3.

In-numri tal-kodiċi, il-pajjiżi terzi u l-kategoriji ta' prodott ikkonċernati:

Numru tal-Kodiċi

Pajjiż terz

Kategorija ta' prodotti

A

B

C

D

E

F

AL-BIO-179

L-Abanija

x

x

AE-BIO-179

L-Emirati Għarab Magħquda

x

x

EG-BIO-179

L-Eġittu

x

x

JO-BIO-179

Il-Ġordan

x

x

RKS-BIO-179

Il-Kosovo

x

x

LB-BIO-179

Il-Libanu

x

x

PE-BIO-179

Il-Perù

x

x

TR-BIO-179

It-Turkija

x

x

SA-BIO-179

L-Arabja Sawdija

x

x

RS-BIO-179

Is-Serbja

x

x

4.

Eċċezzjonijiet: prodotti fil-fażi tal-konverżjoni

5.

It-tul taż-żmien tal-inklużjoni: sat-30 ta' Ġunju 2021”;

(17)

titħassar l-entrata dwar “Quality Partner”;

(18)

fl-entrata dwar “Soil Association Certification Limited”, fil-punt 3, jitħassru r-ringieli li jikkonċernaw l-Eġittu u l-Iran;

(19)

fl-entrata dwar “Valsts SIA ‘Sertifikācijas un testēšanas centrs’”, fil-punt 3, jiddaħħlu r-ringieli li ġejjin fl-ordni tan-numri tal-kodiċi:

“BY-BIO-173

Il-Belarussja

x

UZ-BIO-173

L-Użbekistan

x

x

—”