19.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 156/1


REGOLAMENT (UE) 2018/841 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-30 ta’ Mejju 2018

dwar l-inklużjoni tal-emissjonijiet u l-assorbimenti ta’ gassijiet serra minn użu tal-art, tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija fil-qafas ta’ politika għall-klima u l-enerġija għall-2030, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 525/2013 u d-Deċiżjoni Nru 529/2013/UE

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 192(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (3),

Billi:

(1)

Il-Kunsill Ewropew fil-konklużjonijiet tat-23 u l-24 ta’ Ottubru 2014 dwar il-qafas ta’ politika għall-klima u l-enerġija għall-2030 approva mira vinkolanti ta’ tnaqqis domestiku ta’ mill-anqas 40 % ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra fis-settur ekonomiku kollu sal-2030 meta mqabbel mal-1990, u dak ġie affermat mill-ġdid fil-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tas-17 u t-18 ta’ Marzu 2016.

(2)

Il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-23 u l-24 ta’ Ottubru 2014 iddikjaraw li jenħtieġ li l-mira tat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ mill-inqas 40 % titwettaq b’mod kollettiv mill-Unjoni bl-aktar mod kosteffikaċi possibbli, bit-tnaqqis fl-iskema għan-negozjar ta’ emissjonijiet tal-Unjoni Ewropea (“EU ETS”), stipulata fid-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), u fis-setturi li ma jaqgħux taħt l-ETS li jammontaw għal 43 % u 30 %, rispettivament, sal-2030 meta mqabbel mal-2005, bl-isforzi distribwiti abbażi tal-PDG per capita relattiv.

(3)

Dan ir-Regolament jifforma parti mill-implimentazzjoni tal-impenji tal-Unjoni skont il-Ftehim ta’ Pariġi (5) adottat skont il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (“UNFCCC”). Il-Ftehim ta’ Pariġi ġie konkluż f’isem l-Unjoni fil-5 ta’ Ottubru 2016 bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1841 (6). L-impenn tal-Unjoni għat-tnaqqis tal-emissjonijiet fl-ekonomija kollha ġie stabbilit fil-Kontribut Maħsub Determinat fil-Livell Nazzjonali ppreżentat fid-dawl tal-Ftehim ta’ Pariġi mill-Unjoni u l-Istati Membri tagħha lis-Segretarjat tal-UNFCCC fis-6 ta’ Marzu 2015. Il-Ftehim ta’ Pariġi daħal fis-seħħ fl-4 ta’ Novembru 2016. Jenħtieġ li l-Unjoni tkompli tnaqqas l-emissjonijiet tagħha ta’ gass serra u żżid l-assorbimenti skont il-Ftehim ta’ Pariġi.

(4)

Il-Ftehim ta’ Pariġi, fost l-oħrajn, jistabbilixxi mira fuq terminu twil f’konformità mal-objettiv li ż-żieda fit-temperatura globali tinżamm sew taħt iż-2 °C ’il fuq mil-livelli preindustrijali u biex jitkomplew l-isforzi biex tinżamm sal-1,5 °C ’il fuq mil-livelli preindustrijali. Il-foresti, l-art agrikola u l-artijiet mistagħdra ser ikollhom rwol ċentrali biex jintlaħaq dan l-għan. Fil-Ftehim ta’ Pariġi, il-Partijiet jirrikonoxxu wkoll il-prijorità fundamentali tal-ħarsien tas-sigurtà tal-ikel u li jintemm il-ġuħ, fil-kuntest tal-iżvilupp sostenibbli u l-isforzi biex jinqered il-faqar, u l-vulnerabbiltajiet partikolari ta’ sistemi ta’ produzzjoni tal-ikel għall-impatti negattivi tat-tibdil fil-klima, biex b’hekk jitrawmu r-reżiljenza għall-klima u l-iżvilupp b’emissjonijiet baxxi ta’ gassijiet serra, b’mod li ma jipperikolax il-produzzjoni tal-ikel. Sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-Ftehim ta’ Pariġi, jenħtieġ li l-Partijiet iżidu l-isforzi kollettivi tagħhom. Jenħtieġ li l-Partijiet iħejju, jikkomunikaw u jżommu kontributi suċċessivi determinati fil-livell nazzjonali. Il-Ftehim ta’ Pariġi jissostitwixxi l-approċċ meħud skont il-Protokoll ta’ Kjoto tal-1997, li mhux ser jitkompla wara l-2020. Il-Ftehim ta’ Pariġi jitlob ukoll bilanċ bejn l-emissjonijiet antropoġeniċi mis-sorsi u l-assorbimenti minn bjar ta’ gassijiet serra fit-tieni nofs ta’ dan is-seklu, u jistieden lill-Partijiet biex jieħdu azzjoni sabiex jikkonservaw u jtejbu, kif xieraq, bjar u ġibjuni ta’ gassijiet serra, inklużi foresti.

(5)

Is-settur tal-użu tal-art, tat-tibdil fl-użu tal-art u tal-forestrija (‘LULUCF’) għandu l-potenzjal li jipprovdi benefiċċji għall-klima fuq terminu twil, u b’hekk jikkontribwixxi għall-kisba tal-mira tal-Unjoni għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra, kif ukoll għall-għanijiet dwar il-klima fuq terminu twil tal-Ftehim ta’ Pariġi. Is-settur tal-LULUCF jipprovdi wkoll bijomaterjali li jistgħu jissostitwixxu l-materjali intensivi fir-rigward tal-fossili u l-karbonju u għaldaqstant għandu rwol importanti fit-transizzjoni għal ekonomija b’emissjonijiet baxxi ta’ gassijiet serra. Peress li l-assorbimenti permezz tal-LULUCF huma riversibbli, jenħtieġ li jiġu trattati bħala pilastru separat fil-qafas tal-politika għall-klima tal-Unjoni.

(6)

Il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-23 u l-24 ta’ Ottubru 2014 iddikjaraw li l-objettivi multipli tas-settur tal-agrikoltura u l-użu tal-art, bil-potenzjal ta’ mitigazzjoni inferjuri tagħhom kif ukoll il-ħtieġa ta’ żgurar ta’ koerenza bejn l-objettivi tas-sigurtà alimentari u tat-tibdil fil-klima tal-Unjoni, jenħtieġ li jiġu rikonoxxuti. Il-Kunsill Ewropew stieden lill-Kummissjoni biex teżamina liema huma l-aħjar modi biex iħeġġu l-intensifikazzjoni sostenibbli tal-produzzjoni tal-ikel, filwaqt li tottimizza l-kontribut tas-settur għall-mitigazzjoni u s-sekwestru tal-gassijiet serra, fosthom permezz tal-afforestazzjoni, u biex tistabbilixxi politika dwar kif jiġi inkluż l-LULUCF fil-qafas ta’ mitigazzjoni tal-gass serra għall-2030 malli l-kundizzjonijiet tekniċi jippermettu dan u fi kwalunkwe każ qabel l-2020.

(7)

Prattiki ta’ ġestjoni sostenibbli fis-settur tal-LULUCF jistgħu jikkontribwixxu b’diversi modi għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, b’mod partikolari billi jitnaqqsu l-emissjonijiet, u jinżammu u jiżdiedu r-riżervi u l-istokkijiet tal-karbonju. Sabiex il-miżuri li għandhom l-għan b’mod partikolari li jżidu s-sekwestru tal-karbonju jkunu effettivi, huma essenzjali l-istabbiltà u l-adattabbiltà fuq terminu twil tar-raggruppamenti tal-karbonju. Barra minn hekk, prattiki ta’ ġestjoni sostenibbli jistgħu jżommu l-produttività, il-kapaċità ta’ riġenerazzjoni u l-vitalità tas-settur tal-LULUCF u b’hekk jippromwovu l-iżvilupp ekonomiku u soċjali, filwaqt li jnaqqsu l-impronta tal-karbonju u ekoloġika ta’ dak is-settur.

(8)

L-iżvilupp ta’ prattiki u teknoloġiji sostenibbli u innovattivi, inklużi l-agroekoloġija u l-agroforestrija, jista’ jtejjeb ir-rwol tas-settur tal-LULUCF fir-rigward tal-mitigazzjoni u l-adattament għat-tibdil fil-klima, kif ukoll biex tissaħħaħ il-produttività u r-reżiljenza ta’ dak is-settur. Peress li s-settur tal-LULUCF huwa kkaratterizzat minn perijodi ta’ żmien twal għal redditi, strateġiji fuq terminu twil huma importanti biex jissaħħaħ il-finanzjament għar-riċerka u għall-iżvilupp ta’ prattiki u teknoloġiji sostenibbli u innovattivi, u l-investimenti f’dawn il-prattiki u teknoloġiji. Investimenti f’azzjonijiet ta’ prevenzjoni, bħall-ġestjoni sostenibbli, jistgħu jnaqqsu r-riskji marbuta mad-disturbi naturali.

(9)

Fil-konklużjonijiet tiegħu tat-22 u t-23 ta’ Ġunju 2017, il-Kunsill Ewropew afferma mill-ġdid l-impenn tal-Unjoni u l-Istati Membri tagħha għall-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli, li għandha l-għan, fost l-oħrajn li l-ġestjoni tal-foresti tkun sostenibbli.

(10)

Azzjoni għat-tnaqqis tad-deforestazzjoni u d-degradazzjoni tal-foresti u biex tippromwovi l-ġestjoni sostenibbli tal-foresti fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw hija importanti. F’dan il-kuntest, fil-konklużjonijiet tiegħu tal-21 ta’ Ottubru 2009 u tal-14 ta’ Ottubru 2010, il-Kunsill fakkar l-objettivi tal-Unjoni li titnaqqas id-deforestazzjoni tropikali grossa b’mhux inqas minn 50 % sal-2020 meta mqabbel mal-livelli attwali u biex jitwaqqaf it-telf tal-kopertura forestali globali sa mhux aktar tard mill-2030.

(11)

Id-Deċiżjoni Nru 529/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) tistabbilixxi regoli tal-kontabbiltà applikabbli għall-emissjonijiet u l-assorbimenti mis-settur tal-LULUCF u b’hekk ikkontribwiet għall-iżvilupp tal-politiki li wasslu għall-inklużjoni tas-settur tal-LULUCF fl-impenn għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-Unjoni. Jenħtieġ li dan ir-Regolament jibni fuq ir-regoli tal-kontabbiltà eżistenti, u jaġġornahom u jtejjibhom għall-perijodu mill-2021 sal-2030. Jenħtieġ li jistabbilixxi l-obbligi tal-Istati Membri fl-implimentazzjoni ta’ dawk ir-regoli tal-kontabbiltà, u jenħtieġ ukoll li jobbliga lill-Istati Membri biex jiżguraw li s-settur tal-LULUCF globali ma jiġġenerax emissjonijiet netti u jikkontribwixxi għall-għan tat-tisħiħ ta’ bjar fuq terminu twil. Jenħtieġ li din ma tistabbilixxi l-ebda obbligu ta’ kontabbiltà jew ta’ rapportar għal partijiet privati, inkluż bdiewa u forestiera.

(12)

Is-settur tal-LULUCF, inkluż l-art agrikola, għandu impatt dirett u sinifikanti fuq il-bijodiversità u s-servizzi tal-ekosistemi. Għal din ir-raġuni, objettiv importanti tal-politiki li jaffettwaw dan is-settur huwa li jiġi żgurat li jkun hemm koerenza mal-objettivi tal-istrateġija tal-bijodiversità tal-Unjoni. Jenħtieġ li jittieħdu azzjonijiet biex jiġu implimentati u appoġġjati attivitajiet f’dan is-settur li jirrigwardaw kemm il-mitigazzjoni kif ukoll l-adattament. Jenħtieġ ukoll li tiġi żgurata l-koerenza bejn il-Politika Agrikola Komuni u dan ir-Regolament. Is-setturi kollha jeħtieġ li jagħtu s-sehem ġust tagħhom fir-rigward tat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra.

(13)

Artijiet mistagħdra huma ekosistemi effettivi għall-ħżin tal-karbonju. Għalhekk, il-protezzjoni u r-restawr ta’ artijiet mistagħdra tista’ tnaqqas l-emissjonijiet tal-gassijiet serra fis-settur tal-LULUCF. L-Irfinar tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (“IPCC”) għal-Linji Gwida tal-IPCC tal-2006 għall-Inventarji Nazzjonali tal-Gassijiet Serra relatati mal-artijiet mistagħdra jenħtieġ li jitqies f’dan il-kuntest.

(14)

Sabiex jiġi żgurat il-kontribut tas-settur tal-LULUCF għall-kisba tal-mira tal-Unjoni għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ mill-inqas 40 % u għall-għan fuq terminu twil tal-Ftehim ta’ Pariġi, hija meħtieġa sistema robusta ta’ kontabbiltà. Sabiex jinkisbu kontijiet preċiżi tal-emissjonijiet u l-assorbimenti skont il-Linji Gwida tal-IPPC tal-2006 għall-Inventarji Nazzjonali tal-Gassijiet Serra (il-“Linji Gwida tal-IPCC”), il-valuri rapportati kull sena skont ir-Regolament (UE) Nru 525/2013/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) għall-kategoriji tal-użu tal-art u l-konverżjonijiet fost il-kategoriji tal-użu tal-art jenħtieġ li jiġu użati, biex b’hekk jiġu simplifikati l-approċċi użati skont l-UNFCCC u l-Protokoll ta’ Kjoto. Art li tiġi konvertita f’kategorija tal-użu tal-art oħra jenħtieġ li tiġi meqjusa fil-proċess ta’ transizzjoni għal dik il-kategorija għall-valur prestabbilit ta’ 20 sena msemmi fil-Linji Gwida tal-IPCC. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu biss jistgħu jidderogaw minn dak il-valur prestabbilit għall-art afforestata u biss f’ċirkustanzi limitati li jkunu ġġustifikati skont il-Linji gwida tal-IPCC. Il-bidliet fil-Linji Gwida tal-IPCC kif adottati mill-Konferenza tal-Partijiet għall-UNFCCC jew mill-Konferenza tal-Partijiet li sservi bħala l-Laqgħa tal-Partijiet għall-Ftehim ta’ Pariġi jenħtieġ li jkunu riflessi, kif xieraq, fir-rekwiżiti ta’ rapportar skont dan ir-Regolament.

(15)

Il-Linji Gwida tal-IPCC miftiehma fuq livell internazzjonali jiddikjaraw li l-emissjonijiet mill-kombustjoni ta’ bijomassa jistgħu jiġu kkontabbilizzati bħala żero fis-settur tal-enerġija bil-kondizzjoni li tali emissjonijiet jiġu kkontabbilizzati fis-settur tal-LULUCF. Fl-Unjoni, l-emissjonijiet mill-kombustjoni ta’ bijomassa attwalment huma kkontabbilizzati bħala żero skont l-Artikolu 38 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 601/2012 (9) u d-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 525/2013, għaldaqstant il-konsistenza mal-Linji Gwida tal-IPCC tiġi żgurata biss jekk tali emissjonijiet kienu riflessi b’mod preċiż f’dan ir-Regolament.

(16)

L-emissjonijiet u l-assorbimenti mill-art forestali jiddependu minn għadd ta’ ċirkostanzi naturali, karatteristiċi dinamiċi tal-foresti relatati mal-età, kif ukoll mill-prattiki ta’ ġestjoni tal-passat u tal-preżent li jvarjaw b’mod sostanzjali fost l-Istati Membri. L-użu ta’ sena bażi ma jagħmilhiex possibbli li jiġu riflessi dawk il-fatturi u l-impatti ċikliċi li jirriżultaw fuq l-emissjonijiet u l-assorbimenti, jew il-varjazzjoni interannwali tagħhom. Jenħtieġ li r-regoli tal-kontabbiltà rilevanti minflok jipprovdu għall-użu ta’ livelli referenzjarji biex jiġu esklużi l-effetti ta’ karatteristiċi naturali u speċifiċi għall-pajjiż. Jenħtieġ li l-livelli ta’ referenza għall-foresti jqisu kwalunkwe struttura tal-età tal-foresti żbilanċjata u jenħtieġ li jillimitawx bla bżonn l-intensità futura tal-ġestjoni tal-foresti, sabiex il-bjar ta’ karbonju fuq terminu twil ikunu jistgħu jinżammu jew jissaħħu. Minħabba s-sitwazzjoni storika partikolari tal-Kroazja, il-livell ta’ referenza għall-foresti tagħha jista’ wkoll iqis l-okkupazzjoni tat-territorju tiegħu, u ċ-ċirkostanzi ta’ żmien il-ġwerra u ta’ warajha li kellhom impatt fuq il-ġestjoni tal-foresti matul il-perijodu ta’ referenza. Ir-regoli tal-kontabbiltà rilevanti jqisu l-prinċipji tal-ġestjoni sostenibbli tal-foresti kif adottati mill-Konferenzi Ministerjali dwar il-Protezzjoni tal-Foresti fl-Ewropa (“Forest Europe”).

(17)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jippreżentaw lill-Kummissjoni pjanijiet nazzjonali tal-kontabbiltà għall-forestrija, inkluż il-livelli ta’ referenza għall-foresti. Fin-nuqqas tar-rieżami internazzjonali skont l-UNFCCC jew il-Protokoll ta’ Kjoto, jenħtieġ li tiġi stabbilita proċedura ta’ rieżami biex tiġi żgurata t-trasparenza u titjieb il-kwalità tal-kontabbiltà fil-kategorija ta’ art forestali ġestita.

(18)

Meta l-Kummissjoni tivvaluta l-pjanijiet nazzjonali tal-kontabbiltà għall-forestrija, inkluż il-livelli ta’ referenza għall-foresti proposti fihom, jenħtieġ li tibni fuq il-prattika tajba u l-esperjenza tar-rieżamijiet esperti skont l-UNFCCC, inkluż fir-rigward tal-parteċipazzjoni ta’ esperti mill-Istati Membri. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżgura li l-esperti mill-Istati Membri jkunu involuti fil-valutazzjoni teknika dwar jekk il-livelli ta’ referenza għall-foresti proposti ġewx determinati f’konformità mal-kriterji u r-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament. Ir-riżultati tal-valutazzjoni teknika jenħtieġ li jintbagħtu lill-Kumitat Forestrarju Permanenti stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/367/KEE (10) għall-informazzjoni. Jenħtieġ li l-Kummissjoni wkoll tikkonsulta l-partijiet ikkonċernati u s-soċjetà ċivili. Il-pjanijiet nazzjonali tal-kontabbiltà għall-forestrija jenħtieġ li jsiru disponibbli għall-pubbliku skont il-leġislazzjoni rilevanti.

(19)

L-użu sostenibbli miżjud ta’ prodotti tal-injam maħsud jista’ jillimita b’mod sostanzjali l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra fl-atmosfera permezz tal-effett ta’ sostituzzjoni u jsaħħaħ l-assorbimenti ta’ gassijiet serra mill-atmosfera. Jenħtieġ li r-regoli tal-kontabbiltà jiżguraw li l-Istati Membri jirriflettu b’mod preċiż u b’mod trasparenti fil-kontijiet tal-LULUCF tagħhom il-bidliet fir-raggruppament tal-karbonju tal-prodotti tal-injam maħsud meta tali bidliet iseħħu, sabiex jiġi rikonoxxut u inċentivat l-użu msaħħaħ ta’ prodotti tal-injam maħsud b’ċikli twal tal-ħajja. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tipprovdi gwida dwar kwistjonijiet relatati mal-metodoloġija li tikkonċerna l-kontabbiltà għal prodotti tal-injam maħsud.

(20)

Id-disturbi naturali, bħan-nirien fil-foresti, l-infestazzjonijiet mill-insetti u mill-mard, l-avvenimenti estremi tat-temp u d-disturbi ġeoloġiċi, li mhumiex fil-kontroll ta’ Stat Membru, u mhumiex influwenzati b’mod materjali minnu, jistgħu jirriżultaw f’emissjonijiet ta’ gassijiet serra ta’ natura temporanja fis-settur tal-LULUCF, jew jikkawżaw l-inverżjonijiet ta’ assorbimenti preċedenti. Peress li tali inverżjoni tista’ tkun ukoll ir-riżultat ta’ deċiżjonijiet ta’ ġestjoni, bħad-deċiżjonijiet li jinħasdu jew li jitħawlu siġar, jenħtieġ li dan ir-Regolament jiżgura li inverżjonijiet tal-assorbimenti kkawżati mill-bniedem jiġu dejjem riflessi b’mod preċiż fil-kontijiet tas-settur tal-LULUCF. Barra minn hekk, jenħtieġ li dan ir-Regolament jipprovdi possibbiltà limitata lill-Istati Membri li jeskludu mill-kontijiet tagħhom tas-settur tal-LULUCF l-emissjonijiet li jirriżultaw minn disturbi li ma jkollhomx kontroll fuqhom. Madankollu, il-mod li bih l-Istati Membri japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet jenħtieġ li ma jwassalx għal sottokontabbilizzazzjoni eċċessiva.

(21)

Skont il-preferenzi nazzjonali, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jagħżlu politiki nazzjonali xierqa għall-kisba tal-impenji tagħhom fis-settur tal-LULUCF, inkluż il-possibbiltà li jiġu bbilanċjati emissjonijiet minn waħda mill-kategoriji tal-art bl-assorbimenti minn kategorija tal-art oħra. Jenħtieġ ukoll li jkunu jistgħu jakkumulaw assorbimenti netti tul il-perijodu mill-2021 sal-2030. Jenħtieġ li fost-trasferimenti lejn Stati Membri oħra jibqgħu disponibbli bħala għażla addizzjonali, u jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jużaw l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet stabbiliti f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/842 tal-Parlament u tal-Kunsill (11) għall-konformità skont dan ir-Regolament. L-użu ta’ flessibbiltajiet stipulat f’dan ir-Regolament mhux ser jikkomprometti l-livell globali ta’ ambizzjoni tal-miri għat-tnaqqis tal-gassijiet serra tal-Unjoni.

(22)

Il-foresti ġestiti b’mod sostenibbli, normalment ikunu bjar, li jikkontribwixxu għall-mitigazzjoni tal-klima. Matul il-perijodu ta’ referenza mill 2000 sal-2009, l-assorbimenti medji minn bjar rrapportat minn art forestali kienu ta’ 372 miljun tunnellata ta’ ekwivalenti ta’ CO2 għall-Unjoni kollha kemm hi. Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li bjar u ġibjuni, inkluż il-foresti, jiġu kkonservati u msaħħa, kif xieraq, bil-għan li jintlaħqu l-finijiet tal-Ftehim ta’ Pariġi u jinkisbu l-miri ambizzjużi tal-Unjoni ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra sal-2050.

(23)

Jenħtieġ li l-assorbimenti minn art forestali ġestita jiġu kkontabbilizzati kontra livell ta’ referenza għall-foresti li jħares ’il quddiem. Jenħtieġ li l-assorbimenti minn bjar futuri ipproġettati ikunu ibbażat fuq estrapolazzjoni ta’ prattiki ta’ ġestjoni u intensità tal-foresti minn perijodu ta’ referenza. Tnaqqis f’bir relattiv għal-livell ta’ referenza jenħtieġ li jiġi kkontabbilizzat bħala emissjonijiet. Jenħtieġ li jittieħed kont taċ-ċirkostanzi u l-prattiki nazzjonali speċifiċi, bħall-intensità tal-ħsad inqas mis-soltu jew foresti li qed jixjieħu matul il-perijodu ta’ referenza.

(24)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jingħataw ftit flessibbiltà biex temporanjament iżidu l-intensità tal-ħsad tagħhom f’konformità mal-prattiki sostenibbli tal-ġestjoni tal-foresti li jkunu konsistenti mal-objettiv stipulat fil-Ftehim ta’ Pariġi, sakemm fl-Unjoni l-emissjonijiet totali ma jaqbżux l-assorbimenti totali fis-settur tal-LULUCF. Fil-kuntest ta’ tali flessibbiltà, jenħtieġ li l-Istati Membri kollha jingħataw ammont bażiku ta’ kumpens ikkalkolat fuq il-bażi ta’ fattur espress bħala perċentwal tal-bir rreġistrat tagħhom fil-perijodu mill-2000 sal-2009 biex jikkumpensa għall-emissjonijiet minn art forestali ġestita li jkunu kkontabbilizzaw. Jenħtieġ li jkun żgurat li l-Istati Membri jistgħu biss jiġu kkumpensati sal-livell fejn il-foresti tagħhom ma jibqgħux bjar.

(25)

Stati Membri b’kopertura tal-foresta għolja ħafna meta mqabbel mal-medja tal-Unjoni, u b’mod partikolari Stati Membri b’kopertura tal-foresta għolja ħafna, huma aktar dipendenti minn Stati Membri oħra fuq art forestali ġestita biex jiġu bbilanċjati l-emissjonijiet f’kategoriji oħra ta’ kontabbiltà tal-art u għalhekk ikunu affettwati fi grad ogħla u jkollhom potenzjal limitat biex iżidu l-kopertura tal-foresti tagħhom. Għalhekk jenħtieġ li l-fattur ta’ kumpens jiżdied abbażi tal-kopertura tal-foresti u tal-art sabiex l-Istati Membri b’żona ta’ art żgħira ħafna u kopertura tal-foresta għolja ħafna meta mqabbel mal-medja tal-Unjoni jingħataw l-ogħla fattur ta’ kumpens għall-perijodu ta’ referenza.

(26)

Fil-konklużjonijiet tiegħu tad-9 ta’ Marzu 2012, il-Kunsill irrikonoxxa l-partikolaritajiet ta’ pajjiżi b’kopertura forestali sinifikanti. Dawk il-partikolaritajiet jirrigwardaw b’mod partikolari l-possibbiltajiet limitati li l-emissjonijiet jiġu bbilanċjati mal-assorbimenti. Bħala l-Istat Membru bl-aktar kopertura forestali sinifikanti u meta jitqiesu l-karatteristiċi ġeografiċi partikolari tagħha, il-Finlandja tiffaċċa diffikultajiet partikolari f’dan ir-rigward. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Finlandja tingħata kumpens addizzjonali limitat.

(27)

Biex jiġi mmonitorjat il-progress tal-Istati Membri biex jilħqu l-impenji tagħhom skont dan ir-Regolament u biex jiġu żgurati li l-informazzjoni dwar l-emissjonijiet u l-assorbimenti tkun trasparenti, preċiża, konsistenti, kompleta u komparabbli, jenħtieġ li l-Istati Membri jipprovdu lill-Kummissjoni bid-data tal-inventarju tal-gassijiet serra rilevanti skont ir-Regolament (UE) Nru 525/2013, u jenħtieġ li l-kontrolli tal-konformità skont dan ir-Regolament iqisu dawk ir-rapporti. Jekk Stat Membru għandu l-ħsieb japplika l-flessibbiltà tal-art forestali ġestita stipulata f’dan ir-Regolament, jenħtieġ li jinkludi fir-rapport ta’ konformità l-ammont ta’ kumpens li biħsiebu juża.

(28)

Jenħtieġ li l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent tassisti lill-Kummissjoni, fejn xieraq f’konformità mal-programm ta’ ħidma annwali tal-Aġenzija, bis-sistema ta’ rapportar annwali tal-emissjonijiet u l-assorbimenti ta’ gassijiet serra, il-valutazzjoni ta’ informazzjoni dwar politiki u miżuri u projezzjonijiet nazzjonali, l-evalwazzjoni ta’ politiki u miżuri addizzjonali ppjanati, u l-kontrolli tal-konformità mwettqa mill-Kummissjoni skont dan ir-Regolament.

(29)

Sabiex tiġi prevista l-kontabbiltà xierqa tat-transazzjonijiet skont dan ir-Regolament, inkluż l-użu ta’ flessibbiltajiet u konformità tat-traċċar, kif ukoll biex jiġi promoss użu msaħħaħ ta’ prodotti tal-injam b’ċikli twal tal-ħajja, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fir-rigward ta’ adattament tekniku ta’ definizzjonijiet, inkluż il-valuri minimi għad-definizzjoni tal-foresti, listi ta’ gassijiet serra u raggruppamenti ta’ karbonju, li jistabbilixxu l-livelli ta’ referenza tal-Istati Membri għall-perijodi mill-2021 sal-2025 u mill-2026 sal-2030, rispettivament, iż-żieda ta’ kategoriji ġodda ta’ prodotti tal-injam maħsud, ir-reviżjoni tal-metodoloġija u rekwiżiti ta’ informazzjoni fir-rigward tad-disturbi naturali biex jiġu riflessi bidliet fil-Linji Gwida tal-IPCC, u l-kontabbiltà tat-transazzjonijiet permezz tar-Reġistru tal-Unjoni. Jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet meħtieġa relatati mal-kontabbiltà tat-transazzjonijiet jiddaħħlu fi strument uniku li jikkombina d-dispożizzjonijiet dwar il-kontabbiltà skont ir-Regolament (UE) Nru 525/2013, ir-Regolament (UE) 2018/842, dan ir-Regolament u d-Direttiva 2003/87/KE,. Hija ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta’ tħejjija tagħha, anke fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (12). B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċievuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati.

(30)

Bħala parti mir-rappurtar regolari tagħha skont ir-Regolament (UE) Nru 525/2013, jenħtieġ li l-Kummissjoni tivvaluta wkoll l-eżitu tad-Djalogu Faċilitattiv tal-2018 skont l-UNFCCC (id-“djalogu ta’ Talanoa”). Dan ir-Regolament jenħtieġ li jiġi rieżaminat fl-2024 u sussegwentement kull ħames snin sabiex jiġi vvalutat il-funzjonament kumplessiv tiegħu. Jenħtieġ li r-rieżami jieħu kont tal-informazzjoni mir-riżultati tad-Djalogu ta’ Talanoa u tal-Inventarju Globali skont il-Ftehim ta’ Pariġi. Jenħtieġ li l-qafas għal wara l-2030 jkun konsistenti mal-objettivi għall-perijodu fuq terminu twil u l-impenji magħmula skont il-Ftehim ta’ Pariġi.

(31)

Sabiex jiġi żgurat li jkun hemm rapportar effiċjenti, trasparenti u kosteffikaċi u verifika tal-emissjonijiet u l-assorbimenti ta’ gassijiet serra, u rapportar ta’ kwalunkwe informazzjoni oħra meħtieġa biex tiġi vvalutata l-konformità mal-impenji tal-Istati Membri, jenħtieġ li r-rekwiżiti ta’ rapportar jiġu inklużi fir-Regolament (UE) Nru 525/2013.

(32)

Biex jiġi ffaċilitat il-ġbir ta’ data u t-titjib tal-metodoloġija, jenħtieġ li l-użu tal-art jiġi nnumerat u rapportat bl-użu ta’ traċċar ġeografiku ta’ kull żona ta’ art, li jikkorrispondi għas-sistemi ta’ ġbir ta’ data nazzjonali u tal-Unjoni. Għall-ġbir ta’ data jenħtieġ li jsir l-aħjar użu ta’ programmi u stħarriġ eżistenti tal-Unjoni u tal-Istati Membri fosthom l-Istħarriġ Qafas Statistiku tal-Użu tal-Art taż-Żona Koperta (“LUCAS”), il-Programm Ewropew ta’ Osservazzjoni tad-Dinja, Copernicus, u sistema ta’ navigazzjoni satellitari Ewropea, Galileo. Jenħtieġ li l-ġestjoni tad-data, inkluż il-kondiviżjoni tad-data għar-rapportar, l-użu mill-ġdid u d-disseminazzjoni, tikkonforma mar-rekwiżiti stipulati fid-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13).

(33)

Jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 525/2013 jiġi emendat skont dan.

(34)

Jenħtieġ li d-Deċiżjoni Nru 529/2013/UE tibqa’ tapplika għall-obbligi ta’ kontabbiltà u rappurtar għall-perijodu ta’ kontabbiltà mill-1 ta’ Jannar 2013 sal-31 ta’ Diċembru 2020. Jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika għall-perijodi ta’ kontabbiltà mill-1 ta’ Jannar 2021.

(35)

Jenħtieġ li d-Deċiżjoni Nru 529/2013/UE tiġi emendata skont dan.

(36)

Billi li l-objettivi ta’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari sabiex jiġu stabbiliti l-impenji tal-Istati Membri għas-settur tal-LULUCF li jikkontribwixxu sabiex jinkisbu l-objettivi tal-Ftehim ta’ Pariġi u biex tintlaħaq il-mira ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tal-Unjoni għall-perijodu mill-2021 sal-2030, ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda pjuttost jistgħu, minħabba l-iskala jew l-effetti tiegħu, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit fl-istess Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħqu dawk l-għanijiet,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-impenji tal-Istati Membri għas-settur tal-użu tal-art, it-tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija (“LULUCF”) li jikkontribwixxu biex jinkisbu l-objettivi tal-Ftehim ta’ Pariġi u tintlaħaq il-mira għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra għall-perijodu mill-2021 sal-2030. Dan ir-Regolament jistipula wkoll ir-regoli għall-kontabbiltà tal-emissjonijiet u l-assorbimenti mil-LULUCF u għall-kontroll tal-konformità tal-Istati Membri ma’ dawk l-impenji.

Artikolu 2

Kamp ta’ applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament japplika għall-emissjonijiet u l-assorbimenti ta’ gassijiet serra elenkati fit-Taqsima A tal-Anness I għalih, rapportati skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 525/2013 u li jseħħu fi kwalunkwe waħda mill-kategoriji ta’ kontabbiltà tal-art fit-territorji tal-Istati Membri::

(a)

tul il-perijodi mill-2021 sal-2025 u mill-2026 sal-2030:

(i)   “art afforestata”: użu tal-art rapportat bħala raba’, bur, art mistagħdra, insedjamenti jew art oħra, konvertita f’art forestali;

(ii)   “art deforestata”: użu tal-art rapportat bħala art forestali konvertita f’raba’, bur, art mistagħdra, insedjamenti jew art oħra;

(iii)   “raba’ ġestita”: użu tal-art rapportat bħala:

raba’ li jibqa’ raba’,

bur, art mistagħdra, insedjament jew art oħra, konvertita f’raba’, jew

raba’ konvertit f’art mistagħdra, insedjament jew art oħra;

(iv)   “bwar ġestiti”: użu tal-art rapportat bħala:

bur li jibqa’ bur,

raba’, art mistagħdra, insedjament jew art oħra, konvertita f’bur, jew

bur konvertit f’art mistagħdra, insedjament jew art oħra;

(v)   “art forestali ġestita”: użu tal-art rapportat bħala art forestali li tibqa’ art forestali.

(b)

Mill-2026: “art mistagħdra ġestita”: użu tal-art rapportat bħala:

art mistagħdra li tibqa’ art mistagħdra,

insedjament jew art oħra, konvertita f’art mistagħdra, jew

art mistagħdra konvertita f’insedjament jew art oħra.

2.   Matul il-perijodu mill-2021 sal-2025, Stat Membru jista’ jinkludi fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-impenn tiegħu skont l-Artikolu 4 ta’ dan ir-Regolament emissjonijiet u assorbimenti ta’ gassijiet serra elenkati fit-Taqsima A tal-Anness I għal dan ir-Regolament, rapportati skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 525/2013, u li jseħħu fil-kategorija ta’ kontabbiltà tal-art mistagħdra ġestita fit-territorju tagħha. Dan ir-Regolament japplika wkoll għal dawn l-emissjonijiet u l-assorbimenti inklużi minn Stat Membru.

3.   Fejn Stat Membru jkun beħsiebu jinkludi, f’konformità mal-paragrafu 2, art mistagħdra ġestita fl-ambitu tal-impenn tiegħu, huwa għandu jinnotifika lill-Kummissjoni b’dan sal-31 ta’ Diċembru 2020.

4.   Jekk ikun meħtieġ fid-dawl tal-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni tal-Irfinar tal-IPCC għal-Linji Gwida tal-IPCC, il-Kummissjoni tista’ tagħmel proposta biex tipposponi l-kontabbiltà obbligatorja għal art mistagħdra ġestita għal perijodu addizzjonali ta’ ħames snin.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

1.   Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“bir” tfisser kwalunkwe proċess, attività jew mekkaniżmu li jneħħi gass serra, aerosol, jew prekursur ta’ gass serra mill-atmosfera;

(2)

“sors” tfisser kwalunkwe proċess, attività jew mekkaniżmu li jirrilaxxa gass serra, aerosol jew prekursur ta’ gass serra fl-atmosfera;

(3)

“raggruppament tal-karbonju” tfisser il-karatteristika jew is-sistema bijoġeokimika sħiħa jew parti minnha f’territorju ta’ Stat Membru u li fiha jinħażen il-karbonju, kwalunkwe prekursur ta’ gass serra li fih il-karbonju, jew kwalunkwe gass serra li fih il-karbonju;

(4)

“ħażna tal-karbonju” tfisser il-massa ta’ karbonju maħżun f’raggruppament tal-karbonju;

(5)

“prodott tal-injam maħsud” tfisser kwalunkwe prodott tal-injam maħsud li ma jkunx għadu fis-sit fejn jiġi maħsud l-injam;

(6)

“foresta” tfisser żona ta’ art definita mill-valuri minimi għad-daqs taż-żona, il-kopertura ta’ qċaċet tas-siġar jew livell ekwivalenti ta’ ħżin, u l-għoli potenzjali tas-siġar meta jimmaturaw fil-post fejn jikbru s-siġar kif speċifikat għal kull Stat Membru fl-Anness II. Din tinkludi żoni bis-siġar, inklużi gruppi ta’ siġar naturali żgħar, li jkunu qed jikbru, jew pjantaġġuni li għad iridu jilħqu l-valuri minimi għall-kopertura ta’ qċaċet tas-siġar jew livell ekwivalenti ta’ ħżin jew għoli tas-siġar minimu, kif speċifikat fl-Anness II, inkluż kwalunkwe żona li normalment tkun tifforma parti miż-żona tal-foresta iżda li fuqha temporanjament ma jkun hemm l-ebda siġra b’riżultat ta’ intervent tal-bniedem, bħall-ħsad, jew b’riżultat ta’ kawżi naturali, iżda li tista’ tkun mistennija terġa’ ssir foresta;

(7)

“livell ta’ referenza għall-foresti” tfisser stima, espressa f’tunnellati ta’ ekwivalenti ta’ CO2 fis-sena, tal-emissjonijiet u l-assorbimenti netti annwali medji li jirriżultaw mill-art forestali ġestita fit-territorju ta’ Stat Membru tul il-perijodi mill-2021 sal-2025 u mill-2026 sal-2030, abbażi tal-kriterji stabbiliti f’dan ir-Regolament;

(8)

“valur ta’ nofs il-ħajja” tfisser l-għadd ta’ snin li jridu jgħaddu biex il-kwantità ta’ karbonju maħżun f’kategorija tal-prodotti tal-injam maħsud tonqos għal nofs il-valur inizjali tiegħu;

(9)

“disturbi naturali” tfisser kwalunkwe avveniment mhux antropoġeniku jew ċirkostanza mhux antropoġenika li jikkawża/tikkawża emissjonijiet sinifikanti fil-foresti u li l-Istat Membru rilevanti ma jkollu l-ebda kontroll fuq l-okkorrenza tiegħu/tagħha, u li l-effett tiegħu/tagħha l-Istat Membru, b’mod oġġettiv ma jkunx jista’ jillimita b’mod sinifikanti, anke wara li dawn iseħħu, fuq l-emissjonijiet;

(10)

“ossidazzjoni istantanja” tfisser metodu tal-kontabbiltà li jassumi li r-rilaxx fl-atmosfera tal-kwantità sħiħa tal-karbonju maħżun fil-prodotti tal-injam maħsud iseħħ mal-ħsad.

2.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 16, biex temenda jew tħassar id-definizzjonijiet li jinsabu fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, jew iżżid definizzjonijiet ġodda għalih, sabiex tadatta dak il-paragrafu għal żviluppi xjentifiċi jew progress tekniku u biex tiżgura l-konsistenza bejn dawk id-definizzjonijiet u kwalunkwe bidla f’definizzjonijiet rilevanti fil-Linji Gwida tal-IPCC kif adottati mill-Konferenza tal-Partijiet għall-UNFCCC jew mill-Konferenza tal-Partijiet li sservi bħala l-Laqgħa tal-Partijiet għall-Ftehim ta’ Pariġi.

Artikolu 4

Impenji

Għall-perijodi mill-2021 sal-2025 u mill-2026 sal-2030, waqt li jqis il-flessibbiltajiet previsti fl-Artikoli 12 u 13, kull Stat Membru għandu jiżgura li l-emissjonijiet ma jaqbżux l-assorbimenti, ikkalkulati bħala s-somma tal-emissjonijiet totali u l-assorbimenti totali fit-territorju tiegħu fil-kategoriji ta’ kontabbiltà kollha tal-art imsemmija fl-Artikolu 2 kombinat, kif ikkontabbilizzati skont dan ir-Regolament.

Artikolu 5

Regoli ġenerali tal-kontabbiltà

1.   Kull Stat Membru għandu jħejji u jżomm kontijiet li jirriflettu b’mod preċiż l-emissjonijiet u l-assorbimenti li jirriżultaw mill-kategoriji ta’ kontabbiltà tal-art imsemmija fl-Artikolu 2. L-Istati Membri għandhom jiżgura li l-kontijiet tagħhom u data oħra pprovduta skont dan ir-Regolament ikunu preċiżi, kompleti, konsistenti, komparabbli u trasparenti. L-Istati Membri għandhom jindikaw l-emissjonijiet b’sinjal pożittiv (+) u l-assorbimenti b’sinjal negattiv (-).

2.   L-Istati Membri għandhom jipprevjenu kwalunkwe għadd doppju ta’ emissjonijiet jew assorbimenti, b’mod partikolari billi jiżguraw li l-emissjonijiet u l-assorbimenti mhumiex ikkontabbilizzati taħt aktar minn kategorija waħda ta’ kontabbiltà tal-art.

3.   Fejn l-użu tal-art jiġi kkonvertit, l-Istati Membri għandhom, 20 sena wara d-data tal-konverżjoni ibiddlu l-kategorizzazzjoni tal-art forestali, raba’, bwar, art mistagħdra, insedjamenti u art oħra minn tali art konvertita għal tip ieħor ta’ art tali art li tibqa’ tal-istess tip ta’ art.

4.   L-Istati Membri, fil-kontijiet tagħhom għal kull kategorija ta’ kontabbiltà tal-art, għandhom jinkludu kwalunkwe bidla fil-ħażna ta’ karbonju tar-raggruppamenti ta’ karbonju elenkati fit-Taqsima B tal-Anness I. Stati Membri jistgħu jagħżlu li ma jinkludux fil-kontijiet tagħhom bidliet fil-ħażniet ta’ karbonju tar-raggruppamenti ta’ karbonju sakemm ir-raggruppament ta’ karbonju mhux sors. Madankollu, dik l-għażla li ma jinkludux il-bidliet fil-ħażniet tal-karbonju fil-kontijiet ma għandhiex tapplika fir-rigward tar-raggruppamenti ta’ karbonju tal-bijomassa tal-wiċċ, injam mejjet u l-prodotti tal-injam maħsud, fil-kategorija ta’ kontabbiltà tal-art tal-art forestali ġestita.

5.   L-Istati Membri għandhom iżommu rekord komplet u preċiż tad-data kollha użata fit-tħejjija tal-kontijiet tagħhom.

6.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 16 biex temenda l-Anness I sabiex jiġu riflessi l-bidliet fil-Linji Gwida tal-IPCC kif adottati mill-Konferenza tal-Partijiet għall-UNFCCC jew mill-Konferenza tal-Partijiet li sservi bħala l-Laqgħa tal-Partijiet għall-Ftehim ta’ Pariġi.

Artikolu 6

Kontabbiltà għall-art afforestata u l-art deforestata

1.   L-Istati Membri għandhom jikkontabbilizzaw l-emissjonijiet u l-assorbimenti li jirriżultaw minn art afforestata u art deforestata, bħala emissjonijiet totali u assorbimenti totali għal kull sena tul il-perijodi mill-2021 sal-2025 u mill-2026 sal-2030.

2.   B’deroga mill-Artikolu 5(3), fejn l-użu tal-art jiġi kkonvertit minn raba’, bwar, art mistagħdra, insedjamenti jew art oħra għal art forestali, Stat Membru jista’ jibdel il-kategorizzazzjoni ta’ tali art minn art konvertita għal art forestali għal art forestali li tibqa’ art forestali, 30 sena wara d-data ta’ dik il-konverżjoni, jekk debitament ġustifikat skont il-Linji Gwida tal-IPCC.

3.   Meta jiġu kkalkolati l-emissjonijiet u l-assorbimenti li jirriżultaw minn art afforestata u art deforestata, kull Stat Membru għandu jiddetermina ż-żona tal-foresta bl-użu tal-parametri speċifikati fl-Anness II.

Artikolu 7

Kontabbiltà għar-raba’ ġestita, il-bwar ġestiti u l-art mistagħdra ġestita

1.   Kull Stat Membru għandu jikkontabbilizza l-emissjonijiet u l-assorbimenti li jirriżultaw mir-raba’ ġestita kkalkulati bħala emissjonijiet u assorbimenti tul il-perijodi mill-2021 sal-2025 u mill-2026 sal-2030 u jitnaqqas il-valur miksub bil-multiplikazzjoni b’ħamsa tal-emissjonijiet u l-assorbimenti medji annwali tal-Istat Membru li jirriżultaw mir-raba’ ġestita fil-perijodu bażi tiegħu mill-2005 sal-2009.

2.   Kull Stat Membru għandu jikkontabbilizza l-emissjonijiet u l-assorbimenti li jirriżultaw mill-bwar ġestiti kkalkulati bħala l-emissjonijiet u l-assorbimenti tul il-perijodi mill-2021 sal-2025 u mill-2026 sal-2030 u jitnaqqas il-valur miksub permezz tal-multiplikazzjoni b’ħamsa tal-emissjonijiet u assorbimenti medji annwali tal-Istati Membri li jirriżultaw mill-bwar ġestiti fil-perijodu bażi tiegħu mill-2005 sal- 2009.

3.   Matul il-perijodu mill-2021 sal-2025, kull Stat Membru li, f’konformità mal-Artikolu 2(2), jinkludi l-art mistagħdra ġestita fl-ambitu tal-impenji tiegħu u l-Istati Membri kollha matul il-perijodu mill-2026 sal-2030, għandhom jikkontabbilizzaw l-emissjonijiet u l-assorbimenti li jirriżultaw mill-art mistagħdra ġestita, ikkalkulati bħala emissjonijiet u assorbimenti fil-perijodi rispettivi u jitnaqqas il-valur miksub permezz tal-multiplikazzjoni b’ħamsa tal-emissjonijiet u l-assorbimenti medji annwali tal-Istat Membru li jirriżultaw mill-art mistagħdra ġestita fil-perijodu bażi tiegħu mill-2005 sal-2009.

4.   Matul il-perjodu mill-2021 sal-2025, l-Istati Membri li, f’konformità mal-Artikolu 2(2), jkunu għażlu li ma jinkludux l-art mistagħdra ġestita fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-impenji tagħhom għandhom madankollu jirrapportaw lill-Kummissjoni dwar l-emissjonijiet u l-assorbimenti mill-użu tal-art irrapportat bħala:

(a)

art mistagħdra li tibqa’ art mistagħdra,

(b)

insedjament jew art oħra, konvertita għal art mistagħdra, jew

(c)

art mistagħdra konvertita għal insedjament jew art oħra.

Artikolu 8

Kontabbiltà għall-ġestjoni tal-art forestali

1.   Kull Stat Membru għandu jikkontabbilizza l-emissjonijiet u l-assorbimenti li jirriżultaw mill-art forestali ġestita, kkalkulati bħala emissjonijiet u assorbimenti fil-perijodi mill-2021 sal-2025 u mill-2026 sal-2030 u jitnaqqas il-valur miksub permezz tal-multiplikazzjoni b’ħamsa tal-livell ta’ referenza għall-foresti tal-Istat Membru kkonċernat.

2.   Meta r-riżultat tal-kalkolu msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jiġi negattiv fir-rigward tal-livell ta’ referenza għall-foresti ta’ Stat Membru, l-Istat Membru kkonċernat għandu jinkludi l-assorbimenti netti totali fil-kontijiet tal-art forestali ġestita ta’ mhux aktar minn ekwivalenti ta’ 3,5 % tal-emissjonijiet ta’ dak l-Istat Membru fis-sena jew perijodu bażi tiegħu kif speċifikat fl-Anness III, immultiplikat b’ħamsa. L-assorbimenti netti li jirriżultaw mir-raggruppamenti tal-karbonju ta’ injam mejjet, prodotti tal-injam maħsud, ħlief il-kategorija ta’ karta kif imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 9(1), fil-kategorija ta’ kontabbiltà tal-art ta’ art forestali ġestita m’għandhomx ikunu soġġetti għal din il-limitazzjoni.

3.   L-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni il-pjanijiet nazzjonali tagħhom tal-kontabbiltà għall-forestrija, inkluż livell propost ta’ referenza għall-foresti, sal-31 ta’ Diċembru 2018 għall-perijodu mill-2021 sal-2025 u sat-30 ta’ Ġunju 2023 għall-perijodu mill-2026 sal-2030. Il-pjan nazzjonali tal-kontabbiltà għall-forestrija għandu jinkludi l-elementi kollha elenkati fit-Taqsima B tal-Anness IV u għandu jkun disponibbli għall-pubbliku, inkluż permezz tal-Internet.

4.   L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw il-livell ta’ referenza għall-foresti tagħhom abbażi tal-kriterji li jinsabu fit-Taqsima A tal-Anness IV. Għall-Kroazja, il-livell ta’ referenza għall-foresti tagħha jista’ wkoll iqis, minbarra l-kriterji stabbiliti fit-Taqsima A tal-Anness IV, l-okkupazzjoni tat-territorju tagħha, u ċ-ċirkostanzi ta’ żmien il-ġwerra u ta’ warajha li kellhom impatt fuq il-ġestjoni tal-foresti matul il-perijodu ta’ referenza.

5.   Il-livell ta’ referenza għall-foresti għandu jkun ibbażat fuq il-kontinwazzjoni tal-prattika tal-ġestjoni forestali sostenibbli, kif dokumentat għall-perijodu mill-2000 u sal-2009 fir-rigward ta’ karatteristiċi dinamiċi tal-foresti relatati mal-età fil-foresti nazzjonali bl-użu tal-aħjar data disponibbli.

Il-livelli ta’ referenza għall-foresti kif determinati f’konformità mal-ewwel subparagrafu għandhom iqisu l-impatt futur ta’ karatteristiċi dinamiċi relatati mal-età tal-foresti sabiex ma jillimitawx bla bżonn l-intensità tal-ġestjoni forestali bħala element ewlieni tal-prattika tal-ġestjoni forestali sostenibbli, bil-għan li jinżamm jew jissaħħu bjar tal-karbonju fuq terminu twil.

L-Istati Membri għandhom juru konsistenza bejn il-metodi u d-data użata biex jiddeterminaw il-livell ta’ referenza propost għall-foresti fil-pjan nazzjonali tal-kontabbiltà għall-forestrija u dawk użati fir-rapportar għall-art forestali ġestita.

6.   Il-Kummissjoni, f’konsultazzjoni ma’ esperti maħtura mill-Istati Membri, għandha twettaq valutazzjoni teknika tal-pjanijiet nazzjonali tal-kontabbiltà għall-forestrija ppreżentati mill-Istati Membri skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu bil-għan li tivvaluta l-punt sa fejn il-livelli ta’ referenza proposti għall-foresti ġew determinati skont il-prinċipji u r-rekwiżiti li jinsabu fil-paragrafi 4 u 5 ta’ dan l-Artikolu u fl-Artikolu 5(1). Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-partijiet ikkonċernati u lis-soċjetà ċivili. Il-Kummissjoni għandha tippubblika sommarju tax-xogħol imwettaq, inkluż l-opinjonijiet espressi mill-esperti maħtura mill-Istati Membri, u l-konklużjonijiet tiegħu.

Il-Kummissjoni għandha, fejn meħtieġ, toħroġ rakkomandazzjonijiet tekniċi lill-Istati Membri li jirriflettu l-konklużjonijiet tal-valutazzjoni teknika biex jiffaċilitaw ir-reviżjoni teknika tal-livelli ta’ referenza proposti għall-foresti. Il-Kummissjoni għandha tippubblika dawk ir-rakkomandazzjonijiet tekniċi.

7.   Fejn huwa meħtieġ abbażi tal-valutazzjonijiet tekniċi u abbażi ta’, fejn applikabbli, rakkomandazzjonijiet tekniċi, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw il-livelli ta’ referenza proposti riveduti għall-foresti lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2019 għall-perijodu mill-2021 sal-2025 u sat-30 ta’ Ġunju 2024 għall-perijodu mill-2026 sal-2030. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-livelli ta’ referenza proposti għall-foresti kkomunikati lilha mill-Istati Membri.

8.   Abbażi tal-livelli ta’ referenza proposti għall-foresti ppreżentati mill-Istati Membri, tal-valutazzjoni teknika mwettqa skont il-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu, u fejn applikabbli, tal-livell ta’ referenza propost rivedut għall-foresti ppreżentat skont il-paragrafu 7 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 16 li jemendaw l-Anness IV bil-għan li jiġu stabbiliti livelli ta’ referenza għall-foresti li għandhom jiġu applikati mill-Istati Membri għall-perijodi mill-2021 sal-2025 u mill-2026 sal-2030.

9.   Jekk Stat Membru ma jippreżentax il-livell ta’ referenza għall-foresti tiegħu lill-Kummissjoni sad-dati speċifikati fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu u, fejn applikabbli, il-paragrafu 7 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 16 li jemendaw l-Anness IV bil-ħsieb li tistabbilixxi l-livell ta’ referenza għall-foresti li għandu jiġi applikat minn dak l-Istat Membru għall-perijodu mill-2021 u sal-2025 jew mill-2026 sal-2030, abbażi ta’ kwalunkwe valutazzjoni teknika mwettqa skont il-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu.

10.   L-atti delegati msemmija fil-paragrafi 8 u 9 għandhom jiġu adottati sal-31 ta’ Ottubru 2020 għall-perijodu mill-2021 sal-2025 u sat-30 ta’ April 2025 għall-perijodu mill-2026 sal-2030.

11.   Sabiex tiġi żgurata konsistenza kif imsemmi fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom, fejn meħtieġ, jippreżentaw lill-Kummissjoni korrezzjonijiet tekniċi li ma jeħtiġux emendi għall-atti delegati adottati skont il-paragrafu 8 jew 9 ta’ dan l-Artikolu sad-dati msemmija fl-Artikolu 14(1).

Artikolu 9

Kontabbiltà għall-prodotti tal-injam maħsud

1.   Fil-kontijiet previsti skont l-Artikoli 6(1) u 8(1) relatati mal-prodotti tal-injam maħsud, l-Istati Membri għandhom jirriflettu l-emissjonijiet u l-assorbimenti li jirriżultaw mill-bidliet fir-raggruppament tal-karbonju ta’ prodotti tal-injam maħsud li jaqgħu fil-kategoriji li ġejjin bl-użu tal-funzjoni ta’ diżintegrazzjoni tal-ewwel grad, il-metodoloġiji u skont il-valuri prestabbiliti ta’ nofs il-ħajja speċifikati fl-Anness V:

(a)

karta;

(b)

panewijiet tal-injam;

(c)

injam issegat.

2.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 16 sabiex temenda l-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u l-Anness V billi jiżdiedu kategoriji ġodda ta’ prodotti tal-injam maħsud li jkollhom effett ta’ sekwestru tal-karbonju, abbażi tal-Linji Gwida tal-IPCC kif adottati mill-Konferenza tal-Partijiet għall-UNFCCC jew mill-Konferenza tal-Partijiet li sservi bħala l-Laqgħa tal-Partijiet għall-Ftehim ta’ Pariġi, u li tiġi żgurata l-integrità ambjentali.

3.   L-Istati Membri jistgħu jispeċifikaw il-prodotti ta’ materjali bbażati mill-injam, inkluż qxur tas-siġar, li jaqgħu fil-kategoriji eżistenti u ġodda msemmija fil-paragrafi 1 u 2, rispettivament, abbażi tal-Linji Gwida tal-IPCC kif adottati mill-Konferenza tal-Partijiet għall-UNFCCC jew mill-Konferenza tal-Partijiet li sservi bħala l-Laqgħa tal-Partijiet għall-Ftehim ta’ Pariġi, dment li d-data disponibbli tkun trasparenti u verifikabbli.

Artikolu 10

Kontabbiltà għal disturbi naturali

1.   Fi tmiem kull wieħed mill-perijodi mill-2021 sal-2025 u mill-2026 sal-2030, l-Istati Membri jistgħu jeskludu mill-kontijiet tagħhom għall-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tal-art afforestata u l-art forestali ġestit, li jirriżultaw minn disturbi naturali, li jaqbżu l-emissjonijiet medji kkawżati minn disturbi naturali fil-perijodu mill-2001 sal-2020, esklużi l-anomaliji statistiċi (“livell ta’ bażi”). Dak il-livell ta’ bażi għandu jiġi kkalkulat skont dan l-Artikolu u l-Anness VI.

2.   Meta Stat Membru japplika l-paragrafu 1, dan għandu:

(a)

jippreżenta lill-Kummissjoni informazzjoni dwar il-livell ta’ bażi għal kategoriji ta’ kontabbiltà tal-art imsemmija fil-paragrafu 1 u dwar id-data u l-metodoloġiji użati skont l-Anness VI; u

(b)

jeskludi mill-kontabbiltà sal-2030 l-assorbimenti sussegwenti kollha fuq l-art affettwata minn disturbi naturali.

3.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 16 biex temenda l-Anness VI sabiex tirrevedi l-metodoloġija u r-rekwiżiti ta’ informazzjoni f’dak l-Anness sabiex jiġu riflessi l-bidliet fil-Linji Gwida tal-IPCC kif adottati mill-Konferenza tal-Partijiet għall-UNFCCC jew mill-Konferenza tal-Partijiet li sservi bħala l-Laqgħa tal-Partijiet għall-Ftehim ta’ Pariġi.

Artikolu 11

Flessibbiltajiet

1.   Stat Membru jista’ juża:

(a)

il-flessibbiltajiet ġenerali stabbiliti fl-Artikolu 12; u

(b)

sabiex jikkonforma mal-impenn fl-Artikolu 4, il-flessibbiltà tal-art forestali ġestita stabbilita fl-Artikolu 13.

2.   Jekk Stat Membru ma jikkonformax mar-rekwiżiti ta’ monitoraġġ stabbiliti fil-punt (da) tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament (UE) Nru 525/2013, l-Amministratur Ċentrali maħtur skont l-Artikolu 20 tad-Direttiva 2003/87/KE (“l-Amministratur Ċentrali”) għandu jipprojbixxi temporanjament dak l-Istat Membru milli jittrasferixxi jew ifaddal skont l-Artikolu 12(2) u (3) ta’ dan ir-Regolament jew bl-użu tal-flessibbiltà tal-art forestali ġestita skont l-Artikolu 13 ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 12

Flessibbilitajiet ġenerali

1.   Meta l-emissjonijiet totali jaqbżu l-assorbimenti totali fi Stat Membru, u dak l-Istat Membru jkun għażel li juża l-flessibbiltà tiegħu, u jkun talab li jħassar l-allokazzjonijiet tal-emissjonijiet annwali skont ir-Regolament (UE) 2018/842, il-kwantità tal-allokazzjonijiet tal-emissjonijiet annwali għandha titqies fir-rigward tal-konformità tal-Istat Membru mal-impenn tiegħu skont l-Artikolu 4 ta’ dan ir-Regolament.

2.   Sa fejn l-assorbimenti totali jaqbżu l-emissjonijiet totali fi Stat Membru u wara t-tnaqqis ta’ kwalunkwe kwantità li titqies skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2018/842, dak l-Istat Membru jista’ jittrasferixxi l-kwantità tal-assorbimenti li jifdallu lil Stat Membru ieħor. Il-kwantità trasferita għandha titqies fil-valutazzjoni tal-konformità tal-Istat Membru riċeventi mal-impenn tiegħu skont l-Artikolu 4 ta’ dan ir-Regolament.

3.   Sa fejn l-assorbimenti totali jaqbżu l-emissjonijiet totali fi Stat Membru fil-perijodu mill-2021 u sal-2025, u wara t-tnaqqis ta’ kwalunkwe kwantità li titqies skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2018/842 jew trasferita lil Stat Membru ieħor skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, dak l-Istat Membru jista’ jfaddal il-kwantità tal-assorbimenti li jifdallu għall-perijodu mill-2026 sal-2030.

4.   Sabiex jiġi evitat għadd doppju, il-kwantità ta’ assorbimenti netti meqjusa skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2018/842 għandha titnaqqas mill-kwantità disponibbli għat-trasferiment ta’ dak l-Istat Membru lil Stat Membru ieħor jew għat-tfaddil skont il-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 13

Flessibbiltà tal-art forestali ġestita

1.   Meta l-emissjonijiet totali jaqbżu l-assorbimenti totali fil-kategoriji ta’ kontabbiltà tal-art imsemmija fl-Artikolu 2, li ġew ikkontabbilizzati f’konformità ma’ dan ir-Regolament, fi Stat Membru, dak l-Istat Membru jista’ juża l-flessibbiltà tal-art forestali ġestita stabbilita f’dan l-Artikolu sabiex ikun konformi mal-Artikolu 4.

2.   Meta r-riżultat tal-kalkolu msemmi fl-Artikolu 8(1) tkun ċifra pożittiva, l-Istat Membru kkonċernat għandu jkun intitolat li jikkumpensa dawk l-emissjonijiet dment li:

(a)

l-Istat Membru, fl-istrateġija tiegħu ppreżentata skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 525/2013, ikun inkluda miżuri speċifiċi li għaddejjin jew previsti biex jiżgura l-konservazzjoni jew it-tisħiħ, kif xieraq, ta’ bjar u ġibjuni tal-foresti; u

(b)

fi ħdan l-Unjoni, l-emissjonijiet totali ma jkunux ogħla mill-assorbimenti totali fil-kategoriji ta’ kontabbiltà tal-art imsemmija fl-Artikolu 2 ta’ dan ir-Regolament għall-perijodu li fih l-Istat Membru jkun biħsiebu juża l-kumpens. Meta jiġi vvalutat jekk, fi ħdan l-Unjoni, l-emissjonijiet totali jaqbżux l-assorbimenti totali, il-Kummissjoni għandha tiżgura li jiġi evitat l-għadd doppju mill-Istati Membri, b’mod partikolari fl-eżerċizzju tal-flessibbiltajiet stabbiliti f’dan ir-Regolament u r-Regolament (UE) 2018/842.

3.   Fir-rigward tal-ammont ta’ kumpens l-Istat Membru kkonċernat jista’ jikkumpensa biss:

(a)

bjar ikkontabbilizzati bħala emissjonijiet kontra l-livell ta’ referenza tal-foresti tiegħu; u

(b)

sal-ammont massimu ta’ kumpens għal dak l-Istat Membru stipulat fl-Anness VII għall-perijodu mill-2021 sal-2030.

4.   Il-Finlandja tista’ tikkumpensa sa 10 miljun tunnellata ta’ emissjonijiet ekwivalenti f’CO2 dment li tissodisfa l-kondizzjonijiet elenkati fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 2.

Artikolu 14

Kontroll tal-konformità

1.   Sal-15 ta’ Marzu 2027 għall-perjodu mill-2021 sal-2025 u sal-15 ta’ Marzu 2032 għall-perjodu mill-2026 sal-2030, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni rapport ta’ konformità li jkun fih li u l-assorbimenti totali għall-perijodu rilevanti fuq kull kategorija ta’ kontabbiltà tal-art speċifikata fl-Artikolu 2, bl-użu tar-regoli tal-kontabbiltà stabbiliti f’dan ir-Regolament.

Dan ir-rapport għandu jkun fih ukoll, meta applikabbli, id-dettalji dwar l-intenzjoni li jintużaw il-flessibbiltajiet imsemmijin fl-Artikolu 11 u l-ammonti relatati jew dwar l-użu ta’ tali flessibbiltajiet u ammonti relatati.

2.   Il-Kummissjoni għandha twettaq rieżami komprensiv tar-rapporti tal-konformità, previsti taħt il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, għall-fini tal-valutazzjoni tal-konformità mal-Artikolu 4.

3.   Il-Kummissjoni għandha tipprepara rapport fl-2027, għall-perijodu mill-2021 sal-2025, u fl-2032, għall-perijodu mill-2026 sal-2030, dwar l-emissjonijiet totali u l-assorbimenti totali tal-Unjoni ta’ gassijiet serra għal kull kategorija ta’ kontabbiltà tal-art imsemmija fl-Artikolu 2 ikkalkolata bħala t-total tal-emissjonijiet rrappurtati u t-total tal-assorbimenti rrappurtati għall-perijodu u jitnaqqas il-valur miksub permezz tal-multiplikazzjoni b’ħamsa tal-medja annwali tal-Unjoni tal-emissjonijiet u l-assorbimenti rrappurtati fil-perijodu mill-2000 sal-2009.

4.   L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għandha tassisti lill-Kummissjoni fl-implimentazzjoni tal-qafas ta’ monitoraġġ u konformità previst f’dan l-Artikolu, f’konformità mal-programm ta’ ħidma annwali.

Artikolu 15

Reġistru

1.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 16 ta’ dan ir-Regolament biex tissupplimenta dan ir-Regolament sabiex tistipula r-regoli għar-reġistrar tal-kwantità ta’ emissjonijiet u assorbimenti għal kull kategorija ta’ kontabbiltà tal-art f’kull Stat Membru u biex tiżgura li l-kontabbiltà li tkun saret fir-rigward tal-eżerċizzju tal-flessibbiltajiet skont l-Artikoli 12 u 13 ta’ dan ir-Regolament permezz tar-Reġistru tal-Unjoni stabbilit skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 525/2013 tkun preċiża.

2.   L-Amministratur Ċentrali għandu jwettaq kontroll awtomatizzat fuq kull transazzjoni skont dan ir-Regolament, u fejn meħtieġ, jimblokka t-transazzjonijiet biex jiżgura li ma jkun hemm l-ebda irregolarità.

3.   L-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandha tkun aċċessibbli għall-pubbliku.

Artikolu 16

Eżerċizzju tad-delega

1.   Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati soġġetti għall-kondizzjonijiet stipulati f’dan l-Artikolu.

2.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikoli 3(2), 5(6), 8(8) u (9), 9(2), 10(3) u 15(1) għal perijodu ta’ ħames snin mid-9 ta’ Lulju 2018. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport rigward id-delega tas-setgħa sa mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel ma jintemm il-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġġedded taċitament għal perijodi ta’ żmien identiċi, dment li l-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponux tali estensjoni sa mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perijodu.

3.   Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikoli 3(2), 5(6), 8(8) u (9), 9(2), 10(3) u 15(1) tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Din ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ atti delegati diġà fis-seħħ.

4.   Qabel l-adozzjoni ta’ att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nnominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

5.   Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifika dan simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.   Att iddelegat adottat skont l-Artikoli 3(2), 5(6), 8(8) u (9), 9(2), 10(3) u 15(1) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġi espressa l-ebda oġġezzjoni għalih mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perijodu ta’ xahrejn minn meta dak l-att jiġi nnotifikat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill it-tnejn ikunu informaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn bl-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 17

Rieżami

1.   Dan ir-Regolament għandu jinżamm taħt rieżami b’kont meħud, fost l-oħrajn, tal-iżviluppi internazzjonali u l-isforzi li saru biex jintlaħqu l-objettivi fit-tul tal-Ftehim ta’ Pariġi.

Abbażi tas-sejbiet tar-rapport ippreparat skont l-Artikolu 14(3) u r-riżultati tal-valutazzjoni li saret skont il-punt (b) tal-Artikolu 13(2), il-Kummissjoni għandha, fejn xieraq, tagħmel proposti biex tiġi żgurata li l-integrità tal-mira ġenerali tal-Unjoni tal-2030 għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra u l-kontribut tagħha għall-għanijiet tal-Ftehim ta’ Pariġi jiġu rispettati.

2.   Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, fi żmien sitt xhur minn kull bilanċ globali maqbul skont l-Artikolu 14 tal-Ftehim ta’ Pariġi, dwar l-operazzjoni ta’ dan ir-Regolament, inkluż, fejn rilevanti, valutazzjoni tal-impatti tal-flessibbiltajiet stabbiliti fl-Artikolu 11, kif ukoll dwar il-kontribut ta’ dan ir-Regolament għall-mira għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra għall-2030 globali tal-Unjoni u l-kontribut tagħha għall-għanijiet tal-Ftehim ta’ Pariġi, b’mod partikolari fir-rigward tal-ħtieġa ta’ politiki u miżuri addizzjonali tal-Unjoni, inkluż qafas għall-wara l-2030, fid-dawl taż-żieda meħtieġa fit-tnaqqis u l-assorbimenti tal-gassijiet serra fl-Unjoni, u għandha tagħmel proposti jekk xieraq.

Artikolu 18

Emendi għar-Regolament (UE) Nru 525/2013

Ir-Regolament (UE)Nru 525/2013 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 7, il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

(a)

jiddaħħal il-punt li ġej:

“(da)

mill-2023, l-emissjonijiet u l-assorbimenti koperti mill-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2018/841 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1) skont il-metodoloġiji speċifikati fl-Anness IIIa għal dan ir-Regolament;

(*1)  Regolament (UE) 2018/841 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar l-inklużjoni tal-emissjonijiet u l-assorbimenti ta’ gassijiet serra minn użu tal-art, tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija fil-qafas ta’ politika għall-klima u l-enerġija għall-2030 u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 525/2013 u d-Deċiżjoni Nru 529/2013/UE (ĠU L 156, 19.6.2018, p. 1).”;"

(b)

jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Stat Membru jista’ jitlob li jingħata deroga mill-Kummissjoni mill-punt (da) tal-ewwel subparagrafu biex japplika metodoloġija differenti minn dik speċifikata fl-Anness IIIa fejn it-titjib tal-metodoloġija meħtieġ ma jistax jinkiseb fil-ħin biex jitqies it-titjib fl-inventarji tal-gassijiet serra għall-perijodu mill-2021 sal-2030, jew fejn l-ispiża tat-titjib tal-metodoloġija jkun għoli b’mod sproporzjonat meta mqabbel mal-benefiċċji tal-applikazzjoni ta’ tali metodoloġija biex tittejjeb il-kontabbiltà għall-emissjonijiet u l-assorbimenti minħabba l-importanza baxxa tal-emissjonijiet u l-assorbimenti mir-raggruppamenti ta’ karbonju konċernati. L-Istati Membri li jixtiequ jibbenefikaw minn din id-deroga għandhom jippreżentaw talba motivata lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2020, fejn jindikaw sa meta it-titjib tal-metodoloġija jista’ jiġi implimentat, il-metodoloġija alternattiva proposta jew it-tnejn, u valutazzjoni tal-impatti potenzjali fuq l-eżattezza tal-kontabbiltà. Il-Kummissjoni tista’ titlob li tingħata informazzjoni addizzjonali f’perijodu ta’ żmien raġonevoli speċifiku. Meta l-Kummissjoni tikkunsidra li t-talba hija ġustifikata, għandha tagħti d-deroga. Jekk il-Kummissjoni tiċħad it-talba, hija għandha tagħti raġunijiet għad-deċiżjoni tagħha.”.

(2)

Fil-punt (c) tal-Artikolu 13(1), jiddaħħal il-punt li ġej:

“(viii)

mill-2023, informazzjoni dwar politiki u miżuri nazzjonali implimentati biex jintlaħqu l-impenji tagħhom skont ir-Regolament (UE) 2018/841 u informazzjoni dwar politiki u miżuri nazzjonali addizzjonali ppjanati bil-għan li jillimitaw l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra jew li jtejbu bjar lil hinn mill-impenji tagħhom skont dak ir-Regolament;”.

(3)

Fl-Artikolu 14(1), jiddaħħal il-punt li ġej:

“(ba)

mill-2023, projezzjonijiet tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra totali u stimi separati għall-emissjonijiet u assorbimenti ta’ gassijiet serra previsti koperti mir-Regolament (UE) 2018/841”.

(4)

Jiddaħħal l-Anness li ġej:

“ANNESS IIIA

Metodoloġiji għall-monitoraġġ u r-rapportar imsemmija fil-punt (da) tal-Artikolu 7(1)

Approċċ 3: Data ta’ konverżjoni tal-użu tal-art ġeografikament espliċita skont il-Linji Gwida għall-Inventarji Nazzjonali tal-Gassijiet Serra tal-IPCC tal-2006.

Il-metodoloġija tal-Grad 1 skont il-Linji Gwida għall-Inventarji Nazzjonali tal-Gassijiet Serra tal-IPCC tal-2006.

Għall-emissjonijiet u l-assorbimenti minn raggruppament ta’ karbonju li jifforma mill-inqas 25-30 % tal-emissjonijiet jew l-assorbimenti f’kategorija ta’ sors jew bir li hija prijoritizzata fi ħdan sistema ta’ inventarju nazzjonali ta’ Stat Membru peress li l-istima tiegħu għandha influwenza sinifikanti fuq l-inventarju ta’ gassijiet serra totali ta’ pajjiż f’termini tal-livell assolut ta’ emissjonijiet u assorbimenti, ix-xejra fl-emissjonijiet u l-assorbimenti, jew l-inċertezza fl-emissjonijiet u l-assorbimenti fil-kategoriji tal-użu tal-art, mill-inqas metodoloġija tal-Grad 2 skont il-Linji Gwida għall-Inventarji Nazzjonali tal-Gassijiet Serra tal-IPCC tal-2006.

L-Istati Membri huma mħeġġa japplikaw il-metodoloġija tal-Grad 3, skont il-Linji Gwida għall-Inventarji Nazzjonali tal-Gassijiet Serra tal-IPCC tal-2006.”.

Artikolu 19

Emenda għad-Deċiżjoni Nru 529/2013/UE

Id-Deċiżjoni Nru 529/2013/UE hija emendata kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 3(2), jitħassar l-ewwel subparagrafu.

(2)

Fl-Artikolu 6, jitħassar il-paragrafu 4.

Artikolu 20

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Strasburgu, it-30 ta’ Mejju 2018.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

A. TAJANI

Għall-Kunsill

Il-President

L. PAVLOVA


(1)  ĠU C 75, 10.3.2017, p. 103.

(2)  ĠU C 272, 17.8.2017, p. 36.

(3)  Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ April 2018 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-14 ta’ Mejju 2018.

(4)  Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32).

(5)  ĠU L 282, 19.10.2016, p. 4.

(6)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1841 tal-5 ta’ Ottubru 2016 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim ta’ Pariġi adottat skont il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (ĠU L 282, 19.10.2016, p. 1).

(7)  Id-Deċiżjoni Nru 529/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar regoli tal-kontabbiltà dwar l-emissjonijiet u l-assorbimenti tal-gassijiet serra li jirriżultaw mill-attivitajiet relatati mal-użu tal-art, mat-tibdil fl-użu tal-art u mal-forestrija u dwar informazzjoni li tikkonċerna l-azzjonijiet relatati ma’ dawk l-attivitajiet (ĠU L 165, 18.6.2013, p. 80).

(8)  Ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar mekkaniżmu għall-monitoraġġ u r-rapportar ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra u għar-rapportar ta’ informazzjoni oħra relatata mat-tibdil fil-klima fil-livelli nazzjonali u tal-Unjoni u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE (ĠU L 165, 18.6.2013, p. 13).

(9)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 601/2012 tal-21 ta’ Ġunju 2012 dwar il-monitoraġġ u r-rapportar ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 181, 12.7.2012, p. 30).

(10)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/367/KEE tad-29 ta’ Mejju 1989 li tistabbilixxi l-Kumitat Forestrarju Permanenti (ĠU L 165, 15.6.1989, p. 14).

(11)  Ir-Regolament (UE) 2018/842 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar it-tnaqqis annwali vinkolanti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-Istati Membri mill-2021 sal-2030 li jikkontribwixxi għall-azzjoni klimatika biex jiġu onorati l-impenji li saru fil-Ftehim ta’ Pariġi, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 525/2013 (ara l-paġna 26 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(12)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

(13)  Id-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Marzu 2007 li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea (INSPIRE) (ĠU L 108, 25.4.2007, p. 1).


ANNESS I

GASSIJIET SERRA U RAGGRUPPAMENTI TAL-KARBONJU

A.

Gassijiet serra kif imsemmi fl-Artikolu 2:

(a)

id-diossidu tal-karbonju (CO2);

(b)

il-metan (CH4);

(c)

l-ossidu nitruż (N2O).

Dawk il-gassijiet serra għandhom jiġu espressi f’termini ta’ tunnellati ta’ ekwivalenti ta’ CO2 u determinati skont ir-Regolament (UE) Nru 525/2013.

B.

Raggruppamenti tal-karbonju kif imsemmi fl-Artikolu 5(4):

(a)

il-bijomassa tal-wiċċ;

(b)

il-bijomassa ta’ taħt l-art;

(c)

iż-żibel;

(d)

l-injam mejjet;

(e)

il-karbonju organiku fil-ħamrija;

(f)

il-prodotti tal-injam maħsud fil-kategoriji ta’ kontabbiltà tal-art tal-art afforestata u l-art forestali ġestita.


ANNESS II

IL-VALURI MINIMI GĦAD-DAQS TAŻ-ŻONA, IL-KOPERTURA TAL-QĊAĊET TAS-SIĠAR U L-PARAMENTRI GĦALL-GĦOLI TAS-SIĠAR

Stat Membru

Iż-żona (ha)

Il-kopertura tal-qċaċet (%)

L-għoli tas-siġar (m)

Belġju

0,5

20

5

Bulgarija

0,1

10

5

Repubblika Ċeka

0,05

30

2

Danimarka

0,5

10

5

Ġermanja

0,1

10

5

Estonja

0,5

30

2

Irlanda

0,1

20

5

Greċja

0,3

25

2

Spanja

1,0

20

3

Franza

0,5

10

5

Kroazja

0,1

10

2

Italja

0,5

10

5

Ċipru

0,3

10

5

Latvja

0,1

20

5

Litwanja

0,1

30

5

Lussemburgu

0,5

10

5

Ungerija

0,5

30

5

Malta

1,0

30

5

Netherlands

0,5

20

5

Awstrija

0,05

30

2

Polonja

0,1

10

2

Portugall

1,0

10

5

Rumanija

0,25

10

5

Slovenja

0,25

30

2

Slovakkja

0,3

20

5

Finlandja

0,5

10

5

Żvezja

0,5

10

5

Renju Unit

0,1

20

2


ANNESS III

IS-SENA JEW PERIJODU BAŻI GĦALL-FINIJIET TAL-KALKOLU TAL- LIMITU MASSIMU SKONT L-ARTIKOLU 8(2)

Stat Membru

Sena/Perijodu Bażi

Belġju

1990

Bulgarija

1988

Repubblika Ċeka

1990

Danimarka

1990

Ġermanja

1990

Estonja

1990

Irlanda

1990

Greċja

1990

Spanja

1990

Franza

1990

Kroazja

1990

Italja

1990

Ċipru

1990

Latvja

1990

Litwanja

1990

Lussemburgu

1990

Ungerija

1985-87

Malta

1990

Netherlands

1990

Awstrija

1990

Polonja

1988

Portugall

1990

Rumanija

1989

Slovenja

1986

Slovakkja

1990

Finlandja

1990

Żvezja

1990

Renju Unit

1990


ANNESS IV

PJAN NAZZJONALI TAL-KONTABBILTÀ GĦALL-FORESTRIJA LI FIH IL-LIVELL TA’ REFERENZA GĦALL-FORESTI TA’ STAT MEMBRU

A.   Kriterji u gwida biex jiġi determinat il-livelli ta’ referenza għall-foresti

Il-livell ta’ referenza għall-foresti ta’ Stat Membru għandu jiġi determinat skont il-kriterji li ġejjin:

(a)

il-livell ta’ referenza għandu jkunu konsistenti mal-għan li jinkiseb bilanċ bejn l-emissjonijiet antropoġeniċi minn sorsi u assorbimenti minn bjar tal-gassijiet serra fit-tieni nofs ta’ dan is-seklu, inkluż iż-żieda tal-assorbimenti potenzjali minn stokkijiet ta’ foresti li qed jixjieħu, li altrimenti jistgħu juru bjar li qed jonqsu progressivament;

(b)

il-livell ta’ referenza għandu jiżgura li s-sempliċi preżenza ta’ ħażniet tal-karbonju hija eskluża mill-kontabbiltà;

(c)

il-livell ta’ referenza għandu jiżgura sistema robusta u kredibbli tal-kontabbiltà li tiżgura li l-emissjonijiet u l-assorbimenti li jirriżultaw mill-użu tal-bijomassa jiġu kkontabbilizzati b’mod korrett;

(d)

il-livell ta’ referenza għandu jinkludi r-raggruppament tal-karbonju tal-prodotti tal-injam maħsud, li b’hekk jipprovdu tqabbil bejn l-ossidazzjoni istantanja assunta u l-applikazzjoni tal-funzjoni ta’ diżintegrazzjoni tal-ewwel grad u l-valuri ta’ nofs il-ħajja;

(e)

proporzjon kostanti bejn l-użu ta’ bijomassa tal-foresti solida u tal-enerġija kif dokumentat fil-perijodu mill-2000 sal-2009 għandu jiġi preżunt;

(f)

il-livell ta’ referenza għandu jkun konsistenti mal-objettiv li jsir kontribut għall-konservazzjoni tal-bijodiversità u l-użu sostenibbli tar-riżorsi naturali, kif stabbilit fl-Istrateġija tal-UE għall-foresti, il-politiki dwar il-foresti nazzjonali tal-Istati Membri, u l-Istrateġija tal-UE għall-bijodiversità;

(g)

il-livell ta’ referenza għandu jkun konsistenti mal-projezzjonijiet nazzjonali tal-emissjonijiet antropoġeniċi tal-gassijiet serra minn sorsi u assorbimenti minn bjar kif irrappurtati skont ir-Regolament (UE) Nru 525/2013;

(h)

il-livell ta’ referenza għandu jkun konsistenti mal-inventarji tal-gassijiet serra u mad-data storika rilevanti u għandhom ikunu bbażati fuq informazzjoni trasparenti, kompluta, konsistenti, komparabbli u preċiża. B’mod partikulari, il-mudell użat biex jitfassal il-livell ta’ referenza għandu jkun kapaċi jirriproduċu data storika mill-Inventarju Nazzjonali tal-Gassijiet Serra.

B.   Elementi tal-pjan nazzjonali tal-kontabbiltà għall-forestrija

Il-Pjan nazzjonali tal-kontabbiltà għall-forestrija mressaq skont l-Artikolu 8 għandu jkun fih l-elementi li ġejjin:

(a)

deskrizzjoni ġenerali tad-determinazzjoni tal-livell ta’ referenza għall-foresti u deskrizzjoni ta’ kif tqiesu l-kriterji f’dan ir-Regolament;

(b)

l-identifikazzjoni tar-raggruppamenti tal-karbonju u l-gassijiet serra li ġew inklużi fil-livell ta’ referenza għall-foresti, ir-raġunijiet għala raggruppament tal-karbonju tħalla barra mid-determinazzjoni tal-livell ta’ referenza għall-foresti u turija tal-konsistenza bejn ir-raggruppamenti tal-karbonju inklużi fil-livell ta’ referenza għall-foresti;

(c)

deskrizzjoni ta’ approċċi, metodi u mudelli, inkluża informazzjoni kwantitattiva, użati fid-determinazzjoni tal-livell ta’ referenza għall-foresti, konsistenti mal-aktar rapport tal-inventarju nazzjonali reċenti, u deskrizzjoni tal-informazzjoni dokumentarja dwar il-prattiki ta’ ġestjoni sostenibbli u l-intensità tal-foresti kif ukoll tal-politiki nazzjonali adottati;

(d)

informazzjoni dwar kif ir-rati tal-ħsad huma mistennija jiżviluppaw taħt xenarji ta’ politika differenti;

(e)

deskrizzjoni ta’ kif kull wieħed minn dawn l-elementi li ġejjin tqiesu fid-determinazzjoni tal-livell ta’ referenza għall-foresti:

(i)

iż-żona soġġetta għal ġestjoni tal-foresti;

(ii)

l-emissjonijiet u l-assorbimenti mill-foresti u mill-prodotti tal-injam maħsud kif jidher fl-inventarji tal-gassijiet serra u fid-data storika rilevanti;

(iii)

karatteristiċi tal-foresti, inkluż karatteristiċi dinamiċi tal-foresti relatati mal-età, żidiet, it-tul ta’ rotazzjoni u informazzjoni oħra dwar attivitajiet ta’ ġestjoni tal-foresti taħt “xenarju ta’ żamma tal-istatus quo”;

(iv)

ir-rati storiċi u futuri tal-ħsad diżaggregati bejn l-enerġija u l-użu mhux tal-enerġija.


ANNESS V

FUNZJONI TA’ DIŻINTEGRAZZJONI TAL-EWWEL GRAD, METODOLOĠIJI U VALURI PRESTABBILITI TA’ NOFS IL-ĦAJJA GĦALL-PRODOTTI TAL-INJAM MAĦSUD

Kwistjonijiet metodoloġiċi

Jekk ma jkunx possibbli li ssir distinzjoni bejn il-prodotti tal-injam maħsud fil-kategoriji ta’ kontabbiltà tal-art tal-art afforestata u l-art forestali ġestita, Stat Membru jista’ jagħżel li jikkontabbilizza l-prodotti tal-injam maħsud bil-preżunzjoni li l-emissjonijiet u l-assorbimenti kollha seħħew fuq art forestali ġestita.

Il-prodotti tal-injam maħsud fil-miżbliet ta’ skart solidu u l-prodotti tal-injam maħsud għall-finijiet tal-enerġija għandhom jiġu kkontabbilizzati abbażi ta’ ossidazzjoni istantanja.

Il-prodotti importati tal-injam maħsud, irrispettivament mill-oriġini tagħhom, ma għandhomx jiġu kkontabbilizzati mill-Istat Membru li jkun qed jimpurtahom (“l-approċċ ta’ produzzjoni”).

Għal prodotti tal-injam maħsud esportati, id-data speċifika għall-pajjiż tirreferi għall-valuri ta’ nofs il-ħajja speċifiċi għall-pajjiż u l-użu ta’ prodotti tal-injam maħsud fil-pajjiż li qed jimpurtahom.

Il-valuri ta’ nofs il-ħajja speċifiċi għall-pajjiż għal prodotti tal-injam maħsud imqiegħda fis-suq tal-Unjoni ma għandhomx jiddevjaw minn dawk użati mill-Istat Membru importatur.

Għall-finijiet ta’ informazzjoni biss, fis-sottomissjoni tagħhom l-Istati Membri jistgħu jipprovdu data dwar is-sehem tal-injam għall-finijiet ta’ enerġija li kien importat minn barra l-Unjoni, u l-pajjiżi ta’ oriġini ta’ tali injam.

L-Istati Membri jistgħu jużaw metodoloġiji u valuri ta’ nofs il-ħajja speċifiċi għall-pajjiż minflok il-metodoloġiji u l-valuri prestabbiliti ta’ nofs il-ħajja speċifikati f’dan l-Anness, sakemm tali metodoloġiji u l-valuri jiġu ddeterminati abbażi ta’ data trasparenti u verifikabbli u li l-metodoloġiji użati jkunu tal-anqas dettaljati u preċiżi daqs dawk speċifikati fl-Anness.

Valuri prestabbiliti ta’ nofs il-ħajja:

Valur ta’ nofs il-ħajja tfisser l-għadd ta’ snin li jridu jgħaddu biex il-kwantità ta’ karbonju maħżun f’kategorija waħda tal-prodotti tal-injam maħsud tonqos għal nofs il-valur inizjali tiegħu.

Il-valuri prestabbiliti ta’ nofs il-ħajja għandhom ikunu kif ġej:

(a)

sentejn għall-karta;

(b)

25 sena għall-panewijiet tal-injam;

(c)

35 sena għall-injam issegat.

L-Istati Membri jistgħu jispeċifikaw il-prodotti ta’ materjali bbażati mill-injam, inkluż qxur tas-siġar, li jaqgħu f’dawk il-kategoriji msemmija fil-punti (a), (b) u (c) hawn fuq, abbażi tal-Linji Gwida tal-IPCC kif adottati mill-Konferenza tal-Partijiet għall-UNFCCC jew mill-Konferenza tal-Partijiet li sservi bħala l -Laqgħa tal-Partijiet għall-Ftehim ta’ Pariġi, dment li d-data disponibbli tkun trasparenti u verifikabbli. L-Istati Membri jistgħu jużaw ukoll subkategoriji speċifiċi għall-pajjiż ta’ kwalunkwe kategorija minn dawn.


ANNESS VI

KALKOLU TAL-LIVELLI TA’ BAŻI GĦAL DISTURBI NATURALI

1.

Għall-kalkolu tal-livell ta’ bażi, għandha tingħata l-informazzjoni li ġejja:

(a)

il-livelli storiċi ta’ emissjonijiet ikkawżati minn disturbi naturali;

(b)

it-tip(i) ta’ disturbi naturali inklużi fl-istima;

(c)

l-istimi tat-total ta’ emissjonijiet annwali għal dawk it-tipi ta’ disturbi naturali għall-perijodu mill-2001 sal-2020, elenkati skont il-kategoriji tal-kontabbiltà tal-art;

(d)

dimostrazzjoni tal-konsistenza fis-serje temporali fil-parametri rilevanti kollha, inklużi ż-żona minima, il-metodoloġiji għall-istima tal-emissjonijiet, il-koperturi ta’ raggruppamenti u gassijiet tal-karbonju.

2.

Il-livell ta’ bażi jiġi kkalkulat bħala l-medja tas-serje temporali 2001-2020, eskluż is-snin kollha li fihom jiġu reġistrati livelli anormali ta’ emissjonijiet, jiġifieri esklużi l-livelli statistiċi kollha barra l-limitu. L-identifikazzjoni tal-livelli statistiċi barra l-limitu għandha ssir kif ġej:

(a)

ikkalkula l-valur aritmetiku medju u d-devjazzjoni standard tas-serje temporali kollha 2001-2020;

(b)

eskludi mis-serje temporali s-snin kollha li fihom l-emissjonijiet annwali jkunu barra mid-doppju tad-devjazzjoni standard madwar il-medja;

(c)

ikkalkula mill-ġdid il-valur aritmetiku medju u d-devjazzjoni standard tas-serje temporali 2001-2020 u naqqas is-snin esklużi fil-punt (b);

(d)

irrepeti l-punti (b) u (c) sakemm ma jiġi identifikat ebda livell barra l-limitu.

3.

Wara li jiġi kkalkolat il-livell ta’ bażi skont il-punt 2 ta’ dan l-Anness, jekk l-emissjonijiet f’sena partikolari fil-perijodi mill-2021 sal-2025 u mill-2026 sal-2030 jaqbżu l-livell ta’ bażi kif ukoll il-marġini, l-ammont ta’ emissjonijiet li jaqbżu l-livell ta’ bażi jista’ jiġi eskluż skont l-Artikolu 10. Il-marġni għandu jkun ugwali għal livell ta’ probabilità ta’ 95 %.

4.

L-emissjonijiet li ġejjin m’għandhomx jiġu esklużi:

(a)

l-emissjonijiet li jirriżultaw mill-attivitajiet ta’ ħsad u qtugħ ta’ salvataġġ li twettqu fuq art wara l-okkorrenza ta’ disturbi naturali;

(b)

l-emissjonijiet li jirriżultaw mill-ħruq preskritt li jkun seħħ fuq art fi kwalunkwe sena tal-perijodu mill-2021 sal-2025 jew mill-2026 sal-2030;

(c)

l-emissjonijiet fuq artijiet li kienu soġġetti għal deforestazzjoni wara l-okkorrenza ta’ disturbi naturali.

5.

Ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni skont l-Artikolu 10(2) jinkludu dan li ġej:

(a)

l-identifikazzjoni taż-żoni tal-artijiet kollha affettwati minn disturbi naturali f’dik is-sena partikolari, inklużi ż-żona ġeografika tagħhom, il-perijodi u t-tipi ta’ disturbi naturali;

(b)

evidenza li ma tkun seħħet ebda deforestazzjoni matul il-bqija tal-perijodu mill-2021 sal-2025 jew mill-2026 sal-2030 fuq artijiet li kienu affettwati minn disturbi naturali u li fir-rigward tagħhom l-emissjonijiet ġew esklużi mill-kontijiet;

(c)

deskrizzjoni ta’ metodi u kriterji verifikabbli li għandhom jintużaw biex tiġi identifikata d-deforestazzjoni fuq dawk l-artijiet fis-snin ta’ wara tal-perijodu mill-2021 sal-2025 jew mill-2026 sal-2030;

(d)

fejn hu fattibbli, deskrizzjoni tal-miżuri li l-Istat Membru ħa biex jipprevjeni jew jillimita l-impatt ta’ dawk id-disturbi naturali;

(e)

fejn hu fattibbli, deskrizzjoni tal-miżuri li l-Istat Membru ħa biex jirriabilita l-artijiet affettwati minn dawk id-disturbi naturali.


ANNESS VII

L-AMMONT MASSIMU TA’ KUMPENS DISPONIBBLI TAĦT IL-FLESSIBBILTÀ TAL-ART FORESTALI ĠESTITA MSEMMIJA FIL-PUNT (B) TAL-ARTIKOLU 13(3)

Stat Membru

Assorbimenti medji minn bjar mill-art forestali medji rrapportati għall-perijodu mill-2000 sal-2009 f’miljuni ta’ tunnellati ta’ ekwivalenti ta’ CO2 fis-sena

Limitu ta’ kumpens espress f’miljuni ta’ tunnellati ta’ ekwivalenti ta’ CO2 għall-perijodu mill-2021 sal-2030

Belġju

–3,61

–2,2

Bulgarija

–9,31

–5,6

Repubblika Ċeka

–5,14

–3,1

Danimarka

–0,56

–0,1

Ġermanja

–45,94

–27,6

Estonja

–3,07

–9,8

Irlanda

–0,85

–0,2

Greċja

–1,75

–1,0

Spanja

–26,51

–15,9

Franza

–51,23

–61,5

Kroazja

–8,04

–9,6

Italja

–24,17

–14,5

Ċipru

–0,15

–0,03

Latvja

–8,01

–25,6

Litwanja

–5,71

–3,4

Lussemburgu

–0,49

–0,3

Ungerija

–1,58

–0,9

Malta

0,00

0,0

Netherlands

–1,72

–0,3

Awstrija

–5,34

–17,1

Polonja

–37,50

–22,5

Portugall

–5,13

–6,2

Rumanija

–22,34

–13,4

Slovenja

–5,38

–17,2

Slovakkja

–5,42

–6,5

Finlandja

–36,79

–44,1

Żvezja

–39,55

–47,5

Renju Unit

–16,37

–3,3