4.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 114/13


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/678

tat-3 ta' Mejju 2018

li jemenda u jikkoreġi l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-użu ta' ċerti sustanzi aromatizzanti

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar aromatizzanti u ċerti ingredjenti tal-ikel bi proprjetajiet aromatizzanti għall-użu fl-ikel u fuq l-ikel u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1601/91, ir-Regolamenti (KE) Nru 2232/96 u (KE) Nru 110/2008 u d-Direttiva 2000/13 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(3) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi proċedura ta' awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enżimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(5) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 jistabbilixxi l-lista tal-Unjoni tal-ħwawar u tal-materjali mis-sors approvati għall-użu fl-ikel u l-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom.

(2)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 872/2012 (3) adotta l-lista ta' sustanzi aromatizzanti u introduċa dik il-lista bħala l-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008.

(3)

Il-Parti A tal-lista tal-Unjoni fiha kemm sustanzi aromatizzanti evalwati, li għalihom mhumiex assenjati noti ta' qiegħ il-paġna u sustanzi aromatizzanti taħt evalwazzjoni, li huma identifikati permezz tar-referenzi tan-noti ta' qiegħ il-paġna 1 sa 4 f'dik il-lista.

(4)

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) wettqet il-valutazzjoni tas-sustanzi inklużi fil-lista tal-Unjoni b'dawn in-numri FL li ġejjin: 09.931, 13.058, 15.004, 15.057, 15.079, 15.109, 15.113, 16.090, u 16.111. Dawn is-sustanzi ġew elenkati bħala sustanzi aromatizzanti taħt evalwazzjoni fl-2012. Dawn issa ġew ivvalutati mill-Awtorità fl-evalwazzjonijiet tal-gruppi ta' aromatizzanti li ġejjin: evalwazzjoni FGE.72rev1 (4) (sustanza bin-Nru FL 09.931), evalwazzjoni FGE.21rev4 (5) (sustanzi bin-Nru FL 15.057 u 15.079), evalwazzjoni FGE.76rev1 (6) (sustanzi bin-Nri FL 15.004, 15.109 u 15.113), evalwazzjoni FGE.94 (7) u FGE.94rev.2 (8) (sustanza bin-Nru FL 16.090), evalwazzjonijiet FGE.94rev.1 (9) u FGE94rev.2 (10) (sustanza bin-Nru FL 16.111), u evalwazzjoni FGE.67rev2 (11) (sustanza bin-Nru FL 13.058). L-Awtorità kkonkludiet li dawk is-sustanzi aromatizzanti ma jagħtux lok għal tħassib dwar is-sikurezza fil-livelli stmati fid-dieta.

(5)

Għaldaqstant, dawk is-sustanzi aromatizzanti għandhom jiġu elenkati bħala sustanzi evalwati u n-noti ta' qiegħ il-paġna bir-referenzi 1 sa 4 għandhom jitħassru mill-annotazzjonijiet ikkonċernati.

(6)

Barra minn hekk, ġew identifikati żewġ żbalji fil-lista tal-Unjoni fir-rigward tal-isem tas-sustanza bin-Nru FL 12.054 u n-numri ta' identifikazzjoni tas-sustanza bin-Nru FL 17.038. Dawn l-iżbalji għandhom jiġu kkoreġuti.

(7)

Il-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 għandha tiġi emendata skont dan.

(8)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 hija b'dan emendata f'konformità mal-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta' Mejju 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 34.

(2)  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 1.

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 872/2012 tal-1 ta' Ottubru 2012 li jadotta l-lista ta' sustanzi aromatizzanti stipulati bir-Regolament (KE) Nru 2232/96 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, jintroduċiha fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1565/2000 u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/217/KE (ĠU L 267, 2.10.2012, p. 1).

(4)  EFSA Journal 2013;11(10):3392

(5)  EFSA Journal 2013;11(11):3451

(6)  EFSA Journal 2013;11(11):3455

(7)  EFSA Journal 2010; 8(5):1338

(8)  EFSA Journal 2014;12(4):3622

(9)  EFSA Journal 2012;10(6):2747

(10)  EFSA Journal 2014;12(4):3622

(11)  EFSA Journal 2015; 13(5):4115


ANNESS

It-taqsima 2 tal-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 hija emendata kif ġej:

(1)

L-annotazzjoni dwar is-sustanza bin-Nru FL 09.931 tinbidel b'din li ġejja:

“09.931

2,6-Dimetil-2,5,7-ottatrien-1-ol aċetat

999999-91-4

1226

 

 

 

 

EFSA”

(2)

L-annotazzjoni dwar is-sustanza bin-Nru FL 12.054 tinbidel b'din li ġejja:

“12.054

2-Etiltiofenol

4500-58-7

529

11666

 

 

 

JECFA”

(3)

L-annotazzjoni dwar is-sustanza bin-Nru FL 13.058 tinbidel b'din li ġejja:

“13.058

3-(5-Metil-2-furil) butanal

31704-80-0

1500

10355

 

 

 

EFSA”

(4)

L-annotazzjoni dwar is-sustanza bin-Nru FL 15.004 tinbidel b'din li ġejja:

“15.004

5-Metil-2-tijofenekarbaldeid

13679-70-4

1050

2203

 

 

 

EFSA”

(5)

L-annotazzjoni dwar is-sustanza bin-Nru FL 15.057 tinbidel b'din li ġejja:

“15.057

4,6-Dimetil-2-(1-metiletil)diidro-1,3,5-ditijażina

104691-40-9

 

 

Mill-inqas 44 % isopropil-4,6-dimetil u 27 % 4-isopropil-2,6-dimetil; komponenti sekondarji ta' mill-inqas 24 % 2,4,6-trimetildiidro-1,3,5-ditiażina; 6-metil-2,4- diisopropil-1,3,5-ditiażina; 4-metil-2,6- diisopropil-1,3,5-ditiażina; 2,4,6-triisopropil-diidro-1,3,5-ditiażina

 

 

EFSA”

(6)

L-annotazzjoni dwar is-sustanza bin-Nru FL 15.079 tinbidel b'din li ġejja:

“15.079

2-Isobutildiidro-4,6- dimetil-1,3,5- ditiażina

101517-87-7

 

 

Mill-inqas 64 % 2-isobutil-4,6-dimetil u 18 % 4-isobutil-2,6-dimetil; komponenti sekondarji ta' mill-inqas 13 % 2,4,6-trimetil- 1,3,5-ditiażina; 2,4-diisobutil-6-metil- 1,3,5-ditiażina; 2,6-dimetil-4- butildiidro-1,3,5-ditiażina; 1,3,5-tijadiażina sostitwita

 

 

EFSA”

(7)

L-annotazzjoni dwar is-sustanza bin-Nru FL 15.109 tinbidel b'din li ġejja:

“15.109

2,4,6-Trimetildiidro-1,3,5(4H)- ditiażina

638-17-5

1049

11649

 

 

 

EFSA”

(8)

L-annotazzjoni dwar is-sustanza bin-Nru FL 15.113 tinbidel b'din li ġejja:

“15.113

5,6-Diidro-2,4,6- tris(2-metilpropil)4H-1,3,5-ditiażina

74595-94-1

1048

 

 

 

 

EFSA”

(9)

L-annotazzjoni dwar is-sustanza bin-Nru FL 16.090 tinbidel b'din li ġejja:

“16.090

3-(3,4-Dimetossifenil)-N-[2-(3,4-dimetossifenil)-etil]- akrilammid

69444-90-2

1777

 

 

 

 

EFSA”

(10)

L-annotazzjoni dwar is-sustanza bin-Nru FL 16.111 tinbidel b'din li ġejja:

“16.111

Gliċina, N- [[(1R,2S,5R)-5-metil- 2-(1-metiletil)ċikloessil]karbonil]-, etil ester.

68489-14-5

1776

 

 

 

 

EFSA”

(11)

L-annotazzjoni dwar is-sustanza bin-Nru FL 17.038 tinbidel b'din li ġejja:

“17.038

gamma-Glutamil-valil-gliċina

38837-70-6

2123

 

5-osso-L-prolil-L-valil-gliċina (PCA-Val-Gly) u L-alfa-glutamil-L-valil-gliċina anqas minn 0,7 %, L-gamma-glutamil-L-valil-L-valil-gliċina anqas minn 2,0 %, Toluwen mhux traċċabbli (l.o.d. 10 mg/kg)

Restrizzjonijiet għall-użu bħala sustanza aromatizzanti:

 

Fil-kategorija 1 — mhux iktar minn 50 mg/kg

 

Fil-kategoriji 2 u 5 — mhux aktar minn 60 mg/kg

 

Fil-kategorija 6.3, ċereali tal-breakfast — mhux aktar minn 160 mg/kg

 

Fil-kategorija 7.2 — mhux iktar minn 60 mg/kg

 

Fil-kategorija 8 — mhux iktar minn 45 mg/kg

 

Fil-kategorija 12 — mhux iktar minn 160 mg/kg

 

Fil-kategorija 14.1 — mhux iktar minn 15 mg/kg

 

Fil-kategorija 15 — mhux iktar minn 160 mg/kg

 

EFSA”