27.4.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 108/14 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/649
tat-23 ta' Jannar 2018
li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-evoluzzjoni tal-massa tal-karozzi l-ġodda tal-passiġġieri rreġistrati fl-2014, l-2015 u l-2016
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 li jistabbilixxi standards ta' rendiment għall-emissjonijiet minn karozzi ġodda tal-passiġġieri bħala parti mill-approċċ integrat tal-Komunità biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' CO2 minn vetturi ħfief (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 13(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-valur tal-massa medja użat għall-kalkolu tal-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 għal kull karozza ġdida tal-passiġġieri, irid jiġi aġġustat kull tliet snin biex iqis kull bidla fil-massa medja tal-vetturi l-ġodda rreġistrati fl-Unjoni. |
(2) |
Mill-monitoraġġ tal-massa tal-vetturi l-ġodda tal-passiġġieri fi stat ta' tħaddim irreġistrati fl-Unjoni fis-snin kalendarji 2014, 2015 u 2016 huwa evidenti li l-massa medja naqset u li ċ-ċifra M0 imsemmija fil-punt 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 għalhekk jenħtieġ li tiġi aġġustata. |
(3) |
Jenħtieġ li l-valur il-ġdid jiġi ddeterminat billi jitqiesu biss dawk il-valuri li l-manifatturi tal-vetturi kkonċernati setgħu jivverifikaw, filwaqt li jiġu esklużi mill-kalkolu l-valuri li kienu ovvjament żbaljati, (jiġifieri valuri ta' anqas minn 500 kg) kif ukoll il-valuri li jirrelataw mal-vetturi li kienu jaqgħu 'l barra mill-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 443/2009. Barra minn hekk, il-valur il-ġdid jenħtieġ li jkun ibbażat fuq il-medja ponderata, filwaqt li jitqies l-għadd ta' reġistrazzjonijiet ta' karozzi tal-passiġġieri ġodda fl-Unjoni fis-snin kalendarji 2014, 2015 u 2016. |
(4) |
Fuq dan l-isfond, il-valur ta' M0 li jrid jiġi applikat mill-2019 jenħtieġ li jitnaqqas b'12,52 kg minn 1 392,4 għal 1 379,88 kg. |
(5) |
Għalhekk jenħtieġ li l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-Punt 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 huwa emendat kif ġej:
(1) |
jiddaħħal il-punt (ba) li ġej:
|
(2) |
fil-punt (c), iċ-ċifra M0 tinbidel b'dan li ġej: “M0 = 1 379,88”. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Jannar 2018.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER