9.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 91/13


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/550

tas-6 ta' April 2018

li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 684/2009 li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 2008/118/KE fir-rigward tal-proċeduri kompjuterizzati għall-moviment ta' prodotti tas-sisa taħt sospensjoni tad-dazju tas-sisa

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2008/118/KE tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar l-arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa u li jħassar id-Direttiva 92/12/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 29(1) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 (2) stabbilixxa nomenklatura tal-prodotti msejħa “Nomenklatura Magħquda”, biex jissodisfa r-rekwiżiti tat-Tariffa Doganali Komuni, l-istatistika tal-kummerċ estern tal-Unjoni, u politiki oħra tal-Unjoni li jikkonċernaw l-importazzjoni u l-esportazzjoni tal-prodotti.

(2)

Sabiex jitlestew ċerti entrati tad-dejta fil-messaġġi skambjati għall-finijiet tal-Artikoli 21 sa 25 tad-Direttiva 2008/118/KE, għandhom jintużaw il-kodiċi elenkati fl-Anness II tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 684/2009 (3).

(3)

Il-prodotti soġġetti għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE (4) huma deskritti b'referenzi għall-kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2031/2001 (5).

(4)

Ċerti prodotti tal-enerġija huma elenkati fil-punt 11 tat-tabella (Prodott tas-sisa) tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 684/2009 u huma deskritti b'referenzi għall-kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda tar-Regolament (KE) Nru 2031/2001.

(5)

Skont l-emendi tal-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, li ġew introdotti l-aħħar bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1925 (6), il-kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda għal ċerti prodotti tal-enerġija msemmija fid-Direttiva 2003/96/KE ġew sostitwiti b'kodiċi ġodda.

(6)

Skont id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/552 (7), il-kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda għal ċerti prodotti tal-enerġija soġġetti għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2003/96/KE ġew aġġornati fid-dawl tal-bidliet tan-Nomenklatura Magħquda, li ġew introdotti l-aħħar bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1925.

(7)

Jeħtieġ li jiġi żgurat li l-kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda użati biex jiddeskrivu l-prodotti tal-enerġija elenkati fil-punt 11(Prodott tas-sisa) tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 684/2009 huma l-kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda li ssir referenza għalihom fid-Direttiva 2003/96/KE, kif aġġornati bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/552.

(8)

Id-Direttiva tal-Kunsill 95/60/KE (8) ma teħtieġx l-applikazzjoni tal-markatur fiskali komuni għall-karburant tal-ġett li jaqa' fil-kodiċi NM 2710 19 21. Għalhekk, jenħtieġ li dan il-kodiċi ma jintużax biex jiddeskrivi l-pitrolju mmarkat.

(9)

Id-deskrizzjoni għal kodiċi ta' prodott tas-sisa E490 tirreferi għal firxa wiesgħa ta' kodiċi NM, iżda ftit huma dawk li jenħtieġ li jkunu koperti b'dan il-kodiċi ta' prodott tas-sisa skont l-Artikolu 20(1)(c) tad-Direttiva 2003/96/KE. Għalhekk id-deskrizzjoni tiegħu jenħtieġ li tiġi ċċarata sabiex jiġu elenkati l-kodiċi NM rilevanti biss.

(10)

Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 684/2009 jiġi emendat skont dan.

(11)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar id-Dazju tas-Sisa,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fil-punt 11 tat-tabella (Prodott tas-sisa) tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 684/2009, ir-ringieli bil-prodotti tas-sisa bil-kodiċi minn E410 sa E490 u l-kodiċi E910 u E920 huma sostitwiti b'dan li ġej:

EPC

CAT

UNITÀ

Deskrizzjoni

A

P

D

E410

E

2

Petrol biċ-ċomb li jaqa' taħt il-kodiċi NM 2710 12 31 , 2710 12 51 u 2710 12 59 (Artikolu 20(1)(c) tad-Direttiva 2003/96/KE)

N

N

Y

E420

E

2

Petrol mingħajr ċomb li jaqa' taħt il-kodiċi NM 2710 12 31 , 2710 12 41 , 2710 12 45 u 2710 12 49 (Artikolu 20(1)(c) tad-Direttiva 2003/96/KE)

N

N

Y

E430

E

2

Żejt tal-gass, mhux immarkat li jaqa' taħt il-kodiċi NM 2710 19 43 , 2710 19 46 , 2710 19 47 , 2710 19 48 , 2710 20 11 , 2710 20 15 , 2710 20 17 u 2710 20 19 (Artikolu 20(1)(c) tad-Direttiva 2003/96/KE)

N

N

Y

E440

E

2

Żejt tal-gass, immarkat li jaqa' taħt il-kodiċi 2710 19 43 , 2710 19 46 , 2710 19 47 , 2710 19 48 , 2710 20 11 , 2710 20 15 , 2710 20 17 u 2710 20 19 (Artikolu 20(1)(c) tad-Direttiva 2003/96/KE)

N

N

Y

E450

E

2

Pitrolju, li jaqa' taħt il-kodiċi NM 2710 19 21 u l-pitrolju mhux immarkat li jaqa' taħt il-kodiċi NM 2710 19 25 (Artikolu 20(1)(c) tad-Directive 2003/96/KE)

N

N

Y

E460

E

2

Pitrolju, immarkat li jaqa' taħt il-kodiċi NM 2710 19 25 (Artikolu 20(1)(c) tad-Direttiva 2003/96/KE)

N

N

Y

E470

E

1

Żejt karburanti tqil li jaqa' taħt il-kodiċi NM 2710 19 62 , 2710 19 64 , 2710 19 68 , 2710 20 31 , 2710 20 35 u 2710 20 39 (Artikolu 20(1)(c) tad-Direttiva 2003/96/KE)

N

N

N

E480

E

2

Prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 2710 12 21 , 2710 12 25 , 2710 19 29 u 2710 20 90 (għall-prodotti biss li minnhom inqas minn 90 % tal-volum (inkluż telf) jiddistilla f'210 °Ċ u 65 % jew iktar tal-volum (inkluż telf) jiddistilla f'250 °Ċ bil-metodu ISO 3405 (ekwivalenti għall-metodu ASTM D 86), f'movimenti kummerċjali bl-ingrossa (Artikolu 20(1)(c) tad-Direttiva 2003/96/KE)

N

N

Y

E490

E

2

Prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 2710 12 11 , 2710 12 15 , 2710 12 70 , 2710 12 90 , 2710 19 11 , 2710 19 15 , 2710 19 31 , 2710 19 35 , 2710 19 51 u 2710 19 55 . (Artikolu 20(1)(c) tad-Direttiva 2003/96/KE)

N

N

Y

E910

E

2

Esteri monoalkiliċi ta' aċidi xaħmin, li skont il-piż fihom 96,5 % jew aktar ta' esteri (FAMAE) li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 3826 00 10 (Artikolu 20(1)(h) tad-Direttiva 2003/96/KE)

N

N

Y

E920

E

2

Prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 3824 99 86 , 3824 99 92 (esklużi l-preparazzjonijiet kontra s-sadid li fihom l-amini bħala kostitwenti attivi u s-solventi u t-tinners inorganiċi komposti għall-verniċ u prodotti simili), 3824 99 93 , 3824 99 96 (esklużi l-preparazzjonijiet kontra s-sadid li fihom l-amini bħala kostitwenti attivi u s-solventi u t-tinners inorganiċi komposti għall-verniċ u prodotti simili) u 3826 00 90 , jekk dawn huma maħsuba li jintużaw bħala karburant għat-tisħin jew karburant għall-magni (Artikolu 20(1)(h) tad-Direttiva 2003/96/KE)

N

N

Y

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-15 ta' Settembru 2018.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta' April 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 9, 14.1.2009, p. 12.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 684/2009 tal-24 ta' Lulju 2009 li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 2008/118/KE fir-rigward tal-proċeduri kompjuterizzati għall-moviment ta' prodotti tas-sisa taħt sospensjoni tad-dazju tas-sisa (ĠU L 197, 29.7.2009, p. 24).

(4)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE tas-27 ta' Ottubru 2003 li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta' enerġija u elettriku (ĠU L 283, 31.10.2003, p. 51).

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2031/2001 tas-6 ta' Awwissu 2001 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (ĠU L 279, 23.10.2001, p. 1).

(6)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1925 tat-12 ta' Ottubru 2017 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (ĠU L 282, 31.10.2017, p. 1).

(7)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/552 tas-6 ta' April 2018 li taġġorna r-referenzi fid-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE tal-kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda għal ċerti prodotti (ara l-paġna 27 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(8)  Id-Direttiva tal-Kunsill 95/60/KE tas-27 ta' Novembru 1995 dwar l-immarkar fiskali tan-nafta u tal-pitrolju (ĠU L 291, 6.12.1995, p. 46).