4.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 88/4


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/524

tat-28 ta' Marzu 2018

li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi Bacillus subtilis (Cohn 1872) ir-razza tal-mikrobu QST 713, identiku għar-razza tal-mikrobu AQ 713, klodinafop, klopiralid, ċiprodinil, diklorprop-P, fosetil, mepanipirim, metkonażol, metrafenon, pirimikarb, u r-razza tal-mikrobu Pseudomonas chlororaphis: MA 342, pirimetanil, kinoksifen, rimsulfuron, spinosad, tijakloprid, tijametossam, tiram, tolklofos-metil, triklopir, trineksapak, tritikonażol, u żiram

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b'mod partikolari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 17 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (2) tistabbilixxi s-sustanzi attivi meqjusin approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

(2)

Il-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi mepanipirim, ir-razza tal-mikrobu Pseudomonas chlororaphis: MA 342, kwinossifen, tijakloprid, tiram u żiram ġew estiżi l-aħħar permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2016 (3). Il-perjodi ta' approvazzjoni ta' dawk is-sustanzi se jiskadu fit-30 ta' April 2018.

(3)

Il-perjodu ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi Bacillus subtilis (Cohn 1872) ir-razza tal-mikrobu QST 713, identiku għar-razza tal-mikrobu AQ 713, klodinafop, metrafenon, pirimikarb, rimsulfuron, spinosad, tijametossam, tolklofos-metil u tritikonażol ġew estiżi bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 487/2014 (4). Il-perjodi ta' approvazzjoni ta' dawk is-sustanzi se jiskadu fit-30 ta' April 2018.

(4)

Il-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi klopiralid, ċiprodinil, fosetil, pirimetanil u trineksapak ġew estiżi bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 678/2014 (5). Il-perjodi ta' approvazzjoni ta' dawk is-sustanzi se jiskadu fit-30 ta' April 2018.

(5)

Il-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi diklorprop-P, metkonażol, oksamil u triklopir ġew estiżi bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 878/2014 (6). Il-perjodi ta' approvazzjoni ta' dawk is-sustanzi se jiskadu fit-30 ta' April 2018.

(6)

L-applikazzjonijiet għat-tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanzi msemmija fil-Premessi 2 sa 5 tressqu skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 (7).

(7)

Il-valutazzjoni tas-sustanzi ddewmet minħabba raġunijiet li ma kinux fil-kontroll tal-applikanti, u għalhekk aktarx li l-approvazzjonijiet ta' dawk is-sustanzi attivi jiskadu qabel ma tkun ittieħdet deċiżjoni dwar it-tiġdid tagħhom. Għaldaqstant hemm bżonn li l-perjodi ta' approvazzjoni tagħhom jiġu estiżi.

(8)

Fid-dawl tal-għan tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, fir-rigward ta' każijiet meta l-Kummissjoni tadotta Regolament li jistipula li l-approvazzjoni ta' sustanza attiva msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament ma tiġġeddidx minħabba li ma jkunux issodisfati l-kriterji tal-approvazzjoni, il-Kummissjoni tistabbilixxi data ta' skadenza fl-istess data prevista qabel dan ir-Regolament jew fid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament li jistipula li l-approvazzjoni tas-sustanza attiva ma tiġġeddidx, skont liema minn dawn id-dati tigi aktar tard. Fir-rigward tal-każijiet meta l-Kummissjoni tadotta Regolament li jistipula t-tiġdid ta' sustanza attiva msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni tipprova tistabbilixxi l-aktar data tal-applikazzjoni kmieni possibbli, kif xieraq skont iċ-ċirkostanzi.

(9)

Peress li l-approvazzjonijiet tas-sustanzi attivi jiskadu fit-30 ta' April 2018, dan ir-Regolament jenħtieġ li jidħol fis-seħħ malajr kemm jista' jkun.

(10)

Għalhekk ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan.

(11)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 hi emendata skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Marzu 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta' Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-lista ta' sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2016 tas-17 ta' Novembru 2016 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi aċetamiprid, l-aċidu benżojku, flażasulfuron, mekoprop-P, mepanipirim, meżosulfuron, propineb, propossikarbażon, propiżammid, propikonażol, ir-razza tal-mikrobu Pseudomonas chlororaphis: MA 342, piraklostrobina, kwinossifen, tijakloprid, tiram, żiram, żossamidu (ĠU L 312, 18.11.2016, p. 21).

(4)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 487/2014 tat-12 ta' Mejju 2014 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi Bacillus subtilis (Cohn 1872) ir-razza tal-mikrobu QST 713, identiku għar-razza tal-mikrobu AQ 713, klodinafop, metrafenon, pirimikarb, rimsulfuron, spinosad, tijametossam, tolklofos-metil u tritikonażol (ĠU L 138, 13.5.2014, p. 72).

(5)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 678/2014 tad-19 ta' Ġunju 2014 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward l-estensjoni ta' perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi klopiralid, ċiprodinil, fosetil, pirimetanil u trineksapak (ĠU L 180, 20.6.2014, p. 11).

(6)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 878/2014 tat-12 ta' Awwissu 2014 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi diklorprop-P, metkonażol, oksamil u triklopir (ĠU L 240, 13.8.2014, p. 18).

(7)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 tat-18 ta' Settembru 2012 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-proċedura ta' tiġdid għas-sustanzi attivi, kif previst fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 252, 19.9.2012, p. 26).


ANNESS

Il-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 hija emendata kif ġej:

(1)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 73, Tiram, id-data tinbidel bid-data “30 ta' April 2019”;

(2)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 74, Żiram, id-data tinbidel bid-data “30 ta' April 2019”;

(3)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 82, Kwinossifen, id-data tinbidel bid-data “30 ta' April 2019”;

(4)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 89, ir-razza tal-mikrobu Pseudomonas chlororaphis: MA 342, id-data tinbidel bid-data “30 ta' April 2019”;

(5)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 90, Mepanipirim, id-data tinbidel bid-data “30 ta' April 2019”;

(6)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 92, Tijakloprid, id-data tinbidel bid-data “30 ta' April 2019”;

(7)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 123, Klodinafop, id-data tinbidel bid-data “30 ta' April 2019”;

(8)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 124, Pirimikarb, id-data tinbidel bid-data “30 ta' April 2019”;

(9)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 125, Rimsulfuron, id-data tinbidel bid-data “30 ta' April 2019”;

(10)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, fir-ringiela 126, Tolklofos-metil, id-data tinbidel bid-data “30 ta' April 2019”;

(11)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 127, Tritikonażol, id-data tinbidel bid-data “30 ta' April 2019”;

(12)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 129, Klopiralid, id-data tinbidel bid-data “30 ta' April 2019”;

(13)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 130, Ċiprodinil, id-data tinbidel bid-data “30 ta' April 2019”;

(14)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 131, Fosetil, id-data tinbidel bid-data “30 ta' April 2019”;

(15)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 132, Trineksapak, id-data tinbidel bid-data “30 ta' April 2019”;

(16)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, fir-ringiela 133, Diklorprop-P, tinbidel bid-data “30 ta' April 2019”;

(17)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 134, Metkonażol, id-data tinbidel bid-data “30 ta' April 2019”;

(18)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 135, Pirimetanil, id-data tinbidel bid-data “30 ta' April 2019”;

(19)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 136, Triklopir, id-data tinbidel bid-data “30 ta' April 2019”;

(20)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 137, Metrafenon, id-data tinbidel bid-data “30 ta' April 2019”;

(21)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 138, Bacillus subtilis (Cohn 1872) ir-razza tal-mikrobu QST 713, identika għar-razza tal-mikrobu AQ 713, id-data tinbidel bid-data “30 ta' April 2019”;

(22)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 139, Spinosad, id-data tinbidel bid-data “30 ta' April 2019”;

(23)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 140, Tijametoksam, id-data tinbidel bid-data “30 ta' April 2019”;