17.1.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 12/14 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/67
tat-3 ta' Ottubru 2017
li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/1011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill sabiex jiġu stabbiliti kundizzjonijiet biex jiġi vvalutat l-impatt li jirriżulta mill-waqfien ta' parametri referenzarji eżistenti jew mit-tibdil tagħhom
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar l-indiċi użati bħala parametri referenzjarji fi strumenti finanzjarji u kuntratti finanzjarji jew dwar il-kejl tal-prestazzjoni ta' fondi ta' investiment u li jemenda d-Direttivi 2008/48/KE u 2014/17/UE u r-Regolament (UE) Nru 596/2014 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 51(6) tiegħu,
Billi:
(1) |
Sabiex jiġi żgurat li l-awtoritajiet kompetenti japplikaw l-Artikolu 51(4) tar-Regolament (UE) 2016/1011 bl-istess mod, huwa xieraq li jiġu stipulati fid-dettall liema huma l-kundizzjonijiet li taħthom l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jikkonkludu li l-waqfien ta' parametru referenzjarju eżistenti jew it-tibdil tiegħu jista' jwassal għal sitwazzjoni li tkun forza maġġuri, jew jista' jwassal biex jiġu evitati jew inkella jinksru t-termini ta' kuntratt finanzjarju jew ta' strument finanzjarju, jew ir-regoli ta' fond ta' investiment, li jkunu marbutin ma' parametru referenzjarju eżistenti. |
(2) |
Dan huwa b'mod partikolari l-każ ta' sitwazzjoni li tkun “forza maġġuri”, terminu li huwa interpretat b'mod differenti fost l-Istati Membri. |
(3) |
Valur ferm differenti fl-indiċi huwa kawża ewlenija ta' evitar jew ta' ksur tat-termini ta' xi kuntratt finanzjarju jew strument finanzjarju jew tar-regoli ta' xi fond ta' investiment, li jkunu marbutin ma' parametru referenzjarju. Dawn il-valuri ferm differenti jistgħu jiġu kkawżati minn diskontinwità għal għarrieda fil-kronoloġija tal-indiċi jew bi grad differenti ta' volatilità tal-indiċi, li min-naħa l-oħra jistgħu jiġu kkawżati minn bidliet fil-metodoloġija għall-għoti ta' parametru referenzjarju jew ta' dejta tal-input li fuqhom ikun ibbażat il-kalkolu tal-parametru referenzjarju. L-awtoritajiet kompetenti jinħtieġ li jivvalutaw l-impatti potenzjali ta' bidliet bħal dawn skont xi jkun il-każ, peress li l-gravità ta' diskontinwità jew il-gravità tal-bidla fil-volatilità tal-indiċi tiddependi ħafna fuq in-natura tal-parametru referenzjarju u fuq l-istrumenti finanzjarji, il-kuntratti finanzjarji jew il-fondi ta' investiment li jkunu ta' referenza. |
(4) |
Bidliet fit-tip tad-dejta tal-input użata jew l-affidabbiltà tas-sorsi tad-dejta jista' jkollhom impatt fuq l-adegwatezza ta' parametru referenzjarju għal ċerti tipi ta' użu. Għaldaqstant, l-awtoritajiet kompetenti jinħtieġ li jivvalutaw jekk dawn il-bidliet jistgħux jikkawżaw sitwazzjoni li tkun forza maġġuri, jew inkella biex jiġu evitati jew jinkisru t-termini kuntrattwali. |
(5) |
Sitwazzjoni li tkun forza maġġuri, l-evitar jew ksur ieħor ta' termini kuntrattwali x'aktarx li jseħħu wisq anqas meta jkun hemm parametru referenzjarju aċċettabbli bħala sostitut, jew tal-inqas proċedura li hemm referenza għaliha fid-dokumenti rilevanti sabiex jintgħażel parametru referenzjarju ta' dan it-tip bħala sostitut. |
(6) |
L-indiċi li jkejlu swieq partikolari ħafna jistgħu jserrħu ħafna fuq ir-reputazzjoni, id-deċiżjoni jew l-għarfien espert tal-fornitur tal-indiċi. Għaldaqstant, jinħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jivvalutaw jekk f'dawn iċ-ċirkostanzi, bidla fil-fornitur ta' indiċi tistax tirriżulta f'sitwazzjoni li tkun forza maġġuri, jew inkella biex jiġu evitati jew jinkisru t-termini kuntrattwali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Kundizzjonijiet għall-valutazzjoni
1. Awtorità kompetenti għandha, għall-finijiet tal-Artikolu 51(4) tar-Regolament (UE) 2016/1011, tqis il-kundizzjonijiet li ġejjin meta tivvaluta jekk il-waqfien jew it-tibdil ta' parametru referenzjarju li ma jissodisfax ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament iwassalx għal sitwazzjoni li tkun forza maġġuri, jew inkella biex jiġu evitati jew jinkisru t-termini ta' kwalunkwe kuntratt finanzjarju jew strument finanzjarju jew ir-regoli ta' kwalunkwe fond ta' investiment li jkunu marbutin ma' dan il-parametru referenzjarju:
(a) |
it-tbiddil ta' parametru referenzjarju jkun jeħtieġ bidla materjali fin-natura tad-dejta tal-input, fil-metodoloġija sabiex tiġi ddeterminata l-imsemmija dejta, fil-proċess ta' ġbir tad-dejta nnifsu jew f'elementi oħra għall-għoti tal-parametri referenzjarji, li twassal għal valur ferm differenti tal-parametru referenzjarju; |
(b) |
it-tbiddil tan-natura tad-dejta tal-input jew tal-metodoloġija sabiex il-parametru referenzjarju jkun konformi mar-Regolament (UE) 2016/1011 jista' jimmina r-rappreżentattività tal-parametru referenzjarju tas-suq jew ir-realtà ekonomika li l-parametru referenzjarju huwa previst li jkejjel, u fl-aħħar mill-aħħar dan jikkawża bidla fin-natura tal-parametru referenzjarju; |
(c) |
ma hemm l-ebda parametru referenzjarju li jissostitwixxi l-parametru referenzjarju li ma jissodisfax ir-rekwiżiti tar-Regolament (UE) 2016/1011 li:
|
(d) |
il-kuntratti finanzjarji, l-istrumenti finanzjarji u l-fondi ta' investiment li jeżistu, li jkunu marbutin ma' parametru referenzjarju u li d-dokumenti ta' akkumpanjament tagħhom, ma jkunux jipprovdu parametru referenzjarju bħala sostitut jew ma jkollhomx regoli dwar kif dan il-parametru referenzjarju ta' sostituzzjoni għandu jiġi ddeterminat jew xi miżura oħra adegwata ta' kontinġenza; |
(e) |
it-tranżizzjoni tal-parametru referenzjarju minn amministratur għal amministratur ieħor twassal għal bidla sostanzjali fil-parametru referenzjarju. |
2. Il-kundizzjonijiet tal-paragrafu 1 għandhom jiġu applikati skont xi jkun il-każ.
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-3 ta' Ottubru 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER