5.1.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 2/1 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/3
tal-4 ta' Jannar 2018
li jiffissa l-volumi indikattivi għas-snin 2018 u 2019 għall-finijiet tal-applikazzjoni possibbli ta' dazji tal-importazzjoni addizzjonali fuq ċertu frott u ħxejjex
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-punt (b) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 183 tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 39 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/892 (2) jipprevedi li dazju tal-importazzjoni addizzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 182(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jista' jiġi applikat għall-prodotti u matul il-perjodi elenkati fl-Anness VII ta' dak ir-Regolament ta' Implimentazzjoni. Dak id-dazju tal-importazzjoni addizzjonali jrid japplika jekk il-kwantità ta' kwalunkwe wieħed mill-prodotti mqiegħda fiċ-ċirkolazzjoni libera għal kwalunkwe wieħed mill-perjodi ta' applikazzjoni stabbiliti f'dak l-Anness taqbeż il-volum indikattiv ta' importazzjonijiet f'sena għal dak il-prodott. Dazji tal-importazzjoni addizzjonali ma għandhomx jiġu imposti meta l-importazzjonijiet ma jkunux mistennija jfixklu s-suq tal-Unjoni, jew meta l-effetti jkunu sproporzjonati għall-objettiv maħsub. |
(2) |
Skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 182(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, il-volumi indikattivi tal-importazzjonijiet għall-applikazzjoni possibbli ta' dazji tal-importazzjoni addizzjonali fuq ċertu frott u ħxejjex huma bbażati fuq dejta dwar l-importazzjoni u fuq dejta dwar il-konsum domestiku tul l-aħħar tliet snin. Abbażi tad-dejta nnotifikata mill-Istati Membri għas-snin 2014, 2015 u 2016, il-volumi indikattivi għal ċertu frott u ħaxix jenħtieġ li jiġu ffissati għas-snin 2018 u 2019. |
(3) |
Filwaqt li jitqies li dak il-perjodu ta' applikazzjoni ta' dazji tal-importazzjoni addizzjonali possibbli, kif stipulat fl-Anness VII tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/892, jibda għal għadd ta' prodotti fl-1 ta' Jannar, dan ir-Regolament jenħtieġ li jibda japplika mill-1 ta' Jannar 2018, u għaldaqstant jenħtieġ li jidħol fis-seħħ mill-iktar fis, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Għas-snin 2018 u 2019, il-volumi indikattivi msemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 182(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għall-prodotti elenkati fl-Anness VII tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/892 huma stipulati fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2018.
Għandu jiskadi fit-30 ta' Ġunju 2019.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Jannar 2018.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/892 tat-13 ta' Marzu 2017 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fis-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (ĠU L 138, 25.5.2017, p. 57).
ANNESS
Volumi indikattivi għall-prodotti u l-perjodi stipulati fl-Anness VII tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/892, għall-applikazzjoni possibbli ta' dazji tal-importazzjoni addizzjonali
Mingħajr ħsara għar-regoli dwar l-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, id-deskrizzjoni tal-prodotti hija meqjusa indikattiva biss. Għall-finijiet ta' dan l-Anness, il-kamp ta' applikazzjoni tad-dazji tal-importazzjoni addizzjonali jiġi ddeterminat mill-kamp ta' applikazzjoni tal-kodiċijiet NM kif jeżistu fiż-żmien tal-adozzjoni ta' dan ir-Regolament.
Numru tal-ordni |
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni tal-prodotti |
Perjodu tal-applikazzjoni |
Volum indikattiv (f'tunnellati) |
|
2018 |
2019 |
||||
78.0015 |
0702 00 00 |
Tadam |
Mill-1 ta' Ġunju sat-30 ta' Settembru |
|
39 326 |
78.0020 |
Mill-1 ta' Ottubru |
sal-31 ta' Mejju |
483 376 |
||
78.0065 |
0707 00 05 |
Ħjar |
Mill-1 ta' Mejju sal-31 ta' Ottubru |
|
26 505 |
78.0075 |
Mill-1 ta' Novembru |
sat-30 ta' April |
20 482 |
||
78.0085 |
0709 91 00 |
Qaqoċċ |
Mill-1 ta' Novembru |
sat-30 ta' Ġunju |
6 587 |
78.0100 |
0709 93 10 |
Zukkini (qarabagħli żgħir) |
Mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Dicembru |
|
55 037 |
78.0110 |
0805 10 22 0805 10 24 0805 10 28 |
Larinġ |
Mill-1 ta' Diċembru |
sal-31 ta' Mejju |
302 643 |
78.0120 |
0805 22 00 |
Klementina |
Mill-1 ta' Novembru |
sa tmiem Frar |
90 771 |
78.0130 |
0805 21 0805 29 00 |
Mandolina (inklużi l-varjetajiet tangerines u satsumas); wilkings u ibridi simili taċ-ċitru |
Mill-1 ta' Novembru |
sa tmiem Frar |
86 317 |
78.0155 |
0805 50 10 |
Lumi |
Mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Mejju |
|
32 823 |
78.0160 |
Mill-1 ta' Ġunju sal-31 ta' Diċembru |
|
306 804 |
||
78.0170 |
0806 10 10 |
Għeneb tal-mejda |
Mis-16 ta' Lulju sas-16 ta' Novembru |
|
78 324 |
78.0175 |
0808 10 80 |
Tuffieħ |
Mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Awwissu |
|
432 630 |
78.0180 |
Mill-1 ta' Settembru sal-31 ta' Diċembru |
|
39 724 |
||
78.0220 |
0808 30 90 |
Lanġas |
Mill-1 ta' Jannar sat-30 ta' April |
|
155 417 |
78.0235 |
Mill-1 ta' Lulju sal-31 ta' Diċembru |
|
19 187 |
||
78.0250 |
0809 10 00 |
Berquq |
Mill-1 ta' Ġunju sal-31 ta' Lulju |
|
4 630 |
78.0265 |
0809 29 00 |
Ċirasa, għajr iċ-ċirasa qarsa |
Mis-16 ta' Mejju sal-15 ta' Awwissu |
|
33 718 |
78.0270 |
0809 30 |
Ħawħ, inkluż nuċiprisk |
Mis-16 ta' Ġunju sat-30 ta' Settembru |
|
3 150 |
78.0280 |
0809 40 05 |
Għanbaqar |
Mis-16 ta' Ġunju sat-30 ta' Settembru |
|
17 254 |