14.6.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 150/141 |
DIRETTIVA (UE) 2018/852 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-30 ta’ Mejju 2018
li temenda d-Direttiva 94/62/KE dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz ta’ att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),
Waqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (3),
Billi:
(1) |
L-immaniġġjar tal-iskart fl-Unjoni jenħtieġ li jittejjeb, bil-ħsieb li titħares, tinżamm u tiżdied il-kwalità tal-ambjent, tkun protetta s-saħħa tal-bniedem, tkun żgurata utilizzazzjoni prudenti, effiċjenti u razzjonali tar-riżorsi naturali, jiġu promossi l-prinċipji tal-ekonomija ċirkolari, jissaħħaħ l-użu tal-enerġija rinnovabbli, tiżdied l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija, titnaqqas id-dipendenza tal-Unjoni fuq ir-riżorsi importati, jiġu pprovduti opportunitajiet ekonomiċi ġodda u jingħata kontribut għall-kompetittività fit-tul. L-użu aktar effiċjenti tar-riżorsi jġib ukoll iffrankar nett sostanzjali għan-negozji, l-awtoritajiet pubbliċi u l-konsumaturi tal-Unjoni, filwaqt li jnaqqas l-emissjonijiet annwali totali ta’ gassijiet serra. |
(2) |
Il-miri stipulati fid-Direttiva 94/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) għall-irkupru u r-riċiklaġġ tal-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ jenħtieġ li jiġu emendati billi jiżdied ir-riċiklaġġ tal-iskart mill-imballaġġ, bil-għan li tiġi riflessa aħjar l-ambizzjoni tal-Unjoni li timxi lejn ekonomija ċirkolari. |
(3) |
Barra minn hekk, sabiex tiġi żgurata aktar koerenza fil-liġi tal-Unjoni dwar l-iskart, jenħtieġ li d-definizzjonijiet fid-Direttiva 94/62/KE jiġu allinjati, fejn rilevanti, ma’ dawk tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) li huma applikabbli għall-iskart b’mod ġenerali. |
(4) |
Il-prevenzjoni tal-iskart hija l-iktar mod effiċjenti ta’ kif tittejjeb l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi u ta’ kif jitnaqqas l-impatt ambjentali tal-iskart. Għalhekk, huwa importanti li l-Istati Membri jieħdu miżuri xierqa biex jinkoraġġixxu żieda fis-sehem ta’ imballaġġ li jista’ jerġa’ jintuża li jitqiegħed fis-suq u l-użu mill-ġdid tal-imballaġġ. Dawn il-miżuri jistgħu jinkludu l-użu ta’ sistemi ta’ imballaġġ ritornabbli u inċenviti oħra, bħall-iffissar ta’ miri kwantitattivi, filwaqt li jitqies l-użu mill-ġdid għall-kisba tal-miri ta’ riċiklaġġ, u l-kontribuzzjonijiet finanzjarji differenzjati għal imballaġġ li jista’ jerġa’ jintuża taħt skemi ta’ responsabbiltà estiża tal-produtturi għall-imballaġġ. Jenħtieġ li l-Istati Membri jieħdu miżuri biex jinċentivaw l-użu ta’ imballaġġ li jista’ jerġa’ jintuża u biex jiksbu tnaqqis fil-konsum ta’ imballaġġ mhux riċiklabbli u ta’ imballaġġ eċċessiv. |
(5) |
Peress li l-użu mill-ġdid jinvolvi l-evitar ta’ tqiegħed ta’ imballaġ ġdid fis-suq u ta’ żieda fil-volumi ta’ skart ta’ imballaġġ iġġenerat, jenħtieġ li imballaġġ tal-bejgħ li jista’ jerġa’ jintuża li jiġi mqiegħed fis-suq għall-ewwel darba u imballaġġ tal-injam li huwa msewwi għall-użu mill-ġdid jitqies għall-finijiet tal-ilħiq tal-miri rispettivi dwar ir-riċiklaġġ tal-imballaġġ. |
(6) |
Jenħtieġ li l-Istati Membri jipprovdu inċentivi adegwati għall-applikazzjoni tal-ġerarkija tal-iskart, inklużi strumenti ekonomiċi u miżuri oħra. Jenħtieġ li tali miżuri jimmiraw li jimminimizzaw l-impatti ambjentali tal-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġ minn perspettiva taċ-ċiklu tal-ħajja, filwaqt li jitqiesu, fejn xieraq, il-benefiċċji mill-użu ta’ materjali b’bażi bijoloġika u materjali adatti għal riċiklaġġ multiplu. Miżuri biex tiżdied is-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku dwar il-benefiċċji li jirriżultaw minn imballaġġ magħmul minn materjali riċiklati jistgħu jikkontribwixxu għall-espansjoni tas-settur tar-riċiklaġġ għall-iskart mill-imballaġġ. Fejn imballaġġ li jintuża darba biss huwa indispensabbli biex jiggarantaxxi l-iġjene tal-ikel u s-saħħa u s-sikurezza tal-konsumaturi, jenħtieġ li l-Istati Membri jieħdu miżuri biex jiżguraw ir-riċiklaġġ ta’ tali imballaġġ. |
(7) |
It-trawwim ta’ bijoekonomija sostenibbli jista’ jikkontribwixxi biex tonqos id-dipendenza tal-Unjoni fuq il-materja prima importata. Imballaġġ riċiklabbli b’bażi bijoloġika u imballaġġ kompostabbli bijodegradabbli jistgħu jirrappreżentaw opportunità biex jiġu promossi sorsi rinnovabbli għall-produzzjoni tal-imballaġġ, fejn intwera li huma ta’ benefiċċju minn perspettiva taċ-ċiklu tal-ħajja. |
(8) |
L-iskart, sew fil-bliet, fuq l-art, fix-xmajjar u fl-ibħra, jew kwalunkwe post ieħor, għandu impatti detrimentali diretti u indiretti fuq l-ambjent, il-benessri taċ-ċittadini u l-ekonomija, u l-ispejjeż biex jitneħħa jirrappreżentaw piż ekonomiku bla bżonn fuq is-soċjetà. Il-biċċa l-kbira tal-oġġetti li jinstabu l-aktar fil-bajjiet jinkludu l-iskart mill-imballaġġ u għandhom impatti fit-tul fuq l-ambjent filwaqt li jaffettwaw it-turiżmu u t-tgawdija pubblika ta’ dawn iż-żoni naturali. Barra minn hekk, il-preżenza tal-iskart mill-imballaġġ fl-ambjent tal-baħar timmina l-ordni tal-prijorità tal-ġerarkija tal-iskart, b’mod partikolari billi tiġi evitata l-preprazzjoni għall-użu mill-ġdid, ir-riċiklaġġ u rkupru ieħor. |
(9) |
Iż-żieda tal-miri stipulati fid-Direttiva 94/62/KE għar-riċiklaġġ tal-iskart mill-imballaġġ tissarraf f’benefiċċji ċari mil-lat ambjentali, ekonomiku u soċjali. Jenħtieġ li jiġi żgurat li l-materjali tal-iskart ta’ valur ekonomiku jiġu rkuprati progressivament u b’mod effettiv, b’immaniġġjar tajjeb tal-iskart u f’konformità mal-ġerarkija tal-iskart kif stipulat fid-Direttiva 2008/98/KE, u jerġgħu lura fl-ekonomija Ewropea, biex b’hekk isir progress fl-implimentazzjoni tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta’ Novembru 2008 dwar “L-inizjattiva tal-materja prima: nilħqu l-ħtiġijiet kritiċi tagħna għat-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi fl-Ewropa” u fit-tiswir ta’ ekonomija ċirkolari. |
(10) |
Għadd ta’ Stati Membri għadhom ma żviluppawx għalkollox l-infrastruttura meħtieġa għall-immaniġġjar tal-iskart. Għaldaqstant, huwa essenzjali li jiġu stabbiliti għanijiet ta’ politika ċari u fit-tul sabiex jiġi evitat li l-materjali riċiklabbli jeħlu fil-livelli baxxi tal-ġerarkija tal-iskart. |
(11) |
Din id-Direttiva tistipula għanijiet fit-tul għall-immaniġġjar tal-iskart tal-Unjoni, u tagħti lill-operaturi ekonomiċi u lill-Istati Membri direzzjoni ċara għall-investimenti meħtieġa sabiex jintlaħqu dawk l-għanijiet. Waqt li jiżviluppaw il-pjanijiet nazzjonali tagħhom għall-immaniġġjar tal-iskart u jippjanaw l-investimenti fl-infrastruttura tal-immaniġġjar tal-iskart, jenħtieġ li l-Istati Membri jużaw b’mod għaqli l-investimenti, inkluż permezz ta’ fondi tal-Unjoni, billi jipprijoritizzaw il-prevenzjoni inkluż l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ, f’konformità mal-ġerarkija tal-iskart. |
(12) |
Bħala riżultat tat-taħlita ta’ miri tar-riċiklaġġ u restrizzjonijiet għar-rimi f’landfills stipulati fid-Direttiva 2008/98/KE u d-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE (6), m’għadhomx meħtieġa l-iffissar ta’ miri għall-irkupru u miri massimi għar-riċiklaġġ tal-iskart mill-imballaġġ. |
(13) |
Jenħtieġ li jiġu stipulati miri ta’ riċiklaġġ separati għall-metalli ferrużi u għall-aluminju, bil-għan li jinkisbu benefiċċji ekonomiċi u ambjentali sinifikanti, billi iktar aliminju jiġi riċiklat u dan iwassal għal ffrankar sinifikanti fl-enerġija u tnaqqis fl-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju. Għalhekk jenħtieġ li l-mira eżistenti tat-tħejjija għar-riċiklaġġ għall-imballaġġ tal-metall tinqasam f’miri separati għal dawk iż-żewġ tipi ta’ skart. |
(14) |
Il-miri ta’ riċiklaġġ għall-2030 għall-imballaġġ jenħtieġ li jiġu eżaminati bil-ħsieb li jinżammu jew, jekk xieraq, jiżdiedu. Matul dak ir-rieżami, jenħtieġ li tingħata wkoll attenzjoni għal flussi speċifiċi ta’ skart mill-imballaġġ bħal skart mill-imballaġġ domestiku, kummerċjali u industrijali kif ukoll skart mill-imballaġġ imħallat. |
(15) |
Jenħtieġ li l-kalkolu tal-miri ta’ riċiklaġġ ikun ibbażat fuq il-piż tal-iskart mill-imballaġġ li jidħol fir-riċiklaġġ. Bħala regola ġenerali, jenħtieġ li l-kejl attwali tal-piż tal-iskart mill-imballaġġ magħdud bħala riċiklat ikun fil-punt fejn l-iskart mill-imballaġġ jidħol fl-operazzjoni ta’ riċiklaġġ. Madankollu, sabiex jiġu limitati l-piżijiet amministrattivi, jenħtieġ li l-Istati Membri, taħt kundizzjonijiet stretti u b’deroga mir-regola ġenerali, ikunu awtorizzati jistabbilixxu l-piż tal-iskart mill-imballaġġ riċiklat abbażi tal-kejl tal-output ta’ kwalunkwe operazzjoni ta’ separazzjoni. Telf ta’ materjali li jseħħ qabel ma l-iskart jidħol fl-operazzjoni ta’ riċiklaġġ, pereżempju minħabba s-separazzjoni jew operazzjoni preliminari oħra, jenħtieġ li ma jkunx inkluż fl-ammonti ta’ skart irrappurtati bħala riċiklati. Dak it-telf jista’ jiġi stabbilit abbażi ta’ reġistri elettroniċi, speċifikazzjonijiet tekniċi, regoli dettaljati dwar il-kalkolu tar-rati medji ta’ telf għal diversi flussi ta’ skart jew miżuri ekwivalenti oħra. Jenħtieġ li l-Istati Membri jirrappurtaw dwar dawn il-miżuri fir-rapporti tal-verifika tal-kwalità li jakkumpanjaw id-data li jirrappurtaw lill-Kummissjoni dwar ir-riċiklaġġ tal-iskart. Jenħtieġ li r-rati ta’ telf preferibbilment ikunu stabbiliti fil-livell ta’ faċilitajiet ta’ separazzjoni individwali u jenħtieġ li jkunu marbuta ma’ tipi differenti ewlenin ta’ skart, sorsi differenti (bħal domestiċi jew kummerċjali), skemi ta’ ġbir differenti u tipi differenti ta’ proċessi ta’ separazzjoni. Jenħtieġ li r-rati medji ta’ telf jintużaw biss f’każijiet fejn mhijiex disponibbli ebda data affidabbli oħra, b’mod partikolari fil-kuntest ta’ vjeġġi u esportazzjoni tal-iskart. Jenħtieġ li t-telf fil-piż tal-materjali jew tas-sustanzi minħabba proċessi ta’ trasformazzjoni fiżiċi jew kimiċi inerenti fl-operazzjoni ta’ riċiklaġġ fejn l-iskart mill-imballaġġ huwa fil-fatt ipproċessat mill-ġdid fi prodotti, materjali jew sustanzi ma jitnaqqasx mill-piż tal-iskart irrappurtat bħala riċiklat. |
(16) |
Meta l-materjali tal-iskart mill-imballaġġ jieqfu milli jkunu skart b’riżultat ta’ operazzjoni ta’ tħejjija qabel ma jiġu fil-fatt ipproċessati mill-ġdid, materjali bħal dawn jistgħu jingħaddu bħala skart riċiklat sakemm ikunu maħsubin għal ipproċessar mill-ġdid sussegwenti fi prodotti, materjali jew sustanzi, kemm jekk għall-użu oriġinali tagħhom jew għal skopijiet oħra. Il-materjali ta’ tmiem tal-istadju tal-iskart li għandhom jiġu użati bħala fjuwils jew mezzi oħra biex tiġi ġġenerata l-enerġija, li jiġu mirduma, jew mormija, jew li jridu jiġu użati fi kwalunkwe operazzjoni li jkollha l-istess skop ta’ rkupru tal-iskart minbarra r-riċiklaġġ, jenħtieġ li ma jingħaddux lejn l-ilħiq tal-miri tar-riċiklaġġ. |
(17) |
Meta l-kalkolu tar-rata ta’ riċiklaġġ jiġi applikat għat-trattament aerobiku jew anerobiku tal-iskart mill-imballaġġ bijodegradabbli, l-ammont ta’ skart li jidħol għat-trattament aerobiku jew anerobiku jista’ jingħadd bħala skart riċiklat kemm-il darba dan it-trattament jiġġenera output li jrid jintuża bħala prodott, materjal jew sustanza riċiklati. Filwaqt li l-output ta’ trattament bħal dan ħafna drabi huwa kompost jew diġestat, output ieħor jista’ wkoll jittieħed inkunsiderazzjoni sakemm dan ikun fih kwantitajiet komparabbli ta’ kontenut riċiklat meta mqabbel mal-ammont tal-iskart mill-imballaġġ bijodegradabbli trattat. F’każijiet oħra, f’konformità mad-definizzjoni ta’ riċiklaġġ, l-ipproċessar mill-ġdid tal-iskart mill-imballaġġ bijodegradabbli f’materjali li għandhom jintużaw bħala fjuwils jew mezzi oħra biex tiġi ġġenerata l-enerġija, li jintremew, jew jridu jiġu użati fi kwalunkwe operazzjoni oħra li mhix ir-riċiklaġġ, jenħtieġ li ma jingħaddx lejn l-ilħiq tal-miri tar-riċiklaġġ. |
(18) |
Fil-każ ta’ esportazzjonijiet ta’ skart mill-imballaġġ mill-Unjoni għar-riċiklaġġ, l-Istati Membri jenħtieġ li jagħmlu użu effettiv mis-setgħat ta’ spezzjoni previsti fl-Artikolu 50(4c) tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) li jitolbu evidenza dokumentata biex jiġi aċċertat jekk vjeġġ ikunx maħsub għal operazzjonijiet ta’ rkupru li jkunu f’konformità mal-Artikolu 49 ta’ dak ir-Regolament u għalhekk jiġu ġestiti b’mod li jirrispetta l-ambjent f’faċilità li topera skont l-istandards tas-saħħa tal-bniedem u tal-protezzjoni ambjentali li huma ekwivalenti b’mod wiesa’ għall-istandards stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. Fit-twettiq ta’ dak il-kompitu, l-Istati Membri jistgħu jikkooperaw ma’ atturi rilevanti oħra, bħalma huma l-awtoritajiet kompetenti fil-pajjiż ta’ destinazzjoni, korpi indipendenti ta’ verifika minn parti terza jew organizzazzjonijiet li jimplimentaw l-obbligi ta’ responsabbiltà estiża tal-produtturi f’isem produtturi ta’ prodotti stabbiliti taħt skemi ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur, li jistgħu jwettqu verifiki ta’ faċilitajiet fiżiċi u oħrajn f’pajjiżi terzi. Fir-rapport ta’ verifika tal-kwalità li jakkumpanja d-data dwar il-kisba tal-miri, jenħtieġ li l-Istati Membri jirrappurtaw dwar il-miżuri li jimplimentaw l-obbligu li jiżguraw li l-iskart esportat mill-Unjoni huwa ttrattat f’kundizzjonijiet li huma ekwivalenti b’mod wiesa’ għal dawk imposti skont il-liġi ambjentali rilevanti tal-Unjoni. |
(19) |
Sabiex tkun żgurata implimentazzjoni aħjar, aktar f’waqtha u aktar uniformi ta’ din id-Direttiva, u sabiex tiġi antiċipata kwalunkwe dgħufija fl-implimentazzjoni, jenħtieġ li titwaqqaf sistema ta’ rapporti ta’ twissija bikrija sabiex jiġu identifikati n-nuqqasijiet u tkun tista’ tittieħed azzjoni qabel l-iskadenzi għall-ilħiq tal-miri. |
(20) |
Peress li l-ammont u t-tip ta’ imballaġġ użat ġeneralment jiddependu fuq l-għażliet magħmula mill-produttur minflok mill-konsumatur, jenħtieġ li jiġu stabbiliti skemi ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur. Skemi effikaċi ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur jista’ jkollhom impatt ambjentali pożittiv billi jnaqqsu l-ġenerazzjoni tal-iskart mill-imballaġġ u jżidu l-ġbir separat u r-riċiklaġġ. Filwaqt li l-iskemi ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur għall-imballaġġ diġà jeżistu f’ħafna Stati Membri, hemm differenzi kbar fil-mod ta’ kif jiġu stabbiliti, fl-effiċjenza tagħhom u fl-ambitu tar-responsabbiltà tal-produtturi. Għalhekk, jenħtieġ li r-regoli dwar ir-responsabbiltà estiża tal-produttur stipulati fid-Direttiva 2008/98/KE japplikaw għal skemi ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur għal produtturi tal-imballaġġ. |
(21) |
Sabiex tingħata spinta lill-prevenzjoni tal-iskart mill-imballaġġ, jitnaqqas l-impatt tiegħu fuq l-ambjent u jiġi promoss ir-riċiklaġġ ta’ materjali ta’ kwalità għolja filwaqt li jiġi żgurat il-funzjonament tas-suq intern, jiġu evitati ostakli għall-kummerċ u jiġu evitati d-distorsjoni u r-restrizzjoni tal-kompetizzjoni fi ħdan l-Unjoni, jenħtieġ li r-rekwiżiti essenzjali tad-Direttiva 94/62/KE u l-Anness II tagħha jiġu rieżaminati, u jekk meħtieġ emendati, biex jissaħħu r-rekwiżiti bil-għan li jittejjeb id-disinn għall-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ ta’ kwalità għolja tal-imballaġġ. |
(22) |
Id-data li jirrappurtaw l-Istati Membri hi essenzjali biex il-Kummissjoni tivvaluta l-konformità mal-liġi tal-Unjoni dwar l-iskart fost l-Istati Membri. Il-kwalità, l-affidabbiltà u l-paragunabbiltà tad-data jenħtieġ li jittejbu billi jiġi introdott punt ta’ dħul wieħed għad-data kollha dwar l-iskart, billi jitħassru rekwiżiti ta’ rappurtar li m’għadhomx jgħoddu, billi ssir valutazzjoni komparattiva tal-metodoloġiji nazzjonali tar-rappurtar, u billi jiġi introdott rapport ta’ verifika tal-kwalità tad-data. |
(23) |
Ir-rapporti tal-implimentazzjoni li jħejju l-Istati Membri kull tliet snin urew li mhumiex għodda effettiva biex tkun verifikata l-konformità jew żgurata implimentazzjoni tajba, u dawn qed joħolqu piżijiet amministrattivi żejda. Għaldaqstant, jixraq li jitħassru ċerti dispożizzjonijiet li jobbligaw lill-Istati Membri jipproduċu tali rapporti. Minflok il-monitoraġġ tal-konformità jenħtieġ li jissejjes esklussivament fuq id-data li l-Istati Membri jirrappurtaw kull sena lill-Kummissjoni. |
(24) |
Ir-rappurtar affidabbli tad-data dwar l-immaniġġjar tal-iskart huwa kruċjali għal implimentazzjoni effiċjenti u biex tkun żgurata l-paragunabbiltà tad-data fost l-Istati Membri. Għaldaqstant, meta jirrappurtaw dwar l-ilħiq tal-miri stipulati fid-Direttiva 94/62/KE kif emendata b’din id-Direttiva, jenħtieġ li l-Istati Membri jużaw ir-regoli l-aktar riċenti li jkunu żviluppaw il-Kummissjoni u l-metodoloġiji żviluppati mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali rispettivi responsabbli għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva. |
(25) |
Sabiex id-Direttiva 94/62/KE tiġi supplimentata jew emendata, jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-Artikoli 11(3), u 19(2) u l-Artikolu 20 ta’ dik id-Direttiva, kif emendati b’din id-Direttiva. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta’ tħejjija, ukoll fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (8). B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi ta’ esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati. |
(26) |
Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tad-Direttiva 94/62/KE, jenħtieġ li jingħataw setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni fir-rigward tal-Artikoli 5(4), 6a(9), 12(3d) u 19(1) tagħha kif emendati b’din id-Direttiva. Jenħtieġ li dawk is-setgħat jiġu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9). |
(27) |
Minħabba li l-għanijiet ta’ din id-Direttiva jiġifieri, fuq naħa, li jiġi evitat kull impatt mill-imballaġġ u mill-iskart mill-imballaġġ fuq l-ambjent, jew li tali impatt jitnaqqas, u b’hekk jiġi pprovdut livell għolji ta’ protezzjoni ambjentali, u fuq in-naħa l-oħra, li jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tas-suq intern u jiġu evitati ostakli għall-kummerċ u distorzjoni u restrizzjoni tal-kompetizzjoni fi ħdan l-Unjoni, ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri, iżda jistgħu, minħabba l-iskala u l-effetti tal-miżuri, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformita’ mal-prinċipju ta’ proporzjonalità kif stabbilit f’dak l- Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jinkisbu dawk l-għanijiet. |
(28) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Direttiva 94/62/KE tiġi emendata skont dan. |
(29) |
Skont il-Ftehim Interistituzzjonali tat-28 ta’ Novembru 2001 dwar użu aktar strutturat tat-teknika tar-riformulazzjoni tal-atti legali (10), it-teknika ta’ riformulazzjoni hija mezz xieraq li jiżgura li l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni tkun tista’ tinqara fuq bażi permanenti u universali billi jevita l-proliferazjoni ta’ atti emendatorji iżolati li ħafna drabi jagħmlu l-atti legali diffiċli ħafna biex jinftiehmu. Barra minn hekk, fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016, it-tliet istituzzjonijiet ikkonfermaw l-impenn tagħhom li jużaw it-teknika leġiżlattiva ta’ riformulazzjoni għall-modifika tal-leġiżlazzjoni eżistenti b’mod aktar frekwenti. Għalhekk, fid-dawl tal-fatt li d-Direttiva 94/62/KE diġà ġiet emendata sitt darbiet, ikun xieraq li tiġi riformulata d-Direttiva 94/62/KE fil-futur qrib. |
(30) |
Skont id-Dikjarazzjoni Politika Konġunta tat-28 ta’ Settembru 2011 tal-Istati Membri u l-Kummissjoni dwar dokumenti ta’ spjegazzjoni (11), l-Istati Membri ntrabtu li, f’każijiet ġustifikati, jakkumpanjaw in-notifika tal-miżuri ta’ traspożizzjoni tagħhom b’dokument wieħed jew aktar li jispjegaw ir-relazzjoni bejn il-komponenti ta’ direttiva u l-partijiet korrispondenti tal-istrumenti ta’ traspożizzjoni nazzjonali. Fir-rigward ta’ din id-Direttiva, il-leġiżlatur iqis li t-trażmissjoni ta’ tali dokumenti hija ġġustifikata, |
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Emendi
Id-Direttiva 94/62/KE hija emendata kif ġej:
(1) |
fl-Artikolu 1, il-paragrafu 2 jinbidel b’dan li ġej: “2. Għal dak il-għan, din id-Direttiva tistabbilixxi miżuri mmirati, bħala l-ewwel prijorità, lejn il-prevenzjoni tal-produzzjoni tal-iskart mill-imballaġġ u, bħala prinċipji fundamentali addizzjonali, l-użu mill-ġdid tal-imballaġġ, lejn ir-riċiklaġġ u lejn forom oħra tal-irkupru tal-iskart mill-imballaġġ u, għalhekk, lejn it-tnaqqis tal-qerda finali ta’ dan l-iskart sabiex tikkontribwixxi għat-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari.”; |
(2) |
l-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:
|
(3) |
L-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:
|
(4) |
L-Artikolu 5 jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 5 Użu mill-ġdid 1. F’konformità mal-ġerarkija tal-iskart stipulata fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2008/98/KE, l-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jinkoraġġixxu żieda fis-sehem ta’ imballaġġ li jista’ jerġa’ jintuża li jitqiegħed fis-suq u ta’ sistemi għall-użu mill-ġdid tal-imballaġġ b’mod ambjentalment korrett u f’konformità mat-Trattat, mingħajr ma jikkompromettu l-iġjene tal-ikel jew is-sikurezza tal-konsumaturi. Dawn il-miżuri jistgħu jinkludu, inter alia:
2. Stat Membru jista’ jiddeċiedi li jilħaq livell aġġustat tal-miri msemmija fil-punti (f) sa (i) tal-Artikolu 6(1) għal dik is-sena billi jitqies is-sehem medju, fit-tliet snin preċedenti, tal-imballaġġ tal-bejgħ li jista’ jerġa’ jintuża mqiegħed fis-suq għall-ewwel darba u użat mill-ġdid bħala parti minn sistema biex l-imballaġġ jintuża mill-ġdid. Il-livell aġġustat għandu jiġi kkalkolat billi jitnaqqas:
Mhux aktar minn ħames punti perċentwali ta’ sehem bħal dan għandu jittieħed inkunsiderazzjoni għall-kalkolu tal-livell aġġustat rispettiv. 3. Stat Membru jista’ jieħu inkunsiderazzjoni l-ammonti tal-imballaġġ tal-injam li huwa msewwi għall-użu mill-ġdid fil-kalkolu tal-miri stabbiliti fil-punt (f), il-punt (g)(ii), il-punt (h) u l-punt (i)(ii) tal-Artikolu 6(1). 4. Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi fl-applikazzjoni tal-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tadotta sal-31 ta’ Marzu 2019 atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu regoli għall-kalkolu, il-verifika u r-rappurtar tad-data, u għall-kalkolu tal-miri skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 21(2). 5. Sal-31 ta’ Diċembru 2024, il-Kummissjoni għandha teżamina d-data dwar imballaġġ li jista’ jintuża mill-ġdid pprovduta mill-Istati Membri skont l-Artikolu 12 u l-Anness III bil-ħsieb li tiġi kkunsidrata l-fattibbiltà tal-issettjar ta’ miri kwantitattivi dwar l-użu mill-ġdid tal-imballaġġ, inklużi r-regoli tal-kalkolu, u kwalunkwe miżura oħra għall-promozzjoni tal-użu mill-ġdid tal-imballaġġ. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, akkumpanjat, fejn xieraq, minn proposta leġiżlattiva,”; |
(5) |
l-Artikolu 6 huwa emendat kif ġej:
|
(6) |
jiddaħħal l-artikolu li ġej: “Artikolu 6a Regoli għall-kalkolu tal-ilħiq tal-miri ‘1. Għall-finijiet tal-kalkolu ta’ jekk intlaħqux il-miri stipulati fil-punti (f) sa (i) u l-Artikolu 6(1):
2. Għall-finijiet tal-punt (a) tal-paragrafu 1, il-piż tal-iskart mill-imballaġġ riċiklat għandu jitkejjel meta l-iskart jidħol fl-operazzjoni ta’ riċiklaġġ. B’deroga mill-ewwel subparagrafu, il-piż tal-iskart mill-imballaġġ riċiklat jista’ jitkejjel fl-output ta’ kwalunkwe operazzjoni ta’ separazzjoni, sakemm:
3. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistema effettiva ta’ kontroll tal-kwalità u ta’ traċċabbiltà tal-iskart mill-imballaġġ, sabiex jiżguraw li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stipulati fil-punt (a) fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u l-punti (a) u (b) tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu. Biex tiġi żgurata affidabbiltà u akkuratezza fid-data miġbura dwar l-iskart mill-imballaġġ riċiklat, is-sistema tista’ tikkonsisti minn reġistri elettroniċi maħluqin skont l-Artikolu 35(4) tad-Direttiva 2008/98/KE, speċifikazzjonijiet tekniċi għar-rekwiżiti ta’ kwalità tal-iskart separat, jew rati medji ta’ telf għall-iskart isseparat għal diversi tipi ta’ skart u prattiki ta’ mmaniġġjar tal-iskartrispettivament. Ir-rati medji ta’ telf għandhom jintużaw biss f’każijiet fejn id-data affidabbli ma tistax tinkiseb b’mod ieħor u għandhom jiġu kkalkolati abbażi tar-regoli ta’ kalkolu stabbiliti fl-att delegat adottat skont l-Artikolu 11a (10) tad-Direttiva 2008/98/KE. 4. Għall-finijiet tal-kalkolu ta’ jekk il-miri stipulati fil-punti (f) sa (i) tal-Artikolu 6(1) intlaħqux, l-ammont ta’ skart mill-imballaġġ bijodegradabbli li jsirlu trattament aerobiku u anerobiku jista’ jingħadd bħala riċiklat meta dak it-trattament jiġġenera kompost, diġestat jew output ieħor bi kwantità simili ta’ kontenut riċiklat meta mqabbel mal-input, li għandu jintuża bħala prodott, materjal jew sustanza riċiklati. Meta l-output huwa użat fuq l-art, l-Istati Membri jistgħu jgħodduh bħala riċiklat biss jekk dan l-użu jirriżulta f’benefiċċji għall-agrikoltura jew titjib ekoloġiku. 5. L-ammont ta’ materjali tal-iskart mill-imballaġġ li waqaf milli jkun skart b’riżultat ta’ operazzjoni ta’ tħejjija qabel ma jiġi pproċessat mill-ġdid, jista’ jingħadd bħala skart riċiklat sakemm tali materjali jkunu maħsuba għal ipproċessar sussegwenti mill-ġdid fi prodotti, materjali jew sustanzi li huma destinati għall-użu oriġinali jew għal skopijiet oħra. Madankollu, materjali tat-tmiem tal-iskart li jintużaw bħala fjuwils jew mezzi oħra biex tiġi ġġenerata l-enerġija, jew sabiex ikunu inċinerati, jintradmu jew jintremew f’landfills, ma għandhomx jingħaddu fil-kalkolu tal-kisba tal-miri tar-riċiklaġġ. 6. Għall-finijiet tal-kalkolu ta’ jekk ikunu intlaħqu l-miri stipulati fil-punti (f) sa (i), fl-Artikolu 6(1), l-Istati Membri jistgħu jqisu r-riċiklaġġ tal-metalli separati wara l-inċinerazzjoni tal-iskart proporzjonalment mas-sehem tal-iskart mill-imballaġġ inċinerat, sakemm il-metalli riċiklati jilħqu ċerti kriterji ta’ kwalità stabbiliti fl-att ta’ implimentazzjoni adottat skont l-Artikolu 11a(9) tad-Direttiva 2008/98/KE. 7. L-iskart mill-imballaġġ mibgħut lil Stat Membru ieħor għall-finijiet ta’ riċiklaġġ f’dak l-Istat Membru l-ieħor jista’ jingħadd biss lejn l-ilħiq tal-miri stipulati fil-punti (f) sa (i) tal-Artikolu 6(1) mill-Istat Membru fejn l-iskart mill-imballaġġ ikun inġabar. 8. L-iskart mill-imballaġġ esportat mill-Unjoni għandu jingħadd lejn l-ilħiq tal-miri stipulati fl-Artikolu 6(1) ta’ din id-Direttiva mill-Istat Membru fejn ikun inġabar biss jekk ikunu ġew issodisfati r-rekwiżiti tal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu u jekk, skont ir-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1), l-esportatur jista’ jagħti prova li l-vjeġġ tal-iskart jikkonforma mar-rekwiżiti ta’ dak ir-Regolament u li t-trattament tal-iskart mill-imballaġġ barra mill-Unjoni jkun sar f’kundizzjonijiet ġeneralment ekwivalenti għar-rekwiżiti tal-liġi ambjentali rilevanti tal-Unjoni. 9. Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-applikazzjoni tal-paragrafi 1 sa 5 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tadotta sal-31 ta’ Marzu 2019 atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu r-regoli għall-kalkolu, il-verifika u r-rappurtar tad-data, b’mod partikolari fir-rigward tal-piż tal-iskart mill-imballaġġ iġġenerat. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 21(2). (*1) Ir-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 dwar vjeġġi ta’ skart (ĠU L 190, 12.7.2006, p. 1).”;" |
(7) |
jiddaħħal l-artikolu li ġej: “Artikolu 6b Rapport ta’ twissija bikrija 1. Bi sħab mal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, il-Kummissjoni għandha tfassal rapporti dwar il-progress lejn l-ilħiq tal-miri stipulati fil-punti (f) sa (i) fl-Artikolu 6(1), sa mhux aktar tard minn tliet snin qabel kull skadenza stipulata hemm. 2. Ir-rapporti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu li ġej:
|
(8) |
l-Artikolu 7 jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 7 Is-sistemi tar-ritorn, tal-ġbir u tal-irkupru 1. Sabiex jilħqu l-objettivi stabbiliti f’din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw li jiġu stabbiliti sistemi biex jipprovdu:
Dawk is-sistemi għandhom ikunu miftuħa għall-parteċipazzjoni tal-operaturi ekonomiċi tas-setturi interessati u għall-partiċipazzjoni tal-awtoritajiet pubbliċi kompetenti. Għandhom jgħoddu wkoll għall-prodotti importati, taħt kundizzjonijiet mhux diskriminatorji, inklużi l-arranġamenti dettaljati u kull tariffa imposta għall-aċċess għas-sistemi, u għandhom jiġu ddisinjati sabiex jevitaw xkiel għall-kummerċ jew distorsjoni tal-kompetizzjoni f’konformità mat-Trattat. 2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, sal-31 ta’ Diċembru 2024, l-iskemi ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur ikunu stabbiliti għall-imballaġġ kollu skont l-Artikoli 8 u 8a tad-Direttiva 2008/98/KE. 3. Il-miżuri msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jiffurmaw parti minn politika li tkopri l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ kollu u għandha tqis, b’mod partikolari, ir-rekwiżiti rigward il-protezzjoni tal-ambjent u tas-saħħa tal-konsumatur, is-sikurezza u l-iġjene, il-protezzjoni tal-kwalità, l-awtentiċità u l-karatteristiċi tekniċi tal-prodotti imballati u materjali użati, u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà industrijali u kummerċjali. 4. L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jippromwovu riċiklaġġ ta’ kwalità għolja tal-iskart mill-imballaġġ u biex jissodisfaw l-istandards ta’ kwalità meħtieġa għas-setturi rilevanti tar-riċiklaġġ. Għal dak il-għan, l-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 2008/98/KE għandu japplika għall-iskart mill-imballaġġ, inkluż mill-imballaġġ imħallat.”; |
(9) |
fl-Artikolu 9, jiżdied il-paragrafu li ġej: “5. Sal-31 ta’ Diċembru 2020, il-Kummissjoni għandha teżamina l-fattibbiltà li ssaħħaħ mill-ġdid ir-rekwiżiti essenzjali bil-ħsieb li, inter alia, ittejjeb id-disinn għall-użu mill-ġdid u tippromwovi riċiklaġġ ta’ kwalità għolja, kif ukoll issaħħaħ l-infurzar tagħhom. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport, akkumpanjat, fejn xieraq, minn proposta leġiżlattiva, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill”; |
(10) |
l-Artikolu 11(3) jinbidel b’li ġej: “3. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 21a biex tissupplimenta din id-Direttiva billi tiddetermina l-kundizzjonijiet skont liema l-livelli tal-konċentrazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ma għandhomx japplikaw għal materjali riċiklati u ċrieki ta’ prodotti li jkunu f’katina magħluqa u ikkontrollata, kif ukoll billi tiddetermina t-tipi ta’ imballaġġ li huma eżenti mir-rekwiżit imsemmi fit-tielet inċiż tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.”; |
(11) |
l-Artikolu 12 huwa emendat kif ġej:
|
(12) |
jitħassar l-Artikolu 17; |
(13) |
l-Artikolu 19 jinbidel b’li ġej: “Artikolu 19 L-addattament għall-progress xjentifiku u tekniku 1. Il-Kummissjoni għandha tadotta l-atti ta’ implimentazzjoni li jkun hemm bżonn biex tadatta s-sistema ta’ identifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 8(2) u fl-Artikolu 10, it-tieni paragrafu, is-sitt inċiż, għall-progress xjentifiku u tekniku. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 21(2). 2. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 21a li jemendaw l-eżempji illustrattivi mogħtija għad-definizzjoni tal-imbalaġġ elenkati fl-Anness I.”; |
(14) |
l-Artikolu 20 jinbidel b’li ġej: “Artikolu 20 Miżuri speċifiċi Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 21a sabiex temenda din id-Direttiva meta jkun meħtieġ biex tindirizza xi diffikultajiet li jinqalgħu fl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, b’mod partikolari, għall-materjali tal-imballaġġ inerti li jitqiegħdu fis-suq fi kwantitajiet żgħar ħafna (jiġifieri ta’ madwar 0,1 % bil-piż) fl-Unjoni, għall-imballaġġ primarju tal-apparat mediku u l-prodotti farmaċewtiċi, għall-imballaġġ żgħir u għall-imballaġġ lussuż.”; |
(15) |
l-Artikolu 21 jinbidel b’li ġej: “Artikolu 21 Proċedura ta’ kumitat 1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-kumitat stabbilit bl-Artikolu 39 tad-Direttiva Nru 2008/98/KE. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*3). 2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. Meta l-kumitat ma jagħti ebda opinjoni, il-Kummissjoni ma għandhiex tadotta l-abbozz tal-att ta’ implimentazzjoni, u għandu japplika t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. (*3) Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).”;" |
(16) |
jiżdied l-artikolu li ġej: “Artikolu 21a L-eżerċitar tad-delega 1. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati, soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu. 2. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikoli 11(3) u 19(2) u l-Artikolu 20, għal perjodu ta’ ħames snin mill-4 ta’ Lulju 2018. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa sa mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel tmiem il-perjodu ta’ ħames snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal tali estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu. 3. Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikoli 11(3) u 19(2) u l-Artikolu 20 tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tad-Deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Tali deċiżjoni ma tolqotx il-validità ta’ xi atti delegati diġà fis-seħħ. 4. Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta ma’ esperti nominati minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (*4). 5. Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah fl-istess waqt lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. 6. Att delegat adottat skont l-Artikoli 11(3) u 19(2) u l-Artikolu 20 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perjodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill. |
(17) |
L-Annessi II u III huma emendati kif stabbilit fl-Anness ta’ din id-Direttiva; |
(18) |
Jiżdied l-Anness IV kif stabbilit fl-Anness għal din id-Direttiva. |
Artikolu 2
Traspożizzjoni
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sal-5 ta’ Lulju 2020. Huma għandhom jinfurmaw minnufih lill-Kummissjoni b’dan.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’din ir-referenza fil-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi kif issir din ir-referenza għandhom ikunu stabbiliti mill-Istati Membri.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tal-miżuri prinċipali tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri l-oħra b’dan.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Destinatarji
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Strasburgu, it-30 ta’ Mejju 2018.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
A. TAJANI
Għall-Kunsill
Il-President
L. PAVLOVA
(1) ĠU C 264, 20.7.2016, p. 98.
(2) ĠU C 17, 18.1.2017, p. 46.
(3) Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta’ April 2018 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2018.
(4) Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 94/62/KE tal-20 ta’ Diċembru 1994 dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ (ĠU L 365, 31.12.1994, p. 10).
(5) Id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3).
(6) Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE tas-26 ta’ April 1999 dwar ir-rimi ta’ skart f’landfills (ĠU L 182, 16.7.1999, p. 1).
(7) Ir-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 dwar vjeġġi ta’ skart (ĠU L 190, 12.7.2006, p. 1).
(8) ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.
(9) Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(10) ĠU C 77, 28.3.2002, p. 1.
(11) ĠU C 369, 17.12.2011, p. 14.
ANNESS
1.
L-Anness II huwa emendat kif ġej:
(a) |
fil-punt 1, it-tieni inċiż jinbidel b’dan li ġej:
|
(b) |
fil-punt 3, il-punti (c) u (d) jinbidlu b’dan li ġej:
|
2.
L-Anness III tad-Direttiva 94/62/KE huwa emendat kif ġej:
(a) |
Fit-Tabelli 1 u 2, ir-ringieli intitolati “Metall” huma sostitwiti b’żewġ ringieli intitolati “Metall ferruż” u “Aluminju”; |
(b) |
It-Tabella 2 hija emendata kif ġej:
|
(c) |
fit-Tabelli 3 u 4, ir-ringieli intitolati “Imballaġġ tal-metall” huma kull waħda sostitwiti b’żewġ ringieli intitolati “Imballaġġ tal-metall ferruż” u “Imballaġġ tal-aluminju”. |
3.
Jiżdied l-anness li ġej:“ANNESS IV
PJAN TA’ IMPLIMENTAZZJONI LI GĦANDU JIĠI PPREŻENTAT SKONT IL-PUNT (D) TAL-ARTIKOLU 6(1 A)
Il-pjan ta’ implimentazzjoni li għandu jiġi ppreżentat skont il-punt (d) tal-Artikolu 6(1a) għandu jinkludi dan li ġej:
1. |
valutazzjoni tar-rati passati, attwali u mbassra tar-riċiklaġġ, tar-rimi f’landfills u trattament ieħor tal-iskart mill-imballaġġ u l-flussi li huwa kompost minnhom; |
2. |
valutazzjoni tal-implimentazzjoni ta’ pjanijiet għall-immaniġġjar tal-iskart u l-programmi għall-prevenzjoni tal-iskart fis-seħħ skont l-Artikoli 28 u 29 tad-Direttiva 2008/98/KE; |
3. |
ir-raġunijiet li għalihom l-Istat Membru jikkunsidra li jista’ ma jirnexxilux jilħaq il-mira rilevanti stipulati fil-punti (g) u (i) fl-Artikolu 6(1) fi żmien l-iskadenza stipulati hemmhekk u valutazzjoni tal-estensjoni taż-żmien meħtieġa biex tintlaħaq dik il-mira; |
4. |
miżuri meħtieġa biex jintlaħqu l-miri stipulati fil-punti (g) u (i) tal-Artikolu 6(1) ta’ din id-Direttiva li huma applikabbli għall-Istat Membru matul l-estensjoni taż-żmien, li jinkludu strumenti ekonomiċi xierqa u miżuri oħra biex jipprovdu inċentivi għall-applikazzjoni tal-ġerarkija tal-iskart kif stipulata fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2008/98/KE u l-Anness IVa tagħha; |
5. |
skeda taż-żmien għall-implimentazzjoni tal-miżuri identifikati fil-punt 4, id-determinazzjoni tal-korp kompetenti għall-implimentazzjoni tagħhom u valutazzjoni tal-kontribuzzjoni individwali tagħhom biex jintlaħqu l-miri applikabbli fil-każ ta’ estensjoni taż-żmien; |
6. |
informazzjoni dwar il-finanzjament għall-immaniġġjar tal-iskart f’konformità mal-prinċipju ta’ min iniġġes iħallas; |
7. |
miżuri biex titjieb il-kwalità tad-data, kif xieraq, bil-għan li tittejjeb il-prestazzjoni tal-ippjanar u tal-monitoraġġ tal-immaniġġjar tal-iskart.”. |