19.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 156/43


DIRETTIVA (UE) 2018/843 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-30 ta’ Mejju 2018

li temenda d-Direttiva (UE) 2015/849 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, u li temenda d-Direttivi 2009/138/KE u 2013/36/UE

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (3),

Billi:

(1)

Id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) tikkostitwixxi l-istrument legali ewlieni fil-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja tal-Unjoni għall-iskopijiet tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu. Din id-Direttiva, li d-data ta’ skadenza għat-traspożizzjoni tagħha kienet is-26 ta’ Ġunju 2017, tistabbilixxi qafas legali effiċjenti u komprensiv biex tindirizza l-ġbir ta’ flus jew proprjetà għal skopijiet terroristiċi billi tirrikjedi lill-Istati Membri jidentifikaw, jifhmu u jimmitigaw ir-riskji marbutin mal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu.

(2)

L-attakki terroristiċi riċenti tefgħu dawl fuq xejriet emerġenti ġodda, b’mod partikolari fir-rigward tal-mod ta’ kif il-gruppi terroristiċi jiffinanzjaw u jwettqu l-operazzjonijiet tagħhom. Ċerti servizzi tat-teknoloġija moderna qegħdin isiru dejjem aktar popolari bħala sistemi alternattivi tal-finanzjament, iżda jibqgħu barra mill-ambitu tal-liġi tal-Unjoni jew jibbenefikaw minn eżenzjonijiet mir-rekwiżiti legali, li jaf ma għadhomx iġġustifikati. Sabiex wieħed iżomm mal-pass tax-xejriet li qegħdin jevolvu, jenħtieġ li jittieħdu miżuri ulterjuri biex tiġi żgurata trasparenza ikbar fir-rigward tat-tranżazzjonijiet finanzjarji, ta’ entitajiet korporattivi jew ġuridiċi oħrajn, kif ukoll ta’ trusts u arranġamenti legali li għandhom struttura jew funzjoni simili għal dik ta’ trusts (‘arranġamenti legali simili’), bil-ħsieb li jittejjeb il-qafas preventiv eżistenti u li jiġi miġġieled b’mod aktar effettiv il-finanzjament tat-terroriżmu. Importanti li jiġi nnutat li l-miżuri meħuda jenħtieg li jkunu proporzjonati għar-riskji.

(3)

In-Nazzjonijiet Uniti (NU), l-Interpol u l-Europol ilhom jirrappurtaw dwar il-konverġenza dejjem tikber bejn il-kriminalità organizzata u t-terroriżmu. In-nexus bejn il-kriminalità organizzata u t-terroriżmu u l-konnessjonijiet bejn il-gruppi kriminali u dawk terroristiċi jikkostitwixxu theddida dejjem akbar għas-sigurtà tal-Unjoni. Il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu hija parti integrali ta’ kwalunkwe strateġija li tindirizza dik it-theddida.

(4)

Filwaqt li kien hemm titjib sinifikanti fl-adozzjoni u l-implimentazzjoni tal-istandards tat-Task Force ta’ Azzjoni Finanzjarja (FATF) u fl-appoġġ mogħti b’rabta mal-ħidma tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi dwar it-trasparenza mill-Istati Membri f’dawn l-aħħar snin, il-ħtieġa li tkompli tiżdied it-trasparenza ġenerali tal-ambjent ekonomiku u finanzjarju tal-Unjoni hija ċara. Il-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u tal-finanzjament tat-terroriżmu ma tistax tkun effettiva jekk ma jkunx hemm ambjent ostili għal dawk il-kriminali li jkunu qed ifittxu kenn għall-finanzi tagħhom permezz ta’ strutturi mhux trasparenti. L-integrità tas-sistema finanzjarja tal-Unjoni tiddependi fuq it-trasparenza ta’ arranġamenti korporattivi u ta’ entitajiet legali, trusts u arranġamenti legali simili oħra. Din id-Direttiva mhijiex immirata biss għall-identifikazzjoni u l-investigazzjoni tal-ħasil tal-flus, iżda tinkludi wkoll il-prevenzjoni. It-tisħiħ tat-trasparenza jista’ tkun deterrent b’saħħtu.

(5)

Filwaqt li l-għanijiet tad-Direttiva (UE) 2015/849 jenħtieġ li jiġu segwiti u kwalunkwe emenda għaliha jenħtieġ li tkun konsistenti mal-azzjoni li tkun qiegħda tieħu l-Unjoni fil-qasam tal-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-finanzjament tat-terroriżmu, jenħtieġ li dawn l-emendi jsiru bil-kunsiderazzjoni dovuta għad-dritt fundamentali għall-protezzjoni tad-data personali, kif ukoll l-osservanza u l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ proporzjonalità. Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni bl-isem “L-Aġenda Ewropea dwar is-Sigurtà” indikat il-ħtieġa għal miżuri biex ikun indirizzat il-finanzjament tat-terroriżmu b’manjiera aktar effettiva u komprensiva, filwaqt li ġie enfasizzat li l-infiltrazzjoni tas-swieq finanzjarji tippermetti l-finanzjament tat-terroriżmu. Il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tas-17 u t-18 ta’ Diċembru 2015 ukoll enfasizzaw il-ħtieġa li tittieħed azzjoni ulterjuri b’mod rapidu kontra l-finanzjament tat-terroriżmu fid-dominji kollha.

(6)

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bl-isem “Pjan ta’ Azzjoni għat-tisħiħ tal-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu” tenfasizza l-bżonn ta’ adattament għal theddid ġdid u l-bżonn li tiġi emendata d-Direttiva (UE) 2015/849 skont dan.

(7)

Il-miżuri tal-Unjoni jenħtieġ li jirriflettu wkoll b’mod preċiż l-iżviluppi u l-impenji meħudin f’livell internazzjonali. Għaldaqstant, jenħtieġ li jittieħdu inkunsiderazzjoni r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU (UNSCR) 2195(2014) dwar Theddid għall-paċi u s-sigurtà internazzjonali u l-UNSCRs 2199(2015) u 2253(2015) dwar Theddid għall-paċi u s-sigurtà internazzjonali kkawżati minn atti terroristiċi li jittrattaw, rispettivament, il-konnessjonijiet bejn it-terroriżmu u l-kriminalità organizzata transnazzjonali, il-prevenzjoni tal-gruppi terroristiċi milli jiksbu aċċess għal istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali u l-espansjoni tal-qafas ta’ sanzjonijiet biex jinkludi l-Istat Iżlamiku fl-Iraq u l-Levante.

(8)

Il-fornituri involuti f’servizzi ta’ skambju bejn muniti virtwali u muniti ta’ kors legali (fiat currencies) (jiġifieri muniti u karti tal-flus li huma ddikjarati bħala valuta legali u flus elettroniċi, ta’ pajjiż, aċċettati bħala mezz ta’ skambju fil-pajjiż emittenti) kif ukoll fornituri tal-kartieri ta’ kustodja mhuma taħt l-ebda obbligu tal-Unjoni biex jidentifikaw attività suspettuża. Għalhekk, gruppi terroristiċi jkunu jistgħu jittrasferixxu l-flus fis-sistema finanzjarja tal-Unjoni jew f’netwerks tal-muniti virtwali billi jgħattu t-trasferimenti jew billi jibbenefikaw minn ċertu grad ta’ anonimità fuq dawn il-pjattaformi. Huwa għaldaqstant essenzjali li l-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva (UE) 2015/849 jiġi estiż b’tali mod li jinkludi fornituri involuti f’servizzi ta’ skambju bejn muniti virtwali u muniti ta’ kors legali kif ukoll fornituri tal-kartieri ta’ kustodja. Għall-finijiet tal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu (AML/CFT), l-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li, permezz ta’ entitajiet marbutin b’obbligu, ikunu jistgħu jissorveljaw l-użu ta’ muniti virtwali. Tali sorveljanza tipprovdi approċċ bilanċjat u proporzjonali, is-salvagwardja ta’ avvanzi tekniċi u l-grad għoli ta’ trasparenza miksub fil-qasam tal-finanzjament alternattiv u l-intraprenditorija soċjali.

(9)

L-anonimità tal-muniti virtwali tagħti lok għall-potenzjal li jintużaw ħażin għal skopijiet kriminali. L-inklużjoni ta’ fornituri involuti f’servizzi ta’ skambju bejn muniti virtwali u muniti ta’ kors legali u fornituri tal-kartieri ta’ kustodja mhijiex se tittratta għal kollox il-kwistjoni tal-anonimità marbuta mat-tranżazzjonijiet f’munita virtwali, billi parti kbira mill-ambjent tal-munita virtwali se jibqa’ anonimu billi l-utenti jistgħu jmexxu wkoll mingħajr tali fornituri. Biex ikunu kkumbattuti r-riskji relatati mal-anonimità, l-Unitajiet tal-Intelligence Finanzjarja (UIF) nazzjonali jenħtieġ li jkunu jistgħu jiksbu informazzjoni li tippermettilhom jassoċjaw indirizzi tal-munita virtwali mal-identità tas-sid tal-munita virtwali. Addizzjonalment, jenħtieġ li tkun ivvalutata b’mod ulterjuri l-possibbiltà li l-utenti jkunu jistgħu jiddikjaraw huma stess lill-awtoritajiet maħtura fuq bażi volontarja.

(10)

Jenħtieġ li l-muniti virtwali ma jiġux konfużi la mal-flus elettroniċi kif definit fil-punt (2) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/110/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), la mal-kunċett usa’ ta’ “fondi” kif definit fil-punt (25) tal-Artikolu 4 tad-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), u lanqas ma’ valur monetarju maħżun fi strumenti eżentati kif speċifikati fil-punti (k) u (l) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva (UE) 2015/2366, u lanqas ma’ muniti tal-logħob, li jistgħu jintużaw b’mod esklużiv fi ħdan ambjent speċifiku ta’ logħba. Minkejja l-fatt li l-muniti virtwali jistgħu spiss jintużaw bħala mezz ta’ ħlas, jistgħu jintużaw ukoll għal skopijiet oħrajn u jieħdu l-forma ta’ applikazzjonijiet usa’ pereżempju bħala mezzi ta’ skambju, ta’ investiment, bħala prodotti ta’ ħażna ta’ valur jew f’każinòs online. L-objettiv ta’ din id-Direttiva huwa li jiġu koperti l-użi potenzjali kollha tal-muniti virtwali.

(11)

Il-muniti lokali, magħrufin ukoll bħala muniti kumplimentari, li huma użati f’netwerks limitati ħafna bħalma huma belt jew reġjun u fost numru żgħir ta’ utenti jenħtieġ li ma jkunux ikkunsidrati bħala muniti virtwali.

(12)

Relazzjonijiet ta’ negozju jew transazzjonijiet li jinvolvu pajjiżi terzi b’riskju kbir jenħtieġu li jkunu limitati meta jiġu identifikati dgħufijiet sinifikanti fir-reġim tal-AML/CFT tal-pajjiżi terzi kkonċernati, sakemm ma jiġux applikati miżuri jew kontromiżuri addizzjonali adegwati. Meta jittrattaw ma’ tali każijiet ta’ riskju għoli jew ma’ tali relazzjonijiet ta’ negozju jew transazzjonijiet, jenħtieġ li l-Istati Membri jirrikjedu lill-entitajiet marbutin b’obbligu biex japplikaw miżuri għal diliġenza dovuta tal-klijent imsaħħa biex jiġġestixxu u jimmitigaw dawk ir-riskji. Għaldaqstant f’livell nazzjonali, kull Stat Membru jiddetermina t-tip ta’ miżuri għal diliġenza dovuta msaħħa li jridu jittieħdu fir-rigward ta’ pajjiżi terzi b’riskju kbir. Dawk l-approċċi differenti bejn l-Istati Membri jikkreaw punti dgħajfin fuq il-ġestjoni tar-relazzjoni ta’ negozju li tinvolvi pajjiżi terzi b’riskju kbir kif identifikati mill-Kummissjoni. Huwa importanti li titjieb l-effettività tal-lista ta’ pajjiżi terzi b’riskju kbir stabbilita mill-Kummissjoni billi jkun ipprovdut trattament armonizzat ta’ dawk il-pajjiżi f’livell tal-Unjoni. Dak l-approċċ armonizzat jenħtieġ li primarjament jiffoka fuq miżuri għal diliġenza dovuta tal-klijent imsaħħa, fejn tali miżuri ma jkunux diġà meħtieġa taħt il-liġi nazzjonali. F’konformità mal-obbligi internazzjonali, jenħtieġ li jkun possibbli għall-Istati Membri li, fejn applikabbli, jirrikjedu lill-entitajiet marbutin b’obbligu sabiex japplikaw miżuri addizzjonali tal-mitigazzjoni li jikkumplimentaw il-miżuri għal diliġenza dovuta tal-klijenti msaħħa, f’konformità ma’ approċċ ibbażat fuq ir-riskju u b’kunsiderazzjoni taċ-ċirkostanzi speċifiċi ta’ tranżazzjonijiet jew relazzjonijiet ta’ negozju. Organizzazzjonijiet internazzjonali u korpi li jistabbilixxu standards b’kompetenzi fil-qasam tal-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u tal-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu jistgħu jsejħu għall-applikazzjoni ta’ kontromiżuri xierqa biex jipproteġu s-sistema finanzjarja internazzjonali mir-riskji attwali u sostanzjali li jirrigwardaw il-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu li joħorġu minn ċerti pajjiżi. Barra minn hekk, l-Istati Membri jenħtieġ li jirrikjedu lill-entitajiet marbutin b’obbligu sabiex japplikaw miżuri addizzjonali tal-mitigazzjoni rigward pajjiżi terzi b’riskju kbir identifikati mill-Kummissjoni billi jieħdu kont tas-sejħiet għal kontromiżuri u rakkomandazzjonijiet, bħal dawk espressi mill-FATF u r-responsabbiltajiet li jirriżultaw mill-ftehimiet internazzjonali.

(13)

B’kont meħud tan-natura ta’ theddidiet u vulnerabbiltajiet rigward il-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, l-Unjoni jenħtieġ li tadotta approċċ integrat dwar il-konformità tar-reġimi nazzjonali tal-AML/CFT mar-rekwiżiti fil-livell tal-Unjoni, billi tieħu inkunsiderazzjoni valutazzjoni tal-effettività ta’ dawk ir-reġimi nazzjonali. Għall-iskop tal-monitoraġġ tat-traspożizzjoni korretta tar-rekwiżiti tal-Unjoni fir-reġimi nazzjonali tal-AML/CFT, l-implimentazzjoni effettiva ta’ dawk ir-rekwiżiti u l-kapaċità ta’ dawk ir-reġimi li jiksbu qafas preventiv effettiv, il-Kummissjoni jenħtieġ li tibbaża l-valutazzjoni tagħha fuq ir-reġimi nazzjonali AML/CFT, li jenħtieġ li jkunu mingħajr preġudizzju għal valutazzjonijiet imwettqin minn organizzazzjonijiet internazzjonali u korpi li jistabbilixxu standards b’kompetenzi fil-qasam tal-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u tal-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu, bħalma huma l-FATF jew il-Kumitat ta’ Esperti dwar l-Evalwazzjoni ta’ Miżuri Kontra l-Ħasil tal-Flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu.

(14)

Kards imħallsin minn qabel bi skop ġenerali għandhom użi leġittimi u jikkostitwixxu strument li jikkontribwixxi għall-inklużjoni soċjali u finanzjarja. Madankollu, kards anonimi mħallsin minn qabel jistgħu faċilment jintużaw fil-finanzjament ta’ attakki u l-loġistika terroristiċi. Huwa għaldaqstant essenzjali li t-terroristi jkunu mċaħħdin minn dan il-mezz biex jiffinanzjaw l-operazzjonijiet tagħhom, billi jkomplu jitnaqqsu l-limiti u l-ammonti massimi taħt liema l-entitajiet obbligati jistgħu ma japplikawx ċerti miżuri għal diliġenza dovuta tal-klijent ipprovduti mid-Direttiva (UE) 2015/849. Għalhekk, filwaqt li jittieħed il-kont dovut tal-bżonnijiet tal-klijenti meta jużaw strumenti mħallsin minn qabel bi skop ġenerali u mingħajr il-prevenzjoni ta’ użu ta’ tali strumenti għall-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali u finanzjarja, huwa essenzjali li jitnaqqsu l-limiti eżistenti għal kards anonimi mħallsin minn qabel bi skop ġenerali u li jiġi identifikat il-klijent fil-każ tat-tranżazzjonijiet ta’ pagament mill-bogħod meta l-ammont tat-tranżazzjoni jkun iktar minn EUR 50.

(15)

Filwaqt li l-użu ta’ kards anonimi mħallsin minn qabel maħruġin fl-Unjoni huwa essenzjalment limitat għat-territorju tal-Unjoni biss, dan mhuwiex dejjem il-każ b’kards simili maħruġin f’pajjiżi terzi. Huwa għaldaqstant importanti li jiġi żgurat li kards anonimi mħallsin minn qabel maħruġin barra mill-Unjoni jistgħu jintużaw fl-Unjoni biss fejn jistgħu jkunu kkunsidrati li jikkonformaw ma’ rekwiżiti ekwivalenti għal dawk stabbiliti fil-liġi tal-Unjoni. Dik ir-regola jenħtieġ li tkun ippromulgata f’konformità sħiħa mal-obbligi tal-Unjoni fir-rigward tal-kummerċ internazzjonali, speċjalment id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim Ġenerali dwar il-Kummerċ fis-Servizzi.

(16)

L-UIF għandhom rwol importanti fl-identifikazzjoni ta’ operazzjonijiet finanzjarji tan-netwerks terroristiċi, speċjalment transfruntiera, u fid-detezzjoni tal-finanzjaturi tagħhom. L-intelligence finanzjarja tista’ tkun ta’ importanza fundamentali biex jinkixfu l-faċilitazzjoni tar-reati terroristiċi u n-netwerks u l-iskemi tal-organizzazzjonijiet terroristiċi. Minħabba n-nuqqas ta’ standards internazzjonali preskrittivi, l-UIF għad għandhom differenzi sinifikanti fir-rigward tal-funzjonijiet, kompetenzi u setgħat tagħhom. L-Istati Membri jenħtieġ li jagħmlu ħilithom biex jiżguraw approċċ aktar effiċjenti u kkoordinat biex jittrattaw l-investigazzjonijiet finanzjarji relatati mat-terroriżmu, inklużi dawk relatati mal-użu ħażin ta’ muniti virtwali. Id-differenzi attwali madankollu jenħtieġ li ma jaffettwawx l-attività ta’ UIF, partikolarment il-kapaċità tagħha li tiżviluppa analiżi preventivi bħala appoġġ tal-awtoritajiet kollha inkarigati b’attivitajiet tal-intelligence, investigattivi u ġudizzjarji, u l-kooperazzjoni internazzjonali. Fl-eżerċizzju tal-kompiti tagħhom, l-UIF jenħtieġ li jkollhom aċċess għal informazzjoni u jkunu f’qagħda li jiskambjawha mingħajr impedimenti, inkluż permezz ta’ kooperazzjoni xierqa mal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi. Fil-każijiet kollha ta’ kriminalità ssuspettata u, partikolarment, f’każijiet li jinvolvu l-finanzjament tat-terroriżmu, l-informazzjoni jenħtieġ li tgħaddi direttament u malajr mingħajr dewmien bla bżonn. Għaldaqstant huwa essenzjali li tkompli tissaħħaħ l-effettività u l-effiċjenza tal-UIF, billi jiġu ċċarati s-setgħat tal-UIF u l-kooperazzjoni ta’ bejniethom.

(17)

L-UIF jenħtieġ li jkunu f’qagħda li jakkwistaw minn xi entità marbuta b’obbligu l-informazzjoni neċessarja kollha relatata mal-funzjonijiet tagħhom. L-aċċess bla rbit għall-informazzjoni tagħhom huwa essenzjali biex jiġi żgurat li l-flussi tal-flus jistgħu jiġu traċċati kif xieraq u li n-netwerks u l-flussi illegali jiġu skoperti fi stadju bikri. Il-bżonn li l-UIF jiksbu informazzjoni addizzjonali minn entitajiet marbutin b’obbligu fuq il-bażi ta’ suspett ta’ ħasil tal-flus jew finanzjament tat-terroriżmu, jista’ jiġi attivat minn rapport preċedenti dwar tranżazzjoni suspettuża rrapportat lill-UIF, iżda jista’ jiġi attivat anki permezz ta’ mezzi oħrajn bħalma huma l-analiżi tal-UIF stess, l-intelligence provduta minn awtoritajiet kompetenti jew l-informazzjoni ta’ UIF oħra. L-UIF jenħtieġ li għalhekk, fil-kuntest tal-funzjonijiet tagħhom, ikunu f’qagħda li jiksbu informazzjoni minn kwalunkwe entità marbuta b’obbligu, anki mingħajr ma jkun sar rapport preċedenti. Dan ma jinkludix talbiet għal informazzjoni mingħajr distinzjoni lill-entitajiet marbutin b’obbligu fil-kuntest tal-analiżi tal-UIF, iżda jinkludi biss talbiet għal informazzjoni abbażi ta’ kundizzjonijiet definiti b’mod suffiċjenti. UIF jenħtieġ ukoll li tkun f’qagħda li tikseb tali informazzjoni b’talba magħmula minn UIF oħra tal-Unjoni kif ukoll li tiskambja l-informazzjoni mal-UIF rikjedenti.

(18)

L-iskop tal-UIF huwa li tiġbor u tanalizza l-informazzjoni li tkun waslitilha bil-għan li tistabbilixxi konnessjonijiet bejn it-tranżazzjonijiet suspettużi u l-attività kriminali sottostanti sabiex tipprevjeni u tiġġieled il-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, u li tqassam kemm ir-riżultati tal-analiżi tagħha kif ukoll l-informazzjoni addizzjonali lill-awtoritajiet kompetenti meta jkun hemm raġunijiet għal suspett ta’ ħasil tal-flus, reati predikati assoċjati jew finanzjament tat-terroriżmu. Jenħtieġ li UIF ma toqgħodx lura minn jew ma tirrifjutax l-iskambju ta’ informazzjoni ma’ UIF oħra, b’mod spontanju jew fuq talba, għal raġunijiet bħalma huma n-nuqqas ta’ identifikazzjoni ta’ reat predikat assoċjat, il-karatteristiċi tal-liġijiet kriminali nazzjonali u d-differenzi bejn id-definizzjonijiet ta’ reati predikati assoċjati jew l-assenza ta’ referenza għal reati predikati assoċjati partikolari. Bl-istess mod, l-UIF jenħtieġ li tagħti l-kunsens minn qabel tagħha lil UIF oħra sabiex l-informazzjoni tintbagħat lill-awtoritajiet kompetenti irrispettivament mit-tip ta’ reat predikat assoċjat possibbli sabiex il-funzjoni ta’ disseminazzjoni tkun tista’ titwettaq b’mod effettiv. UIF irrappurtaw diffikultajiet fl-iskambju ta’ informazzjoni minħabba differenzi fid-definizzjonijiet nazzjonali ta’ wħud mir-reati predikati assoċjati, bħal reati tat-taxxa, li mhumiex armonizzati mil-liġi tal-Unjoni. Jenħtieġ li tali differenzi ma jfixxklux l-iskambju reċiproku, it-tixrid lill-awtoritajiet kompetenti u l-użu ta’ dik l-informazzjoni kif definit minn din id-Direttiva. L-UIF jenħtieġ li jiżguraw b’mod rapidu, kostruttiv u effettiv l-aktar firxa wiesgħa ta’ kooperazzjoni internazzjonali ma’ UIF ta’ pajjiżi terzi fir-rigward tal-ħasil tal-flus, ir-reati predikati assoċjati u l-finanzjament tat-terroriżmu f’konformità mar-Rakkomandazzjonijiet tal-FATF u l-Prinċipji Egmont għall-Iskambju ta’ Informazzjoni bejn l-Unitajiet tal-Intelligence Finanzjarja.

(19)

L-informazzjoni ta’ natura prudenzjali relatata mal-istituzzjonijiet tal-kreditu u finanzjarji, bħal informazzjoni relatata mal-kompetenza u l-idoneità tad-diretturi u l-azzjonisti, mal-mekkaniżmi interni ta’ kontroll, mal-governanza jew mal-ġestjoni tal-konformità u tar-riskju, ħafna drabi hija indispensabbli għas-superviżjoni AML/CFT adegwata ta’ tali istituzzjonijiet. B’mod simili, l-informazzjoni AML/CFT hija importanti wkoll għas-superviżjoni prudenzjali ta’ tali istituzzjonijiet. Għaldaqstant, l-iskambju ta’ informazzjoni kunfidenzjali u l-kollaborazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti AML/CFT li jissuperviżjonaw istituzzjonijiet tal-kreditu u finanzjarji u s-superviżuri prudenzjali jenħtieġ li ma jixxekklux b’inċertezza legali li tista’ tinħoloq minħabba fl-assenza ta’ dispożizzjonijiet espliċiti f’dan il-qasam. Kjarifika tal-qafas legali hija saħansitra aktar importanti peress li s-superviżjoni prudenzjali, f’numru ta’ każijiet, ġiet fdata lil superviżuri mhux AML/CFT, bħalma hu l-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE).

(20)

L-aċċess tardiv għal informazzjoni tal-UIF u awtoritajiet kompetenti oħrajn fuq l-identità tad-detenturi tal-kontijiet bankarji u ta’ ħlas u l-kaxex ta’ depożitu sikur, speċjalment dawk anonimi, ixekkel id-detezzjoni ta’ trasferimenti ta’ fondi relatati mat-terroriżmu. Id-data nazzjonali li tippermetti l-identifikazzjoni ta’ kontijiet bankarji u ta’ ħlas u kaxex ta’ depożitu sikur li jappartjenu għal persuna waħda hija frammentata u għaldaqstant mhux aċċessibbli għall-UIF u għall-awtoritajiet kompetenti oħrajn fil-ħin. Huwa għalhekk essenzjali li jiġu stabbiliti mekkaniżmi awtomatizzati ċentralizzati, bħalma huma sistemi tar-reġistru jew tal-irkupru tad-data, fl-Istati Membri kollha bħala mezz effiċjenti għall-aċċess f’waqtu ta’ informazzjoni fuq l-identità tad-detenturi ta’ kontijiet bankarji u ta’ ħlas u kaxex ta’ depożitu sikur, id-detenturi ta’ prokura tagħhom, u s-sidien benefiċjarji tagħhom. Meta jiġu applikati d-dispożizzjonijiet ta’ aċċess, huwa xieraq li jintużaw mekkaniżmi diġà eżistenti sakemm l-UIF nazzjonali jkunu jistgħu jaċċessaw id-data li għaliha jagħmlu talba b’mod immedjat u mingħajr filtri. L-Istati Membri jenħtieġ li jikkunsidraw li jipprovdu lil tali mekkaniżmi informazzjoni oħra li tkun meqjusa neċessarja u proporzjonata għall-mitigazzjoni aktar effettiva tar-riskji relatati mal-ħasil tal-flus u mal-finanzjament tat-terroriżmu. Jenħtieġ li tiġi żgurata kunfidenzjalità sħiħa fir-rigward ta’ tali inkjesti u talbiet għall-informazzjoni relatata min-naħa tal-UIF u l-awtoritajiet kompetenti għajr dawk l-awtoritajiet responsabbli għall-prosekuzzjoni.

(21)

Sabiex tkun irrispettata l-privatezza u tkun protetta d-data personali, jenħtieġ li jżommu l-minimu tad-data neċessarju għat-twettieq tal-investigazzjonijiet AML/CFT fil-mekkaniżmi awtomatizzati ċentralizzati għall-kontijiet bankarji u ta’ ħlas, bħala huma sistemi tar-reġistru jew tal-irkupru tad-data. Jenħtieġ li jkun possibbli għall-Istati Membri li jistabbilixxu liema data hija utli u proporzjonata biex tinġabar, filwaqt li jqisu s-sistemi u t-tradizzjonijiet legali fis-seħħ sabiex jingħata lok għall-identifikazzjoni sinifikanti tas-sidien benefiċjarji. Waqt it-traspożizzjoni tad-dispożizzjonijiet relatati ma’ dawk il-mekkaniżmi, l-Istati Membri jenħtieġ li jistabbilixxu perijodi ta’ żamma ekwivalenti għal perijodu ta’ żamma tad-dokumentazzjoni u l-informazzjoni miksuba fl-applikazzjoni tal-miżuri għal diliġenza dovuta tal-klijenti. Jenħtieġ li jkun possibbli għalli-Istati Membri li jestendu l-perijodu ta’ żamma fuq bażi ġenerali bil-liġi, mingħajr ma jkunu meħtieġa deċiżjonijiet każ b’każ. Jenħtieġ li l-perijodu ta’ żamma addizzjonali ma jkunx iktar minn ħames snin addizzjonali. Dak il-perijodu jenħtieġ li jkun mingħajr preġudizzju għal-leġislazzjoni nazzjonali li tistipula rekwiżiti oħrajn ta’ żamma ta’ data li jippermettu deċiżjonijiet każ b’każ sabiex jiġu ffaċilitati ll-proċedimenti kriminali jew amministrattivi. L-aċċess għal dawk il-mekkaniżmi jenħtieġ li jseħħ skont il-bażi ta’ bżonn biss.

(22)

L-identifikazzjoni preċiża u l-verifika tad-data ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi huma essenzjali għall-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu. L-iżviluppi tekniċi l-aktar riċenti fid-diġitalizzazzjoni tat-tranżazzjonijiet u l-pagamenti jagħtu s-setgħa ta’ identifikazzjoni sigura remota jew elettronika. Dawk il-mezzi ta’ identifikazzjoni kif stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) jenħtieġ li jittieħdu inkunsiderazzjoni, b’mod partikolari fir-rigward tal-iskemi notifikati tal-identifikazzjoni elettronika u l-metodi li jiżguraw rikonoxximent legali transkonfinali, li joffru livell għoli ta’ għodod siguri u jipprovdu punt ta’ referenza li kontrih jistgħu jiġu kkontrollati l-metodi ta’ identifikazzjoni stabbiliti fil-livell nazzjonali. Barra minn hekk, il-proċessi ta’ identifikazzjoni elettronika jew mill-bogħod siguri, regolati, rikonoxxuti, approvati jew aċċettati fil-livell nazzjonali mill-awtorità kompetenti nazzjonali jistgħu jittieħdu inkunsiderazzjoni. Fejn ikun xieraq, ir-rikonoxximent ta’ dokumenti elettroniċi u servizzi fiduċjarji kif stabbilit fir-Regolament (UE) Nru 910/2014 jenħtieġ li jiġu kkunsidrati wkoll fil-proċess ta’ identifikazzjoni. Il-prinċipju ta’ newtralità teknoloġika jenħtieġ li jitqies fl-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva.

(23)

Sabiex jiġu identifikati l-persuni politikament esposti fl-Unjoni, jenħtieġ li jinħarġu listi mill-Istati Membri li jindikaw il-funzjonijiet speċifiċi li, skont il-liġijiet nazzjonali, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi, jikkwalifikaw jitqiesu bħala funzjonijiet pubbliċi prominenti. Jenħtieġ li l-Istati Membri jitolbu lil kull organizzazzjoni internazzjonali akkreditata fit-territorji tagħhom biex toħroġ u żżomm aġġornata lista ta’ funzjonijiet pubbliċi prominenti f’dik l-organizzazzjoni internazzjonali.

(24)

L-approċċ għar-rieżami ta’ klijenti eżistenti fil-qafas attwali huwa bbażat fuq ir-riskju. Madankollu, b’kont meħud tar-riskju ogħla għall-ħasil tal-flus, il-finanzjament tat-terroriżmu u reati predikati assoċjati li huma marbuta ma’ ċerti strutturi intermedjarji, dak l-approċċ jista’ ma jippermettix għad-detezzjoni fil-ħin u l-valutazzjoni tar-riskji. Huwa għalhekk importanti li jiġi żgurat li ċerti kategoriji speċifikati b’mod ċar ta’ klijenti eżistenti huma wkoll issorveljati fuq bażi regolari.

(25)

L-Istati Membri fil-preżent huma meħtieġa jiżguraw li l-entitajiet korporattivi u legali oħrajn inkorporati fit-territorju tagħhom jakkwistaw u jżommu informazzjoni adegwata, preċiża u attwali fuq is-sjieda benefiċjarja tagħhom. Il-ħtieġa għal informazzjoni preċiża u aġġornata dwar is-sid benefiċjarju hija fattur importanti fil-lokalizzazzjoni ta’ kriminali li inkella jistgħu jkunu f’qagħda li jaħbu l-identità tagħhom wara struttura korporattiva. Is-sistema finanzjarja interkonnessa globalment tagħmilha possibbli li wieħed jaħbi u jmexxi fondi madwar id-dinja, u l-ħassiela tal-flus u l-finanzjaturi tat-terroriżmu kif ukoll kriminali oħrajn aktar ma jmur għamlu użu minn dik il-possibbiltà.

(26)

Il-fattur speċifiku li jiddetermina liema Stat Membru huwa responsabbli għall-monitoraġġ u r-reġistrazzjoni ta’ informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja ta’ trusts u arranġamenti legali simili jenħtieġ li jiġi ċċarat. Minħabba differenzi fis-sistemi legali tal-Istati Membri, ċerti trusts u arranġamenti legali simili ma jkunu ssorveljati jew irreġistrati mkien fl-Unjoni. Informazzjoni fuq is-sjieda benefiċjarja ta’ trusts u arranġamenti legali simili jenħtieġ li tiġi rreġistrata fejn il-fiduċjarji tat-trusts u persuni li jkollhom karigi ekwivalenti f’arranġamenti legali simili huma stabbiliti jew fejn huma jirrisjedu. Sabiex jiġu żgurati l-monitoraġġ u r-reġistrazzjoni effettivi ta’ informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja ta’ trusts u arranġamenti legali simili, hija neċessarja wkoll il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri. L-interkonnessjoni tar-reġistri tal-Istati Membri tas-sidien benefiċjarji ta’ trusts u arranġamenti legali simili tagħmel din l-informazzjoni aċċessibbli, u tiżgura wkoll li r-reġistrazzjoni multipla tal-istess trusts u arranġamenti legali simili tiġi evitata fi ħdan l-Unjoni.

(27)

Ir-regoli li japplikaw għat-trusts u għal arranġamenti legali simili fir-rigward tal-aċċess għall-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja tagħhom jenħtieġ li jkunu komparabbli mar-regoli korrispondenti li japplikaw għall-entitajiet korporattivi u ġuridiċi oħrajn. Minħabba l-firxa wiesgħa ta’ tipi ta’ trusts li jeżistu attwalment fl-Unjoni, kif ukoll minħabba l-varjetà akbar ta’ arranġamenti legali simili oħrajn, id-deċiżjoni dwar jekk trust jew arranġament legali simili humiex komparabbilment simili għal entitajiet korporattivi u ġuridiċi oħrajn jew le, jenħtieġ li tittieħed mill-Istati Membri. L-għan tal-liġi nazzjonali li tittrasponi dawk id-dispożizzjonijiet jenħtieġ li jkun li jiġi evitat l-użu ta’ trusts jew arranġamenti legali simili għall-iskopijiet ta’ ħasil tal-flus, finanzjament tat-terroriżmu jew reati predikati assoċjati.

(28)

Fid-dawl tal-karatteristiċi differenti tat-trusts u tal-arranġamenti legali simili, l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu kapaċi, skont il-liġi nazzjonali u f’konformità mar-regoli tal-protezzjoni tad-data, jiddeterminaw il-livell ta’ trasparenza fir-rigward tat-trusts u l-arranġamenti legali simili li ma jkunux komparabbli ma’ entitajiet korporattivi jew ġuridiċi oħrajn. Ir-riskji ta’ ħasil tal-flus u finanzjament tat-terroriżmu involuti jistgħu jvarjaw, skont il-karatteristiċi tat-tip ta’ trust jew arranġament legali simili u l-perċezzjoni ta’ dawk ir-riskji tista’ tevolvi maż-żmien, pereżempju b’segwitu għall-valutazzjonijiet tar-riskju nazzjonali usupranazzjonali. Għal dik ir-raġuni, jenħtieġ li l-Istati Membri j jkunu jistgħu jipprovdu għall-aċċess usa’ għall-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja tat-trusts u l-arranġamenti legali simili, jekk tali aċċess jikkostitwixxi miżura neċessarja u proporzjonata mal-għan leġittimu tal-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu. Meta jkunu qed jiddeterminaw il-livell ta’ trasparenza tal-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja ta’ tali trusts jew arranġamenti legali simili, l-Istati Membri jenħtieġ li jqisu kif xieraq il-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali tal-individwi, b’mod partikolari d-dritt għall-privatezza u l-protezzjoni tad-data personali. L-aċċess għall-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja fir-rigward tat-trusts u arranġamenti legali simili jenħtieġ li jingħata lil kwalunkwe persuna li tkun tista’ turi interess leġittimu. Aċċess jenħtieġ li jingħata wkoll lil kwalunkwe persuna li tressaq talba bil-miktub b’rabta ma’ trust jew arranġament legali simili li jkollha jew tkun is-sid ta’ interess kontrollanti fi kwalunkwe entità korporattiva jew entità ġuridika oħra inkorporata barra mill-Unjoni, permezz ta’ sjieda diretta jew indiretta, inkluż permezz ta’ parteċipazzjonijiet azzjonarji ta’ portatur, jew permezz ta’ kontroll b’mezzi oħrajn. Il-kriterji u l-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ aċċess fir-rigward ta’ talbiet għal informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja ta’ trusts u arranġamenti legali simili jenħtieġ li jkunu preċiżi biżżejjed u konformi mal-għanijiet ta’ din id-Direttiva. Jenħtieġ li jkun possibbli għall-Istati Membri li jirrifjutaw talba bil-miktub meta jkun hemm raġunijiet raġonevoli biex wieħed jissuspetta li t-talba bil-miktub ma tkunx konformi mal-objettivi ta’ din id-Direttiva.

(29)

Sabiex jiġu żgurati ċ-ċertezza legali u kundizzjonijiet ekwi, huwa essenzjali li jiġi stipulat b’mod ċar liema arranġamenti legali stabbiliti fl-Unjoni jenħtieġ li jitqiesu li simili għal trusts minħabba l-funzjonijiet jew l-istruttura tagħhom. Għalhekk, kull Stat Membru jenħtieġ li jkun f’pożizzjoni li jidentifika t-trusts, jekk ikunu rikonoxxuti mil-liġi nazzjonali, u l-arranġamenti legali simili li jistgħu jitwaqqfu skont il-qafas legali nazzjonali jew l-użanzi tiegħu u li jkollhom struttura jew funzjonijiet simili għat-trusts, b’tali mod li tkun tista’ ssir separazzjoni jew skonnessjoni bejn is-sjieda legali u dik benefiċjarja tal-assi. Minn hemm ’il quddiem, l-Istati Membri jenħtieġ li jinnotifikaw il-kategoriji, id-deskrizzjoni tal-karatteristiċi, l-ismijiet u fejn applikabbli, il-bażi legali ta’ dawk it-trusts u arranġamenti legali simili lill-Kummissjoni, fid-dawl tal-pubblikazzjoni tagħhom f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea sabiex tkun tista’ ssir l-identifikazzjoni tagħhom minn Stati Membri oħrajn. Għandu jittieħed kont tal-fatt li t-trusts u l-arranġamenti legali simili jista’ jkollhom karatteristiċi legali differenti madwar l-Unjoni. Meta l-karatteristiċi ta’ trust jew arranġament legali simili jkunu komparabbli f’termini ta’ struttura jew funzjonijiet mal-karatteristiċi ta’ entitajiet korporattivi u ġuridiċi oħrajn, l-aċċess pubbliku għall-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja jikkontribwixxi biex jiġi miġġieled l-użu ħażin tat-trusts u l-arranġamenti legali simili, b’mod simili għal kif l-aċċess pubbliku jista’ jikkontribwixxi għall-prevenzjoni tal-użu ħażin ta’ entitajiet korporattivi u ġuridiċi għall-finijiet tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu.

(30)

L-aċċess pubbliku għall-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja jippermetti skrutinju ikbar tal-informazzjoni mis-soċjetà ċivili, inkluż mill-istampa jew l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, u jikkontribwixxi għall-preservazzjoni tal-fiduċja fl-integrità tat-tranżazzjonijiet ta’ negozju u tas-sistema finanzjarja. Huwa jista’ jikkontribwixxi biex jiġi miġġieled l-użu ħażin ta’ entitajiet korporattivi u entitajiet ġuridiċi oħrajn u arranġamenti legali għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, kemm minħabba li jgħin għall-investigazzjonijiet kif ukoll minħabba l-effetti fuq ir-reputazzjoni, peress li kull min jista’ jidħol fi tranżazzjonijiet huwa konxju mill-identità tas-sidien benefiċjarji. Dan jiffaċilita wkoll id-disponibbiltà f’waqtha u effiċjenti ta’ informazzjoni kemm għall-istituzzjonijiet finanzjarji kif ukoll għall-awtoritajiet, inklużi l-awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi, involuti fil-ġlieda kontra tali reati. L-aċċess għal dik l-informazzjoni jgħin ukoll l-investigazzjonijiet dwar il-ħasil tal-flus, ir-reati predikati assoċjati u l-finanzjament tat-terroriżmu.

(31)

Il-kunfidenza fis-swieq finanzjarji mill-investituri u l-pubbliku ġenerali tiddependi fil-biċċa l-kbira fuq l-eżistenza ta’ reġim preċiż għall-iżvelar li jipprovdi t-trasparenza fis-sjieda benefiċjarja u l-istrutturi tal-kontroll tal-kumpaniji. Dan huwa partikolarment veru għal sistemi ta’ governanza korporattiva li huma kkaratterizzati minn sjieda kkonċentrata, bħalma hija dik fl-Unjoni. Fuq naħa waħda, investituri kbar bi drittijiet sinifikanti tal-votazzjoni u tal-fluss tal-flus jistgħu jinkoraġġixxu t-tkabbir fuq terminu twil u l-prestazzjoni tad-ditta. Min-naħa l-oħra, madankollu, il-kontroll tas-sidien benefiċjarji bi blokok tal-votazzjoni kbar jista’ jkollu inċentivi biex ikunu ddevjati assi korporattivi u opportunitajiet għall-gwadann personali għad-detriment ta’ investituri minoritarji. Iż-żieda potenzjali fil-fiduċja fis-swieq finanzjarji jenħtieġ li titqies bħala effett sekondarju pożittiv u mhux l-għan taż-żieda fit-trasparenza, li huwa li jinħoloq ambjent bi probabbiltà anqas li jintuża għall-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu.

(32)

Il-fiduċja fis-swieq finanzjarji mill-investituri u l-pubbliku inġenerali tiddependi fil-biċċa l-kbira fuq l-eżistenza ta’ reġim preċiż għall-iżvelar li jipprovdi trasparenza fir-rigward tas-sjieda benefiċjarja u l-istrutturi ta’ kontroll kemm ta’ entitajiet korporattivi u ġuridiċi oħra kif ukoll ta’ ċerti tipi ta’ trusts u arranġamenti legali simili. L-Istati Membri jenħtieġ li għalhekk jippermettu l-aċċess għall-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja b’mod suffiċjentement koerenti u kkoordinat, billi jistabbilixxu regoli ċari ta’ aċċess mill-pubbliku, sabiex b’hekk partijiet terzi jkunu f’qagħda li jaċċertaw, madwar l-Unjoni, min huma s-sidien benefiċjarji kemm ta’ entitajiet korporattivi u entitajiet ġuridiċi oħrajn kif ukoll ta’ ċerti tipi ta’ trusts u arranġamenti legali simili.

(33)

L-Istati Membri jenħtieġ li għalhekk jippermettu l-aċċess għal informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja dwar entitajiet korporattivi u ġuridiċi oħrajn b’mod biżżejjed koerenti u koordinat, permezz tar-reġistri ċentrali li fihom l-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja, billi tkun stabbilita regola ċara tal-aċċess pubbliku, hekk li terzi persuni jkunu f’qagħda li jaċċertaw, madwar l-Unjoni, min huma s-sidien benefiċjarji ta’ entitajiet korporattivi u entitajiet ġuridiċi oħrajn. Huwa essenzjali li jiġi stabbilit ukoll qafas legali koerenti li jiżgura aċċess aħjar għall-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja tat-trusts u l-arranġamenti legali simili, ladarba jkunu rreġistrati fi ħdan l-Unjoni. Ir-regoli li japplikaw għat-trusts u għal arranġamenti legali simili fir-rigward tal-aċċess għall-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja tagħhom jenħtieġ li jkunu komparabbli mar-regoli korrispondenti li japplikaw għal entitajiet korporattivi u ġuridiċi oħrajn.

(34)

Fil-każijiet kollha, kemm fir-rigward ta’ entitajiet korporattivi u ġuridiċi oħra, kif ukoll fir-rigward tat-trusts u arranġamenti legali simili, jenħtieġ li jiġi mfittex bilanċ ġust b’mod partikolari bejn l-interess tal-pubbliku ġenerali fil-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu u d-drittijiet fundamentali tas-suġġett tad-data. Is-sett ta’ data li jrid ikun magħmul disponibbli lill-pubbliku jenħtieġ li jkun limitat, definit b’mod ċar u eżawrjenti, u jenħtieġ li jkun ta’ natura ġenerali, b’tali mod li jkun imminimizzat il-preġudizzju potenzjali għas-sidien benefiċjarji. Fl-istess ħin, informazzjoni magħmula disponibbli lill-pubbliku jenħtieġ li ma tiddifferenzjax ruħha b’mod sinifikanti mid-data miġbura fil-preżent. Sabiex tkun limitata l-interferenza mad-dritt tar-rispett għall-ħajja privata tagħhom b’mod ġenerali u tal-protezzjoni tad-data personali tagħhom b’mod partikolari, din l-informazzjoni jenħtieġ li essenzjalment tkun marbuta mal-istatus tas-sidien benefiċjarji ta’ entitajiet korporattivi u entitajiet ġuridiċi oħrajn u ta’ trusts u arranġamenti legali simili, u jenħtieġ li tikkonċerna b’mod strett l-isfera ta’ attività ekonomika li fiha joperaw is-sidien benefiċjarji. Fil-każijiet fejn l-uffiċjal maniġerjali anzjan ikun ġie identifikat bħala s-sid benefiċjarju ex officio u mhux permezz ta’ interess ta’ sjieda jew kontroll eżerċitat b’mezzi oħrajn, dan jenħtieġ li jkun viżibbli b’mod ċar fir-reġistri. Fir-rigward tal-informazzjoni dwar is-sidien benefiċjarji, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu li informazzjoni dwar in-nazzjonalità tiġi inkluża fir-reġistru ċentrali b’mod partikolari fir-rigward ta’ sidien benefiċjarji mhux nattivi. Sabiex jiġu ffaċilitati l-proċeduri tar-reġistru u peress li l-maġġoranza l-kbira tas-sidien benefiċjarji se jkunu ċittadini tal-istat li jżomm ir-reġistru ċentrali, l-Istati Membri jistgħu jippreżumu li sid benefiċjarju jkollu l-istess nazzjonalità bħal tagħhom meta ma ssir l-ebda entrata f’sens kuntrarju.

(35)

L-iskrutinju pubbliku miżjud jikkontribwixxi biex jipprevjeni l-użu ħażin tal-entitajiet ġuridiċi u arranġamenti legali, inkluż l-evitar tat-taxxa. Għaldaqstant, huwa essenzjali li l-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja tibqa’ disponibbli permezz tar-reġistri nazzjonali u permezz tas-sistema tal-interkonnessjoni tar-reġistri għal minimu ta’ ħames snin wara li r-raġunijiet għar-reġistrazzjoni tal-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja tat-trust jew arranġament legali simili ma jibqgħux jeżistu. Madankollu, l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jipprovdu bil-liġi għall-ipproċessar tal-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja, inkluża d-data personali għal skopijiet oħrajn jekk tali pproċessar għandu objettiv ta’ interess pubbliku u jikkostitwixxi miżura neċessarja u proporzjonata f’soċjetà demokratika għall-mira leġittima segwita.

(36)

Barra minn hekk, bl-għan li jkun żgurat approċċ proporzjonat u bbilanċjat u biex ikunu ggarantiti d-drittijiet għal ħajja privata u l-protezzjoni tad-data personali, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jipprovdu għal eżenzjonijiet fl-iżvelar permezz tar-reġistri ta’ informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja u fl-aċċess għal tali informazzjoni, f’ċirkostanzi eċċezzjonali, fejn dik l-informazzjoni tesponi lis-sid benefiċjarju għal riskju sproporzjonat ta’ frodi, ħtif ta’ persuna, rikattar, estorsjoni, fastidju, vjolenza jew intimidazzjoni. Jenħtieġ li jkun possibbli wkoll li l-Istati Membri jirrikjedu reġistrazzjoni online sabiex jidentifikaw kwalunkwe persuna li titlob informazzjoni mir-reġistru, kif ukoll il-ħlas ta’ tariffa għal aċċess għall-informazzjoni fir-reġistru.

(37)

L-interkonnessjoni tar-reġistri ċentrali tal-Istati Membri li jkollhom informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja permezz tal-Pjattaforma Ċentrali Ewropea stabbilita bid-Direttiva (UE) 2017/1132 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) tinneċessità l-koordinazzjoni ta’ sistemi nazzjonali b’karatteristiċi tekniċi differenti. Dan jinvolvi l-adozzjoni ta’ miżuri u speċifikazzjonijiet tekniċi li hemm bżonn li jqisu d-differenzi bejn ir-reġistri. Sabiex ikunu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, is-setgħat ta’ implimentazzjoni jenħtieġ li jkunu konferiti lill-Kummissjoni biex tittratta tali kwistjonijiet tekniċi u operazzjonali. Jenħtieġ li dawn is-setgħat jiġu eżerċitati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9). Fi kwalunkwe każ, l-involviment tal-Istati Membri fil-funzjonament tas-sistema kollha jenħtieġ li jkun żgurat permezz ta’ djalogu regolari bejn il-Kummissjoni u r-rappreżentanti tal-Istati Membri dwar kwistjonijiet relatati mal-operat tas-sistema u dwar l-iżvilupp ġejjieni tagħha.

(38)

Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10) tapplika għall-ipproċessar ta’ data personali skont din id-Direttiva. B’konsegwenza ta’ dan, il-persuni fiżiċi li d-data personali tagħhom tkun miżmuma f’reġistri nazzjonali bħala sidien benefiċjarji jenħtieġ li jiġu informati b’dan. Barra minn hekk, jenħtieġ li d-data personali aġġornata u li tikkorrispondi għas-sidien benefiċjarji attwali biss tkun magħmula disponibbli, u l-benefiċjarji jenħtieġ li jkunu informati dwar id-drittijiet tagħhom skont il-qafas legali attwali tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data, kif stipulat fir-Regolament (UE) 2016/679 u d-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11), u l-proċeduri applikabbli għall-eżerċizzju ta’ dawk id-drittijiet. Barra minn hekk, biex jiġi evitat l-abbuż mill-informazzjoni li tinsab fir-reġistri u biex id-drittijiet tas-sidien benefiċjarji jiġu bbilanċjati, l-Istati Membri jistgħu jqisu li jkun xieraq li jagħmlu l-informazzjoni dwar il-persuna li tkun qed tagħmel it-talba kif ukoll il-bażi legali għat-talba tagħha disponibbli għas-sid benefiċjarju.

(39)

Meta r-rappurtar ta’ diskrepanzi minn UIF u awtoritajiet kompetenti jipperikola investigazzjoni li tkun għaddejja, l-UIF jew l-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jdewmu r-rappurtar tad-diskrepanza sal-mument li ma jkunx fadal raġunijiet biex ma jsirx tali rappurtar. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-UIF u l-awtoritajiet kompetenti ma jirrapportawx kwalunkwe diskrepanza meta dan ikun kontra kwalunkwe dispożizzjoni tal-liġi nazzjonali dwar il-kunfidenzjalità jew ikun jikkostitwixxi reat.

(40)

Din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għall-protezzjoni tad-data personali pproċessata minn awtoritajiet kompetenti f’konformità mad-Direttiva (UE) 2016/680.

(41)

Jenħtieġ li l-aċċess għall-informazzjoni u d-definizzjoni tal-interess leġittimu jkunu rregolati bil-liġi tal-Istat Membru fejn ikun stabbilit jew fejn ikun jirrisjedi l-fiduċjarju ta’ trust jew persuna li jkollha kariga ekwivalenti f’arranġament legali simili. Meta l-fiduċjarju tat-trust jew persuna li jkollha kariga ekwivalenti f’arranġament legali simili ma jkunx stabbilit jew ma jkunx jirrisjedi fl-ebda Stat Membru, aċċess għal informazzjoni u d-definizzjoni ta’ interess leġittimu jenħtieġ li jkunu rregolati bil-liġi tal-Istat Membru fejn l-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja tat-trust jew arranġament legali simili tkun irreġistrata b’konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.

(42)

L-Istati Membri jenħtieġ li jiddefinixxu interess leġittimu, kemm bħala kunċett ġenerali kif ukoll bħala kriterju għall-aċċess għall-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja fil-liġi nazzjonali tagħhom. B’mod partikolari, dawk id-definizzjonijiet jenħtieġ li ma jirrestrinġux il-kunċett ta’ interess leġittimu għal proċedimenti amministrattivi jew legali pendenti, u jenħtieġ li jagħmluha possibbli li jittieħed kont tal-ħidma preventiva fil-qasam tal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus, il-finanzjament tal-ġlieda kontra t-terroriżmu u r-reati predikati assoċjati mwettqa mill-organizzazzjonijiet nongovernattivi u l-ġurnalisti investigattivi, meta dan ikun xieraq. Ladarba l-interkonnessjoni tar-reġistri tas-sjieda benefiċjarja tal-Istati Membri tkun fis-seħħ, kemm l-aċċess nazzjonali kif ukoll dak transkonfinali għar-reġistru ta’ kull Stat Membru jenħtieġ li jingħataw abbażi tad-definizzjoni ta’ interess leġittimu tal-Istat Membru fejn l-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja tat-trust jew arranġament legali simili tkun ġiet irreġistrata f’konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, permezz ta’ deċiżjoni meħuda mill-awtoritajiet rilevanti ta’ dak l-Istat Membru. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu wkoll, b’rabta mar-reġistri tas-sjieda benefiċjarja tal-Istati Membri, jistabbilixxu mekkaniżmi ta’ appell kontra deċiżjonijiet li jagħtu jew jirrifjutaw l-aċċess għal informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja. Bl-għan li jiġu żgurati reġistrazzjoni u skambju tal-informazzjoni koerenti u effiċjenti, l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li l-awtorità tagħhom responsabbli mir-reġistru stabbilit għall-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja ta’ trusts u arranġamenti legali simili tikkoopera mal-kontropartijiet tagħha fi Stati Membri oħrajn, billi tikkondividi l-informazzjoni li tikkonċerna t-trusts u arranġamenti legali simili li jkunu regolati bil-liġi ta’ Stat Membru wieħed u amministrati fi Stat Membru ieħor.

(43)

Il-ħtiġiet li jirrigwardaw ir-relazzjonijiet transkonfinali korrispondenti ma’ istituzzjoni rispondenti ta’ pajjiż terz huma kkaratterizzati minn natura kontinwa u ripetittiva tagħhom. Għaldaqstant, l-Istati Membri, filwaqt li jirrikjedu l-adozzjoni ta’ miżuri għal diliġenza dovuta msaħħa f’dan il-kuntest partikolari, jenħtieġ li jikkunsidraw li r-relazzjonijiet korrispondenti ma jinkludux tranżazzjonijiet ta’ darba jew funzjonijiet li jkunu sempliċement skambju ta’ messaġġi. Barra minn hekk, fid-dawl tal-fatt li mhux is-servizzi bankarji korrispondenti transkonfinali kollha jippreżentaw l-istess livell ta’ riskji ta’ ħasil tal-flus u finanzjament tat-terroriżmu, l-intensità tal-miżuri stabbiliti f’din id-Direttiva tista’ tiġi ddeterminata bl-applikazzjoni tal-prinċipji tal-approċċ ibbażat fuq ir-riskju u mingħajr ma jiġi ppreġudikat il-livell ta’ riskju ta’ ħasil tal-flus u finanzjament tat-terroriżmu ppreżentat mill-istituzzjoni finanzjarja rispondenti.

(44)

Huwa importanti li jiġi żgurat li r-regoli kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tal-ġlieda kontra t-terroriżmu huma implimentati b’mod korrett mill-entitajiet marbutin b’obbligu. F’dan il-kuntest, l-Istati Membri jenħtieġ li jsaħħu r-rwol tal-awtoritajiet pubbliċi li jaġixxu bħala awtoritajiet kompetenti b’responsabbiltajiet deżinjati fil-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, inklużi l-UIF, l-awtoritajiet li għandhom il-funzjoni ta’ investigazzjoni jew prosekuzzjoni tal-ħasil tal-flus, reati predikati assoċjati u finanzjament tat-terroriżmu, il-lokalizzazzjoni u s-sekwestru jew l-iffriżar u l-konfiska ta’ assi kriminali, awtoritajiet li jirċievu rapporti fuq it-trasportazzjoni transfruntiera ta’ muniti u strumenti negozjabbli għall-portatur u awtoritajiet li għandhom responsabbiltajiet superviżorji jew ta’ monitoraġġ immirati biex jiżguraw il-konformità minn entitajiet marbutin b’obbligu. L-Istati Membri jenħtieġ li jsaħħu r-rwol ta’ awtoritajiet rilevanti oħrajn inklużi l-awtoritajiet ta’ kontra l-korruzzjoni u l-awtoritajiet tat-taxxa.

(45)

L-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw superviżjoni effettiva u imparzjali tal-entitajiet kollha marbutin b’obbligu, preferibbilment minn awtoritajiet pubbliċi, permezz ta’ regolatur jew superviżur nazzjonali separat u indipendenti.

(46)

Il-kriminali jmexxu r-rikavat illeċitu permezz ta’ diversi intermedjarji finanzjarji sabiex jevitaw l-identifikazzjoni. Għaldaqstant huwa importanti li l-istituzzjonijiet tal-kreditu u finanzjarji jitħallew jiskambjaw informazzjoni mhux biss bejn il-membri tal-grupp, iżda anki ma’ istituzzjonijiet tal-kreditu u finanzjarji oħra, bil-kunsiderazzjoni dovuta tar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data kif stabbilit fil-liġi nazzjonali.

(47)

L-awtoritajiet kompetenti li jissorveljaw l-entitajiet marbutin b’obbligu għall-konformità ma’ din id-Direttiva jenħtieġ li jkunu jistgħu jikkooperaw u jiskambjaw informazzjoni kunfidenzjali, irrispettivament min-natura jew l-istatus rispettivi tagħhom. Għal dan il-għan, tali awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jkollhom bażi ġuridika adegwata għall-iskambju ta’ informazzjoni kunfidenzjali, u l-kollaborazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti superviżorji tal-AML/CFT u s-superviżuri prudenzjali jenħtieġ li ma tixxekkilx b’mod mhux intenzjonali minħabba inċertezza legali li tista’ toriġina minn nuqqas ta’ dispożizzjonijiet espliċiti f’dan il-qasam. Is-sorveljanza tal-implimentazzjoni effettiva ta’ politika ta’ grupp dwar l-AML/CFT jenħtieġ li ssir f’konformità mal-prinċipji u l-modalitajiet ta’ superviżjoni kkonsolidata kif stabbilit fil-leġislazzjoni settorjali Ewropea rilevanti.

(48)

L-iskambju ta’ informazzjoni u l-għoti ta’ assistenza bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri huma essenzjali għall-finijiet ta’ din id-Direttiva. Konsegwentement, l-Istati Membri jenħtieġ li ma jipprojbixxux jew jimponu kundizzjonijiet restrittivi irraġonevoli jew bla bżonn fuq tali skambju ta’ informazzjoni u għoti ta’ assistenza.

(49)

F’konformità mad-Dikjarazzjoni politika konġunta tat-28 ta’ Settembru 2011 tal-Istati Membri u l-Kummissjoni fuq dokumenti ta’ spjegazzjoni (12), l-Istati Membri ntrabtu li jakkumpanjaw, f’każijiet iġġustifikati, in-notifika tal-miżuri ta’ traspożizzjoni tagħhom b’dokument wieħed jew aktar li jispjegaw ir-relazzjoni bejn il-komponenti ta’ direttiva u l-partijiet korrispondenti ta’ strumenti ta’ traspożizzjoni nazzjonali. Fir-rigward ta’ din id-Direttiva, il-leġislatur iqis li t-trażmissjoni ta’ tali dokumenti hija ġustifikata.

(50)

Minħabba li l-għan ta’ din id-Direttiva, b’mod partikolari l-protezzjoni tas-sistema finanzjarja permezz tal-prevenzjoni, id-detezzjoni u l-investigazzjoni ta’ ħasil tal-flus u finanzjament tat-terroriżmu, ma jistax jinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri, minħabba li l-miżuri individwali adottati mill-Istati Membri biex jipproteġu s-sistemi finanzjarji tagħhom jistgħu jkunu inkonsistenti mal-funzjonament tas-suq intern u mal-preskrizzjonijiet tal-istat tad-dritt u l-politika pubblika tal-Unjoni iżda jista’, minħabba l-iskala u l-effetti tal-azzjoni, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri f’konformità mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-għan.

(51)

Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (“il-Karta”), b’mod partikolari d-dritt għar-rispett għall-ħajja privata u tal-familja (l-Artikolu 7 tal-Karta), id-dritt għall-protezzjoni tad-data personali (l-Artikolu 8 tal-Karta) u l-libertà ta’ intrapriża (l-Artikolu 16 tal-Karta).

(52)

Meta tfassal rapport ta’ valutazzjoni tal-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, il-Kummissjoni jenħtieġ li tagħti l-attenzjoni dovuta fir-rigward tar-rispett tad-drittijiet fundamentali u l-prinċipji rikonoxxuti mill-Karta.

(53)

Meta wieħed iqis il-bżonn li jiġu implimentati b’mod urġenti l-miżuri adottati bil-għan li jissaħħaħ ir-reġim tal-Unjoni stabbilit għall-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, u meta wieħed iħares lejn l-impenji meħudin mill-Istati Membri biex jipproċedu malajr bit-traspożizzjoni tad-Direttiva (UE) 2015/849, l-emendi għad-Direttiva (UE) 2015/849 jenħtieġ li jkunu trasposti sal-10 ta’ Jannar 2020. L-Istati Membri jenħtieġ li jistabbilixxu reġistri tas-sjieda benefiċjarja għall-entitajiet korporattivi u ġuridiċi oħrajn sal-10 ta’ Jannar 2020 u għal trusts u arranġamenti legali simili sal-10 ta’ Marzu 2020. Ir-reġistri ċentrali jenħtieġ li jkunu interkonnessi permezz tal-Pjattaforma Ċentrali Ewropea sal-10 ta’ Marzu 2021. L-Istati Membri jenħtieġ li jistabbilixxu mekkaniżmi awtomatizzati ċentralizzati li jippermettu l-identifikazzjoni ta’ detenturi ta’ kontijiet bankarji u ta’ pagament u ta’ kaxex ta’ depożitu sikur sal-10 ta’ Settembru 2020.

(54)

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f’konformità mal-Artikolu 28(2) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13) u ppreżenta opinjoni fit-2 ta’ Frar 2017 (14).

(55)

Għalhekk, id-Direttiva (UE) 2015/849 jenħtieġ li tiġi emendata skont dan,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Emendi għad-Direttiva (UE) 2015/849

Id-Direttiva (UE) 2015/849 hija emendata kif ġej:

(1)

il-punt (3) tal-Artikolu 2(1) huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

awdituri, kontabilisti esterni u konsulenti tat-taxxa, jew kwalunkwe persuna oħra li timpenja ruħha li tipprovdi, direttament jew permezz ta’ persuni oħra li magħhom hija relatata dik il-persuna l-oħra, għajnuna materjali, assistenza jew pariri dwar kwistjonijiet ta’ taxxa bħala l-attività ta’ negozju jew professjonali prinċipali;”;

(b)

il-punt (d) huwa sostitwit b’dan li ġej;

“(d)

aġenti immobbiljari inkluż meta jaġixxu bħala intermedjarji fil-kiri ta’ proprjetà immobbli, iżda dan biss b’rabta ma’ tranżazzjonijiet li fir-rigward tagħhom il-kera fix-xahar tammonta għal EUR 10 000 jew aktar;”;

(c)

jiżdiedu l-punti li ġejjin:

“(g)

fornituri involuti f’servizzi ta’ skambju bejn muniti virtwali u muniti ta’ kors legali;

(h)

fornituri tal-kartieri ta’ kustodja;

(i)

persuni li jinnegozjaw jew li jaġixxu bħala intermedjarji fil-kummerċ ta’ xogħlijiet tal-arti, inkluż meta dan isir minn galleriji tal-arti u swali tal-irkant, meta l-valur tat-tranżazzjoni jew ta’ sensiela ta’ tranżazzjonijiet konnessi jammonta għal EUR 10 000 jew aktar;

(j)

persuni li jaħżnu, jinnegozjaw jew li jaġixxu bħala intermedjarji fil-kummerċ ta’ xogħlijiet ta’ arti meta din issir minn portijiet ħielsa, meta l-valur ta’ tranżazzjoni jew ta’ sensiela ta’ tranżazzjonijiet konnessi jammonta għal EUR 10 000 jew aktar.”;

(2)

L-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt (4) huwa emendat kif ġej:

(i)

il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

reati terroristiċi, reati relatati ma’ grupp terroristiku u reati relatati ma’ attivitajiet terroristiċi kif stabbilit fit-Titoli II u III tad-Direttiva (UE) 2017/541 (*1);

(*1)  Id-Direttiva (UE) 2017/541 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/475/ĠAI u li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/671/ĠAI (ĠU L 88, 31.3.2017, p. 6).”;"

(ii)

il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(c)

l-attivitajiet ta’ organizzazzjonijiet kriminali kif definit fl-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/841/ĠAI (*2);

(*2)  Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/841/ĠAI tal-24 ta’ Ottubru 2008 dwar il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata (ĠU L 300, 11.11.2008, p. 42);”"

(b)

il-punt (b) tal-punt (6) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

fil-każ ta’ trusts, il-persuni kollha li ġejjin:

(i)

is-settlor(s);

(ii)

il-fiduċjarju/i;

(iii)

il-protettur(i), jekk ikun hemm;

(iv)

il-benefiċjarji jew meta l-individwi li jibbenefikaw mill-arranġament ġuridiku jew l-entità ġuridika jkunu għad iridu jiġu ddeterminati, il-klassi ta’ persuni li fl-interess ewlieni tagħhom jiġu stabbiliti jew operati l-arranġament jew l-entità ġuridika;

(v)

kwalunkwe persuna fiżika oħra li teżerċita kontroll finali fuq it-trust permezz ta’ sjieda diretta jew indiretta jew b’mezzi oħrajn;”;

(c)

il-punt (16) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(16)

“flus elettroniċi” tfisser flus elettroniċi kif definiti fil-punt (2) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/110/KE, bl-esklużjoni ta’ valur monetarju kif saret referenza għalih fl-Artikolu 1(4) u (5) ta’ dik id-Direttiva;”;

(d)

jiżdiedu l-punti li ġejjin:

“(18)

“muniti virtwali” tfisser rappreżentazzjoni diġitali ta’ valur li ma tkunx maħruġa jew garantita minn bank ċentrali jew awtorità pubblika, ma tkunx neċessarjament marbuta ma’ munita stabbilita b’mod legali u ma jkollhiex status legali ta’ munita jew flus, iżda tkun aċċettata minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi bħala mezz ta’ skambju u tkun tista’ tiġi ttrasferita, maħżuna u nnegozjata elettronikament;";

(19)

“fornitur tal-kartieri ta’ kustodja” tfisser entità li tipprovdi servizzi għas-salvagwardja ta’ ċwievet kriptografiċi privati f’isem il-klijenti tagħha, biex iżomm, taħżen u tittrasferixxi muniti virtwali.”;

(3)

L-Artikolu 6 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu (2), il-punti (b) u (c) huma sostitwiti b’dan li ġej:

“(b)

ir-riskji assoċjati ma’ kull settur rilevanti, inklużi, fejn applikabbli, stimi tal-volumi monetarji ta’ ħasil tal-flus ipprovduti mill-Eurostat għal kull wieħed minn dawk is-setturi;

(c)

l-aktar mezzi mifruxa użati mill-kriminali għall-ħasil ta’ rikavat illeċitu inklużi, meta jkunu disponibbli, dawk użati partikolarment fi tranżazzjonijiet bejn Stati Membri u pajjiżi terzi, indipendentement mill-identifikazzjoni ta’ pajjiż terz bħala riskju kbir skont l-Artikolu 9(2).”;

(b)

il-paragrafu (3) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.   Il-Kummissjoni għandha tqiegħed ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri u tal-entitajiet marbutin b’obbligu biex tassistihom jidentifikaw, jifhmu, jiġġestixxu u jimmitigaw ir-riskju tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, u sabiex partijiet ikkonċernati oħra, inklużi l-leġislaturi nazzjonali, il-Parlament Ewropew, l-Awtorità Superviżorja Ewropea (ASE) u r-rappreżentanti mill-UIF, ikunu jistgħu jifhmu aħjar ir-riskji. Ir-rapporti għandhom jiġu ppubblikati mhux aktar tard minn sitt xhur wara li jkunu tqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri, ħlief għall-elementi tar-rapporti li jkun fihom informazzjoni klassifikata.”;

(4)

L-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 4 jiżdiedu l-punti li ġejjin:

“(f)

jirrapporta l-istruttura istituzzjonali u l-proċeduri wiesgħa tar-reġim tal-AML/CFT tiegħu, inklużi fost oħrajn l-UIF, l-awtoritajiet tat-taxxa u l-prosekuturi, kif ukoll ir-riżorsi umani u finanzjarji allokati sa fejn din l-informazzjoni tkun disponibbli;

(g)

jirrapporta dwar l-isforzi u r-riżorsi nazzjonali (forzi tax-xogħol u baġit) allokati għall-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu.”

(b)

il-paragrafu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“5.   L-Istati Membri għandhom iqiegħdu r-riżultati tal-valutazzjonijiet tar-riskju, inklużi l-aġġornamenti tagħhom għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni, tal-ASE u tal-Istati Membri l-oħra. Stati Membri oħrajn jistgħu jipprovdu informazzjoni addizzjonali rilevanti, fejn xieraq, lill-Istat Membru li jwettaq il-valutazzjoni tar-riskju. Sommarju tal-valutazzjoni għandu jkun disponibbli pubblikament. Dak is-sommarju ma għandux ikun fih informazzjoni klassifikata.”;

(5)

l-Artikolu 9 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 64 biex tidentifika pajjiżi terzi b’riskju kbir, b’kont meħud tan-nuqqasijiet strateġiċi, b’mod partikolari fl-oqsma li ġejjin:

(a)

il-qafas legali u istituzzjonali tal-AML/CFT tal-pajjiż terz, b’mod partikolari:

(i)

il-kriminalizzazzjoni tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu;

(ii)

miżuri relatati ma’ diliġenza dovuta tal-klijenti;

(iii)

rekwiżiti relatati maż-żamma ta’ rekords;

(iv)

rekwiżiti relatati mar-rappurtar ta’ transazzjonijiet suspettużi;

(v)

id-disponibbiltà ta’ informazzjoni preċiża u f’waqtha dwar is-sjieda benefiċjarja tal-arranġamenti u l-persuni ġuridiċi għall-awtoritajiet kompetenti;

(b)

is-setgħat u l-proċeduri tal-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz għall-finijiet tal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, inklużi sanzjonijiet effettivi, proporzjonati u dissważivi b’mod xieraq, kif ukoll il-prattiki tal-pajjiż terz fir-rigward tal-kooperazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri;

(c)

l-effettività tas-sistema tal-AML/CFT tal-pajjiż terz fl-indirizzar tar-riskji tal-ħasil tal-flus jew tal-finanzjament tat-terroriżmu.”

(b)

il-paragrafu (4) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“4.   Il-Kummissjoni, fit-tfassil tal-atti delegati msemmija fil-paragrafu 2, għandha tieħu kont tal-evalwazzjonijiet, il-valutazzjonijiet jew ir-rapporti rilevanti mħejjija minn organizzazzjonijiet internazzjonali u korpi li jistabbilixxu standards b’kompetenzi fil-qasam tal-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u tal-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu.”;

(6)

fl-Artikolu 10, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu u lill-istituzzjonijiet finanzjarji milli jżommu kontijiet anonimi, passbooks anonimi jew kaxex ta’ depożitu sikur anonimi. Fi kwalunkwe eventwalità, l-Istati Membri għandhom jirrikjedu li s-sidien u l-benefiċjarji tal-kontijiet anonimi, tal-passbooks anonimi jew tal-kaxex ta’ depożitu sikur anonimi eżistenti jkunu soġġetti għal miżuri ta’ diliġenza dovuta tal-klijenti mhux iktar tard mill-10 ta’ Jannar 2019 u fi kwalunkwe każ qabel ma dawk il-kontijiet, il-passbooks jew il-kaxex ta’ depożitu jintużaw bi kwalunkwe mod.”;

(7)

l-Artikolu 12 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

(i)

fl-ewwel subparagrafu, il-punti (a) u (b) huma sostitwiti b’dan li ġej:

“(a)

l-istrument tal-ħlas mhuwiex rikarikabbli, jew għandu limitu massimu ta’ tranżazzjonijiet ta’ ħlas ta’ EUR 150 kull xahar li jistgħu jintużaw biss f’dak l-Istat Membru;

(b)

l-ammont massimu maħżun elettronikament ma jaqbiżx il-EUR 150;”;

(ii)

it-tieni subparagrafu huwa mħassar;

(b)

il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-deroga prevista fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ma tkunx applikabbli fil-każ ta’ fidi fi flus kontanti jew irtirar ta’ flus kontanti tal-valur monetarju tal-flus elettroniċi meta l-ammont mifdi jkun aktar minn EUR 50, jew fil-każ ta’ tranżazzjonijiet ta’ pagament mill-bogħod kif definit fil-punt (6) tal-Artikolu 4 tad-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*3) meta l-ammont imħallas ikun iktar minn EUR 50 għal kull tranżazzjoni.

(*3)  Id-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar is-servizzi ta’ pagament fis-suq intern, li temenda d-Direttivi 2002/65/KE, 2009/110/KE u 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010, u li tħassar id-Direttiva 2007/64/KE (ĠU L 337, 23.12.2015, p. 35).”;"

(c)

jiżdied il-paragrafu li ġej:

“3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu u l-istituzzjonijiet finanzjarji li jaġixxu bħala akkwirenti jaċċettaw biss pagamenti mwettqin b’kards imħallsin minn qabel anonimi maħruġin f’pajjiżi terzi meta tali kards jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fil-paragrafi 1 u 2.

L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jaċċettawx pagamenti fit-territorju tagħhom li jsiru bl-użu ta’ kards anonimi mħallsin minn qabel.”;

(8)

l-Artikolu 13(1) huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

l-identifikazzjoni tal-klijent u l-verifika tal-identità tal-klijent fuq il-bażi ta’ dokumenti, data jew informazzjoni li jinkisbu minn sors affidabbli u indipendenti, inklużi, meta disponibbli, mezzi tal-identifikazzjoni elettronika, servizzi fiduċjarji rilevanti kif stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*4) jew kwalunkwe proċess ieħor ta’ identifikazzjoni sikura mill-bogħod jew elettronika, regolat, rikonoxxut, approvat jew aċċettat mill-awtoritajiet nazzjonali rilevanti;

(*4)  Ir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal tranżazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern u li jħassar id-Direttiva 1999/93/KE (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 73).”;"

(b)

fl-aħħar tal-punt (b) tiddaħħal is-sentenza li ġejja:

“Meta s-sid benefiċjarju identifikat ikun uffiċjal maniġerjali anzjan kif imsemmi fl-Artikolu 3(6)(a)(ii), l-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom jieħdu l-miżuri raġonevoli meħtieġa biex tiġi vverifikata l-identità tal-persuna fiżika li tokkupa l-kariga ta’ uffiċjal maniġerjali anzjan u għandhom iżommu rekords tal-azzjonijiet meħuda, kif ukoll ta’ kwalunkwe diffikultà li jiltaqgħu magħha waqt il-proċess ta’ verifika.”;

(9)

l-Artikolu 14 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, tiżdied is-sentenza li ġejja:

“Kull meta jidħlu f’relazzjoni ta’ negozju ġdida ma’ entità korporattiva jew entità ġuridika oħra, jew trust jew arranġament legali li għandu struttura jew funzjonijiet simili għal dawk ta’ trusts (‘arranġament legali simili’) li huma soġġetti għar-reġistrazzjoni tal-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja skont l-Artikolu 30 jew 31, l-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom jiġbru l-prova tar-reġistrazzjoni jew silta mir-reġistru.”;

(b)

il-paragrafu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“5.   L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-entitajiet marbutin b’obbligu japplikaw il-miżuri ta’ diliġenza dovuta tal-klijenti mhux biss għall-klijenti l-ġodda kollha iżda anki fi żminijiet xierqa għall-klijenti eżistenti fuq bażi ta’ sensittività għar-riskju, meta jinbidlu ċ-ċirkostanzi rilevanti ta’ klijent partikolari, jew meta l-entità marbuta b’obbligu jkollha kwalunkwe dmir legali fil-kors tas-sena kalendarja rilevanti li tikkuntattja lill-klijent bl-iskop tar-reviżjoni ta’ kwalunkwe informazzjoni rilevanti dwar is-sid(ien) benefiċjarji, jew jekk l-entità marbuta b’obbligu kellha dan id-dmir skont id-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE (*5).

(*5)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE tal-15 ta’ Frar 2011 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni u li tħassar id-Direttiva 77/799/KEE (ĠU L 64, 11.3.2011, p. 1).”;"

(10)

l-Artikolu 18 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Fil-każijiet imsemmijin fl-Artikoli 18a sa 24, kif ukoll f’każijiet oħrajn ta’ riskju ikbar li jiġu identifikati mill-Istati Membri jew l-entitajiet marbutin b’obbligu, l-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-entitajiet marbutin b’obbligu japplikaw miżuri għal diliġenza dovuta tal-klijenti msaħħa biex jiġġestixxu u jimmitigaw dawk ir-riskji kif xieraq.”;

(b)

il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-entitajiet marbutin b’obbligu jeżaminaw, sa fejn huwa raġonevolment possibbli, l-isfond u l-għan tat-tranżazzjonijiet kollha li jissodisfaw tal-inqas waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i)

ikunu tranżazzjonijiet kumplessi;

(ii)

ikunu tranżazzjonijiet kbar b’mod mhux tas-soltu;

(iii)

jitwettqu f’tendenzi mhux tas-soltu;

(iv)

ma jidhirx li għandhom għan ekonomiku jew legali apparenti.

B’mod partikolari, l-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom iżidu l-grad u n-natura tal-monitoraġġ tar-relazzjoni ta’ negozju, sabiex jiddeterminaw jekk dawk it-tranżazzjonijiet jew attivitajiet jidhrux suspettużi.”;

(11)

Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 18a

1.   Fir-rigward tar-relazzjonijiet ta’ negozju jew tat-tranżazzjonijiet li jinvolvu pajjiżi terzi b’riskju kbir identifikati skont l-Artikolu 9(2), l-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-entitajiet marbutin b’obbligu japplikaw il-miżuri li ġejjin għal diliġenza dovuta tal-klijenti msaħħa:

(a)

il-kisba ta’ informazzjoni addizzjonali fuq il-klijent u fuq is-sid benefiċjarju jew sidien benefiċjarji;

(b)

il-kisba ta’ informazzjoni addizzjonali fuq l-għan maħsub tar-relazzjoni ta’ negozju;

(c)

il-kisba ta’ informazzjoni fuq is-sors tal-fondi u s-sors tal-beni tal-klijent u tas-sid benefiċjarju jew sidien benefiċjarji;

(d)

il-kisba ta’ informazzjoni fuq ir-raġunijiet għat-tranżazzjonijiet intenzjonati jew imwettqin;

(e)

il-kisba tal-approvazzjoni tal-maniġment superjuri għall-istabbiliment jew it-tkomplija tar-relazzjoni ta’ negozju;

(f)

it-twettiq ta’ monitoraġġ imsaħħaħ tar-relazzjoni ta’ negozju b’żieda fin-numru u l-ħin tal-kontrolli applikati, u l-għażla ta’ tipi tat-tranżazzjonijiet li jeħtieġu eżaminazzjoni ulterjuri.

L-Istati Membri jistgħu jeżiġu li l-entitajiet marbutin b’obbligu jiżguraw, fejn applikabbli, li l-ewwel pagament jitwettaq permezz ta’ kont f’isem il-klijent ma’ istituzzjoni ta’ kreditu suġġett għal standards ta’ diliġenza dovuta tal-klijenti li mhumiex inqas sodi minn dawk stabbiliti f’din id-Direttiva.

2.   B’żieda mal-miżuri stabbiliti fil-paragrafu 1 u f’konformità mal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni, l-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-entitajiet marbutin b’obbligu japplikaw, fejn applikabbli, waħda jew aktar’ miżuri addizzjonali ta’ mitigazzjoni lil persuni fiżiċi jew entitajiet ġuridiċi li jwettqu tranżazzjonijiet li jinvolvu pajjiżi terzi b’riskju kbir skont l-Artikolu 9(2). Dawk il-miżuri għandhom jikkonsistu f’waħda jew aktar minn dawk li ġejjin:

(a)

fl-applikazzjoni ta’ elementi addizzjonali ta’ diliġenza dovuta msaħħa;

(b)

fl-introduzzjoni ta’ mekkaniżmi ta’ rappurtar rilevanti msaħħa jew ir-rappurtar sistematiku ta’ tranżazzjonijiet finanzjarji;

(c)

fil-limitazzjoni ta’ relazzjonijiet ta’ negozju jew tranżazzjonijiet ma’ persuni fiżiċi jew entitajiet ġuridiċi mill-pajjiżi terzi identifikati bħala pajjiżi b’riskju kbir skont l-Artikolu 9(2).

3.   B’żieda mal-miżuri pprovduti fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom japplikaw, fejn applikabbli, waħda jew bosta mill-miżuri li ġejjin fir-rigward ta’ pajjiżi terzi b’riskju kbir identifikati skont l-Artikolu 9(2) f’konformità mal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni:

(a)

l-irrifjutar tal-istabbiliment ta’ sussidjarji jew fergħat jew uffiċċji rappreżentattivi ta’ entitajiet marbutin b’obbligu mill-pajjiż ikkonċernat, jew inkella t-teħid inkonsiderazzjoni tal-fatt li l-entità marbuta b’obbligu rilevanti hija minn pajjiż li ma għandux reġimi tal-AML/CFT adegwati;

(b)

il-projbizzjoni ta’ entitajiet marbutin b’obbligu milli jistabbilixxu fergħat jew uffiċċji rappreżentattivi fil-pajjiż ikkonċernat, jew inkella t-teħid inkonsiderazzjoni tal-fatt li l-fergħa jew l-uffiċċju rappreżentattiv rilevanti jkun f’pajjiż li ma għandux reġimi tal-AML/CFT adegwati;

(c)

il-ħtieġa ta’ eżaminazzjoni superviżorja miżjuda jew rekwiżiti ta’ awditjar estern miżjudin għal fergħat u sussidjarji ta’ entitajiet marbutin b’obbligu li jinsabu fil-pajjiż ikkonċernat;

(d)

il-ħtieġa ta’ rekwiżiti tal-awditjar estern miżjudin għal gruppi finanzjarji fir-rigward ta’ kwalunkwe mill-fergħat u sussidjarji tagħhom li jinsabu fil-pajjiż ikkonċernat;

(e)

il-ħtieġa li istituzzjonijiet finanzjarji u ta’ kreditu jirrevedu u jemendaw, jew jekk neċessarju jitterminaw, relazzjonijiet korrispondenti ma’ istituzzjonijiet rispondenti fil-pajjiż ikkonċernat.

4.   Meta jkunu qegħdin jippromulgaw jew japplikaw il-miżuri stabbiliti fil-paragrafi 2 u 3, l-Istati Membri għandhom jieħdu kont, bħala evalwazzjonijiet rilevanti xierqa, tal-valutazzjonijiet jew ir-rapporti rilevanti mħejjija minn organizzazzjonijiet internazzjonali u korpi li jistabbilixxu standards b’kompetenzi fil-qasam tal-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u tal-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu, f’dak li għandu x’jaqsam mar-riskji maħluqa minn pajjiżi terzi individwali.

5.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni qabel jippromulgaw jew japplikaw il-miżuri stabbiliti fil-paragrafi 2 u 3.”;

(12)

fl-Artikolu 19, il-parti introduttorja hija sostitwita b’dan li ġej:

“Fir-rigward ta’ relazzjonijiet korrispondenti transkonfinali li jinvolvu l-eżekuzzjoni ta’ pagamenti ma’ istituzzjoni rispondenti minn pajjiż terz, l-Istati Membri għandhom, minbarra l-miżuri ta’ diliġenza dovuta tal-klijenti stipulati fl-Artikolu 13, jirrikjedu, meta l-istituzzjonijiet ta’ kreditu u istituzzjonijiet finanzjarji tagħhom jidħlu f’relazzjoni ta’ negozju, li:”;

(13)

Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 20a

1.   Kull Stat Membru għandu joħroġ u jżomm aġġornata lista li tindika eżattament il-funzjonijiet li, skont il-liġijiet nazzjonali, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi, jikkwalifikaw bħala funzjonijiet pubbliċi prominenti għall-finijiet tal-punt (9) tal-Artikolu 3. L-Istati Membri għandhom jitolbu lil kull organizzazzjoni internazzjonali akkreditata fit-territorju tagħhom li toħroġ u żżomm aġġornata lista tal-funzjonijiet pubbliċi prominenti f’dik l-organizzazzjoni internazzjonali għall-finijiet tal-punt (9) tal-Artikolu 3. Dawk il-listi għandhom jintbagħatu lill-Kummissjoni u jistgħu jkunu magħmula pubbliċi.

2.   Il-Kummissjoni għandha tikkompila u żżomm aġġornata lista tal-funzjonijiet preċiżi li jikkwalifikaw bħala funzjonijiet pubbliċi prominenti fil-livell ta’ istituzzjonijiet u korpi tal-Unjoni. Dik il-lista għandha tinkludi wkoll kwalunkwe funzjoni li tista’ tiġi fdata lir-rappreżentanti ta’ pajjiżi terzi u ta’ korpi internazzjonali akkreditati fil-livell tal-Unjoni.

3.   Il-Kummissjoni għandha tiġbor, abbażi tal-listi previsti fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu, lista unika tal-funzjonijiet pubbliċi prominenti kollha skont għall-finijiet tal-punt (9) tal-Artikolu 3. Dik il-lista unika għandha tkun magħmula pubblika.

4.   Il-funzjonijiet inklużi fil-lista msemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu ttrattati skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 41(2).”;

(14)

fl-Artikolu 27, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet marbutin b’obbligu li lilhom jiġi riferut il-klijent jieħdu passi adegwati biex jiżguraw li t-terza persuna tipprovdi minnufih, b’talba, il-kopji rilevanti tad-data ta’ identifikazzjoni u verifika, inkluża, fejn disponibbli, data miksuba permezz ta’ mezzi tal-identifikazzjoni elettronika, servizzi fiduċjarji rilevanti kif stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 910/2014, jew kwalunkwe proċess ieħor ta’ identifikazzjoni sigura, remota jew elettronika, regolat, rikonoxxut, approvat jew aċċettat mill-awtoritajiet nazzjonali rilevanti.”;

(15)

L-Artikolu 30 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

(i)

l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet korporattivi u dawk ġuridiċi oħrajn inkorporati fit-territorju tagħhom ikunu meħtieġa jiksbu u jżommu informazzjoni adegwata, preċiża u attwali dwar is-sjieda benefiċjarja tagħhom, inklużi d-dettalji tal-interessi benefiċjarji miżmuma. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ksur ta’ dan l-Artikolu jkun suġġett għal miżuri jew sanzjonijiet effettivi, proporzjonati u dissważivi.”;

(ii)

jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“L-Istati Membri għandhom jeżiġu li s-sidien benefiċjarji ta’ entitajiet korporattivi jew ġuridiċi oħra, inkluż permezz ta’ ishma, drittijiet tal-vot, interess ta’ sjieda, parteċipazzjonijiet azzjonarji ta’ portatur, jew kontroll b’mezzi oħra, jipprovdu lil dawk l-entitajiet l-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex l-entità korporattiva jew l-entità ġuridika l-oħra tikkonforma mal-ħtiġiet tal-ewwel subparagrafu.”;

(b)

il-paragrafu (4) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“4.   L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-informazzjoni miżmuma fir-reġistru ċentrali msemmi fil-paragrafu 3 tkun adegwata, preċiża u attwali, u jimplimentaw mekkaniżmi għal dan il-għan. Tali mekkaniżmi għandhom jinkludu li l-entitajiet obbligati u, jekk ikun xieraq u sa fejn dan ir-rekwiżit ma jfixkilx bla bżonn il-funzjonijiet tagħhom, l-awtoritajiet kompetenti jirrapportaw kwalunkwe diskrepanza li jsibu bejn l-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja disponibbli fir-reġistri ċentrali u l-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja disponibbli għalihom. Fil-każ ta’ diskrepanzi rrappurtati, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jittieħdu azzjonijiet xierqa biex jirriżolvu d-diskrepanzi b’mod f’waqtu u, jekk xieraq, li sadanittant issir referenza speċifika fir-reġistru ċentrali.”;

(c)

il-paragrafu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“5.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja tkun aċċessibbli fil-każijiet kollha għal:

(a)

awtoritajiet kompetenti u l-UIF, mingħajr ebda restrizzjoni;

(b)

entitajiet marbutin b’obbligu, fil-qafas tad-diliġenza dovuta tal-klijenti f’konformità mal-Kapitolu II;

(c)

kwalunkwe membru tal-pubbliku ġenerali.

Il-persuni msemmija fil-punt (c) għandhom jaċċessaw tal-inqas l-isem, ix-xahar u s-sena tat-twelid, u l-pajjiż tar-residenza u tan-nazzjonalità tas-sid benefiċjarju kif ukoll in-natura u l-livell tal-interess benefiċjarju miżmum.

L-Istati Membri jistgħu, skont kundizzjonijiet li jiġu stabbiliti taħt il-liġi nazzjonali, jipprovdu aċċess għal informazzjoni addizzjonali li tippermetti l-identifikazzjoni tas-sid benefiċjarju. Dik l-informazzjoni addizzjonali għandha tinkludi għall-inqas id-data tat-twelid jew id-dettalji ta’ kuntatt skont ir-regoli tal-protezzjoni tad-data.”;

(d)

jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“5a.   L-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jagħtu aċċess għall-informazzjoni miżmuma fir-reġistri nazzjonali tagħhom imsemmija fil-paragrafu 3, bil-kundizzjoni ta’ reġistrazzjoni online u l-ħlas ta’ tariffa, li m’għandhiex teċċedi l-ispejjeż amministrattivi mġarrba biex jagħmlu l-informazzjoni disponibbli, inklużi l-ispejjeż taż-żamma u tal-iżviluppi tar-reġistru.”;

(e)

il-paragrafu 6 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“6.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti u l-UIF ikollhom aċċess f’waqtu u mhux ristrett għall-informazzjoni kollha miżmuma fir-reġistru ċentrali msemmi fil-paragrafu 3 u mingħajr ma tinġibed l-attenzjoni tal-entità kkonċernata. L-Istati Membri għandhom ukoll jippermettu aċċess f’waqtu mill-entitajiet marbutin b’obbligu fit-teħid ta’ miżuri ta’ diliġenza dovuta tal-klijenti f’konformità mal-Kapitolu II.

Awtoritajiet kompetenti mogħtijin aċċess għar-reġistru ċentrali msemmi fil-paragrafu 3 għandhom ikunu dawk l-awtoritajiet pubbliċi b’responsabbiltajiet deżinjati għall-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, kif ukoll l-awtoritajiet tat-taxxa, is-superviżuri ta’ entitajiet marbutin b’obbligu u awtoritajiet li għandhom il-funzjoni tal-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni tal-ħasil tal-flus, ir-reati predikati assoċjati u l-finanzjament tat-terroriżmu, il-lokalizzazzjoni u s-sekwestru jew l-iffriżar u l-konfiska ta’ assi kriminali.”;

(f)

il-paragrafu 7 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“7.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti u l-UIF ikunu jistgħu jipprovdu l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 3 lill-awtoritajiet kompetenti u lill-UIF ta’ Stati Membri oħra b’mod f’waqtu u bla ħlas.”;

(g)

il-paragrafi 9 u 10 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“9.   F’ċirkostanzi eċċezzjonali li għandhom jiġu stipulati fil-liġi nazzjonali, fejn l-aċċess imsemmi fil-punti (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 5 jesponi lis-sid benefiċjarju għal riskju sproporzjonat, riskju ta’ frodi, sekwestru, rikatt, estorsjoni, fastidju, vjolenza jew intimidazzjoni, jew fejn is-sid benefiċjarju jkun minorenni jew ma jkunx kapaċi f’termini legali għal xi raġuni oħra, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu għal eżenzjoni minn tali aċċess għall-informazzjoni kollha jew parti minnha fuq is-sjieda benefiċjarja fuq bażi ta’ każ b’każ. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawn l- eżenzjonijiet jingħataw fuq evalwazzjoni ddettaljata tan-natura eċċezzjonali taċ-ċirkostanzi. Id-drittijiet għal rieżami amministrattiv tad-deċiżjoni ta’ eżenzjoni u għal rimedju ġudizzjarju effikaċi għandhom ikunu garantiti. Stat Membru li jkun ta eżenzjonijiet għandu jippubblika data statistika annwali dwar in-numru ta’ eżenzjonijiet mogħtija u r-raġunijiet iddikjarati u jirrapporta d-data lill-Kummissjoni.

L-eżenzjonijiet mogħtija bis-saħħa tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu ma għandhomx japplikaw għal istituzzjonijiet ta’ kreditu u istituzzjonijiet finanzjarji, jew għall-entitajiet marbutin b’obbligu msemmija fil-punt (3)(b) tal-Artikolu 2(1) li jkunu uffiċjali pubbliċi.

10.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-reġistri ċentrali msemmijin fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu huma interkonnessi permezz tal-Pjattaforma Ċentrali Ewropea stabbilita bl-Artikolu 22(1) tad-Direttiva (UE) 2017/1132 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*6). Il-konnessjoni tar-reġistri ċentrali tal-Istati Membri mal-pjattaforma għandha tkun stabbilita f’konformità mal-ispeċifikazzjonijiet u l-proċeduri tekniċi stabbiliti billi jkunu implimentati atti adottati mill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 24 tad-Direttiva (UE) 2017/1132 u mal-Artikolu 31a ta’ din id-Direttiva.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu hija disponibbli permezz tas-sistema tal-interkonnessjoni tar-reġistri stabbilita bl-Artikolu 22(1) tad-Direttiva (UE) 2017/1132, f’konformità mal-liġijiet nazzjonali tal-Istati Membri li jimplimentaw il-paragrafi 5, 5a u 6 ta’ dan l-Artikolu.

L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun disponibbli permezz tar-reġistri nazzjonali u permezz tas-sistema tal-interkonnessjoni tar-reġistri għall-inqas għal ħames snin u mhux għal aktar minn 10 snin wara li entità korporattiva jew entità ġuridika oħra tkun inqatgħet mir-reġistru. L-Istati Membri għandhom jikkooperaw bejniethom u mal-Kummissjoni sabiex jimplimentaw it-tipi differenti ta’ aċċess f’konformità ma’ dan l-Artikolu.

(*6)  Id-Direttiva (UE) 2017/1132 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2017 dwar ċerti aspetti tal-liġi dwar il-kumpaniji (ĠU L 169, 30.6.2017, p. 46).”;"

(16)

L-Artikolu 31 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dan l-Artikolu japplika għal trusts u tipi oħrajn ta’ arranġamenti legali, bħal, inter alia, fiducie, ċerti tipi ta’ Treuhand jew fideicomiso, fejn tali arranġamenti jkollhom struttura jew funzjonijiet simili għat-trusts. L-Istati Membri għandhom jidentifikaw il-karatteristiċi li jiddeterminaw fejn l-arranġamenti legali jkollhom struttura jew funzjonijiet simili għat-trusts fir-rigward ta’ tali arranġamenti legali rregolati taħt il-liġi tagħhom.

Kull Stat Membru għandu jirrikjedi li l-fiduċjarji ta’ kwalunkwe trust speċifika amministrata f’dak l-Istat Membru jiksbu u jżommu informazzjoni adegwata, preċiża u attwali dwar is-sjieda benefiċjarja tat-trust. Din l-informazzjoni għandha tinkludi l-identità ta’:

(a)

is-settlor(s);

(b)

il-fiduċjarju/i;

(c)

il-protettur(i) (jekk hemm);

(d)

il-benefiċjarji jew il-klassi ta’ benefiċjarji;

(e)

kwalunkwe persuna fiżika oħra li teżerċita kontroll effettiv tat-trust.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ksur ta’ dan l-Artikolu jkun soġġett għal sanzjonijiet jew miżuri effettivi, proporzjonati u dissważivi.”;

(b)

il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fiduċjarji jew il-persuni li jkollhom karigi ekwivalenti f’arranġamenti legali simili kif imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, jiżvelaw l-istatus tagħhom u jipprovdu l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu b’mod f’waqtu lill-entitajiet marbutin b’obbligu fejn, bħala fiduċjarju jew bħala persuna li jkollha kariga ekwivalenti f’arranġamenti legali simili, dawn joħolqu relazzjoni ta’ negozju jew iwettqu tranżazzjoni okkażjonali ogħla mil-livelli massimi stabbiliti fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 11.”;

(c)

jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“3a.   L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja ta’ trusts speċifiċi u arranġamenti legali simili kif imsemmi fil-paragrafu 1 għandha tinżamm f’reġistru ċentrali ta’ sjieda benefiċjarja stabbilit mill-Istat Membru fejn il-fiduċjarju tat-trust jew persuna li jkollha kariga ekwivalenti f’arranġament legali simili huwa stabbilit jew jirrisjedi.

Fejn il-post ta’ stabbiliment jew ta’ residenza tal-fiduċjarju tat-trust jew persuna li jkollha kariga ekwivalenti f’arranġament legali simili huwa barra l-Unjoni, l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinżamm f’reġistru ċentrali stabbilit mill-Istat Membru fejn il-fiduċjarju tat-trust jew persuna li jkollha kariga ekwivalenti f’arranġament legali simili jidħlu f’relazzjoni ta’ negozju jew jiksbu proprjetà immobbli f’isem trust jew arranġament legali simili.

Fejn il-fiduċjarju ta’ trust jew persuni li jkollhom karigi ekwivalenti f’arranġament legali simili huma stabbiliti jew residenti fi Stati Membri differenti, jew fejn fiduċjarju tat-trust jew persuna li jkollha kariga ekwivalenti f’arranġament legali simili jidħlu f’diversi relazzjonijiet ta’ negozju f’isem it-trust jew arranġament legali simili fi Stati Membri differenti, ċertifikat ta’ prova ta’ reġistrazzjoni jew silta tal-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja miżmum f’reġistru minn Stat Membru wieħed jistgħu jitqiesu bħala suffiċjenti sabiex jiġi kkunsidrat li l-obbligu ta’ reġistrazzjoni ġie ssodisfat.”;

(d)

il-paragrafu (4) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“4.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja ta’ trust jew ta’ arranġament legali ieħor tkun aċċessibbli fil-każijiet kollha għal:

(a)

awtoritajiet kompetenti u l-UIF, mingħajr ebda restrizzjoni;

(b)

entitajiet marbutin b’obbligu, fil-qafas tad-diliġenza dovuta tal-klijenti f’konformità mal-Kapitolu II;

(c)

kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tista’ turi interess leġittimu;

(d)

kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tissottometti talba bil-miktub b’rabta ma’ trust jew arranġament legali simili li jkollha jew tkun is-sid ta’ interess kontrollanti fi kwalunkwe entità korporattiva jew entità ġuridika oħra għajr dawk imsemmija fl-Artikolu 30(1), permezz ta’ sjieda diretta jew indiretta, inkluż permezz ta’ parteċipazzjonijiet azzjonarji ta’ portatur, jew permezz ta’ kontroll b’mezzi oħra.

L-informazzjoni aċċessibbli għall-persuni fiżiċi jew ġuridiċi msemmija fil-punti (c) u (d) tal-ewwel subparagrafu għandha tikkonsisti fl-isem, ix-xahar u s-sena tat-twelid u l-pajjiż ta’ residenza u ta’ nazzjonalità tas-sid benefiċjarju, kif ukoll in-natura u l-portata tal-interess benefiċjarju miżmum.

L-Istati Membri jistgħu, taħt kondizzjonijiet li għandhom jiġu stabbiliti fil-liġi nazzjonali, jipprevedu l-aċċess għal aktar informazzjoni li tippermetti l-identifikazzjoni tas-sid benefiċjarju. Dik l-informazzjoni addizzjonali għandha tinkludi għall-inqas id-data tat-twelid jew id-dettalji ta’ kuntatt, f’konformità mar-regoli tal-protezzjoni tad-data. L-Istati Membri jistgħu jippermettu aċċess usa’ għall-informazzjoni miżmuma fir-reġistru f’konformità mal-liġi nazzjonali tagħhom.

L-awtoritajiet kompetenti mogħtijin aċċess għar-reġistru ċentrali msemmi fil-paragrafu 3a għandhom ikunu awtoritajiet pubbliċi b’responsabbiltajiet deżinjati għall-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, kif ukoll l-awtoritajiet tat-taxxa, is-superviżuri ta’ entitajiet marbutin b’obbligu u awtoritajiet li għandhom il-funzjoni tal-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni tal-ħasil tal-flus, ir-reati assoċjati minn fejn oriġinaw il-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, il-lokalizzazzjoni, u s-sekwestru jew l-iffriżar u l-konfiska ta’ assi kriminali.”;

(e)

jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“4a.   L-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jagħtu aċċess għall-informazzjoni miżmuma fir-reġistri nazzjonali tagħhom imsemmija fil-paragrafu 3a bil-kundizzjoni ta’ reġistrazzjoni online u l-ħlas ta’ tariffa, li m’għandhiex teċċedi l-ispejjeż amministrattivi mġarrba biex jagħmlu l-informazzjoni disponibbli, inklużi l-ispejjeż taż-żamma u tal-iżviluppi tar-reġistru.”;

(f)

il-paragrafu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“5.   L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-informazzjoni miżmuma fir-reġistru ċentrali msemmi fil-paragrafu 3a tkun adegwata, preċiża u attwali, u jimplimentaw mekkaniżmi għal dan il-għan. Tali mekkaniżmi għandhom jinkludu li l-entitajiet obbligati u, jekk ikun xieraq u sa fejn dan ir-rekwiżit ma jfixkilx bla bżonn il-funzjonijiet tagħhom, l-awtoritajiet kompetenti jirrapportaw kwalunkwe diskrepanza li jsibu bejn l-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja disponibbli fir-reġistri ċentrali u l-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja disponibbli għalihom. Fil-każ ta’ diskrepanzi rrappurtati, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jittieħdu azzjonijiet xierqa biex jirriżolvu d-diskrepanzi b’mod f’waqtu u, jekk xieraq, li sadanittant issir referenza speċifika fir-reġistru ċentrali.”;

(g)

il-paragrafu 7 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“7.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti u l-UIF ikunu jistgħu jipprovdu l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 3 lill-awtoritajiet kompetenti u lill-UIF ta’ Stati Membri oħra b’mod f’waqtu u bla ħlas.”;

(h)

jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“7a.   F’ċirkostanzi eċċezzjonali li għandhom jiġu stipulati fil-liġi nazzjonali, fejn l-aċċess imsemmi fil-punti (b), (c) u (d) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 4 jesponi lis-sid benefiċjarju għal riskju sproporzjonat, riskju ta’ frodi, sekwestru, rikatt, estorsjoni, fastidju, vjolenza jew intimidazzjoni, jew fejn is-sid benefiċjarju jkun minorenni jew ma jkunx kapaċi f’termini legali għal xi raġuni oħra, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu għal eżenzjoni minn tali aċċess għall-informazzjoni kollha jew parti minnha fuq is-sjieda benefiċjarja fuq bażi ta’ każ b’każ. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawn l- eżenzjonijiet jingħataw fuq evalwazzjoni ddettaljata tan-natura eċċezzjonali taċ-ċirkostanzi. Id-drittijiet għal rieżami amministrattiv tad-deċiżjoni ta’ eżenzjoni u għal rimedju ġudizzjarju effikaċi għandhom ikunu garantiti. Stat Membru li jkun ta eżenzjonijiet għandu jippubblika data statistika annwali dwar in-numru ta’ eżenzjonijiet mogħtija u r-raġunijiet iddikjarati u jirrapporta d-data lill-Kummissjoni.

L-eżenzjonijiet mogħtija bis-saħħa tal-ewwel subparagrafu ma għandhomx japplikaw għal istituzzjonijiet ta’ kreditu u istituzzjonijiet finanzjarji u għall-entitajiet marbutin b’obbligu msemmija fil-punt (3)(b) tal-Artikolu 2(1) li jkunu uffiċjali pubbliċi.

Fejn Stat Membru jiddeċiedi li jistabbilixxi eżenzjoni f’konformità mal-ewwel subparagrafu, hu ma għandux jirrestrinġi l-aċċess għal informazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti u l-UIF.”;

(i)

il-paragrafu 8 huwa mħassar;

(j)

il-paragrafu 9 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“9.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-reġistri ċentrali msemmijin fil-paragrafu 3a ta’ dan l-Artikolu huma interkonnessi permezz tal-Pjattaforma Ċentrali Ewropea stabbilita bl-Artikolu 22(1) tad-Direttiva (UE) 2017/1132. Il-konnessjoni tar-reġistri ċentrali tal-Istati Membri mal-pjattaforma għandha tkun stabbilita f’konformità mal-ispeċifikazzjonijiet u l-proċeduri tekniċi stabbiliti billi jkunu implimentati atti adottati mill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 24 tad-Direttiva (UE) 2017/1132 u mal-Artikolu 31a ta’ din id-Direttiva.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu hija disponibbli permezz tas-sistema tal-interkonnessjoni tar-reġistri stabbilita bl-Artikolu 22(2) tad-Direttiva (UE) 2017/1132, f’konformità mal-liġijiet nazzjonali tal-Istati Membri li jimplimentaw il-paragrafi 4 u 5 ta’ dan l-Artikolu.

L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri adegwati sabiex jiżguraw li l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 li hija aġġornata u tikkorrispondi mas-sjieda benefiċjarja attwali biss hija magħmula disponibbli permezz tar-reġistri nazzjonali tagħhom u permezz tas-sistema ta’ interkonnessjoni tar-reġistri, u l-aċċess għal dik l-informazzjoni għandu jkun f’konformità mar-regoli tal-protezzjoni tad-data.

L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun disponibbli permezz tar-reġistri nazzjonali u permezz tas-sistema tal-interkonnessjoni tar-reġistri għall-inqas għal ħames snin u mhux għal aktar minn 10 snin wara li r-raġunijiet għar-reġistrazzjoni tal-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja kif imsemmi fil-paragrafu 3a ma jibqgħux jeżistu. L-Istati Membri għandhom jikkooperaw mal-Kummissjoni sabiex jimplimentaw it-tipi differenti ta’ aċċess f’konformità mal-paragrafi 4 u 4a.”;

(k)

jiżdied il-paragrafu li ġej:

“10.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, il-kategoriji, id-deskrizzjoni tal-karatteristiċi, l-ismijiet u, fejn applikabbli, il-bażijiet ġuridiċi tat-trusts u arranġamenti legali simili msemmija fil-paragrafu 1 sal-10 ta’ Lulju 2019. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-lista kkonsolidata ta’ tali trusts u arranġamenti legali simili f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea sal-10 ta’ Settembru 2019.

Sas-26 ta’ Ġunju 2020, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jevalwa jekk it-trusts u l-arranġamenti legali simili kollha kif imsemmi fil-paragrafu 1 irregolati skont il-liġi tal-Istati Membri ġewx identifikati debitament u jekk kinux ssoġġetti għall-obbligi kif stipulat f’din id-Direttiva. Fejn xieraq, il-Kummissjoni għandha tieħu l-passi meħtieġa biex taġixxi fuq is-sejbiet ta’ dak ir-rapport.”;

(17)

jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 31a

Atti ta’ implimentazzjoni

Fejn ikun meħtieġ, minbarra l-atti ta’ implimentazzjoni adottati mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 24 tad-Direttiva (UE) 2017/1132 u skont il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikoli 30 u 31 ta’ din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, speċifikazzjonijiet tekniċi u proċeduri meħtieġa biex tiġi prevista l-interkonnessjoni tar-reġistri ċentrali tal-Istati Membri kif imsemmi fl-Artikolu 30(10) u l-Artikolu 31(9), fir-rigward ta’:

(a)

l-ispeċifikazzjoni teknika li tiddefinixxi s-sett ta’ data teknika meħtieġ sabiex il-pjattaforma tkun tista’ taqdi l-funzjonijiet tagħha kif ukoll il-metodu ta’ ħżin, użu u protezzjoni ta’ dik id-data;

(b)

il-kriterji komuni li jirregolaw kif l-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja tkun disponibbli permezz tas-sistema ta’ interkonnessjoni tar-reġistri, skont il-livell ta’ aċċess mogħti mill-Istati Membri;

(c)

id-dettalji tekniċi dwar kif l-informazzjoni dwar is-sidien benefiċjarji għandha tkun disponibbli;

(d)

il-kondizzjonijiet tekniċi tad-disponibbiltà tas-servizzi pprovduti bis-sistema ta’ interkonnessjoni tar-reġistri;

(e)

il-modalitajiet tekniċi kif jiġu implimentati t-tipi differenti ta’ aċċess għal informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja abbażi ttal-Artikolu 30(5) u tal-Artikolu 31(4);

(f)

il-modalitajiet ta’ ħlas meta l-aċċess għal informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja huwa soġġett għall-ħlas ta’ tariffa skont l-Artikolu 30(5a) u l-Artikolu 31(4a) b’kont meħud tal-faċilitajiet ta’ ħlas disponibbli bħal tranżazzjonijiet ta’ pagament remoti.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 64a(2).

Fl-atti ta’ implimentazzjoni tagħha, il-Kummissjoni għandha tistinka sabiex jerġgħu jintużaw teknoloġija ppruvata u prattiki eżistenti. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li s-sistemi li għandhom jiġu żviluppati ma għandhomx iġarrbu spejjeż ogħla minn dak li huwa assolutament meħtieġ sabiex tiġi implimentata din id-Direttiva. L-atti ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni għandhom ikunu kkaratterizzati minn trasparenza u mill-iskambju ta’ esperjenzi u informazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri.”;

(18)

fl-Artikolu 32 jiżdied il-paragrafu li ġej:

“9.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 34(2), fil-kuntest tal-funzjonijiet tagħha, kull UIF għandha tkun f’qagħda li titlob, tikseb u tuża informazzjoni minn xi entità marbuta b’obbligu għall-fini stabbiliti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, anki jekk l-ebda rapport preċedenti ma jkun sar skont l-Artikolu 33(1)(a) jew l-Artikolu 34(1).”;

(19)

jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 32a

1.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu mekkaniżmi awtomatizzati ċentralizzati, bħal reġistri ċentrali jew sistemi elettroniċi ċentrali għall-irkupru ta’ data, li jippermettu l-identifikazzjoni, b’mod f’waqtu, ta’ xi persuna fiżika jew ġuridika li żżomm jew tikkontrolla kontijiet ta’ ħlas u kontijiet bankarji identifikati mill-IBAN, kif definit permezz tar-Regolament (UE) Nru 260/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*7), u kaxex ta’ depożitu sikur miżmuma minn istituzzjoni ta’ kreditu fit-territorju tagħhom. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-karatteristiċi ta’ dawk il-mekkaniżmi nazzjonali.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni miżmuma fil-mekkaniżmi ċentralizzati msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu hija direttament aċċessibbli mill-UIF nazzjonali b’mod immedjat u mhux filtrat. L-informazzjoni għandha wkoll tkun aċċessibbli għall-awtoritajiet kompetenti nazzjonali biex jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe UIF tkun f’qagħda li tipprovdi informazzjoni miżmuma fil-mekkaniżmi ċentralizzati msemmijin fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu lil kwalunkwe UIF oħra b’mod f’waqtu f’konformità mal-Artikolu 53.

3.   L-informazzjoni li ġejja għandha tkun aċċessibbli u disponibbli għat-tiftix permezz tal-mekkaniżmi ċentralizzati msemmijin fil-paragrafu 1:

—   għad-detentur tal-kont tal-klijent u kull persuna li tidher li taġixxi f’isem il-klijent: l-isem, ikkomplementat jew bid-data tal-identifikazzjoni l-oħra meħtieġa skont id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu l-punt (a) tal-Artikolu 13(1) jew numru tal-identifikazzjoni uniku;

—   għas-sid benefiċjarju tad-detentur tal-kont tal-klijent: l-isem, ikkomplementat jew bid-data tal-identifikazzjoni oħra meħtieġa skont id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu l-punt (b) tal-Artikolu 13(1) jew numru tal-identifikazzjoni uniku;

—   għall-kont bankarju jew tal-pagament: in-numru tal-IBAN u d-data tal-ftuħ u l-għeluq tal-kont;

—   għall-kaxxa ta’ depożitu sikur: l-isem tal-lokatarju ikkomplementat jew bid-data ta’ identifikazzjoni l-oħra meħtieġa skont id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu l-Artikolu 13(1) jew b’numru tal-identifikazzjoni uniku u ż-żmien tal-perijodu ta’ lokazzjoni.

4.   L-Istati Membri jistgħu jikkunsidraw li jirrikjedu li informazzjoni oħra meqjusa bħala essenzjali biex l-UIF u l-awtoritajiet kompetenti jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont din id-Direttiva tkun aċċessibbli u disponibbli għat-tiftix permezz tal-mekkaniżmi ċentralizzati.

5.   Sas-26 ta’ Ġunju 2020, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fejn tivvaluta l-kondizzjonijiet u l-ispeċifikazzjonijiet u l-proċeduri tekniċi għall-iżgurar tal-interkonnessjoni sigura u effiċjenti tal-mekkaniżmi awtomatizzati ċentralizzat. Meta xieraq, dak ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn proposta leġislattiva.

(*7)  Ir-Regolament (UE) Nru 260/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Marzu 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u tan-negozju għat-trasferimenti ta’ kreditu u debiti diretti bl-euro u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 924/2009 (ĠU L 94, 30.3.2012, p. 22).”;"

(20)

jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 32b

“1.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu l-UIF u l-awtoritajiet kompetenti b’aċċess għall-informazzjoni li tippermetti l-identifikazzjoni f’waqtha ta’ kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tkun sid ta’ proprjetà immobbli, inkluż permezz ta’ reġistri jew sistemi elettroniċi għall-irkupru ta’ data fejn tali reġistri jew sistemi huma disponibbli.

2.   Sal-31 ta’ Diċembru 2020, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fejn tivvaluta n-neċessità u l-proporzjonalità tal-armonizzazzjoni tal-informazzjoni inkluża fir-reġistri u tivvaluta l-ħtieġa tal-interkonnessjoni ta’ dawk ir-reġistri. Fejn xieraq, dak ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn proposta leġislattiva.”;

(21)

fl-Artikolu 33(1), il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

jipprovdu lill-UIF b’talba tagħha, direttament, l-informazzjoni kollha meħtieġa.”;

(22)

fl-Artikolu 34, jiżdied il-paragrafu li ġej:

“3.   Korpi awtoregolatorji nnominati minn Stati Membri għandhom jippubblikaw rapport annwali li jkun fih informazzjoni dwar:

(a)

il-miżuri meħuda skont l-Artikoli 58, 59 u 60;

(b)

in-numru ta’ rapporti ta’ ksur riċevuti kif imsemmi fl-Artikolu 61, fejn applikabbli;

(c)

in-numru ta’ rapporti li waslu għand korp awtoregolatorju kif imsemmi fil-paragrafu 1 u n-numru ta’ rapporti mibgħuta minn korp awtoregolatorju lill-UIF fejn applikabbli;

(d)

fejn applikabbli, in-numru u d-deskrizzjoni ta’ miżuri mwettqa skont l-Artikolu 47 u 48 għall-monitoraġġ tal-konformità mill-entitajiet marbutin b’obbligu mal-obbligi tagħhom taħt:

(i)

l-Artikoli 10 sa 24 (diliġenza dovuta tal-klijenti);

(ii)

l-Artikoli 33, 34 u 35 (rappurtar ta’ tranżazzjonijiet suspettużi);

(iii)

l-Artikolu 40 (żamma ta’ rekords); u

(iv)

l-Artikoli 45 u 46 (kontrolli interni).”;

(23)

l-Artikolu 38 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 38

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-individwi, inklużi l-impjegati u r-rappreżentanti tal-entità marbuta b’obbligu li jirrapportaw suspetti ta’ ħasil tal-flus jew ta’ finanzjament tat-terroriżmu kemm meta jagħmlu dan internament kif ukoll meta jagħmlu dan lill-UIF ikunu protetti legalment milli jiġu esposti għal theddid, azzjoni ta’ tpattija jew ostili, u b’mod partikolari minn azzjonijiet ta’ impjieg avversi jew diskriminatorji.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-individwi li jkunu esposti għal theddid, azzjonijiet ta’ tpattija jew ostili, jew azzjonijiet ta’ impjieg avversi jew diskriminatorji talli jirrapportaw suspetti ta’ ħasil tal-flus jew finanzjament tat-terroriżmu internament jew lill-UIF ikunu intitolati li jippreżentaw ilment b’mod sigur lill-awtoritajiet kompetenti rispettivi. Mingħajr preġudizzju għall-kunfidenzjalità tal-informazzjoni miġbura mill-UIF, l-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li tali individwi jkollhom id-dritt għal rimedju effettiv li jħares id-drittijiet tagħhom taħt dan il-paragrafu.”;

(24)

fl-Artikolu 39, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.   Il-projbizzjoni stipulata fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ma għandhiex tipprekludi l-iżvelar bejn istituzzjonijiet ta’ kreditu u istituzzjonijiet finanzjarji mill-Istati Membri sakemm dawn jappartjenu għall-istess grupp, jew bejn dawk l-entitajiet u l-fergħat tagħhom u sussidjarji li jkollhom il-maġġoranza tal-ishma stabbiliti f’pajjiżi terzi, sakemm dawk il-fergħat u s-sussidjarji li jkollhom il-maġġoranza tal-ishma jikkonformaw b’mod sħiħ mal-politiki u l-proċeduri tal-grupp kollu, inklużi proċeduri għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni fil-grupp, f’konformità mal-Artikolu 45 u sakemm il-politiki u l-proċeduri tal-grupp kollu jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti f’din id-Direttiva.”;

(25)

fl-Artikolu 40, il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

fil-każ ta’ diliġenza dovuta tal-klijenti, kopja tad-dokumenti u l-informazzjoni li huma neċessarji biex ikun hemm konformità mar-rekwiżiti tad-diliġenza dovuta tal-klijenti stabbiliti fil-Kapitolu II, inkluża, fejn disponibbli, informazzjoni miksuba permezz ta’ mezzi tal-identifikazzjoni elettronika, servizzi fiduċjarji rilevanti kif stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 910/2014 jew kwalunkwe proċess ieħor ta’ identifikazzjoni sigura, remota jew elettronika, irregolat, rikonoxxut, approvat jew aċċettat mill-awtoritajiet kompetenti, għal perijodu ta’ ħames snin wara li r-relazzjoni ta’ negozju mal-klijent tagħhom tkun intemmet jew wara d-data ta’ tranżazzjoni okkażjonali;”

(b)

jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Il-perijodu ta’ żamma msemmi f’dan il-paragrafu, inkluż il-perijodu ta’ żamma ulterjuri li ma għandux jaqbiżx ħames snin addizzjonali, għandu japplika wkoll fir-rigward ta’ data aċċessibbli permezz tal-mekkaniżmi ċentralizzati msemmijin fl-Artikolu 32a.”;

(26)

L-Artikolu 43 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 43

L-ipproċessar tad-data personali abbażi ta’ din id-Direttiva għall-finijiet tal-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu kif imsemmi fl-Artikolu 1 għandu jkun ikkunsidrat bħala kwistjoni ta’ interess pubbliku skont ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*8).

(*8)  Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).”;"

(27)

L-Artikolu 44 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 44

1.   Sabiex jikkontribwixxu għat-tħejjija tal-valutazzjoni tar-riskju skont l-Artikolu 7, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkunu jistgħu janalizzaw l-effettività tas-sistemi tagħhom fil-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu billi jżommu statistika komprensiva dwar kwistjonijiet rilevanti għall-effettività ta’ tali sistemi.

2.   L-istatistika msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi:

(a)

data li tkejjel id-daqs u l-importanza tas-setturi differenti li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, inklużi n-numru ta’ persuni fiżiċi u entitajiet u l-importanza ekonomika ta’ kull settur;

(b)

data li tkejjel il-fażijiet ta’ rappurtar, ta’ investigazzjoni u dawk ġudizzjarji tar-reġim nazzjonali tal-AML/CFT, inklużi n-numru ta’ rapporti ta’ tranżazzjonijiet suspettużi li saru lill-UIF, il-mod kif ġew segwiti dawk ir-rapporti u, fuq bażi annwali, in-numru ta’ każijiet investigati, in-numru ta’ persuni mixlija, in-numru ta’ persuni kkundannati għal reati ta’ ħasil tal-flus jew finanzjament tat-terroriżmu, it-tipi ta’ reati predikati, fejn tali informazzjoni tkun disponibbli, u l-valur f’euro ta’ proprjetà li tkun ġiet iffriżata, sekwestrata jew ikkonfiskata;

(c)

jekk disponibbli, data li tidentifika n-numru u l-perċentwal ta’ rapporti li jirriżultaw f’investigazzjoni ulterjuri, flimkien mar-rapport annwali lill-entitajiet marbutin b’obbligu li jagħti fid-dettall l-utilità u s-segwitu tar-rapporti dwar ir-rapporti li jkunu ppreżentaw;

(d)

data rigward in-numru ta’ talbiet transfruntiera għal informazzjoni li jkunu saru, ġew riċevuti, irrifjutati u parzjalment jew kompletament, imwieġba mill-UIF, imqassma skont il-pajjiż kontroparti;

(e)

ir-riżorsi umani allokati lill-awtoritajiet kompetenti responsabbli għal superviżjoni AML/CFT kif ukoll ir-riżorsi umani allokati lill-UIF biex twettaq il-kompiti speċifikati fl-Artikolu 32;

(f)

in-numru ta’ azzjonijiet superviżorji fuq il-post u mhux fuq il-post, l-għadd ta’ ksur identifikat abbażi ta’ azzjonijiet superviżorji u sanzjonijiet jew miżuri amministrattivi applikati mill-awtoritajiet superviżorji.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tiġi ppubblikata analiżi kkonsolidata tal-istatistika tagħhom fuq bażi annwali.

4.   “L-Istati Membri għandhom jibagħtu annwalment l-istatistika msemmija fil-paragrafu 2 lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport annwali li jiġbor fil-qosor u jispjega l-istatistika msemmija fil-paragrafu 2, li għandu jsir disponibbli fis-sit web tagħha.”;

(28)

fl-Artikolu 45, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“4.   L-Istati Membri u l-ASE għandhom jgħarrfu lil xulxin dwar istanzi li fihom il-liġi ta’ pajjiż terz ma tippermettix l-implimentazzjoni tal-politiki u proċeduri meħtieġa skont il-paragrafu 1. F’tali każijiet, tista’ tittieħed azzjoni kkoordinata biex tinstab soluzzjoni. Fl-evalwazzjoni ta’ liema pajjiżi terzi ma jippermettux l-implimentazzjoni tal-politiki u tal-proċeduri meħtieġa skont il-paragrafu 1, l-Istati Membri u l-ASE għandhom iqisu kwalunkwe restrizzjoni legali li tista’ xxekkel l-implimentazzjoni xierqa ta’ dawn il-politiki u l-proċeduri, inklużi s-segretezza, il-protezzjoni tad-data u restrizzjonijiet oħrajn li jillimitaw l-iskambju ta’ informazzjoni li tista’ tkun relevanti għal dak il-għan.”;

(29)

fl-Artikolu 47, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri tas-servizzi ta’ skambju bejn muniti virtwali u muniti ta’ kors legali, u fornituri tal-kartieri ta’ kustodja, jkunu rreġistrati, li l-uffiċċji tal-kambju u l-uffiċċji li jsarrfu ċ-ċekkijiet, u l-fornituri ta’ servizzi fiduċjarji jew għall-kumpaniji jkollhom liċenzja jew ikunu rreġistrati, u li l-fornituri tas-servizzi tal-logħob tal-azzard huma regolati.”;

(30)

L-Artikolu 48 huwa emendat kif ġej:

(a)

jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“1a.   Sabiex tiġi ffaċilitata u promossa kooperazzjoni effettiva, u b’mod partikolari l-iskambju ta’ informazzjoni, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-lista tal-awtoritajiet kompetenti tal-entitajiet marbutin b’obbligu elenkati fl-Artikolu 2(1), inklużi d-dettalji ta’ kuntatt tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni pprovduta lill-Kummissjoni tibqa’ aġġornata.

Il-Kummissjoni għandha tippubblika reġistru ta’ dawk l-awtoritajiet u d-dettalji ta’ kuntatt tagħhom fuq is-sit web tagħha. L-awtoritajiet fir-reġistru għandhom, fl-ambitu tas-setgħat tagħhom, iservu bħala punt ta’ kuntatt għall-awtoritajiet kompetenti korrispondenti tal-Istati Membri l-oħra. L-awtoritajiet superviżorji tal-Istati Membri għandhom iservu wkoll bħala punt ta’ kuntatt tal-ASE.

Sabiex jiġi żgurat l-infurzar xieraq ta’ din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-entitajiet kollha marbutin b’obbligu jkunu soġġetti għal superviżjoni adegwata, inklużi s-setgħat biex iwettqu superviżjoni fuq il-post u mhux fuq il-post, u għandhom jieħdu miżuri amministrattivi xierqa u proporzjonati biex jirrimedjaw is-sitwazzjoni fil-każ ta’ ksur.”;

(b)

il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom setgħat adegwati, inkluża s-setgħa li jitolbu l-produzzjoni ta’ kwalunkwe informazzjoni li tkun rilevanti għall-monitoraġġ tal-konformità u li jwettqu verifiki, u jkollhom riżorsi finanzjarji, umani u tekniċi adegwati biex iwettqu l-funzjonijiet tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persunal ta’ dawk l-awtoritajiet huma ta’ integrità għolja u għandhom ħiliet xierqa, u jżommu standards professjonali għoljin, inklużi standards ta’ kunfidenzjalità, protezzjoni tad-data u standards li jindirizzaw kunflitti ta’ interess.”;

(c)

il-paragrafu (4) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“4.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fih l-entità marbuta b’obbligu topera xi stabbilimenti, iwettqu superviżjoni biex jiżguraw li dawk l-istabbilimenti jirrispettaw id-dispożizzjonijiet nazzjonali ta’ dak l-Istat Membru li jittrasponu din id-Direttiva.

Fil-każ ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u finanzjarji li huma parti minn grupp, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, għall-finijiet stabbiliti fl-ewwel subparagrafu, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn l-impriża omm tkun stabbilita jikkooperaw mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fejn l-istabbilimenti li huma parti minn grupp ikunu stabbiliti.

Fil-każ tal-istabbilimenti msemmija fl-Artikolu 45(9), is-superviżjoni kif msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu tista’ tinkludi t-teħid ta’ miżuri adatti u proporzjonati biex jindirizzaw nuqqasijiet serji li jeħtieġu rimedji immedjati. Dawk il-miżuri għandhom ikunu temporanji u jiġu terminati meta n-nuqqasijiet identifikati jiġu indirizzati, inkluż bl-għajnuna tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-entità marbuta b’obbligu, f’konformità mal-Artikolu 45(2).”;

(d)

fil-paragrafu (5) jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Fil-każ ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u finanzjarji li huma parti minn grupp, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru, fejn l-impriża omm tkun stabbilita, jissorvelja l-implimentazzjoni effettiva ta’ politiki u proċeduri li japplikaw għall-grupp kollu msemmi fl-Artikolu 45(1). Għal dak il-għan, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru, fejn huma stabbiliti l-istituzzjonijiet ta’ kreditu u finanzjarji li huma parti mill-grupp, jikkooperaw mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn l-impriża prinċipali tkun stabbilita.”;

(31)

L-Artikolu 49 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 49

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawk li jfasslu l-politiki, l-UIF, is-superviżuri u awtoritajiet kompetenti oħrajn involuti fl-AML/CFT, kif ukoll l-awtoritajiet tat-taxxa u l-awtoritajiet inkarigati mill-eżekuzzjoni tal-liġi, meta jaġixxu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, ikollhom mekkaniżmi effettivi fis-seħħ biex ikunu jistgħu jikkooperaw u jikkoordinaw fil-livell nazzjonali dwar l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ politiki u attivitajiet biex jiġġieldu l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, inkluż bil-għan li jissodisfaw l-obbligu tagħhom skont l-Artikolu 7.”;

(32)

fit-Taqsima 3 tal-Kapitolu VI, tiddaħħal is-subtaqsima li ġejja:

Subtaqsima IIa

Kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri

Artikolu 50a

L-Istati Membri ma għandhomx jipprojbixxu jew jimponu kundizzjonijiet restrittivi irraġonevoli jew bla bżonn fuq l-iskambju ta’ informazzjoni jew assistenza bejn l-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet ta’ din id-Direttiva. B’mod partikolari l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti ma jirrifjutawx talba għall-assistenza fuq il-bażi li:

(a)

it-talba hija kkunsidrata wkoll li tinvolvi kwistjonijiet tat-taxxa;

(b)

il-liġi nazzjonali tirrikjedi lill-entitajiet marbutin b’obbligu li jżommu segretezza jew kunfidenzjalità, minbarra f’dawk il-każijiet fejn l-informazzjoni rilevanti mitluba hija protetta mill-privileġġ legali jew fejn tapplika s-segretezza professjonali legali, kif deskritt fl-Artikolu 34(2);

(c)

hemm inkjesta, investigazzjoni jew proċediment għaddej fl-Istat Membru mitlub, sakemm l-assistenza timpedixxi l-inkjesta, l-investigazzjoni jew il-proċediment;

(d)

in-natura jew l-istatus tal-awtorità kontroparti kompetenti li qed tagħmel it-talba hija differenti minn dik tal-awtorità kompetenti mitluba.”;

(33)

L-Artikolu 53 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-UIF jiskambjaw, minn jeddhom jew fuq talba, kwalunkwe informazzjoni li tista’ tkun rilevanti għall-ipproċessar jew l-analiżi ta’ informazzjoni mill-UIF, relatata mal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu u l-persuna fiżika jew ġuridika involuta, irrispettivament mit-tip ta’ reati predikati assoċjati u anki jekk it-tip ta’ offiżi predikati assoċjati ma jiġix identifikat waqt l-iskambju.”;

(b)

fil-paragrafu 2, it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza hija sostitwita b’dan li ġej:

“Dik l-UIF għandha tikseb informazzjoni f’konformità mal-Artikolu 33(1) u tibgħat it-tweġibiet minnufih.”;

(34)

fl-Artikolu 54, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-UIF jinnominaw tal-anqas persuna waħda ta’ kuntatt jew punt li għandu jkun responsabbli biex jirċievi talbiet għal informazzjoni minn UIF fi Stati Membri oħra.”;

(35)

Fl-Artikolu 55, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kunsens minn qabel tal-UIF mitlub biex tixxerred l-informazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti jingħata minnufih u bl-aktar mod mifrux possibbli, irrispettivament mit-tip ta’ offiżi predikati assoċjati. L-UIF li tirċievi t-talba għandha tiċħad il-kunsens tagħha li ssir din il-kondiviżjoni biss jekk din tmur lil hinn mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-AML/CFT tagħha jew tista’ xxekkel investigazzjoni jew inkella ma tkunx f’konformità mal-prinċipji fundamentali tal-liġi nazzjonali ta’ dak l-Istat Membru. Kwalunkwe ċaħda ta’ dan it-tip għall-għoti tal-kunsens għandha tkun spjegata b’mod adatt. Dawk l-eċċezzjonijiet għandhom ikunu speċifikati b’mod li jimpedixxi l-użu ħażin, u l-limitazzjonijiet indebiti għad-disseminazzjoni tal-informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti.”;

(36)

L-Artikolu 57 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 57

Id-differenzi bejn id-definizzjonijiet fil-liġi nazzjonali ta’ reati predikati kif imsemmi fil-punt 4 tal-Artikolu 3 ma għandhomx ixekklu l-kapaċità tal-UIF li jipprovdu assistenza lil UIF oħra u ma għandhomx jillimitaw l-iskambju, il-kondiviżjoni u l-użu ta’ informazzjoni skont l-Artikoli 53, 54 u 55.”;

(37)

fit-Taqsima 3 tal-Kapitolu VI, tiddaħħal is-subtaqsima li ġejja:

Subtaqsima IIIa

Kooperazzjoni bejn awtoritajiet kompetenti responsabbli mis-superviżjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u finanzjarji u awtoritajiet oħra marbuta bis-segretezza professjonali

Artikolu 57a

1.   L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-persuni kollha li jaħdmu jew li ħadmu għal awtoritajiet kompetenti responsabbli mis-superviżjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u finanzjarji għal konformità ma’ din id-Direttiva, kif ukoll awdituri u esperti li jaġixxu f’isem l-awtoritajiet kompetenti, għandhom ikunu marbuta bl-obbligu tas-segretezza professjonali.

Mingħajr preġudizzju għal każijiet koperti mil-liġi kriminali, informazzjoni kunfidenzjali li persuni msemmija fl-ewwel subparagrafu jirċievu matul il-qadi ta’ dmirijiethom skont din id-Direttiva tista’ tiġi żvelata biss f’forma sommarja jew aggregata, b’mod li istituzzjonijiet ta’ kreditu u finanzjarji individwali ma jistgħux jiġu identifikati.

2.   Il-paragrafu 1 m’għandux ifixkel l-iskambju tal-informazzjoni bejn:

(a)

l-awtoritajiet kompetenti li jissorveljaw l-istituzzjonijiet ta’ kreditu u finanzjarji fi ħdan Stat Membru skont din id-Direttiva jew atti leġislattivi oħra li jkollhom x’jaqsmu mas-superviżjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu jew finanzjarji;

(b)

l-awtoritajiet kompetenti li jissorveljaw l-istituzzjonijiet ta’ kreditu u finanzjarji fi ħdan Stati Membri differenti skont din id-Direttiva jew atti leġislattivi oħra li jkollhom x’jaqsmu mas-superviżjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu jew finanzjarji, inkluż il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) meta jaġixxi skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 (*9). L-iskambju ta’ informazzjoni għandu jkun soġġett għall-kundizzjonijiet ta’ segretezza professjonali indikati fil-paragrafu 1.

Sal-10 ta’ Jannar 2019, l-awtoritajiet kompetenti li jissorveljaw l-istituzzjonijiet ta’ kreditu u finanzjarji skont din id-Direttiva u l-BĊE, li jaġixxi skont l-Artikolu 27(2) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013 u l-punt (g) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 56 tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*10), għandhom jikkonkludu, bl-appoġġ tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej, ftehim dwar il-modalitajiet prattiċi għall-iskambju ta’ informazzjoni.

3.   L-awtoritajiet kompetenti responsabbli mis-superviżjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u finanzjarji li jirċievu informazzjoni kunfidenzjali kif imsemmi fil-paragrafu 1, għandhom jużaw din l-informazzjoni biss:

(a)

fil-qadi ta’ dmirijiethom skont din id-Direttiva jew skont atti leġislattivi oħrajn fil-qasam tal-AML/CFT, tar-regolamentazzjoni prudenzjali u tas-superviżjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u finanzjarji, inkluż sanzjonar;

(b)

f’appell kontra deċiżjoni tal-awtorità kompetenti responsabbli mis-superviżjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u finanzjarji, inklużi proċedimenti fil-qrati;

(c)

fi proċedimenti fil-qrati mibdija skont dispożizzjonijiet speċjali previsti fid-dritt tal-Unjoni, adottati fil-qasam ta’ din id-Direttiva jew fil-qasam tar-regolamentazzjoni prudenzjali u s-superviżjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u finanzjarji.

4.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti li jissorveljaw l-istituzzjonijiet ta’ kreditu u finanzjarji jikkooperaw kemm jista’ jkun ma’ xulxin għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, indipendentement min-natura jew mill-istatus tagħhom. Tali kooperazzjoni tinkludi wkoll l-abbiltà li jsiru, fi ħdan is-setgħat tal-awtorità kompetenti mitluba, inkjesti f’isem awtorità kompetenti li tagħmel it-talba, u l-iskambju sussegwenti tal-informazzjoni miksuba bis-saħħa ta’ tali inkjesti.

5.   L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali tagħhom responsabbli mis-superviżjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u finanzjarji biex jikkonkludu ftehimiet ta’ kooperazzjoni li jipprovdu għal kollaborazzjoni u skambji ta’ informazzjoni kunfidenzjali mal-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi terzi li jikkostitwixxu kontropartijiet ta’ dawk l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali. Dawk il-ftehimiet ta’ kooperazzjoni għandhom ikunu konklużi fuq il-bażi ta’ reċiproċità u biss jekk l-informazzjoni żvelata tkun soġġetta għal garanzija ta’ rekwiżiti ta’ segretezza professjonali li tkun tal-anqas ekwivalenti għal dik imsemmija fil-paragrafu 1. Informazzjoni kunfidenzjali skambjata skont dawk il-ftehimiet ta’ kooperazzjoni għandha tintuża għall-iskop li jitwettaq il-kompitu superviżorju ta’ dawk l-awtoritajiet.

Meta l-informazzjoni skambjata toriġina fi Stat Membru ieħor, din għandha tiġi żvelata biss bil-kunsens espress tal-awtorità kompetenti li tkun iddeċidiet li taqsamha u, fejn xieraq, biss għall-finijiet li għalihom dik l-awtorità tkun tat il-kunsens tagħha.

Artikolu 57b

1.   Minkejja l-Artikolu 57a(1) u (3) u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 34(2), l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti fl-istess Stat Membru jew fi Stati Membri differenti, bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet fdati bis-superviżjoni ta’ entitajiet tas-settur finanzjarju u persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jaġixxu fit-twettiq tal-attivitajiet professjonali tagħhom kif imsemmi fil-punt (3) tal-Artikolu 2(1) u l-awtoritajiet responsabbli bil-liġi għas-superviżjoni ta’ swieq finanzjarji fil-qadi tal-funzjonijiet superviżorji rispettivi tagħhom.

L-informazzjoni rċevuta għandha f’kull każ tkun soġġetta għar-rekwiżiti ta’ segretezza professjonali li jkunu tal-anqas ekwivalenti għal dawk imsemmija fl-Artikolu 57a(1).

2.   Minkejja l-Artikolu 57a(1) u (3), l-Istati Membri jistgħu, bis-saħħa ta’ dispożizzjonijiet stipulati fil-liġi nazzjonali, jawtorizzaw l-iżvelar ta’ ċerta informazzjoni lil awtoritajiet nazzjonali oħrajn responsabbli bil-liġi għas-superviżjoni tas-swieq finanzjarji, jew b’responsabbiltajiet deżinjati fil-qasam tal-ġlieda jew tal-investigazzjoni tal-ħasil tal-flus, tar-reati predikati assoċjati u tal-finanzjament tat-terroriżmu.

Madankollu, informazzjoni kunfidenzjali skambjata skont dan il-paragrafu għandha tintuża biss għall-iskop li jitwettqu l-kompiti legali tal-awtoritajiet ikkonċernati. Il-persuni li jkollhom aċċess għal dik l-informazzjoni għandhom ikunu soġġetti għal rekwiżiti ta’ segretezza professjonali tal-anqas ekwivalenti għal dawk imsemmija fl-Artikolu 57a(1).

3.   L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw l-iżvelar ta’ ċerta informazzjoni relatata mas-superviżjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu għal konformità ma’ din id-Direttiva lill-kumitati ta’ inkjesta parlamentari, lill-qrati tal-awdituri u entitajiet oħrajn inkarigati mill-inkjesti, fl-Istat Membru tagħhom, bil-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-entitajiet ikollhom mandat preċiż iddefinit mil-liġi nazzjonali sabiex jinvestigaw jew jeżaminaw bir-reqqa l-azzjonijiet tal-awtoritajiet responsabbli għas-superviżjoni ta’ dawk l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jew għal-liġijiet dwar tali superviżjoni;

(b)

l-informazzjoni tkun strettament meħtieġa biex jintlaħaq il-mandat imsemmi fil-punt (a);

(c)

l-persuni b’aċċess għall-informazzjoni jkunu soġġetti għal rekwiżiti ta’ segretezza professjonali skont il-liġi nazzjonali tal-anqas ekwivalenti għal dawk imsemmija fl-Artikolu 57a(1);

(d)

fejn l-informazzjoni tkun toriġina fi Stat Membru ieħor, din ma tkunx żvelata mingħajr il-kunsens espress tal-awtoritajiet kompetenti li jkunu żvelawha, u biss għall-finijiet li għalihom dawk l-awtoritajiet ikunu taw il-kunsens tagħhom.

(*9)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta’ Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (ĠU L 287, 29.10.2013, p. 63)."

(*10)  Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).”;"

(38)

fl-Artikolu 58(2), jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li meta l-awtoritajiet kompetenti tagħhom jidentifikaw każijiet ta’ ksur li huma soġġetti għal sanzjonijiet kriminali, dawn jinfurmaw lill-awtoritajiet ta’ infurzar f’waqtu.”;

(39)

L-Artikolu 61 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti, kif ukoll, fejn applikabbli, il-korpi awtoregolatorji, jistabbilixxu mekkaniżmi effettivi u affidabbli biex jinkoraġġixxu r-rappurtar lill-awtoritajiet kompetenti, kif ukoll, fejn applikabbli, lill-korpi awtoregolatorji, ta’ ksur potenzjali jew proprju tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva.

Għal dak il-għan, huma għandhom jipprovdu mezz wieħed jew aktar ta’ komunikazzjoni sigura għal persuni għar-rappurtar imsemmi fl-ewwel subparagrafu. Tali mezzi għandhom jiżguraw li l-identità tal-persuni li jfornu l-informazzjoni tkun magħrufa biss mill-awtoritajiet kompetenti, kif ukoll, fejn applikabbli, mill-korpi awtoregolatorji.”;

(b)

fil-paragrafu 3, jiżdiedu s-subparagrafi li ġejjin:

“L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-individwi, inklużi l-impjegati u r-rappreżentanti tal-entità marbuta b’obbligu li jirrapportaw suspetti ta’ ħasil tal-flus jew ta’ finanzjament tat-terroriżmu kemm meta jagħmlu dan internament, kif ukoll meta jagħmlu dan lill-UIF, ikunu protetti legalment milli jiġu esposti għal theddid jew azzjoni ostili, u b’mod partikolari minn azzjonijiet ta’ impjieg avversi jew diskriminatorji.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-individwi li jkunu esposti għal theddid, azzjonijiet ostili, jew azzjonijiet ta’ impjieg avversi jew diskriminatorji talli jirrapportaw suspetti ta’ ħasil tal-flus jew finanzjament tat-terroriżmu internament jew lill-UIF ikunu intitolati li jippreżentaw ilment b’mod sigur lill-awtoritajiet kompetenti rispettivi. Mingħajr preġudizzju għall-kunfidenzjalità tal-informazzjoni miġbura mill-UIF, l-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li tali individwi jkollhom id-dritt għal rimedju effettiv li jħares id-drittijiet tagħhom taħt dan il-paragrafu.”;

(40)

jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 64a

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat dwar il-Prevenzjoni tal-Ħasil tal-Flus u tal-Finanzjament tat-Terroriżmu (il-“Kumitat”) kif imsemmi fl-Artikolu 23 tar-Regolament (UE) 2015/847 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*11). Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 (*12).

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

(*11)  Ir-Regolament (UE) 2015/847 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar l-informazzjoni li takkumpanja t-trasferimenti ta’ fondi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1781/2006 (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 1)."

(*12)  Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).”;"

(41)

L-Artikolu 65 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 65

1.   Sal-11 ta’ Jannar 2022, u kull tliet snin minn hemm ’il quddiem, il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva u għandha tissottomettih lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Dak ir-rapport għandu jinkludi, b’mod partikolari:

(a)

kont ta’ miżuri speċifiċi adottati u mekkaniżmi stabbiliti fil-livell tal-Unjoni u tal-Istat Membru biex jipprevjenu u jindirizzaw problemi emerġenti u żviluppi ġodda li jippreżentaw theddida għas-sistema finanzjarja tal-Unjoni;

(b)

azzjonijiet ta’ segwitu mwettqa fil-livell tal-Unjoni u tal-Istat Membru fuq il-bażi ta’ tħassib li jinġieb għall-attenzjoni tagħhom, inklużi lmenti dwar il-liġijiet nazzjonali li jfixklu s-setgħat superviżorji u investigattivi tal-awtoritajiet kompetenti u ta’ korpi awtoregolatorji;

(c)

kont tad-disponibbiltà ta’ informazzjoni rilevanti għall-awtoritajiet kompetenti u l-UIF tal-Istati Membri, dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu;

(d)

kont tal-kooperazzjoni internazzjonali u skambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-UIF;

(e)

kont ta’ azzjonijiet tal-Kummissjoni meħtieġa sabiex jiġi vverifikat li l-Istati Membri jieħdu azzjoni f’konformità ma’ din id-Direttiva u sabiex jiġu evalwati problemi emerġenti u żviluppi ġodda fl-Istati Membri;

(f)

analiżi tal-fattibbiltà ta’ mekkaniżmi u miżuri speċifiċi fil-livell tal-Unjoni u tal-Istat Membru dwar il-possibbiltajiet li tinġabar u tiġi aċċessata l-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja ta’ entitajiet korporattivi u ġuridiċi oħrajn inkorporati barra mill-Unjoni u l-proporzjonalità tal-miżuri msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 20;

(g)

evalwazzjoni ta’ kif id-drittijiet fundamentali u l-prinċipji rikonoxxuti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea ġew rispettati.

L-ewwel rapport, li se jiġi ppubblikat sal-11 ta’ Jannar 2022, għandu jiġi akkumpanjat, jekk neċessarju, minn proposti leġislattivi xierqa, inkluż, fejn xieraq, fir-rigward ta’ muniti virtwali, l-għoti tas-setgħat għall-istabbiliment u ż-żamma ta’ bażi tad-data ċentrali li tirreġistra l-identitajiet tal-utenti u l-indirizzi tal-kartieri aċċessibbli għall-UIF, kif ukoll forom tal-awtodikjarazzjoni għall-użu ta’ utenti tal-muniti virtwali, u biex titjieb il-kooperazzjoni bejn l-Uffiċċji għall-Irkupru tal-Assi tal-Istati Membri u applikazzjoni bbażata fuq ir-riskju tal-miżuri msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 20.

2.   Sal-1 ta’ Ġunju 2019, il-Kummissjoni għandha tevalwa l-qafas tal-UIF għal kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi u l-ostakli u l-opportunitajiet biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-UIF fl-Unjoni, inkluża l-possibbiltà li jiġi stabbilit mekkaniżmu ta’ koordinazzjoni u appoġġ.

3.   Il-Kummissjoni għandha, jekk xieraq, toħroġ rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jevalwa l-ħtieġa u l-proporzjonalità li jitbaxxa l-perċentwal għall-identifikazzjoni ta’ sjieda benefiċjarja ta’ entitajiet ġuridiċi fid-dawl ta’ kwalunkwe rakkomandazzjoni maħruġa f’dan is-sens minn organizzazzjonijiet internazzjonali u korpi li jistabbilixxu standards b’kompetenzi fil-qasam tal-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u tal-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu bħala riżultat ta’ valutazzjoni ġdida, u tippreżenta proposta leġislattiva, jekk xieraq.”;

(42)

fl-Artikolu 67, il-paragrafu (1) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sas-26 ta’ Ġunju 2017.

L-Istati Membri għandhom japplikaw l-Artikolu 12(3) mill-10 ta’ Lulju 2020.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-reġistri msemmija fl-Artikolu 30 sal-10 ta’ Jannar 2020 u r-reġistri msemmija fl-Artikolu 31 sal-10 ta’ Marzu 2020 u l-mekkaniżmi awtomatizzati ċentralizzati msemmija fl-Artikolu 32a sal-10 ta’ Settembru 2020.

Il-Kummissjoni għandha tiżgura l-interkonnessjoni tar-reġistri msemmija fl-Artikoli 30 u 31, f’kooperazzjoni mal-Istati Membri, sal-10 ta’ Marzu 2021.

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw minnufih it-test tal-miżuri msemmija f’dan il-paragrafu lill-Kummissjoni.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn referenza bħal din fil-mument tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi kif issir din ir-referenza għandhom ikunu stabbiliti mill-Istati Membri.”;

(43)

fl-Anness II, il-punt (3), il-parti introduttorja hija sostitwita b’dan li ġej:

“(3)

Fatturi ta’ riskju ġeografiċi - reġistrazzjoni, stabbiliment, residenza fi:”;

(44)

L-Anness III huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-punt (1), jiddaħħal il-punt li ġej:

“(g)

il-klijent huwa ċittadin ta’ pajjiż terz li japplika għad-drittijiet ta’ residenza jew għaċ-ċittadinanza fl-Istat Membru inkambju ta’ trasferimenti kapitali, xiri ta’ proprjetà jew bonds tal-gvern, jew investiment f’entitajiet korporattivi f’dak l-Istat Membru.”;

(b)

il-punt (2) huwa emendat kif ġej:

(i)

Il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(c)

relazzjonijiet ta’ negozju jew tranżazzjonijiet mhux wiċċ imb wiċċ, mingħajr ċerti salvagwardji, bħal mezzi tal-identifikazzjoni elettronika jew servizzi fiduċjarji rilevanti kif definiti fir-Regolament (UE) Nru 910/2014, jew kwalunkwe proċess ieħor ta’ identifikazzjoni sigura, remota jew elettroniku, irregolat, rikonoxxut, approvat jew aċċettat mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali;”;

(ii)

jiżdied il-punt li ġej:

“(f)

tranżazzjonijiet li jirrigwardaw iż-żejt, l-armi, il-metalli prezzjużi, il-prodotti tat-tabakk, l-artefatti kulturali u oġġetti oħrajn ta’ importanza arkeoloġika, storika, kulturali u reliġjuża, jew ta’ valur xjentifiku rari, kif ukoll l-avorju u speċi protetti.”.

Artikolu 2

Emenda għad-Direttiva 2009/138/KE

Fl-Artikolu 68(1), punt (b) tad-Direttiva 2009/138/KE jiżdied il-punt li ġej:

“(iv)

awtoritajiet responsabbli għas-superviżjoni tal-entitajiet marbutin b’obbligu elenkati fil-punti (1) u (2) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*13) għal konformità ma’ dik id-Direttiva;

Artikolu 3

Emenda għad-Direttiva 2013/36/UE

Fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 56 tad-Direttiva 2013/36/UE, jiżdied il-punt li ġej:

“(g)

awtoritajiet responsabbli għas-superviżjoni tal-entitajiet marbutin b’obbligu elenkati fil-punti (1) u (2) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*14) għal konformità ma’ dik id-Direttiva.

Artikolu 4

Traspożizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sal-10 ta’ Jannar 2020. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn referenza bħal din fil-mument tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jaddottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 5

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 6

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Strasburgu, it-30 ta’ Mejju 2018.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

A. TAJANI

Għall-Kunsill

Il-President

L. PAVLOVA


(1)  ĠU C 459, 9.12.2016, p. 3.

(2)  ĠU C 34, 2.2.2017, p. 121.

(3)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta’ April 2018 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-deċiżjoni tal-Kunsill tal-14 ta’ Mejju 2018.-

(4)  Id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 73).

(5)  Id-Direttiva 2009/110/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar il-bidu, l-eżerċizzju u s-superviżjoni prudenzjali tan-negozju tal-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi li temenda d-Direttivi 2005/60/KE u 2006/48/KE u li tħassar id-Direttiva 2000/46/KE (ĠU L 267, 10.10.2009, p. 7).

(6)  Id-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar is-servizzi ta’ pagament fis-suq intern, li temenda d-Direttivi 2002/65/KE, 2009/110/KE u 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010, u li tħassar id-Direttiva 2007/64/KE (ĠU L 337, 23.12.2015, p. 35).

(7)  Ir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal tranżazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern u li jħassar id-Direttiva 1999/93/KE (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 73).

(8)  Id-Direttiva (UE) 2017/1132 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2017 dwar ċerti aspetti tal-liġi dwar il-kumpaniji (ĠU L 169, 30.6.2017, p. 46).

(9)  Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

(10)  Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

(11)  Id-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali, u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li tħassar id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 89).

(12)  ĠU C 369, 17.12.2011, p. 14.

(13)  Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).

(14)  ĠU C 85, 18.3.2017, p. 3.