28.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 331/218


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE, Euratom) 2018/2076

tal-20 ta' Diċembru 2018

li temenda r-Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

Wara li kkunsidra l-Artikolu 11(6) tar-Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill (1),

Billi:

(1)

Meta jenħtieġ li att jiġi adottat mill-Kunsill b'maġġoranza kwalifikata, għandu jiġi vverifikat li l-Istati Membri li jikkostitwixxu l-maġġoranza kwalifikata jirrappreżentaw mill-inqas 65 % tal-popolazzjoni tal-Unjoni.

(2)

Dik il-perċentwali tiġi kkalkolata skont iċ-ċifri tal-popolazzjoni stipulati fl-Anness III tar-Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill (“ir-Regoli ta' Proċedura”).

(3)

L-Artikolu 11(6) tar-Regoli ta' Proċedura jipprevedi li, b'effett mill-1 ta' Jannar ta' kull sena, il-Kunsill għandu jemenda ċ-ċifri stipulati f'dak l-Anness, f'konformità mad-data disponibbli għall-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Unjoni Ewropea fit-30 ta' Settembru tas-sena ta' qabel.

(4)

Fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni, l-Anness III tar-Regoli ta' Proċedura jenħtieġ li jinkludi wkoll iċ-ċifri applikabbli mill-jum wara dak li fih it-Trattati ma jibqgħux japplikaw għar-Renju Unit.

(5)

Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regoli ta' Proċedura jiġu emendati kif meħtieġ għas-sena 2019,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness III tar-Regoli ta' Proċedura huwa sostitwit b'dan li ġej:

“ANNESS III

Ċifri li jirrigwardaw il-popolazzjoni tal-Unjoni u l-popolazzjoni ta' kull Stat Membru għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar il-votazzjoni b'maġġoranza kwalifikata fil-Kunsill

1.

Għall-finijiet tal-implimentazzjoni tal-Artikolu 16(4) TUE u tal-Artikolu 238(2) u (3) TFUE, il-popolazzjoni tal-Unjoni u l-popolazzjoni ta' kull Stat Membru, kif ukoll il-perċentwali tal-popolazzjoni ta' kull Stat Membru f'paragun mal-popolazzjoni tal-Unjoni, għall-perijodu mill-1 ta' Jannar 2019 sad-data li fiha t-Trattati ma jibqgħux japplikaw għar-Renju Unit jew sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2019, għandhom ikunu kif ġej:

Stat Membru

Popolazzjoni

Perċentwali tal-popolazzjoni tal-Unjoni (%)

Ġermanja

82 719 022

16,12

Franza

67 221 943

13,10

Renju Unit

66 238 007

12,90

Italja

61 166 142

11,92

Spanja

46 659 302

9,09

Polonja

37 976 687

7,40

Rumanija

19 523 621

3,80

Netherlands

17 321 110

3,37

Belġju

11 413 058

2,22

Greċja

10 738 928

2,09

Ċekja

10 493 154

2,04

Portugall

10 291 027

2,00

Żvezja

10 157 000

1,98

Ungerija

9 778 371

1,91

Awstrija

8 802 000

1,71

Bulgarija

7 050 034

1,37

Danimarka

5 774 877

1,13

Finlandja

5 501 930

1,07

Slovakkja

5 443 120

1,06

Irlanda

4 830 392

0,94

Kroazja

4 105 493

0,80

Litwanja

2 808 901

0,55

Slovenja

2 066 880

0,40

Latvja

1 934 379

0,38

Estonja

1 319 133

0,26

Ċipru

864 236

0,17

Lussemburgu

600 124

0,12

Malta

475 701

0,09

UE 28

513 274 572

 

Livell limitu (65 %)

333 628 472

 

2.

Għall-finijiet tal-implimentazzjoni tal-Artikolu 16(4) TUE u tal-Artikolu 238(2) u (3) TFUE, il-popolazzjoni tal-Unjoni u l-popolazzjoni ta' kull Stat Membru, kif ukoll il-perċentwali tal-popolazzjoni ta' kull Stat Membru f'paragun mal-popolazzjoni tal-Unjoni, għall-perijodu mill-jum wara dak li fih it-Trattati ma jibqgħux japplikaw għar-Renju Unit sal-31 ta' Diċembru 2019, għandhom ikunu kif ġej:

Stat Membru

Popolazzjoni

Perċentwali tal-popolazzjoni tal-Unjoni (%)

Ġermanja

82 719 022

18,50

Franza

67 221 943

15,04

Italja

61 166 142

13,68

Spanja

46 659 302

10,44

Polonja

37 976 687

8,50

Rumanija

19 523 621

4,37

Netherlands

17 321 110

3,87

Belġju

11 413 058

2,55

Greċja

10 738 928

2,40

Ċekja

10 493 154

2,35

Portugall

10 291 027

2,30

Żvezja

10 157 000

2,27

Ungerija

9 778 371

2,19

Awstrija

8 802 000

1,97

Bulgarija

7 050 034

1,58

Danimarka

5 774 877

1,29

Finlandja

5 501 930

1,23

Slovakkja

5 443 120

1,22

Irlanda

4 830 392

1,08

Kroazja

4 105 493

0,92

Litwanja

2 808 901

0,59

Slovenja

2 066 880

0,46

Latvja

1 934 379

0,43

Estonja

1 319 133

0,30

Ċipru

864 236

0,19

Lussemburgu

600 124

0,13

Malta

475 701

0,11

UE 27

447 036 565

 

Livell limitu (65 %)

290 573 768

 

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Hija għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2019.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Diċembru 2018.

Għall-Kunsill

Il-President

E. KÖSTINGER


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/937/UE tal-1 ta' Diċembru 2009 li tadotta r-Regoli ta' Proċedura tiegħu (ĠU L 325, 11.12.2009, p. 35).