14.12.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 317/22 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1983
tas-26 ta' Ottubru 2018
li temenda l-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2003/467/KE fir-rigward tad-dikjarazzjoni ta' ċerti reġjuni tal-Italja bħala uffiċjalment ħielsa mit-tuberkolożi u uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi fir-rigward tal-merħliet bovini
(notifikata bid-dokument C(2018) 6981)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta' Ġunju 1964 dwar il-problemi tas-saħħa tal-annimali li jaffetwaw il-kummerċ ta' annimali bovini u suwini ġewwa l-Komunità (1), u b'mod partikolari l-paragrafu 4 tal-Anness A.I. u l-paragrafu 7 tal-Anness A.II. tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Direttiva 64/432/KEE tapplika għall-kummerċ tal-annimali bovini fl-Unjoni. Din tistipula l-kundizzjonijiet li bihom Stat Membru jista' jiġi ddikjarat uffiċjalment ħieles mit-tuberkulożi jew uffiċjalment ħieles mill-bruċellożi fir-rigward tal-merħliet bovini. |
(2) |
Il-Kapitolu 2 tal-Anness I tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/467/KE (2) jelenka r-reġjuni tal-Istati Membri li huma ddikjarati bħala reġjuni uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi fir-rigward tal-merħliet bovini. |
(3) |
L-Italja ressqet dokumentazzjoni lill-Kummissjoni li tixhed il-konformità tal-Provinċja ta' Frosinone tar-Reġjun tal-Lazio mal-kundizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 64/432/KEE għall-kwalifika ta' uffiċjalment ħielsa mit-tuberkulożi fir-rigward tal-merħliet bovini. Għadaqstant, jenħtieġ li dik il-provinċja tiġi elenkata fil-Kapitolu 2 tal-Anness I tad-Deċiżjoni 2003/467/KE bħala reġjun uffiċjalment ħieles mit-tuberkulożi fir-rigward tal-merħliet bovini. |
(4) |
Il-Kapitolu 2 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2003/467/KE jelenka r-reġjuni tal-Istati Membri li huma ddikjarati bħala reġjuni uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi fir-rigward tal-annimali bovini. |
(5) |
L-Italja ressqet dokumentazzjoni lill-Kummissjoni li tixhed il-konformità tal-Provinċja ta' Ruma tar-Reġjun tal-Lazio mal-kundizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 64/432/KEE għall-kwalifika ta' uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi fir-rigward tal-merħliet bovini. Billi preċedentement, il-provinċji l-oħra kollha tar-Reġjun tal-Lazio kienu ngħataw il-kwalifika ta' uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi fir-rigward tal-merħliet bovini, jenħtieġ li r-reġjun kollu tal-Lazio jiġi elenkat fil-Kapitolu 2 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2003/467/KE bħala reġjun uffiċjalment ħieles mill-bruċellożi fir-rigward tal-merħliet bovini. |
(6) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2003/467/KE jiġu emendati skont dan. |
(7) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Annessi I u II tad-Deċiżjoni Nru 2003/467/KE huma emendati skont l-Anness ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta' Ottubru 2018.
Għall-Kummissjoni
Vytenis ANDRIUKAITIS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU 121, 29.7.1964, p. 1977/64.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/467/KE tat-23 ta' Ġunju 2003 li tistabbilixxi l-kwalifika ta' uffiċjalment ħielsa mit-tuberkulożi, bruċellożi u lewkożi bovina enzootika ta' xi Stati Membri u reġjuni fl-Istati Membri rigward annimali bovini (ĠU L 156, 25.6.2003, p. 74).
ANNESS
L-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2003/467/KE huma emendati kif ġej:
(1) |
fil-Kapitolu 2 tal-Anness I, l-entrata għall-Italja hija sostitwita b'dan li ġej: “Fl-Italja:
|
(2) |
fil-Kapitolu 2 tal-Anness II, l-entrata għall-Italja hija sostitwita b'dan li ġej: “Fl-Italja:
|