29.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 304/29


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/1867

tas-26 ta' Novembru 2018

dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE, dwar l-emenda tal-Anness IX (Servizzi Finanzjarji) għall-Ftehim taż-ŻEE (Omnibus II)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 50, 53, 62 u 114 flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2894/94 tat-28 ta' Novembru 1994 dwar l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 1(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (2) (“il-Ftehim ŻEE”) daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 1994.

(2)

Bis-saħħa tal-Artikolu 98 tal-Ftehim ŻEE, il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE jista' jiddeċiedi li jemenda, inter alia, l-Anness IX għal dak il-Ftehim, li fih dispożizzjonijiet dwar is-servizzi finanzjarji.

(3)

Jenħtieġ li d-Direttiva 2014/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(4)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness IX għall-Ftehim ŻEE jiġi emendat skont dan.

(5)

Għaldaqstant jenħtieġ li l-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' deċiżjoni mehmuż,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar l-emenda proposta tal-Anness IX (Servizzi Finanzjarji) għall-Ftehim ŻEE, għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta' Novembru 2018.

Għall-Kunsill

Il-President

J. BOGNER-STRAUSS


(1)  ĠU L 305, 30.11.1994, p. 6.

(2)  ĠU L 1, 3.1.1994, p. 3.

(3)  Direttiva 2014/51/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li temenda d-Direttivi 2003/71/KE u 2009/138/KE u r-Regolament (KE) Nru 1060/2009, (UE) Nru 1094/2010 u (UE) Nru 1095/2010 fir-rigward tas-setgħat tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) u tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) (ĠU L 153, 22.5.2014, p. 1).


ABBOZZ

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru …/…

ta'…

li temenda l-Anness IX (Servizzi Finanzjarji) għal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2014/51/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li temenda d-Direttivi 2003/71/KE u 2009/138/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009, (UE) Nru 1094/2010 u (UE) Nru 1095/2010 fir-rigward tas-setgħat tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) u tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness IX għall-Ftehim ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness IX tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

Il-Punt 1 (id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) huwa emendat kif ġej:

(i)

jiżdied l-inċiż li ġej:

“—

32014 L 0051: Id-Direttiva 2014/51/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 (ĠU L 153, 22.5.2014, p. 1).”;

(ii)

jiżdiedu l-adattamenti li ġejjin:

“(k)

Referenzi fid-Direttiva għas-setgħat tal-EIOPA skont l-Artikoli 18 u 19 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għandhom jinftiehmu bħala referenza, fil-każijiet previsti fi u f'konformità mal-punt 31h ta' dan l-Anness, għas-setgħat tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA fir-rigward tal-Istati tal-EFTA.

(l)

Fl-Artikoli 52(2) y 77f(l), il-kliem “,l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA, il-Kumitat Permanenti tal-Istati tal-EFTA” għandhom jiddaħħlu wara l-kelma “il-Kunsill”.

(m)

Fl-Artikolu 65a, il-kliem “jew, skont il-każ, l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA” għandhom jiddaħħlu wara l-kelma “EIOPA”.

(n)

Fl-Artikolu 70, ir-referenzi għal “banek ċentrali tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali (SEBĊ)” u “banek ċentrali tas-SEBĊ” għandhom jinftiehmu li jinkludu, apparti s-sens tagħhom fir-Regolament, il-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati tal-EFTA.

(o)

Fl-Artikolu 138(4), fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-kelma “EIOPA” għandha taqra “l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA” u l-kliem “kif iddikjarat mill-AEAPX” għandhom jaqraw “kif iddikjarat mill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA abbażi tal-abbozzi mħejjija mill-EIOPA”.

(p)

Informazzjoni li toriġina fl-Istati tal-EFTA m'għandhiex tiġi skambjata mill-EIOPA bħala parti minn arranġamenti ta' kooperazzjoni konklużi ma' pajjiżi terzi jew l-awtoritajiet tagħhom bis-saħħa tal-Artikoli 172(4)(e) jew 260(5)(e) mingħajr il-qbil espress tal-awtoritajiet li jkunu żvelawha u, fejn xieraq, biss għall-iskopijiet li dawk l-awtoritajiet qablu dwarhom.

(q)

Fl-Artikolu 308b(15), fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-kliem “23 ta' Mejju 2014” għandhom jaqraw “id-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru …/… ta' … [din id-deċiżjoni]”.”.

2.

L-inċiż li ġej qed jiżdied fil-punti 29b (id-Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill), 31eb (ir-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) u 31i (ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“—

32014 L 0051: Id-Direttiva 2014/51/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 (ĠU L 153, 22.5.2014, p. 1).”

3.

Dan li ġej jiżdied fil-punt 31h (ir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“, kif emendat permezz ta':

32014 L 0051: Id-Direttiva 2014/51/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 (ĠU L 153, 22.5.2014, p. 1).”

Artikolu 2

It-test tad-Direttiva 2014/51/UE bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li għandu jiġi ppubblikat fis-Suppliment ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fi […], dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Is-Segretarji għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE


(1)  ĠU L 153, 22.5.2014, p. 1.

(*1)  [Ma huma indikati ebda rekwiżiti kostituzzjonali.] [Huma indikati rekwiżiti kostituzzjonali.]