23.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 298/17


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1840

tal-10 ta' Awwissu 2018

dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.33229 (2018/N-4) (ex 2017/C-3) — Emenda tal-impenji ta' ristrutturar ta' Nova Ljubljanska Banka d.d.

(notifikata bid-dokument C(2018) 5537)

(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 108(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea u, b'mod partikolari, l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,

Wara li talbet lill-partijiet interessati sabiex jissottomettu l-kummenti tagħhom skont id-dispożizzjoni(jiet) (1) iċċitata/i hawn fuq u wara li kkunsidrat il-kummenti tagħhom,

Billi:

1.   PROĊEDURA

(1)

Bid-deċiżjoni tas-7 ta' Marzu 2011 (“l-ewwel deċiżjoni ta' salvataġġ”) (2), il-Kummissjoni awtorizzat għal perjodu ta sitt xhur, abbażi ta' sottomissjoni ta' pjan ta' ristrutturar, ir-rikapitalizzazzjoni mill-Istat ta' EUR 250 miljun ta' Nova Ljubljanska Banka d.d. (“NLB”) li s-Slovenja kienet innotifikat lill-Kummissjoni fl-14 ta' Jannar 2011.

(2)

Permezz tad-Deċiżjoni tat-2 ta' Lulju 2012 (3) (“it-tieni deċiżjoni ta' salvataġġ u ta' ftuħ”), il-Kummissjoni approvat it-tieni rikapitalizzazzjoni ta' salvataġġ ta' NLB, filwaqt li fl-istess ħin fetħet investigazzjoni fil-fond abbażi ta' tħassib fir-rigward tal-pjan ta' ristrutturar sottomess. Il-Kummissjoni kellha d-dubji tagħha jekk il-pjan ippermettiex lil NLB li jirritorna għall-vijabbiltà, filwaqt li qieset ukoll il-pjan bħala insuffiċjenti f'termini ta' qsim tal-piżijiet u fir-rigward tal-adegwatezza tal-miżuri li jindirizzaw distorsjonijiet bla bżonn tal-kompetizzjoni.

(3)

Permezz ta' Deċiżjoni 2014/535/UE (“id-Deċiżjoni tal-2013”) (4), il-Kummissjoni approvat għajnuna mill-Istat lil NLB abbażi ta' pjan ta' ristrutturar emendat u lista ta' impenji ppreżentati mis-Slovenja, li waħda minnhom kien tobbliga lis-Slovenja li tbigħ 75 % nieqes sehem wieħed (“75 % – 1”) f'NLB sal-31 ta' Diċembru 2017 jew, alternattivament, li NLB tiddivesti sitt sussidjarji barranin stabbiliti fil-Balkani.

(4)

Fit-13 ta' April 2017, is-Slovenja talbet lill-Kummissjoni biex tawtorizza dewmien tat-tieni porzjon ta' ishma ta' NLB li jirrappreżenta sal-aktar 25 % mill-ishma nieqes sehem wieħed (“25 % – 1”) f'NLB u hija nnotifikat lill-Kummissjoni dwar l-impenji emendati. Fil-11 ta' Mejju 2017, il-Kummissjoni kkonkludiet li dawk l-impenji emendati komplew jiżguraw il-kompatibbiltà tal-għajnuna favur NLB mas-suq intern (“id-Deċiżjoni ta' emenda tal-2017”) (5).

(5)

Fit-8 ta' Ġunju 2017 (6), l-awtoritajiet Sloveni ddeċidew li jissospendu l-proċess tal-bejgħ ta' NLB u fid-9 ta' Ġunju 2017, il-Ministru tal-Finanzi Sloven informa lill-Kummissjoni dwar dik id-deċiżjoni permezz tat-telefon.

(6)

Fil-ħarifa tal-2017, saru bosta kuntatti bejn il-Kummissjoni u s-Slovenja. Is-Slovenja kkondividiet ukoll numru ta' dokumenti informali mal-Kummissjoni (7). Fil-21 ta' Diċembru 2017, is-Slovenja nnotifikat formalment lill-Kummissjoni dwar iktar impenji emendati.

(7)

Permezz ta' ittra datata s-26 ta' Jannar 2018 (“id-Deċiżjoni tal-ftuħ tal-2018”), il-Kummissjoni infurmat lill-awtoritajiet Sloveni bid-deċiżjoni tagħha biex tibda l-proċedura stipulata fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 108(2) tat-TFUE fir-rigward ta' talba li tikkonferma l-kompatibbiltà tal-għajnuna mogħtija lil NLB fuq il-bażi ta' iktar impenji emendati.

(8)

Fit-2 ta' Marzu 2018, is-Slovenja ressqet il-kummenti tagħha dwar id-deċiżjoni ta' ftuħ tal-2018.

(9)

Fis-6 ta' April 2018, id-Deċiżjoni ta' ftuħ tal-2018 ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-partijiet interessati ntalbu jissottomettu l-kummenti tagħhom. Fi żmien perjodu ta' xahar wara dik il-pubblikazzjoni, il-Kummissjoni rċeviet kummenti minn erba' partijiet, li ġew mgħoddija lill-awtoritajiet Sloveni, fis-16 u t-18 ta' Mejju 2018. Fil-15 ta' Ġunju 2018, is-Slovenja b'risposta ppreżentat l-osservazzjonijiet tagħha dwar dawk il-kummenti.

(10)

Fis-26 ta' Marzu 2018, l-4 ta' April 2018, it-30 ta' Mejju 2018, il-21 ta' Ġunju 2018, id-29 ta' Ġunju 2018 u d-9 ta' Lulju 2018 is-Slovenja ppreżentat dokumenti informali ġodda, li jinkludu serje ta' gruppi proposti ta' impenji.

(11)

Permezz ta' ittra datata t-13 ta' Lulju 2018, is-Slovenja ppreżentat lill-Kummissjoni sett ġdid ta' impenji ta' għajnuna mill-Istat impenji (“l-impenji emendati”), fost oħrajn bi skadenzi ġodda għall-bejgħ ta' 75 % – 1 tal-ishma f'NLB. Għal raġunijiet ta' ċertezza legali, is-Slovenja nnotifikat ukoll miżura proposta fil-25 ta' Lulju 2018, bħala miżura tal-ebda għajnuna, li taħtha s-Slovenja se tikkumpensa lil NLB kontra kwalunkwe konsegwenza potenzjali ta' kawżi tal-qorti marbuta ma' depożiti ta' munita barranija li hija kwistjoni storika li tmur lura għal qabel ma nqasmet il-Jugoslavja.

(12)

Permezz ta' ittra datata s-16 ta' Lulju 2018, is-Slovenja qablet b'mod eċċezzjonali li tirrinunzja d-drittijiet tagħha skont l-Artikolu 342 TFUE (8) flimkien mal-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 1 (9) u li d-deċiżjoni preżenti tiġi adottata u nnotifikata bl-Ingliż.

2.   DESKRIZZJONI TAL-MIŻURA TA' GĦAJNUNA

2.1.   Deskrizzjoni tal-benefiċjarju

(13)

NLB huwa l-akbar bank fis-Slovenja b'sehem mis-suq ta' 23 % (ikkalkulata b'referenza għall-assi totali tiegħu) (10). Deskrizzjoni aktar dettaljata ta' NLB tinstab fil-premessi 11 sa 22 tad-Deċiżjoni tal-2013. F'termini ta' struttura tal-azzjonisti tiegħu, minn mindu saru r-rikapitalizzazzjonijiet tal-2012 u l-2013, NLB huwa 100 % kumpanija proprjetà tal-Istat (11).

(14)

Anki bħala riżultat tal-għajnuna mill-Istat li rċieva NLB, NLB kellu ekwità ewlenija ta' proporzjona ta' Tier 1 ta' 16,6 % fi tmiem Marzu tal-2018. NLB tejjeb ukoll il-profittabbiltà tiegħu u fi tmiem l-2017 rrapporta profit nett ta' EUR 225 miljun, li jikkorrispondi għal redditu fuq l-ekwità ta' 14,4 %. It-tabella 1 fiha dettalji dwar l-informazzjoni (12) finanzjarja ewlenija ta' NLB:

Tabella 1

Informazzjoni finanzjarja konsolidata ewlenija ta' NLB:

 

31.3.2018

31.12.2017

31.12.2016

Assi totali (f'EUR miljuni)

12 425

12 238

12 039

Assi Ppeżati għar-Riskju (f'EUR miljuni)

8 634

8 547  (13)

7 862

Profitt nett wara t-taxxa (f'miljuni ta' EUR)

58

225

110

Self improduttiv/self totali (f'%)

8,8

9,2

13,8

Proporzjon ta' Ekwità Prinċipali tal-Livell 1 (f'%)

16,6

15,9

17,0

Il-proporzjon ta' self għal depożiti (f'%)

69,8

70,8

74,2

Redditu fuq l-Ekwità (f'%)

13,5

14,4

7,4

(15)

F'termini tal-preżenza kummerċjali tiegħu, NLB attwalment għandu 108 post kummerċjali fis-Slovenja (fi tmiem Marzu tal-2018), tnaqqis minn 143 post fl-2013. Barra mis-Slovenja, NLB għandu sussidjarji barranin f'għadd ta' pajjiżi Balkani, li jirrappreżentaw b'kollox EUR 3 800 miljun f'assi u EUR 95 miljun fi profitt wara t-taxxa (14) (ċifri ta' tmiem l-2017). It-tabella 2 fiha aktar informazzjoni dwar is-sussidjarji tal-Balkani ta' NLB:

Tabella 2

Informazzjoni finanzjarja ewlenija tas-sussidjarji tal-Balkani ta' NLB

 

L-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja

Il-Bożnja sussidjarja 1

Il-Bożnja sussidjarja 2

Il-Kosovo

Il-Montenegro

Is-Serbja

Is-sehem ta' NLB (f'%)

87

100

97

81

100

100

Is-sehem tas-suq (f'%)

16,4

18,9

5,3

15,7

11,0

1,2

Il-Profitt wara t-taxxa (f'miljuni ta' EUR)

40

23,7

8,3

14,2

5,4

3,7

Assi totali (f'EUR miljuni)

1 236

670

531

584

457

371

(16)

NLB għadu jipposjedi 50 % tal-ishma fil-kumpanija tal-assigurazzjoni NLB Vita d.d., Ljubljana (“NLB Vita”), li hija impriża konġunta ma' Belgian KBC Group NV. Fi tmiem l-2017, NLB Vita rrapportat assi totali ta' EUR 446 miljun (15) u EUR 7 miljun fi profitt wara t-taxxa għal dik is-sena.

(17)

Fil-31 ta' Diċembru 2017, NLB beda l-proċess biex jillikwida s-sussidjarja tiegħu ta' lokazzjoni f'Ljubljana (16). Fid-29 ta' Novembru 2017 (17), il-Bord Superviżorju ta' NLB approva t-twaqqif ta' kumpanija għal servizzi ta' lokazzjoni ġdida, li tiffoka fuq il-kiri tal-vetturi, b'kapital inizjali mħallas ta' EUR 1,5 miljun. Fi' Frar 2018, NLB ma kompliex il-proċess tat-twaqqif tal-kumpanija lokatriċi ġdida.

2.2.   Miżura ta' għajnuna mill-Istat favur NLB

(18)

Permezz tad-Deċiżjoni tal-2013 u abbażi tal-impenji ppreżentati mis-Slovenja, il-Kummissjoni ddikjarat li l-miżuri ta' għajnuna mill-Istat favur NLB huma kompatibbli mas-suq intern:

(a)

l-ewwel rikapitalizzazzjoni ta' EUR 250 miljun, approvata temporanjament fl-ewwel deċiżjoni ta' salvataġġ;

(b)

it-tieni rikapitalizzazzjoni ta' EUR 383 miljun, approvata temporanjament fit-tieni deċiżjoni ta' salvataġġ u d-deċiżjoni ta' ftuħ.

(c)

it-tielet rikapitalizzazzjoni ta' EUR 1 558 miljun; kif ukoll

(d)

it-trasferiment ta' assi indeboliti lil bank tal-assi ħżiena tal-Istat b'element ta' għajnuna ta' EUR 130 miljun (18).

B'kollox, NLB irċieva miżuri ta' għajnuna mill-Istat ta' EUR 2 321 miljun, ekwivalenti għal 20 % tal-assi peżati għar-riskju tiegħu sa Diċembru 2012.

(19)

L-impenji ppreżentati bħala parti mid-Deċiżjoni tal-2013 u d-Deċiżjoni ta' emenda tal-2017 huma deskritti f'aktar dettall fit-Taqsimiet 2.3 u 2.4 tad-Deċiżjoni ta' ftuħ tal-2018. Rigward il-bejgħ ta' 75 % – 1 tal-ishma f'NLB, is-Slovenja impenjat ruħha, fil-kuntest ta' Deċiżjoni ta' emenda tal-2017, għal dan li ġej (“l-impenn ta' bejgħ”):

“… [tnaqqis tal-parteċipazzjoni azzjonarja tal-Istat u sussidjarji bankarji barranin]

Is-Slovenja se tnaqqas il-parteċipazzjoni azzjonarja tagħha f'NLB għal 25 % u sehem wieħed (“Imblukkar ta' Minoranza”) kif ġej:

(a)

b'mill-inqas 50 % sal-31 ta' Diċembru 2017.

Jekk is-Slovenja ma daħlitx fi (a) ftehim(iet) vinkolanti ta' bejgħ u xiri għall-bejgħ tal-ishma tagħha f'NLB b'mill-inqas 50 %, is-Slovenja u NLB għandhom jagħtu mandat esklussiv lill-Fiduċjarju taċ-Ċessjoni biex tbigħ il-parteċipazzjonijiet ta' NLB fis-sussidjarji bankarji (Balkani barranin tiegħu) għal prezz minimu ta' mhux inqas minn 75 % tal-valur kontabilistiku.

(b)

wara li tkun biegħet mill-inqas 50 % tal-parteċipazzjoni azzjonarja tagħha f'NLB skont is-subparagrafu 14(a), is-Slovenja se tnaqqas l-ishma tagħha ulterjorment għall-Minoranza li timblokka sal-31 ta' Diċembru 2018.

Jekk is-Slovenja ma tkunx daħlet fi (a) ftehim(iet) vinkolanti ta' bejgħ u xiri għall-bejgħ tal-ishma tagħha f'NLB li jaqbżu l-Minoranza li timblokka sal-31 ta' Diċembru 2018, is-Slovenja għandha tagħti lill-Fiduċjarju taċ-Ċessjoni (maħtur skont il-paragrafu 19) mandat esklussiv biex inaqqas il-parteċipazzjoni azzjonarja tas-Slovenja f'NLB għal Minoranza li timblokka għall- […] (*1)

(*1)  Koperti mill-obbligu tas-segretezza professjonali”"

(20)

Il-proċessur ta' bejgħ interrott huwa deskritt fid-dettall fit-Taqsima 2.5 tad-Deċiżjoni ta' ftuħ tal-2018.

2.3.   Raġunijiet għall-bidu tal-proċedura

(21)

Fid-Deċiżjoni tal-ftuħ tal-2018, il-Kummissjoni fetħet investigazzjoni formali wara li kien deher ċar li s-Slovenja kienet kisret il-limitu taż-żmien stabbilit fl-impenn tal-bejgħ (deskritt fil-premessa 19). Il-Kummissjoni kkonkludiet li, b'riżultat ta' dan, l-għajnuna mogħtija lil NLB mis-Slovenja kienet saret illegali.

(22)

Rigward l-impenji emendati innotifikata fil-21 ta' Diċembru 2017, il-Kummissjoni esprimiet dubji li dawk kienu ekwivalenti għall-impenji sottostanti għad-Deċiżjoni tal-2013 u d-Deċiżjoni ta' emenda tal-2017. Il-Kummissjoni kellha dubji dwar jekk il-miżuri ta' għajnuna kinux kompatibbli mas-suq intern fuq il-bażi ta' dawk l-impenji emendati.

(23)

Fir-rigward tal-vijabbiltà ta' NLB, il-Kummissjoni fakkret li d-diffikultajiet esperjenzati minn NLB fl-2012 u l-2013 relatati mal-influwenza tal-Istat fuq l-operazzjonijiet ta' kuljum tiegħu, u li l-analiżi ta' vijabbiltà ta' NLB bħala parti mid-Deċiżjoni tal-2013 kien essenzjalment ibbażat fuq bidla fis-sjieda ta' NLB. Fid-Deċiżjoni tal-ftuħ tal-2018, il-Kummissjoni qajmet dubji serji dwar il-vijabilità fit-tul ta' NLB mingħajr tali bidla fis-sjieda.

(24)

Fid-Deċiżjoni tal-ftuħ tal-2018, il-Kummissjoni waslet għall-konklużjoni preliminari li d-dewmien fil-bejgħ ta' NLB de facto tawwal il-perjodu tar-ristrutturar tiegħu. Il-Kummissjoni spjegat li dan loġikament implika li l-impenji marbuta mal-perjodu ta' ristrutturar kienu jkun daqstant estiż sakemm il-bejgħ ta' 75 % – 1 tal-ishma f'NLB kien għadu ma ġiex iffinalizzat.

(25)

Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni esprimiet dubji dwar jekk l-impenji emendati humiex se jikkumpensaw biżżejjed għad-dewmien fil-proċessur ta' bejgħ.

3.   KUMMENTI MINN PARTIJIET INTERESSATI DWAR ID-DEĊIŻJONI TAL-FTUĦ TAL-2018 U L-OSSERVAZZJONIJIET RELATATI MINGĦAND L-AWTORITAJIET SLOVENI

(26)

Din it-taqsima tiddeskrivi l-kummenti li waslul dwar id-Deċiżjoni tal-ftuħ tal-2018 u l-osservazzjonijiet tal-awtoritajiet Sloveni għal dawk il-kummenti.

3.1.   Kummenti minn partijiet interessati għad-Deċiżjoni tal-ftuħ tal-2018

(27)

Il-Kummissjoni rċeviet kummenti mill-erba' partijiet interessati li ġejjin:

(a)

l-ewwel parti, li kienet individwu li preċedentement kellu ishma f'NLB, argumenta li jekk ma tiġix permessa estensjoni ulterjuri għall-iskadenza tal-bejgħ ta' NLB dan ikun inkonsistenti mal-prattika tal-każijiet tal-Kummissjoni (19). L-ewwel parti argumentat li l-Kummissjoni għandha timminimizza l-ispejjeż għall-kontribwenti tat-taxxa biex issalva l-banek u li estensjoni taż-żmien sal-2019 mhux biss tkun fl-interess tas-Slovenja u tal-kontribwenti tat-taxxa tagħha, iżda wkoll fl-interess tal-Kummissjoni;

(b)

it-tieni parti, li tinkludi assoċjazzjoni ta' ċittadini kkonċernati dwar il-funzjonament tal-istituzzjonijiet Sloveni, kienet tal-fehma li l-miżuri approvati fid-Deċiżjoni tal-2013 ma fixklux il-kompetizzjoni fis-suq intern u għalhekk ma kinux għajnuna mill-Istat. Hija sostniet li anki fejn il-miżuri ġew meqjusa bħala li jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat, fi kwalunkwe każ ikunu għajnuna kompatibbli minħabba r-rikapitalizzazzjoni interna tal-2013 skont id-Deċiżjoni tal-2013. Barra minn hekk, it-tieni parti qieset li, bl-eċċezzjoni ta' impenn ta' governanza korporattiva, l-NLB kien implimenta l-impenji kollha tad-Deċiżjoni tal-2013. It-tieni parti rreferiet ukoll għal-livell għoli ta' profitt ta' NLB u sostniet li operazzjonijiet ta' NLB kienu saru kompletament indipendenti mill-awtoritajiet Sloveni. Hija sostniet li kwalunkwe impenji addizzjonali se jfixklu l-prospetti tal-vijabbiltà fit-tul ta' NLB. It-tieni parti nnutat li NLB ma kienx l-uniku bank Sloven li esperjenza diffikultajiet finanzjarji u li l-preżenza ta' KBC bħala azzjonist ta' NLB f'dak iż-żmien ma kinitx għenet lil NLB jevita l-problemi finanzjarji tiegħu. Għalhekk, it-tieni parti kkonkludiet li bidla fl-istruttura tas-sjieda ta' NLB ma kinitx kundizzjoni neċessarja għall-vijabbiltà tiegħu. It-tieni parti kkonkludiet ukoll li l-impenji għandhom ikunu adattati sabiex jittieħed kont ta' bidliet fis-sitwazzjoni ekonomika u politika fl-Istati Membri u fl-Unjoni. Bħala konklużjoni, it-tieni parti argumentat li l-Kummissjoni għandha tqis ukoll il-fatt li s-Slovenja kienet għaddejja minn kriżi finanzjarja ħarxa meta ddeċidiet li tagħti għajnuna mill-Istat lil NLB u meta ġew sottomessi l-impenji;

(c)

it-tielet parti, li kienet ċittadin Sloven, argumentat li l-Kummissjoni kienet kisret il-prinċipju ta' ugwaljanza fit-trattament meta adottat id-Deċiżjoni tal-2013. It-tielet parti ukoll qieset it-trattament ta' NLB mill-Kummissjoni bħala li ma kellux bażi legali soda;

(d)

ir-raba' parti, li kienet detentur tad-depożitu ta' fergħa barranija ta' Ljubljanska Banka d.d., prinċipalment ikkummentat dwar l-eżekuzzjoni ta' sentenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (20) u rreferiet għal dik il-parti tas-sentenza relatata ma' ħlas lura ta' depożitu f'munita barranija.

3.2.   Osservazzjonijiet tas-Slovenja dwar il-kummenti dwar id-Deċiżjoni tal-ftuħ tal-2018 mill-partijiet interessati

(28)

Fit-tweġiba tagħha tal-15 ta' Ġunju 2018 għall-kummenti li waslu dwar id-Deċiżjoni tal-ftuħ tal-2018, is-Slovenja qieset li l-biċċa l-kbira tal-kummenti li jirrigwardaw deċiżjonijiet eqdem tal-awtoritajiet Sloveni u d-Deċiżjoni tal-2013. Is-Slovenja ssottolineat li, fl-2013, hija mhux biss aġixxiet bħala sid responsabbli ta' NLB, iżda aġixxiet ukoll sabiex tiġi protetta l-istabbiltà finanzjarja tal-pajjiż. Is-Slovenja ddikjarat li hija kienet aġixxiet bil-kura dovuta u bl-intenzjoni li tillimita r-riskju ta' tfixkil sistematiku għal dak minimu.

(29)

Rigward il-kummenti dwar litigazzjoni ta' depożiti ta' munita barranija, kif deskritt fil-punt (d) tal-premessa 27, is-Slovenja qieset li dawk il-kummenti ma kinux is-suġġett tad-Deċiżjoni ta' ftuħ tal-2018.

(30)

Rigward l-argument li kwalunkwe miżuri addizzjonali ikunu biss qed ifixklu l-prospetti tal-vijabbiltà fit-tul ta' NLB, is-Slovenja qieset li l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-impenji għandhom ikunu bbażati fuq il-valutazzjoni tagħha inklużi fid-Deċiżjoni tal-2013, jiġifieri li l-impenn tal-bejgħ jimpedixxi l-influwenza tal-Istat f'NLB bħala proprjetarju. Is-Slovenja tqis li miżuri kompensatorji addizzjonali ta' natura kummerċjali mhux se jikkontribwixxu għal dak l-objettiv.

(31)

Is-Slovenja indikat li bħalissa mhujiex involuta fl-operazzjonijiet kwotidjani ta' NLB.

4.   KUMMENTI MIS-SLOVENJA

(32)

Bi tweġiba għad-Deċiżjoni tal-ftuħ tal-2018, is-Slovenja esprimiet il-fehma li l-miżuri ta' għajnuna mogħtija lil NLB se jkomplu jkunu kompatibbli mas-suq intern fuq il-bażi tal-impenji emendati ippreżentati mis-Slovenja fil-21 ta' Diċembru 2017. Is-Slovenja enfasizzat li l-vijabbiltà ta' NLB bħala l-benefiċjarju tal-għajnuna se tibqa' assigurata u li b'mod ġenerali serje ta' impenji jibqgħu ekwivalenti f'termini ta' qsim tal-piżijiet u miżuri ta' kumpens.

(33)

Skont is-Slovenja, sabiex jikkonforma mal-impenji sottomessi bħala parti mid-Deċiżjoni tal-2013, l-NLB implimenta numru ta' miżuri bl-objettivi li ġejjin:

(a)

li jissaħħaħ il-qafas ta' governanza korporattiva ta' NLB;

(b)

li jissaħħu l-politiki tal-ipprezzar ta' NLB u l-qafas tal-ġestjoni tar-riskju;

(c)

li jiġi bbilanċjat mill-ġdid in-negozju ta' NLB lejn attivitajiet inqas riskjużi;

(d)

li tissewwa l-istruttura tal-karta tal-bilanċ ta' NLB; kif ukoll

(e)

li terġa' tinkiseb il-profittabilità fit-tul ta' NLB.

(34)

Bħala riżultat ta' dawk il-miżuri, is-Slovenja qieset li NLB kien irritorna għall-vijabbiltà fit-tul, peress li jista' jkopri l-ispejjeż kollha tiegħu u jkomplu jaqilgħu redditu xieraq fuq l-ekwità.

(35)

Is-Slovenja rrikonoxxiet li l-punt 15 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar (21) espliċitament għamlet kundizzjoni li l-perjodu ta' ristrutturar għandu jkun qasir kemm jista' jkun. Is-Slovenja enfasizzat madankollu li l-implimentazzjoni mdewma tal-impenn ta' bejgħ kienet relatata ma' litigazzjoni tad-depożiti tal-munita barranija kontra NLB fil-Kroazja (22) li hija kkunsidrata li hija barra mill-kontroll tas-Slovenja. Għall-ġejjieni, is-Slovenja indikat li ser tfassal skeda ta' żmien kredibbli għall-bejgħ ta' 75 % – 1 ta' ishma f'NLB sa tmiem l-2019, b'parti kbira għandhom jinbiegħu diġà fl-2018.

(36)

Is-Slovenja aċċettat li l-impenji eżistenti li kienu relatati ma' governanza korporattiva soda tal-NLB għandhom jiġu estiżi, iżda argumentat ukoll li l-ħtieġa li jiġu estiżi l-impenji eżistenti li kienu relatati ma' distorsjonijiet bla bżonn tal-kompetizzjoni għandhom ikunu bbażati fuq valutazzjoni ta' każ b'każ. Din l-analiżi għandha tqis il-kundizzjonijiet ġodda tas-suq mill-2013. Barra minn dan, is-Slovenja ressqet l-argument li kwalunkwe impenji m'għandhomx jimpedixxu l-vijabilità ta' NLB iżda pjuttost għandhom jgħinu biex din tiġi restawrata. F'dan ir-rigward, is-Slovenja qieset li l-impenn ta' divestiment tas-sussidjarji tal-Balkani jekk il-bejgħ tas-sehem tagħha f'NLB ma jsirx fiż-żmien, li s-Slovenja għamlet fil-kuntest tad-deċiżjoni tal-2013, mhux bħala miżura ta' kumpens, peress li mhix maħsuba biex tirrimedja distorsjoni tas-suq u ma tgħinx jew tippromwovi għall-vijabilità ta' NLB.

(37)

Fir-rigward tal-osservazzjoni tal-Kummissjoni li NLB għadu ma ħariġx dejn subordinat ġdid (23), is-Slovenja indikat li waħda mis-sussidjarji barranin ta' NLB (NLB Banka Skopje) kienet biegħet d-dejn subordinat ġdid ta' EUR 10 miljun f'Ġunju 2015 lil […]. Barra minn hekk, is-Slovenja ssottolinjat li NLB kien issodisfa r-rekwiżiti kapitali regolatorji kollha tiegħu u kompla jkollu livelli eċċessivi ta' kapital u jiflaħ sitwazzjoni ta' stress potenzjali. Għalhekk, is-Slovenja qieset li jekk tikkommetti lil NLB li joħroġ strumenti subordinati addizzjonali, dan mhux se jikkontribwixxi għall-vijabbiltà fit-tul tiegħu, anke fid-dawl ta' livell eċċessiv ta' likwidità.

(38)

Fir-rigward tal-osservazzjoni tal-Kummissjoni li NLB kien għad kellu livell għoli ta' self improduttiv (24), is-Slovenja argumentat li l-vijabilità fit-tul ta' NLB ma tistax tiġi ddubitata biss abbażi ta' dan l-argument. Barra minn hekk, is-Slovenja ssottolinjat li NLB naqqas b'mod sinifikanti l-ktieb tas-self improduttiv tiegħu minn Diċembru 2013 (b'70 %) bħala riżultat ta' proċessi ta' ġestjoni tar-riskju mtejba.

(39)

Rigward il-valutazzjoni tal-Kummissjoni li s-Slovenja ma kinitx uriet b'mod konvinċenti li hija kienet effettivament indirizzat il-problemi tal-governanza korporattiva ta' NLB (25), is-Slovenja argumentat li din id-dikjarazzjoni ma kinitx tirrifletti b'mod eżatt il-kisbiet ta' NLB f'dan il-qasam. Is-Slovenja qieset li għal iżjed minn ħames snin, l-operat ta' kuljum ta' NLB kien immexxi minn tim ta' ġestjoni internazzjonali b'rekord u esperjenza rilevanti, li kien kompletament indipendenti mill-Istat Sloven. Is-Slovenja indikat ukoll il-miżuri segwenti, li ttieħdu biex juru kif l-istruttura tal-governanza korporattiva ta' NLB ttejbet ferm:

(a)

Is-Slovenja ħolqot is-Slovenian Sovereign Holding (“SSH”) biex timmaniġġja kif xieraq l-assi kollha tal-Istat.

(b)

L-Att Sovran Sloven ġie adottat mil-leġiżlatura Slovena u jistabbilixxi kriterji tal-għażla għall-ħatra ta' membri tal-Bord Superviżorju tal-SSH.

(c)

L-NLB implimenta s-sistema governattiva koporattiva fuq żewġ pilastri li fiha l-Bord ta' Tmexxija huwa responsabbli għall-operat ta' kuljum tiegħu u li fiha huwa ssorveljat mill-Bord Superviżorju.

(40)

Is-Slovenja indikat li n-nuqqas ta' konformità tagħha mal-iskadenza tal-impenn ta' bejgħ ma influwenzax l-ammont tal-għajnuna mill-Istat mogħtija favur NLB, u lanqas il-kundizzjonijiet u ċ-ċirkostanzi li fihom ingħatat l-għajnuna jew il-kontribuzzjoni proprji ta' NLB u l-kondiviżjoni tal-piżijiet. F'dan il-kuntest, is-Slovenja qieset li n-nuqqas ta' konformità tagħha mal-impenn ta' bejgħ m'għandux ikollu impatt fuq il-miżuri meħtieġa biex jillimitaw id-distorsjonijiet bla bżonn tal-kompetizzjoni fis-suq intern.

(41)

Is-Slovenja qieset ukoll li d-Deċiżjoni tal-2013 u l-impenji tagħha kienu relatati biss mal-miżuri ta' għajnuna mill-Istat mogħtija fl-2013 u argumentat li l-aħħar żewġ rikapitalizzazzjonijiet tal-Istat kienu diġà awtorizzati mill-Kummissjoni fid-deċiżjonijiet tagħha tas-7 ta' Marzu 2011 u tat-2 ta' Lulju 2012 rispettivament.

(42)

Is-Slovenja qieset ukoll li kwalunkwe miżuri ta' vijabbiltà addizzjonali, miżuri ta' kondiviżjoni tal-piżijiet jew miżuri biex jillimitaw distorsjonijiet żejda tal-kompetizzjoni fis-suq intern ma jkunux meħtieġa jew xierqa. Dawn il-miżuri ulterjuri, skont is-Slovenja, jiksru l-prinċipju ta' tal-proporzjonalità li huwa prinċipju fundamentali tal-Unjoni u jikkontradixxu l-prattika tal-każistika tal-Kummissjoni.

(43)

Is-Slovenja kkonfermat li biħsiebha wkoll iddaħħal fis-seħħ mekkaniżmu, li għandu jiġi ffinanzjat mill-hekk imsejjaħ Fond ta' Suċċessjoni (26), sabiex jikkumpensa lil NLB mill-konsegwenzi legali relatati mil-litigazzjoni li għaddejja mal-Kroazja (27). Għal dan il-għan, is-Slovenja adottat Att biex tipproteġi l-valur tal-investiment kapitali f'NLB tar-Repubblika tas-Slovenja (28). Fis-sottomissjoni tagħha tal-25 ta' Lulju 2018, is-Slovenja indikat li hija kienet ser tkompli l-isforzi biex jiġu newtralizzati jew jitnaqqsu kemm jista' jkun il-konsegwenzi finanzjarji għal NLB sabiex jiġi kkompletat b'suċċess il-bejgħ ta' 75 % – 1 tal-ishma f'NLB b'mod li jiġi massimizzat il-valur għal min iħallas it-taxxa fis-Slovenja. Is-Slovenja tikkunsidra li dan il-mekkaniżmu jista' jtaffi l-impatt ta' litigazzjoni Kroata fuq il-prezz tal-bejgħ ta' NLB, se jiġi implimentat fil-kuntest tal-proċess ta' bejgħ u għalhekk ma jikkostitwixxix għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107 TFUE.

(44)

Is-Slovenja inkludiet fis-sottomissjoni tagħha informazzjoni addizzjonali permezz ta' rapport imħejji mill-konsulent finanzjarju tagħha biex juri li l-mekkaniżmu ta' kumpens biex jipproteġi kontra l-konsegwenzi tal-litigazzjoni li għaddejja kienu jiġu offruti wkoll minn bejjiegħ privat. Ir-rapport jinkludi evalwazzjoni indikattiva tal-probabbiltà ta' suċċess għall-bejgħ tas-sehem f'NLB bbażat fuq żewġ xenarji fir-rigward tal-litigazzjoni fuq depożiti barranin Kroata: xenarju wieħed jinkludi l-mekkaniżmu (b'pagamenti potenzjali taħt il-mekkaniżmu fi stadju aktar tard) u xenarju ieħor mingħajr mekkaniżmu bħal dan. Essenzjalment, ir-rapport indika, abbażi tad-deċiżjonijiet reċenti tal-Qorti fil-Kroazja, li l-investituri se jinkludu fil-prezz l-esponiment tal-litigazzjoni Kroata għal kważi 100 % tal-iskopertura massima. Barra minn hekk, il-BĊE fil-funzjoni superviżorja tiegħu imposta restrizzjonijiet fuq dividendi minħabba l-litigazzjoni li tinsab għaddejja (kunsens minn qabel tal-BĊE huwa meħtieġ għal pagamenti ta' dividendi potenzjali). Għalhekk, mingħajr il-mekkaniżmu l-NLB se jkun limitat fl-abbiltà tiegħu biex iħallas dividendi u probabbilment dan jista' jnaqqas l-għadd ta' investituri potenzjali. Ir-rapport ikkonkluda li l-effett ikkombinat ta' interess tal-investituri imnaqqas u r-riskju inkrimentali fuq flussi ta' flus ta' NLB (kemm bħala riżultat tal-litigazzjoni u l-posponiment ta' pagamenti ta' dividendi) jirriżulta f'li l-investituri jkunu jeħtieġu redditu ogħla ta' ekwità biex tiġi żgurata offerta pubblika inizjali kompletament abbonata (“IPO”). L-effett kombinat negattiv fuq il-prezz tal-bejgħ ta' obbligazzjoni ([…] (29)) u r-redditu ogħla fuq ir-rekwiżit tal-ekwità mill-għadd iżgħar ta' investituri ([…] (30)) jammonta għal […]. Ir-rapport ikkonkluda li din iċ-ċifra hija ogħla mill-istima tal-NLB tal-ammont nominali massimu f'riskju ta' […] li jirriżultaw mil-litigazzjoni. Għalhekk, ir-rapport jappoġġja l-fehma li t-twaqqif ta' mekkaniżmu ta' kumpens fir-rigward tal-litigazzjoni Kroata biex jappoġġja l-prezz tal-bejgħ ta' NLB se jwassal, fl-aħħar mill-aħħar, għal rikavati netti ogħla għas-Slovenja.

5.   IL-LISTA TAL-IMPENN AĠĠORNAT IPPREŻENTAT MIS-SLOVENJA

(45)

Fit-13 ta' Lulju 2018, l-awtoritajiet Sloveni ppreżentaw sett ġdid ta' impenji ta' għajnuna mill-Istat.

(46)

Is-Slovenja talbet sabiex temenda l-impenn tal-bejgħ billi pproponiet li tnaqqas is-sehem tagħha f'NLB għal Imblukkar Minoritarju kif ġej:

(1)

minn tal-inqas b'50 % u sehem wieħed (“50 % + 1”) sal-31 ta' Diċembru 2018

(2)

il-bqija tal-ishma li jaqbżu l-Imblukkar Minoritarju sal-31 ta' Diċembru 2019.

(47)

Fil-lista proposta tagħha ta' impenji emendati, is-Slovenja għamlet distinzjoni bejn ix-xenarji differenti possibbli b'rabta mal-bejgħ ta' 75 % – 1 tal-ishma f'NLB. F'dawk ix-xenarji differenti, japplikaw gruppi ta' impenji differenti (ara l-premessi 50 sa 52) u impenn ta' skadenzi differenti, kif deskritt fit-Tabella 3.

(48)

Is-Slovenja ssostni li fejn ma tkunx daħlet fi ftehim ta' bejgħ u xiri vinkolanti għall-bejgħ tal-parteċipazzjoni azzjonarja tagħha f'NLB skont l-impenn ta' bejgħ emendat u l-iskeda taż-żmien stipulata fil-premessa 46, is-Slovenja se tagħti mandat esklussiv lill-Fiduċjarju taċ-Ċessjoni biex jitnaqqas is-sehem tas-Slovenja f'NLB għal Imblukkar Minoritarju għal […].

(49)

F'każ ta' kundizzjonijiet tas-suq favorevoli, is-Slovenja ma teskludix il-possibbiltà li tbiegħ sehem ikbar minn 50 % + 1 sas-sehem kollu ta' 75 % – 1 sal-31 ta' Diċembru 2018.

(50)

Fir-rigward tal-impenji ppreżentati bħala parti mid-Deċiżjoni tal-2013, is-Slovenja tipproponi li temenda u testendi l-impenji eżistenti segwenti (“Impenji ta' Grupp 1”):

(a)

li jiġu allokati s-siġġijiet u d-drittijiet tal-vot fuq il-Bord Superviżorju u l-kumitati tiegħu lil esperti indipendenti skont il-paragrafu 9.6 tal-impenji tal-2013 emendati biss sal-punt li 100 % tas-siġġijiet se jiġu allokati lil esperti indipendenti (minflok tliet kwarti bħal qabel).

(b)

biex tiżgura li kull bank proprjetà tal-Istat jibqa' unità ekonomika separata b'setgħat ta' deċiżjoni indipendenti skont il-paragrafu 9.10 tal-impenji tal-2013.

(c)

li jiġi żgurat li kumpaniji li huma proprjetà tal-Istat Sloven bl-ebda mod ma jkunu trattati b'mod favorevoli iktar minn kumpaniji mhux proprjetà tal-Istat (nondiskriminazzjoni) f'konformità mal-paragrafu 11 tal-impenji tal-2013.

(d)

sabiex tikkonforma mal-projbizzjoni fuq l-akkwisti kif deskritt fil-paragrafu 12.4 tal-impenji tal-2013.

(51)

Barra minn hekk, impenji eżistenti oħra se jiġu estiżi sal-mument li s-Slovenja tkun naqqset is-sehem tagħha f'NLB għal Imblukkar Minoritarju (“Impenji ta' Grupp 2”):

(a)

L-impenn għat-Tnaqqis tal-Ispejjeż, paragrafu 2 tal-impenji tal-2013, emendat sal-punt biss li l-ispejjeż operattivi fil-livell tal-Grupp (esklużi kostijiet straordinarji ta' darba ta' natura mhux rikorrenti) jistgħu jammontaw għal massimu ta' EUR […] fuq bażi annwali.

(b)

L-impenn ta' Ċessjoni ta' sussidjarji mhux ewlenin mill-paragrafu 4 tal-impenji tal-2013, emendat sal-punt biss li NLB mhux se jerġa' jidħol fin-negozju u attivitajiet li huwa kellu jċedi.

(c)

L-impenn ta' Projbizzjonijiet ta' reklamar u strateġiji kummerċjali aggressivi mill-paragrafu 12.1 tal-impenji tal-2013.

(d)

L-impenn ta' Mekkaniżmu ta' ħlas lura tal-Kapital u projbizzjoni fuq dividendi mill-paragrafu 12.2 tal-impenji tal-2013 emendat biss sal-punt li abbażi tal-kontijiet tat-tmiem is-sena awditjati, NLB se jħallas lill-azzjonisti tiegħu mill-inqas l-ammont ta' introjtu nett tiegħu, suġġett għal-limitazzjonijiet imposti minn regolamenti Ewropej jew Sloveni u sakemm ċerti rekwiżiti kapitali minimi huma sodisfatti.

(e)

L-impenn tal-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ mill-paragrafu 18 tal-impenji tal-2013, li se jkompli japplika sa tmiem l-2019.

(f)

L-impenn tal-Fiduċjarju taċ-Ċessjoni mill-paragrafu 19 tal-impenji tal-2013.

(52)

Fir-rigward tal-impenn tar-Redditu fuq l-Ekwità (“RoE”) u l-impenji l-oħra tal-Ġestjoni tar-Riskju u l-Politiki tal-Kreditu skont il-paragrafi 10.1 sa 10.6 tal-impenji tal-2013, is-Slovenja tipproponi li testendi dan l-impenn sakemm mill-anqas 50 % + 1 tal-ishma f'NLB jinbiegħu u jiġu emendati biss sal-punt li l-ipprezzar għal self ġdid jitqies li huwa adegwat jekk is-self ġdid jikkontribwixxi biex tinkiseb RoE pożittiva qabel it-taxxa ta' […] jew fuq self individwali jew fuq kull relazzjoni klijentali. Madankollu, jekk is-Slovenja ma tkunx naqqset is-sehem tagħha f'NLB għal Imblukkar Minoritarju minn […], l-impenn tar-RoE ser jerġa' japplika minn […] sakemm is-Slovenja tkun naqqset il-parteċipazzjoni azzjonarja tagħha f'NLB sal-Imblukkar Minoritarju.

(53)

Is-Slovenja ssostni wkoll l-impenji addizzjonali li ġejjin, bħala miżuri ta' kumpens għad-dewmien tal-proċess tal-bejgħ (“Impenji ta' Grupp 3”):

(a)

NLB se joħroġ strument ta' Grad 2 mhux aktar tard minn […] lil investituri li huma indipendenti mis-Slovenja, ħlief fil-każ ta' distorsjoni qawwija tas-suq u soġġett għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni.

(b)

NLB se jagħlaq [10–20] fergħa fis-Slovenja minn […].

(54)

Barra minn hekk, is-Slovenja ssostni wkoll li fejn ma tkunx naqqset is-sehem tagħha f'NLB sal-Imblukkar Minoritarju sal-31 ta' Diċembru 2018, NLB se tbigħ is-sehem tagħha fis-sussidjarja tal-assigurazzjoni NLB Vita sa […].

Tabella 3

L-impenji u l-iskadenzi applikabbli f'xenarji differenti

Xenarju

Impenji ta' Grupp 1

Impenji ta' Grupp 2

Impenji ta' Grupp 3

NLB Vita

ROE (inkluż politiki għall-Ġestjoni tar-Riskju u politiki ta' kreditu)

Is-Slovenja tbigħ l-ishma ta' 75 % – 1 f'NLB sal-31.12.2018

Sal-31.12.2018 ħlief għall-impenn tal-projbizzjoni fuq l-akkwisti (sal-31.12.2019)

Sal-31.12.2018 ħlief għall-impenn tal-Fiduċjarju ta' Monitoraġġ (sal-31.12.2019)

Toħroġ strument ta' Grad 2 sa […]

Tagħlaq [10–20] fergħa sa […]

Mhux applikabbli

Sakemm isir il-bejgħ ta' mill-anqas 50 % + 1 tal-ishma f'NLB

Is-Slovenja tbigħ 50 % + 1 tal-ishma f'NLB sal-31.12.2018 u l-ishma li jifdal li jaqbżu Imblukkar Minoritarju sal-31.12.2019

Sa 31.12.2019

Sakemm isir il-bejgħ ta' 75 % – 1 f'NLB, ħlief l-impenn tal-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ (sal-31.12.2019).

Toħroġ strument ta' Grad 2 sa […]

Tagħlaq [10–20] fergħa sa […]

Bejgħ qabel […]

Sakemm isir il-bejgħ ta' mill-anqas 50 % + 1 tal-ishma f'NLB u minn […] sakemm isir il-bejgħ ta' 75 % – 1 tal-ishma f'NLB

Is-Slovenja tonqos milli tbigħ 50 % + 1 tal-ishma f'NLB sal-31.12.2018, il-Fiduċjarju taċ-Ċessjoni jbigħ is-sehem tas-Slovenja sal-Imblukkar Minoritarju.

Sal-31.12.2018, ħlief għall-impenn tal-projbizzjoni fuq l-akkwisti (sal-31.12.2019)

Sal-31.12.2018, ħlief għall-impenn tal-Fiduċjarju ta' Monitoraġġ (sal-31.12.2019)

Toħroġ strument ta' Grad 2 sa […]

Tagħlaq [10–20] fergħa sa […]

Bejgħ qabel […]

Sakemm isir il-bejgħ ta' mill-anqas 50 % + 1 tal-ishma f'NLB u minn […] sakemm isir il-bejgħ ta' 75 % – 1 tal-ishma f'NLB

Is-Slovenja tbigħ 50 % + 1 tal-ishma f'NLB sal-31.12.2018 iżda tonqos milli tbigħ l-ishma li jifdal li jaqbżu Imblukkar Minoritarju sal-31.12.2019

Sa 31.12.2019

Sakemm isir il-bejgħ ta' 75 % – 1 f'NLB, ħlief l-impenn tal-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ (sal-31.12.2019)

Toħroġ strument ta' Grad 2 sa […]

Tagħlaq [10–20] fergħa sa […]

Bejgħ qabel […]

Sakemm isir il-bejgħ ta' mill-anqas 50 % + 1 tal-ishma f'NLB u minn […] sakemm isir il-bejgħ ta' 75 % – 1 tal-ishma f'NLB

6.   VALUTAZZJONI TAL-MIŻURI

6.1.   L-eżistenza ta' għajnuna mill-Istat

(55)

Skont l-Artikolu 107(1) tat-TFUE, għajnuna mill-Istat hija kull għajnuna, ta' kwalunkwe forma, mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta' riżorsi tal-Istat, li twassal għal distorsjoni jew theddida ta' distorsjoni għall-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew ċerti produtturi, sa fejn tolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri.

(56)

Il-Kummissjoni diġà kkonkludiet fid-Deċiżjoni tal-2013 li l-miżuri deskritti fil-premessa 18 jammontaw għal għajnuna mill-Istat. Din il-valutazzjoni għadha ma nbidlitx (31).

(57)

Il-Kummissjoni se tivvaluta fil-premessi 58 sa 62 jekk il-kundizzjonijiet kumulattivi biex miżura titqies bħala għajnuna mill-Istat humiex sodisfatti għall-mekkaniżmu ta' kumpens deskritt fil-premessa 43 (“mekkaniżmu ta' kumpens”). Peress li l-kriterji tal-għajnuna mill-Istat huma ta' natura kumulattiva, miżura m'għandhiex titqies li tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat meta mill-inqas waħda mill-kriterji ta' għajnuna mill-Istat mhijiex sodisfatta.

(58)

Il-Kummissjoni se tivvaluta jekk il-mekkaniżmu ta' kumpens li s-Slovenja għandha l-intenzjoni li ddaħħal fis-seħh jagħtix vantaġġ lil NLB. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni se tapplika t-test tal-“operatur tal-ekonomija tas-suq” (OES), li jista' jiġi applikat għal tranżazzjonijiet ekonomiċi differenti. Il-Kummissjoni tosserva li l-mekkaniżmu ta' kumpens huwa pprovdut fil-kuntest ta' bejgħ tal-assi u għalhekk il-Kummissjoni trid tapplika “it-test tal-bejjiegħ privat”. Dan jinvolvi valutazzjoni mill-Kummissjoni jekk bejjiegħ privat ipotetiku kienx joffri l-istess mekkaniżmu ta' kumpens, bħala parti mill-istess proċess ta' bejgħ.

(59)

L-ewwel nett, il-Kummissjoni tosserva li l-mekkaniżmu ta' kumpens huwa relatat ma' kawżi fil-qorti li ilhom pendenti għal żmien twil u li għalihom l-investituri mhux neċessarjament għandhom esperjenza ta' valutazzjoni estensiva (32). Il-qrati Kroati reċentement qatgħuha kontra NLB u l-kwistjoni saret kwistjoni importanti għall-investituri (33). It-tilwima tmur lura għal qabel ma sfaxxat il-Jugoslavja u mhix marbuta mal-operazzjonijiet u l-attivitajiet reċenti ta' NLB. Il-fatt li t-talbiet jistgħu jwassal għall-possibilità li NLB jinżamm responsabbli in solidum u b'mod konġunt ma' Ljubljanska banka d.d. jikkumplika aktar it-talba ta' valutazzjoni, peress li huwa aktar diffiċli li jiġi vvalutat l-impatt ta' dik il-pretensjoni fuq NLB biss. Il-Kummissjoni tifhem li dawn id-diffikultajiet fil-valutazzjoni jistgħu jwasslu għal problemi ta' assimetrija ta' informazzjoni. Fid-dawl ta' dawn l-elementi, huwa komprensibbli li — fin-nuqqas ta' mekkaniżmu bħal dan — l-investituri jipprezzaw din il-kwistjoni minn perċezzjoni massimalista. Peress li l-investituri jikkalkolaw il-prezz fl-aktar xenarju negattiv possibbli, il-mekkaniżmu jippermetti lill-awtoritajiet Sloveni li jżommu n-naħa pożittiva sentenzi tal-qorti aktar favorevoli.

(60)

It-tieni nett, il-Kummissjoni tieħu nota tal-informazzjoni li tinsab fir-rapport ippreżentat mis-Slovenja li jinnota, ibbażat fuq feedback tal-investituri, li fin-nuqqas ta' tali mekkaniżmu ta' kumpens, ċerti investituri mhux se jabbonaw għall-IPO li jkollu impatt negattiv fuq il-prezz tal-bejgħ (34). Ir-rapport jindika f'dan ir-rigward prinċipalment investituri li jkunu interessati f'investiment li jħallas id-dividendi. F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni tieħu nota wkoll li f' […] il-BĊE, fil-kapaċità superviżorja tiegħu, diġà impona restrizzjonijiet fuq dividendi minħabba l-kawżi li għaddejjin. Bħala riżultat ma kienx f'pożizzjoni li jħallas dividendi f'[…] (35). Bħala konklużjoni, f'xenarju ta' “l-ebda mekkaniżmu”, ir-rapport jenfasizza li, għal din ir-raġuni, se jkun hemm impatt negattiv fuq il-prezz tal-bejgħ ta' […] (36) u n-nuqqas ta' mekkaniżmu ta' kumpens jista' saħansitra jipperikola t-twettiq tal-IPO (37).

(61)

Il-Kummissjoni tinnota li r-rapport, ibbażat fuq suppożizzjonijiet raġonevoli ivverifikati mill-Kummissjoni, jindika li mil-lat negattiv u massimalista tal-investituri fuq il-litigazzjoni Kroata ([…]) flimkien ma' interessi mnaqqsa minn investituri fid-dividends ([…]) jegħlbu, b'marġni sinifikanti, l-ispejjeż stmati taħt il-mekkaniżmu tal-Istat Sloven (massimu […], iżda inqas f'każ ta' sentenzi tal-qorti aktar favorevoli). Abbażi ta' dawn l-elementi, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-mekkaniżmu se jkollu impatt pożittiv fuq il-qligħ nett mill-bejgħ ta' NLB.

(62)

Abbażi tal-valutazzjoni stabbilita żviluppata fil-premessi 58 sa 61, il-Kummissjoni taċċetta li bejjiegħ privat, fiċ-ċirkostanzi speċifiċi ħafna tal-litigazzjoni Kroata, wkoll jagħti tali mekkaniżmu ta' kumpens fil-kuntest tal-proċess ta' bejgħ u li għalhekk is-Slovenja ma tkunx qed tagħti vantaġġ lil NLB. Billi l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 107(1) TFUE huma kumulattivi, u peress li l-kundizzjoni li tagħti vantaġġ mhux sodisfatta, il-preżenza ta' għajnuna mill-Istat addizzjonali permezz tal-istabbiliment ta' mekkaniżmu ta' kumpens hija eskluża.

6.2.   Valutazzjoni tal-kompatibbiltà

(63)

Rigward il-kummenti mis-Slovenja u mill-partijiet l-oħra fit-taqsimiet 3 u 4 ta' din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni tinnota li għadd minn dawk il-kummenti huma pjuttost relatati mad-Deċiżjoni tal-2013. Il-Kummissjoni tfakkar li hija se tivvaluta biss il-kwistjonijiet li tqajmu fid-Deċiżjoni tal-ftuħ tal-2018 u mhi ser twettaq ebda valutazzjoni mill-ġdid tad-Deċiżjoni tal-2013, la f'dak li jirrigwarda l-evalwazzjoni tal-eżistenza ta' għajnuna mwettqa fil-ħin tal-valutazzjoni, u lanqas dwar il-kompatibbiltà ta' dik l-għajnuna bbażata fuq l-impenji pprovduti mis-Slovenja fl-2013. B'mod aktar speċifiku, il-Kummissjoni mhijiex ser tivvaluta mill-ġdid il-konklużjoni tagħha li l-vijabilità fit-tul ta' NLB kienet essenzjalment ibbażata fuq l-impenn li tbigħ l-ishma tagħha sal-Imblukkar Minoritarju. Ir-rekwiżit għall-bidla ta' sjieda ta' NLB fil-fatt żgura li NLB, fil-livelli kollha tiegħu, ikun ġestiti sabiex jiġi mmassimizzat il-valur u mhux isegwi objettivi politiċi oħrajn għal terminu qasir jew fit-tul.

(64)

Il-Kummissjoni tqis li l-kummenti segwenti tal-partijiet interessati l-oħra jikkonċernaw it-tħassib u s-sejbiet preliminari inklużi fid-Deċiżjoni tal-ftuħ tal-2018:

(a)

ir-referenza fl-ewwel parti għal każijiet oħra ta' għajnuna mill-Istat li għalihom il-Kummissjoni kienet tat estensjoni għall-impenji ta' bejgħ (38) u l-argument li estensjoni tal-iskadenza sal-2019 hija ta' benefiċċju b'mod ġenerali għas-Slovenja u l-kontribwenti Sloveni.

(b)

l-argument li għamlet l-ewwel parti li impenji addizzjonali jistgħu biss jiggravaw il-prospetti tal-vijabbiltà fit-tul ta' NLB.

(65)

Fir-rigward tal-paragun ma' każijiet oħra, il-Kummissjoni tfakkar li fil-każijiet kollha hija tevalwa l-kompatibbiltà fuq il-bażi tal-Komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni (39) applikabbli fil-mument tal-għoti tal-għajnuna. Il-Kummissjoni tfakkar ukoll li, f'dan il-każ, il-bejgħ tas-sehem f'NLB kien meħtieġ sabiex tiġi żgurata l-vijabbiltà ta' NLB u kien parti minn valutazzjoni globali tal-għajnuna għar-ristrutturar, filwaqt li f'każijiet oħra l-bejgħ ta' assi seħħ fil-kuntest ta' valutazzjoni ta' għajnuna għal-likwidazzjoni.

(66)

Il-Kummissjoni tinnota li l-ebda raġunijiet jew eżempji speċifiċi ta' impenji ma ġew provduti fir-rigward ta' dawk li ddikjaraw li kellhom impatt negattiv fuq il-vijabilità ta' NLB. Kif innutat fil-premessa 55 tad-Deċiżjoni ta' ftuħ tal-2018, il-Kummissjoni se tivvaluta jekk is-sett il-ġdid tal-impenji jżommux il-bilanċ oriġinali tad-Deċiżjoni tal-2013 u d-Deċiżjoni ta' emenda tal-2017 u jekk l-impenji emendati jaffettwawx b'mod negattiv il-vijabilità ta' NLB, filwaqt li fl-istess ħin tibqa' ekwivalenti f'termini ta' qsim tal-piżijiet u miżuri ta' kumpens.

(67)

Peress li s-Slovenja nnotifikat l-impenji emendati fit-13 ta' Lulju 2018, il-Kummissjoni se tivvaluta jekk dawk l-impenji ġodda jistgħux jitqiesu bħala ekwivalenti għal dawk oriġinarjament previsti fil-kuntest tad-Deċiżjoni tal-2013 u d-Deċiżjoni ta' emenda tal-2017. Il-Kummissjoni mhijiex ser tivvaluta mill-ġdid l-impenji li ġew ippreżentati fil-21 ta' Diċembru 2017 u kienu ġew ivvalutati fil-kuntest tad-Deċiżjoni ta' ftuħ tal-2018.

(68)

Deċiżjoni ta' ristrutturar tista' fil-prinċipju (40) tiġi emendata fejn l-emenda ma tinvolvi ebda għajnuna addizzjonali u l-emenda hija bbażata fuq impenji ġodda li jistgħu jiġu kkunsidrati bħala ekwivalenti għal dawk ipprovduti oriġinarjament. F'dik is-sitwazzjoni, il-miżuri ta' għajnuna eżistenti jibqgħu kompatibbli fuq il-bażi tal-Artikolu 107(3)(b) tat-TFUE jekk jibqa' intatt il-bilanċ ġenerali tad-deċiżjoni oriġinali. Sabiex jinżamm il-bilanċ oriġinali, jenħtieġ li l-impenji emendati ma jaffettwawx ħażin il-vijabbiltà tal-benefiċjarju tal-għajnuna, bis-sett ġenerali ta' impenji li baqa' ekwivalenti f'termini ta' qsim tal-piżijiet u miżuri ta' kumpens filwaqt li jiġu kkunsidrati r-rekwiżiti tal-Komunikazzjoni ta' Ristrutturar.

(69)

Id-Deċiżjoni tal-ftuħ tal-2018 (41) tfakkar li t-taqsima tal-vijabbiltà tad-Deċiżjoni tal-2013 kienet essenzjalment ibbażata fuq bidla fl-istruttura tas-sjieda ta' NLB biex tiġi żgurata l-vijabbiltà fit-tul ta' NLB. Fl-2013, l-awtoritajiet Sloveni fil-fatt impenjaw ruħhom li jeliminaw l-influwenza tal-Istat fuq l-operazzjonijiet ta' kuljum ta' NLB. Is-Slovenja issa qed tipproponi li tbigħ mill-anqas 50 % + 1 tal-ishma f'NLB sal-31 ta' Diċembru 2018 u l-ishma li jifdal sal-Imblukkar Minoritarju sal-31 ta' Diċembru 2019.

(70)

Il-Kummissjoni tista' tafferma mill-ġdid il-vijabilità fit-tul ta' NLB jekk din l-iskeda riveduta għall-bejgħ tkun osservata strettament. F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni tieħu nota pożittiva tal-fatt li l-impenji emendati huma sa ċertu punt marbuta mal-proċedura ta' bejgħ, u b'hekk jiffissaw l-inċentivi xierqa għal proċess iktar mgħaġġel ta' bejgħ. Pereżempju l-Kummissjoni tinnota li meta parteċipazzjoni azzjonarja f'idejn Imblukkar Minoritarja tinbiegħ qabel il-31 ta' Diċembru 2019, ċerti impenji ma jibqgħux japplikaw minn data aktar bikrija (42). Dan għandu jiżgura li s-Slovenja tbigħ l-ishma tagħha sal-Imblukkar Minoritarju mill-aktar fis possibbli. Il-Kummissjoni tikkonkludi li l-iskeda ta' żmien riveduta flimkien mas-sett ġdid ta' impenji Sloveni għandhom jiżguraw li kemm il-bejgħ ta' NLB kif ukoll it-tmiem tal-perjodu ta' ristrutturar ma jġarrbux dewmien indebitu (43).

(71)

Fid-Deċiżjoni tal-ftuħ tal-2018 (44), il-Kummissjoni għamlet ukoll osservazzjonijiet oħra li jindikaw il-progress subottimali fuq ir-restawr tal-vijabbilta, bħan-nuqqas ta' ħruġ ġdid ta' dejn subordinat tal-kapital, il-livell għoli ta' self improduttiv u kwistjonijiet ta' governanza korporattiva relatati man-nominazzjonijiet tal-Bord Superviżorju (45). Il-Kummissjoni tinnota li s-Slovenja, fin-notifika tagħha tat-13 ta' Lulju 2018, timpenja ruħha li NLB joħroġ strument ta' Grad 2 sa […] u li jkollu biss esperti indipendenti bħala membri tal-Bord Superviżorju. Il-Kummissjoni tqis li dawk l-impenji sejrin b'mod pożittiv jikkontribwixxu għall-vijabilità ta' NLB. Il-Kummissjoni tieħu nota wkoll tal-fatt li s-sehem ta' self improduttiv f'self totali (46) kompla jonqos fl-ewwel trimestru tal-2018 għal 8,8 % (meta mqabbel ma' proporzjon ta' 9,2 % fl-aħħar ta' Diċembru 2017).

(72)

Fid-Deċiżjoni tal-ftuħ tal-2018 (47), il-Kummissjoni kienet qajmet ukoll dubji fir-rigward tal-effikaċja tal-proposta inizjali tas-Slovenja biex taħtar fiduċjarju indipendenti (blind trustee) bħala miżura kumpensatorja. Minħabba li s-Slovenja ma baqgħetx tinkludi dan l-impenn fl-aktar notifika reċenti tagħha, m'hemmx bżonn li l-Kummissjoni tasal għal konklużjoni f'din id-Deċiżjoni dwar l-effettività ta' din ix-xorta ta' fiduċjarju indipendenti.

(73)

Fid-Deċiżjoni tal-ftuħ tal-2018 (48), il-Kummissjoni waslet għall-konklużjoni preliminari li d-dewmien fil-bejgħ ta' NLB de facto tawwal il-perjodu tar-ristrutturar. Peress li numru ta' impenji kienu loġikament marbuta mal-perjodu tar-ristrutturar (ara l-premessa 25 tad-Deċiżjoni ta' ftuħ tal-2018), il-Kummissjoni indikat li estensjoni tad-data ta' skadenza għall-proċess tal-bejgħ għandha timxi id f'id ma' estensjoni ta' impenji ta' ristrutturar oħra ukoll. Il-Kummissjoni tinnota li s-Slovenja issa qed tipproponi li testendi kważi l-impenji eżistenti rilevanti kollha sakemm jitlesta l-proċess ta' bejgħ. L-impenn eżistenti l-aktar rilevanti tad-Deċiżjoni tal-2013 li ma jkunx kompletament estiżi sakemm l-ishma huwa mnaqqsa għall-Imblukkar Minoritarju huwa […] impenn. Madankollu, l-Kummissjoni tinnota li, minbarra l-estensjoni tal-impenji eżistenti, impenji ta' kumpens addizzjonali huma pprovduti.

(74)

Fid-Deċiżjoni tal-ftuħ tal-2018 (49), il-Kummissjoni esprimiet ukoll dubji dwar jekk is-Slovenja setgħetx tkompli ttejjeb il-vijabbiltà ta' NLB billi inter alia tikkonverti l-fiduċjarju indipendenti għal fiduċjarju ta' divestitura b'setgħat sħaħ. Il-Kummissjoni qajmet ukoll dubji (50) dwar jekk it-tneħħija tal-impenn alternattiv ta' divestiment tas-sussidjarji tal-Balkani jdgħajjifx l-impenji eżistenti. Il-Kummissjoni tinnota li s-Slovenja issa pproponiet li tagħti mandat esklussiv lill-Fiduċjarju taċ-Ċessjoni biex ibigħ is-sehem tas-Slovenja f'NLB sal-Imblukkar Minoritarju jekk is-Slovenja ma tikkonformax mal-impenn tal-bejgħ. Il-Kummissjoni tqis li ż-żieda ta' tal-fiduċjarju ta' divestitura jindirizza t-tħassib espress dwar l-implimentazzjoni tal-bejgħ ta' 75 % – 1 tal-ishma f'NLB, biex b'hekk tissaħħaħ il-kredibilità tal-impenn tal-bejgħ ta' NLB u jittejbu l-prospetti tal-vijabbiltà ta' NLB.

(75)

Fil-premessa 63 tad-Deċiżjoni ta' ftuħ tal-2018, il-Kummissjoni esprimiet ukoll dubji dwar jekk is-Slovenja għandhiex tikkunsidra aktar miżuri strutturali għal NLB bħal disvestiment ta' ċerti sussidjarji u/jew il-miżuri ta' mġiba biex jikkumpensaw għad-dewmien fil-bejgħ tal-parteċipazzjoni f'NLB u fil-proċess ta' ristrutturar. Peress li NLB se jkun attiva fis-suq għal perjodu itwal mingħajr ma tkun żgurata bis-sħiħ il-vijabbiltà fit-tul tiegħu, dan jista' jkun sors ta' distorsjonijiet tal-kompetizzjoni. Issa l-Kummissjoni tosserva li s-Slovenja pproponiet tliet impenji addizzjonali (51) li jinvolvu l-ħruġ ta' strument ta' Grad 2 sa […], l-għeluq ta' [10–20] friegħi tal-bank u iżjed opportunitajiet ta' divestiment tal-parteċipazzjoni ta' NLB f'NLB Vita (dan tal-aħħar biss jekk is-Slovenja ma tkunx naqqset il-parteċipazzjoni azzjonarja tagħha f'NLB sa Imblukkar Minoritarju sa tmiem l-2018). Fil-fatt, iktar ma jkun twil il-perijodu mingħajr ma tkun żgurata bis-sħiħ il-vijabbiltà fit-tul tiegħu, aktar miżuri kompensatorji huma meħtieġa biex jiżguraw li s-sett ta' impenji globali jibqgħu ekwivalenti f'termini ta' miżuri ta' kumpens. Il-Kummissjoni tqis li n-numru ta' friegħi tal-bank li s-Slovenja qed tipproponi li tagħlaq huma sinifikanti (meta mqabbel mal-għadd ta' friegħi li NLB għandu fis-Slovenja (52)) u dan se jagħmel il-preżenza kummerċjali ta' NLB fis-Slovenja inqas prominent (53). Il-Kummissjoni tinnota wkoll b'mod favorevoli l-impatt ta' disvestiment ta' NLB Vita kemm f'termini tal-kompetizzjoni (54) kif ukoll ta' kondiviżjoni tal-piżijiet mingħajr ma jagħmel ħsara bla bżonn għall-vijabilità ta' NLB (55). B'mod ġenerali, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-miżuri kumpensatorji huma biżżejjed biex jikkumpensaw għad-dewmien fil-bejgħ ta' 75 % – 1 f'NLB u l-proċess ta' ristrutturar estiż.

(76)

Fil-premessa 63 tad-Deċiżjoni ta' ftuħ tal-2018, il-Kummissjoni qajmet ukoll dubji dwar jekk l-istabbiliment ta' kumpanija ġdida tal-lokazzjoni, malajr wara l-likwidazzjoni ta' kumpanija tal-lokazzjoni preċedenti bħala riżultat tal-impenji tal-għajnuna mill-Istat sottostanti għad-Deċiżjoni tal-2013, tkunx tikser l-ispirtu tal-impenn għall-iżvestiment ta' sussidjarji mhux kapitali ta' NLB. Il-Kummissjoni tinnota li NLB sadanittant irtira l-proċeduri kollha tal-bidu, li jneħħi dan id-dubju.

(77)

Id-Deċiżjoni tal-ftuħ tal-2018 (56) stiednet ukoll lis-Slovenja biex tiċċara li l-impenji l-aktar riċenti ma biddlux xi impenji oħra sottostanti għad-Deċiżjoni ta' emenda tal-2017 (b'mod partikolari fir-rigward tal-projbizzjoni tal-akkwist). Il-Kummissjoni tinnota li s-Slovenja issa ċċarat fin-notifika reċenti tagħha (57) li l-projbizzjoni fuq l-akkwisti tibqa' applikabbli sal-31 ta' Diċembru 2019.

7.   KONKLUŻJONI

(78)

Fuq il-bażi tal-evalwazzjoni ta' hawn fuq tas-sett il-ġdid ta' impenji notifikati fit-13 ta' Lulju 2018, id-dubji tal-Kummissjoni dwar l-ekwivalenza tal-impenji espressi fid-Deċiżjoni tal-ftuħ tal-2018 ġew eliminati u l-konklużjonijiet milħuqa fid-Deċiżjoni tal-2013 u d-Deċiżjoni ta' emenda tal-2017 mhumiex affettwati. Għalhekk, fuq il-bażi tal-Artikolu 9(3) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 (58), il-Kummissjoni tikkonkludi li l-għajnuna mill-Istat mogħtija lil NLB hija kompatibbli mas-suq intern fuq il-bażi tal-Artikolu 107(3)(b) TFUE.

(79)

Barra minn hekk, fuq il-bażi tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (UE) 2015/1589, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-mekkaniżmu li jipprovdi kumpens lil NLB għal konsegwenzi legali marbuta mal-litigazzjoni li għadha għaddejja fil-Kroazja ma jinvolvix għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) TFUE.

(80)

Il-Kummissjoni tinnota li s-Slovenja aċċettat b'mod eċċezzjonali li tirċievi t-test ta' din id-Deċiżjoni bl-Ingliż biss.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-sostituzzjoni tal-impenji mressqa mis-Slovenja skont id-Deċiżjonijiet SA.33229 (2012/C) (ex 2011/N) u SA.33229 (2017/N-2) mal-impenji notifikati mis-Slovenja kif stabbilit fl-Anness għal din id-Deċiżjoni huwa kompatibbli mas-suq intern fis-sens tal-Artikolu 107(3)(b) TFUE.

Artikolu 2

Il-mekkaniżmu ta' kumpens, sabiex jikkumpensa lil NLB mill-konsegwenzi legali marbuta mal-litigazzjoni li għadha għaddejja fil-Kroazja ma tinvolvix għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) TFUE.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tas-Slovenja.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Awwissu 2018.

Għall-Kummissjoni

Margrethe VESTAGER

Membru tal-Kummissjoni


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-każ SA.33229 (“id-Deċiżjoni tal-ftuħ tal-2018”) (2018/C) (ex 2017/N-3) — is-Slovenja — Emenda tal-impenji ta' ristrutturar ta' Nova Ljubljanska Banka (ĠU C 121, 6.4.2018, p. 15).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-Kawża SA. 32261 (2011/N) is-Slovenja - Rikapitalizzazzjoni ta' salvataġġ favur NLB (ĠU C 189, 29.6.2011, p. 2).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-Kawża SA.34937 (2012/C) (ex 2012/N) u SA.33229 (2012/C) (ex 2011/N) — It-tieni rikapitalizzazzjoni ta' NLB u r-Ristrutturar ta' NLB (ĠU C 361, 22.11.2012, p. 18).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/535/UE tat-18 ta' Diċembru 2013 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.33229 (2012/C) — (ex 2011/N) — Ir-Ristrutturar ta' NLB — is-Slovenja li s-Slovenja qed tippjana li timplimenta għal Nova Ljubljanska banka, d.d. (ĠU L 246, 21.8.2014, p. 28).

(5)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-Kawża SA. 33229 (2017/N-2) is-Slovenja - Emenda tad-deċiżjoni ta' ristrutturar ta' NLB (ĠU C 254, 11.7.2017, p. 2).

(6)  Ara l-istqarrija għall-istampa li ġejja: http://www.vlada.si/en/media_room/government_press_releases/press_release/article/138_regular_government_session_government_rejects_minimum_offer_price_for_nlb_59951/

(7)  Kif spjegat f'aktar dettall fil-premessi 5, 6 u 7 tad-Deċiżjoni ta' ftuħ tal-2018.

(8)  Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU C 202, 7.6.2016, p. 47).

(9)  Ir-Regolament tal-Kunsill Nru 1 tal-15 ta' April 1958 li jistabbilixxi r-reġim lingwistiku tal-Komunitá Ewropea tal-Enerġija Atomika (ĠU 17, 6.10.1958, p. 385/58).

(10)  Preżentazzjoni tal-Grupp NLB, Riżultati 1Q 2018, paġna 4.

(11)  F'dawn l-aħħar snin, l-istruttura tas-sjieda ta' NLB għaddiet minn diversi bidliet. Fl-2002, il-bank Belġjan KBC akkwista 34 % ta' NLB. Madankollu, meta fl-2006 KBC ma kienx kapaċi jżid is-sehem tiegħu f'NLB, KBC iddeċieda li ma jikkunsidrax aktar is-sehem eżistenti tiegħu bħala strateġiku fin-natura iżda ikkategorizzah mill-ġdid bħala sehem finanzjarju. KBC ħareġ kompletament minn NLB fl-2013. Sa minn tmiem l-2013, l-Istat Sloven għal darb' oħra sar 100 % sid ta' NLB, u b'hekk treġġgħet lura de facto l-privatizzazzjoni (parzjali) tal-2001/2002.

(12)  Iċ-ċifri finanzjarji msemmija fit-Tabella 1 huma bbażati fuq rapporti finanzjarji konsolidati ta' NLB kif disponibbli fuq: https://www.nlb.si/nlb/nlb-portal/eng/investor-relations/financial-reports/prezentacija-nlb-final-2017.pdf u https://www.nlb.si/nlb/nlb-portal/eng/investor-relations/financial-reports/prezentacija-nlb-1q2018-final.pdf

(13)  L-assi ppeżati għar-riskju żdiedu fl-2017 bħala riżultat ta' żieda għall-iskoperturi fil-livell tal-konsumatur, bħala korrezzjoni tat-trattament tal-pożizzjoni tal-Kambju Esteru ta' NLB fuq livell konsolidat u minħabba t-trattament ta' investimenti ta' ekwità f'banek sussidjarji mhux tal-euro.

(14)  Data tas-sors: ara l-link f'qiegħ il-paġna 12.

(15)  Imkejla minn “Assi ta' fondi koperti mingħajr riżorsi proprji”.

(16)  Is-sussidjarja tal-lokazzjoni Slovena ta' NLB ġiet elenkata fost is-sussidjarji mhux ewlenin biex jiġu żvestiti bħala parti mill-impenji li fuq il-bażi tagħhom ġiet adottata d-Deċiżjoni tal-2013.

(17)  Abbażi tar-rapport tal-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ datat l-14 ta' Ġunju 2018.

(18)  Id-differenza bejn il-prezz tat-trasferiment (EUR 617 miljun) u l-valur tas-suq (EUR 486 miljun) tal-assi indeboliti.

(19)  Huwa rrefera għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar l-għajnuna mill-Istat għal erba' banek tranżitorji Taljani u Novobanco: ara d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni fil-Każ SA.43976 (2015/N) — il-Portugall — Emenda tar-Riżoluzzjoni tal-2014 ta' Banco Espirito Santo S.A. (Novo Banco S.A.) (ĠU C 390, 21.10.2016, p. 5) u fil-każ SA.39543 (2015/N), SA. 41134 (2015/N), SA. 41925 (2015/N) u SA. 43547 (2015/N) — l-Italja — It-tieni emenda għar-Riżoluzzjoni tal-Banca delle Marche S.p.A, Banca Popolare dell'Etruria e del Lazio Soc. Coop., Cassa di Risparmio de Ferrara S.p.A. u Cassa di Risparmio della Provincia di Chieti S.p.A. (ĠU C 61, 16.2.2018, p. 1).

(20)  Ališić u Oħrajn v. il-Bożnja- Ħerzegovina, il-Kroazja, is-Serbja, is-Slovenja u l-Ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (http://hudoc.echr.coe.int/eng?i=001-145575).

(21)  Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-ritorn għall-vijabbiltà u l-valutazzjoni tal-miżuri ta' ristrutturar fis-settur finanzjarju fil-kriżi attwali taħt ir-regoli tal-għajnuna mill-Istat (ĠU C 195, 19.8.2009, p. 9).

(22)  Il-litigazzjoni hi marbuta ma' kawżi pendenti tal-qorti Kroata dwar depożiti ta' munita barranija ta' depożitanti Kroati (klijenti ta' Ljubljanska banka d.d., f'Ljubljana, Fergħa ta' Zagreb), kwistjoni li tmur lura qabel ma nqasmet l-ex Jugoslavija. Mill-2017 'l hawn, tliet każijiet tal-qorti ġew irregolati permezz tal-qrati Kroati tat-tieni istanza kontra NLB, bid-deċiżjoni li tobbliga lill-bank biex iħallas lura l-kapital kif ukoll l-interessi u l-ispejjeż tal-litigazzjoni. Barra minn hekk, f'Mejju 2018 il-Qorti Kostituzzjonali tal-Kroazja ċaħdet l-appell ta' NLB kontra każ li l-bank tilef fl-2015

(23)  Ara l-premessa 58 tad-Deċiżjoni ta' ftuħ tal-2018.

(24)  Ibid.

(25)  Ibid.

(26)  Il-Fond ta' Suċċessjoni tar-Repubblika tas-Slovenja huwa fond finanzjarju pubblika li ġie stabbilit sabiex jimplimenta l-Ftehim dwar Kwistjonijiet ta' Suċċessjoni, u f'dan ir-rigward biex jeżerċita d-drittijiet u jissalda l-obbligazzjonijiet tar-Repubblika tas-Slovenja fil-proċess tad-diviżjoni tal-proprjetà, id-drittijiet u l-obbligazzjonijiet ta' dik li kienet il-Jugoslavja u biex iwettaq kompiti oħra, relatati ma' kwistjonijiet ta' suċċessjoni ta' dik li kienet il-Jugoslavja.

(27)  Il-litigazzjoni hi marbuta ma' każiijiet pendenti tal-qorti Kroata dwar depożiti ta' munita barranija mħallsa lid-depożitanti Kroati (klijenti ta' Ljubljanska banka d.d,. il-Fergħa ta' Zagreb Branch) wara li sfaxxat il-Jugoslavja. F'xi deċiżjonijiet reċenti tal-Qorti, NLB u Ljublanska banka d.d., f'Ljubljana ġew miżmuma responsabbli in solidum u b'mod konġunt.

(28)  Il-liġi 52/2018 ippubblikata fis-27 ta' Lulju 2018 fil-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika tas-Slovenja Nru 52/2018 https://www.uradni-list.si/glasilo-uradni-list-rs/vsebina/2018-01-2645/zakon-za-zascito-vrednosti-kapitalske-nalozbe-republike-slovenije-v-novi-ljubljanski-banki-d-d--ljubljana-zvknnlb

(29)  […] hija bbażata fuq l-imgħax akkumulat ta' ~[…] tal-kapital pendenti iddikjarat bħala parti mil-litigazzjoni pendenti ([…]); il-kalkolu tal-imgħax huwa bbażat fuq il-kalkolu tal-imgħax mid-deċiżjonijiet tal-qorti.

(30)  […] jikkorrispondi għal redditu ogħla fuq ir-rekwiżit tal-ekwità ta' […] li huwa mbagħad użat biex jiġu skontati l-pagamenti ta' dividendi ibbażata fuq il-pjan ta' negozju ta' NLB biex jiġi kkalkolat l-effett fuq il-prezz tal-IPO.

(31)  Rigward il-kumment tas-Slovenja (ara l-premessa 41) li l-impenji jirrigwardaw biss ir-rikapitalizzazzjoni tal-2013, il-Kummissjoni tinnota li l-ewwel żewġ rikapitalizzazzjonijiet ġew temporanjament approvati f'deċiżjonijiet dwar is-salvataġġ u ġew approvati biss bħala għajnuna għar-ristrutturar fid-deċiżjoni tal-2013, fid-dawl tal-Pjan ta' Ristrutturar u tal-impenji ppreżentati. Għalhekk, l-impenji mressqa jirrigwardaw ukoll l-ewwel żewġ rikapitalizzazzjonijiet.

(32)  Għall-kuntrarju ta' talbiet legali li huma aktar komuni għal attivitajiet normali tal-kumpanija bħal pereżempju pretensjonijiet relatati ma' obbligazzjonijiet ta' prodotti jew pretensjonijiet dwar bejgħ inġust.

(33)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 21.

(34)  Il-Kummissjoni fil-premessa 28 u 29 tad-Deċiżjoni ta' emenda tal-2017 diġà kkonkludiet li t-tranżazzjoni kienet imdaqqsa meta mqabbla mad-domanda tal-investituri. Il-Kummissjoni osservat b'mod konkret li l-IPO ta' NLB se tkun akbar b'mod sinifikanti meta mqabbla mad-daqsijiet ta' negozju osservati reċentement fis-suq tas-CEE. Barra minn hekk, is-Slovenja mhix rappreżentata tajjeb fl-indiċijiet tas-suq, li jimplika li hemm ftit domanda naturali mill-investituri li jittrekkjaw indiċi jew jużaw indiċi bħala parametru referenzjarju. Fid-Deċiżjoni ta' emenda tal-2017, il-Kummissjoni kkonkludiet fuq din il-bażi li kien ġustifikat proċess li jinbiegħu l-ishma b'mod aktar gradwali. Domanda aktar baxxa permezz tal-esklużjoni ta' iktar investituri tabilħaqq se tkompli tnaqqas il-prezz tal-IPO potenzjali.

(35)  Ara wkoll l-istqarrija għall-istampa li ġejja minn NLB fil-31 Laqgħa tal-Azzjonisti: https://www.nlb.si/investor-news-27-06-2018

(36)  Il-konsulent finanzjarju jassumi li l-investituri se jżidu r-redditu mistenni fuq l-ekwità għal investiment minn […], li jkollu impatt negattiv fuq il-prezz tal-ishma ta' NLB bi […].

(37)  Il-Kummissjoni tfakkar, kif spjegat fil-premessa 44, li l-impatt tal-kwistjoni Kroata fuq il-valwazzjoni f'termini assoluti hija mdaqqsa.

(38)  Ara l-premessa 27(a) ta' din id-Deċiżjoni.

(39)  Il-Komunikazzjoni dwar l-applikazzjoni ta' regoli dwar l-għajnuna mill-Istat għal miżuri meħudin fejn jidħlu istituzzjonijiet finanzjarji fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja preżenti (il-“Komunikazzjoni Bankarja tal-2008”) (ĠU C 270, 25.10.2008, p. 8). Il-Komunikazzjoni dwar ir-rikapitalizzazzjoni tal-istituzzjonijiet finanzjarji fil-kriżi finanzjarja kurrenti: limitazzjoni tal-għajnuna għall-minimu meħtieġ u protezzjoni kontra distorsjonijiet ta' kompetizzjoni mhux mistħoqqa (il-“Komunikazzjoni dwar ir-Rikapitalizzazzjoni”) (ĠU C 10, 15.1.2009, p. 2); Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar it-trattament ta' assi indeboliti fis-settur finanzjarju tal-Komunità (“il-Komunikazzjoni dwar l-Assi Indeboliti”) (ĠU C 72, 26.3.2009, p. 1); Komunikazzjoni fuq ir-ritorn għall-vijabbiltà u l-valutazzjoni ta' miżuri ta' ristrutturar fis-settur finanzjarju fil-kriżi attwali taħt ir-regoli tal-għajnuna mill-Istat (“Il-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar”) (ĠU C 195, 19.8.2009, p. 9); Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni, wara l-1 ta' Jannar 2011, tar-regoli dwar l-gћajnuna mill-Istat favur il-banek fil-kuntest tal-kriżi finanzjara (“Il-Komunikazzjoni dwar l-estensjoni tad-data ta' skadenza tal-2010”) (ĠU C 329, 7.12.2010, p. 7) u l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni, wara l-1 ta' Jannar 2012, tar-regoli dwar l-gћajnuna mill-Istat favur l-istituzzjonijiet finanzjarji fil-kuntest tal-kriżi finanzjara (“Il-Komunikazzjoni dwar l-estensjoni tad-data ta' skandenza tal-2011”) (ĠU C 356, 6.12.2011, p. 7).

(40)  Il-Kummissjoni eċċezzjonalment aċċettat ukoll emenda ta' impenji eżistenti f'xi każijiet oħra bħal fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/119 tat-18 ta' Settembru 2017 dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.47702 (2017/C) (ex 2017/N) — ir-Renju Unit — Pakkett alternattiv li jissostitwixxi l-impenn għar-Royal Bank of Scotland li jċedi n-negozju Rainbow (ĠU L 28, 31.1.2018, p. 49).

(41)  Ara l-premessa 57 tad-Deċiżjoni ta' ftuħ tal-2018.

(42)  B'mod partikolari l-impenn biex tbiegħ […], […] u […].

(43)  Kif previst b'mod espliċitu fil-punt 15 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar.

(44)  Ara l-premessa 58 tad-Deċiżjoni ta' ftuħ tal-2018.

(45)  Ara l-premessa 36 tad-Deċiżjoni ta' ftuħ tal-2018.

(46)  Ara t-Tabella 1.

(47)  Ara l-premessa 59 sa 62 tad-Deċiżjoni ta' ftuħ tal-2018.

(48)  Ara l-premessa 63 tad-Deċiżjoni ta' ftuħ tal-2018.

(49)  Ara l-premessa 63 tad-Deċiżjoni ta' ftuħ tal-2018.

(50)  Ara l-premessa 65 tad-Deċiżjoni ta' ftuħ tal-2018.

(51)  Ara l-premessi 53 u 54 ta' din id-deċiżjoni.

(52)  Ara l-premessa 15 ta' din id-Deċiżjoni.

(53)  Ara wkoll il-punt 35 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar.

(54)  Ara wkoll il-premessi 15 u 16 ta' din id-Deċiżjoni. id-daqs ta' NLB Vita huwa iżgħar minn dak tas-sussidjarji barranin ta' NLB skont l-impenn ta' żvestiment oriġinali (b'kunsiderazzjoni wkoll li NLB Vita hija 50 % Impriża Konġunta). NLB Vita għandha kontribut relattivament żgħir fid-dħul nett globali ta' NLB u l-vijabilità ta' NLB mhux se tiġi affettwata b'mod negattiv.

(55)  Ara wkoll il-punt 35 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar.

(56)  Ara l-premessa 66 tad-Deċiżjoni ta' ftuħ tal-2018.

(57)  Ara l-premessa 50 ta' din id-Deċiżjoni.

(58)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 tat-13 ta' Lulju 2015 li jistabblixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 248, 24.9.2015, p. 9).


ANNESS

L-IMPENN IL-ĠDID LI JISSOSTITWIXXI L-IMPENN 14 TAD-DEĊIŻJONI TA' EMENDA TAL-2017

(14)

[Tnaqqis tal-parteċipazzjoni azzjonarja tal-Istat] is-Slovenja se tnaqqas il-parteċipazzjoni azzjonarja tagħha f'NLB d.d. għal 25 % u sehem wieħed (“Minoranza li Timblokka”) kif ġej:

 

minn tal-inqas 50 % u sehem wieħed sal-31 ta' Diċembru 2018. Fil-każ ta' kundizzjonijiet tas-suq favorevoli, is-Slovenja ma tteskludix xenarju ta' bejgħ ta' sehem ikbar minn 50 % u sehem wieħed sal-valur sħiħ ta' 75 % nieqes sehem wieħed.

 

Jekk is-Slovenja ma tidħolx fi (a) ftehim(iet) vinkolanti ta' bejgħ u xiri għall-bejgħ tal-ishma tagħha f'NLB d.d. skont dan il-punt 14(a) sal-31 ta' Diċembru 2018, is-Slovenja għandha tagħti, lill-Fiduċjarju ta' Żvestiment (maħtur skont il-paragrafu 19 tal-impenji tal-2013) mandat esklussiv li jnaqqas il-parteċipazzjoni azzjonarja tas-Slovenja f'NLB d.d. għall-Minoranza li Timblokka għal […]. Il-Fiduċjarju ta' Żvestiment għandu jingħata l-mandat li jnaqqas il-parteċipazzjoni azzjonarja tas-Slovenja f'NLB d.d. għall-IMinoranza li Timblokka skont dan il-punt 14(a), l-impenji kollha definiti f'14.1 u 14.2, minbarra l-impenn 14.1.4 u 14.2.6, mhux ser jibqgħu japplikaw mill-31 ta' Diċembru 2018 'il quddiem. L-istess japplika jekk is-Slovenja tnaqqas l-ishma tagħha f'NLB d.d. għall-Minoranza li Timblokka sal-31 ta' Diċembru 2018.

 

is-sehem li jifdal li jaqbeż il-Minoranza li Timblokka sal-31 ta' Diċembru 2019.

 

Jekk is-Slovenja ma tidħolx fi (a) ftehim(iet) vinkolanti ta' bejgħ u xiri għall-bejgħ tal-ishma tagħha f'NLB d.d. skont dan il-punt 14(b) sal-31 ta' Diċembru 2019, is-Slovenja għandha tagħti, lill-Fiduċjarju ta' Żvestiment (maħtur skont il-paragrafu 19 tal-impenji tal-2013) mandat esklussiv li jnaqqas il-parteċipazzjoni azzjonarja tas-Slovenja f'NLB d.d. għall-Minoranza li Timblokka għal […].

 

Is-Slovenja se tnaqqas il-parteċipazzjoni azzjonarja tagħha f'NLB d.d. skont il-punti ta' hawn fuq fi proċess trasparenti, miftuħ u kompetittiv ibbażat fuq id-dispożizzjonijiet tad-Digriet dwar strateġija ta' ġestjoni tal-assi tal-istat lil investitur(i) li huwa(huma) indipendenti minn u mhux konness(i) mar-Repubblika tas-Slovenja.

 

Meta jwettaq dmirijietu skont 14(a) jew 14(b) il-Fiduċjarju tad-Divestiment għandu jaġixxi bi qbil mal-paragrafu preċedenti u b'kapaċità, kura u diliġenza dovuta.

 

F'każ li s-Slovenja ma tnaqqasx il-parteċipazzjoni azzjonarja tagħha f'NLB d.d. għall-Minoranza li Timblokka sal-aħħar tal-2018, NLB d.d. se jbigħ is-sussidjarju tal-assigurazzjoni tiegħu NLB Vita sa […].

 

Jekk is-Slovenja tkun biegħet mill-inqas 50 % u sehem wieħed tal-ishma tagħha f'NLB d.d. sal-31 ta' Diċembru 2018, l-aktar tard, l-impenji f'14.1 se japplikaw u jiġu osservati sal-31 ta' Diċembru 2019. L-impenji f'14.2, minbarra l-impenn 14.2.1 u 14.2.6, se japplikaw u jiġu rispettati sakemm is-Slovenja tnaqqas l-ishma tagħha f'NLB d.d. sal-Minoranza li Timblokka. L-impenn 14.2.1 se japplika u jiġi rispettat sakemm il-parti l-kbira (mill-inqas 50 % + 1 tal-ishma) ta' parteċipazzjoni azzjonarja tal-Istat tiġi żvestita u minn […] sakemm is-Slovenja tnaqqas l-ishma tagħha f'NLB d.d. għall-Minoranza li Timblokka.

(14.1)

is-Slovenja timpenja ruħha għal li ġej:

(14.1.1)

talloka s-siġġijiet u d-drittijiet tal-vot kollha tagħha fuq il-bord superviżorju u l-kumitati tiegħu lil esperti indipendenti, jiġifieri persuni li:

 

la huma attwalment impjegati u lanqas ma ġew impjegati matul l-24 xahar qabel il-ħatra tagħhom mill-Ażjenda Sovrana Slovena, awtorità tal-istat, aġenzija pubblika, fond pubbliku, istituzzjoni tal-liġi pubblika jew istituzzjoni ekonomika taħt il-liġi pubblika, li l-fundatur tagħha hija r-Repubblika tas-Slovenja,

 

la huma attwalment impjegati u lanqas ma ġew impjegati matul l-24 xahar qabel il-ħatra tagħhom minn kwalunkwe entità pubblika oħra, li hija utent indirett tal-baġit jew minn kwalunkwe entità, li r-Repubblika tas-Slovenja, l-Azjenda Sovrana Slovena jew Kapitalska družba pokojninskega in invalidskega zavarovanja d.d. għandha influwenza dominanti fuq l-operazzjonijiet tagħha kif definit fl-Att dwar il-Kumpaniji (Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika tas-Slovenja Nru 65/09 — test uffiċjali konsolidat u emendi sussegwenti),

 

attwalment ma għandhomx u lanqas kellhom 24 xahar qabel il-ħatra tagħhom, funzjoni ta' tmexxija jew ġestjoni f'partit politiku Sloven.

(14.1.2)

tiżgura li kull bank proprjetà tal-Istat jibqa' unità ekonomika separata b'setgħat ta' deċiżjoni indipendenti skont il-paragrafu 9.10 tal-impenji tal-2013,

(14.1.3)

tiżgura li kumpaniji li huma proprjetà tal-Istat Sloven bl-ebda mod ma jiġu trattati b'mod favorevoli iktar minn kumpaniji li mhumiex proprjetà tal-Istat (nondiskriminazzjoni) skont il-paragrafu 11 tal-impenji tal-2013,

(14.1.4)

tiżgura li NLB ma jakkwistaw ebda parteċipazzjoni fi kwalunkwe impriża skont il-paragrafu 12.4 tal-impenji tal-2013.

(14.2)

is-Slovenja timpenja ruħha wkoll għall-impenji segwenti tal-2013 (fil-forma oriġinali tagħhom, bl-emendi li ġejjin f'termini ta' kontenut):

(14.2.1)

[Politiki ta' ġestjoni tar-riskju u tal-kreditu] NLB se jbiddel il-proċess ta' ġestjoni tar-riskju tiegħu u partikolarment NLB d.d. u l-affiljati bankarji ewlenin tiegħu se:

(14.2.1.1)

jipprezzaw kull selfa ġdida (waqt li jikkunsidraw bħala selfa ġdida kwalunkwe negozju ġdid mhux relatat ma' tranżazzjonijiet eżistenti) bl-użu ta' għodda interna xierqa għall-ipprezzar (bħal “Kreditini Kalkulator” attwalment użata u l-verżjoni futura tagħha) jew (fil-każ ta' skoperturi tas-suq tal-massa fil-livell tal-konsumatur u tal-SME) bl-użu ta' linji gwida interni xierqa għall-ipprezzar. L-ipprezzar għal self ġdid se jitqies li huwa adegwat jekk is-self ġdid jikkontribwixxi għall-kisba ta' dħul pożittiv fuq l-ekwità qabel it-taxxa (“RoE”) bi […] fuq self individwali jew fuq kull relazzjoni klijentali. Il-kalkolu tar-RoE ta' relazzjoni mal-klijent jista' jinkludi introjtu mill-imgħax, tariffi kif ukoll prodotti kombinati oħra tal-istess klijent.

Għall-fini ta' dan il-kalkolu, il-volum medju peżat ta' kull self bi klijent uniku (mid-data ta' din id-Deċiżjoni), negozju ieħor b'tariffi jew tranżazzjonijiet bankarji li jikkontribwixxu għall-profitabilità tar-relazzjoni mal-istess klijent jistgħu jitqiesu, sabiex self ġdid jista' jiġġenera inqas redditu jekk tkun ikkumpensata minn dħul minn tnegozju ieħor b'tariffi jew tranżazzjonijiet bankarji. Self ġdid se jkollu dokumentazzjoni ta' kreditu li turi RoE kkalkulata qabel il-ftehim jew għas-self individwali jew skopertura oħra eżistenti fuq klijent uniku inklużi negozju b'tariffi jew tranżazzjonijiet bankarji. Fil-każ ta' tranżazzjonijiet għas-suq tal-massa fil-livell tal-konsumatur u tal-SME, din ir-RoE kkalkulata qabel il-ftehim tista' tiġi sostitwita minn verifika li t-tranżazzjoni hija skont linji gwida interni ta' pprezzar u dimostrazzjoni ċentralizzata li l-linji gwida tal-ipprezzar jiżguraw redditu fuq l-ekwità ta' […].

Kwalunkwe devjazzjoni mill-ipprezzar li tirriżulta f'livell ta' prezz orħos se tkun dokumentat. Din id-dokumentazzjoni għandha tinkludi motivazzjoni kummerċjali soda għad-devjazzjoni u se tkun ippreżentat lill-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ. L-ammont totali ta' devjazzjonijiet mhux se jaqbeż l-ammonti definiti fil-paragrafu 14.2.1.6.

Ftehimiet ta' kreditu li ma jaqgħux taħt dan ir-reġim ta' politika tal-ipprezzar: Tranżazzjonijiet ma' partijiet relatati (jiġifieri membri tal-Grupp u impjegati), każijiet ta' ristrutturar (ta' klijenti D, E u C b'dewmien fil-pagamenti ta' aktar minn 90 ġurnata) u t-tranżazzjonijiet kollha tas-suq tal-flus.

(14.2.1.2)

jadattaw il-proċess ta' klassifikazzjoni tal-kreditu b'tali mod li anliżi tad-dikjarazzjoni finanzjarja u sistema ta' evalwazzjoni ta' kreditu jindikaw minn tal-anqas parametri ta' ingranaġġ u ta' prestazzjoni bħal redditu fuq il-kapital, Kopertura tal-Imgħax EBIT, dejn/EBITDA, dejn/(dejn + ekwità) eċċ. se jitqiesu qabel ma jikkommetu ruħhom għal skopertura ta' kreditu ġdida ma' kwalunkwe klijent tan-negozju. Kull klijent li għalih NLB d.d. għandu skopertura ta' aktar minn EUR 1 miljun għandu jkun riklassifikat kull sena;

(14.2.1.3)

jiddokumenta d-deċiżjonijiet kollha ta' ristrutturar jiġifieri l-ftehimiet kollha ta' kreditu ġodda ma' korporattivi improduttivi bi skopertura ta' aktar minn EUR 10 000 u jinkludi fid-dokumentazzjoni paragun ma' soluzzjonijiet alternattivi bħall-eżekuzzjoni ta' kollateral u t-terminazzjoni tal-involviment, li turi li ntgħażlet is-soluzzjoni li timmassimizza l-valur preżenti nett għall-bank. Sakemm ma tkunx tista' tinkiseb RoE ta' […], id-deċiżjonijiet ta' ristrutturar se jkunu tali li l-bank ikun kapaċi ttemm l-involviment tal-inqas kull 12-il xahar. Fejn NLB d.d. ma jkollux d-dritt esklużiv li jaċċetta, jipproponi u japprova ftehimiet ta' ristrutturar jew li jieħu deċiżjonijiet ta' ristrutturar huwa għandu jeżerċita d-drittijiet tiegħu skont il-prinċipji msemmija hawn fuq. Lista tad-deċiżjonijiet riċenti kollha ta' ristrutturar se tkun ipprovduta b'mod regolari lil-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ (mill-inqas kull 6 xhur). Id-dokumentazzjoni ta' kwalunkwe deċiżjoni ta' ristrutturar se tkun ippreżentata lill-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ fuq talba.

(14.2.1.4)

jiżgura li l-uffiċjali ta' kreditu kollha li japprovaw il-krediti għal SME u klijenti korporattivi jkun attenda taħriġ intern li jiffamiljarizzahom mal-proċess tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu u mal-metodoloġiji ta' pprezzar stabbiliti;

(14.2.1.5)

jiżgura li jkun hemm sistema bbażata fuq klassifikazzjoni interna b'mod sħiħ tal-proċess ta' klassifikazzjoni tal-klijenti, approvata mill-Bank tas-Slovenja;

(14.2.1.6)

f'każ li l-fiduċjarju tal-monitoraġġ jiżvela nuqqas min-naħa ta' NLB li jikkonforma ma' xi impenn f'dan il-paragrafu NLB d.d. jipprovdi lill-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ bi pjan ta' rimedju li jindika liema azzjonijiet ikun ħa u beħsiebu jieħu biex jevita ksur fit-tliet xhur ta' wara. Il-pjan ikun ippreżentat fiż-żmien adegwat sabiex il-Fiduċjajru tal-Monitoraġġ jirrapporta dwaru fir-rapport segwenti tiegħu ta' kull sitt xhur lill-Kummissjoni. Jekk il-pjan ta' rimedju ma jwassalx għar-riżultati u l-objettivi mistennija, NLB d.d.jillimita għal perjodu ta' tnax-il xahar li jibda fit-tliet xhur wara r-rapportar ta' tali ksur ta' impenji - il-volum ta' self ġdid għal kull perjodu ta' rapportar għal 66 % tal-volum ta' self ġdid għall-perjodu ta' rapportar li fih l-impenn kien inkiser. Dan ma japplikax għal ksur individwali ta' impenn skont il-paragrafi 14.2.1.1, 14.2.1.2 u 14.2.1.3 sakemm investigazzjoni ulterjuri mill-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ turi li tali ksur jista' jitqies bħala żball jew ommissjoni iżolati u li m'hemm ebda evidenza li volum totali ta' aktar minn […] għal kull tranżazzjoni huma affettwati minn tali ksur.

(14.2.2)

l-impenn ta' [Tnaqqis ta' Spejjeż] mill-paragrafu 2 tal-impenji tal-2013, bl-emenda li l-ispejjeż operattivi fil-livell tal-Grupp (esklużi kostijiet straordinarji ta' darba li n-natura tagħhom tkun mhux rikorrenti, jiġifieri l-ispejjeż tar-ristrutturar) jistgħu jammontaw għal massimu ta' EUR […] fuq bażi annwali,

(14.2.3)

l-impenn ta' [Żvestiment ta' sussidjarji mhux ewlenin] mill-paragrafu 4 tal-impenji tal-2013, bl-emenda li NLB d.d. mhux se jerġa' jidħol fin-negozju u l-attivitajiet li kellu jċedi,

(14.2.4)

l-impenn ta' [Projbizzjonijiet ta' reklamar u strateġiji kummerċjali aggressivi] mill-paragrafu 12.1 tal-impenji tal-2013,

(14.2.5)

l-impenn ta' [Mekkaniżmu ta' ħlas lura tal-kapital u projbizzjoni fuq dividendi] mill-paragrafu 12.2) tal-impenji tal-2013, bl-emenda li abbażi tal-kontijiet awditjati fi tmiem is-sena NLB d.d. se jħallas lill-azzjonisti tiegħu għal kull sena fiskali f'forma ta' żborsi tad-dividendi mill-inqas l-ammont tad-dħul nett) għal tali sena fiskali (u jista', biex jiġi evitat kull dubju, kull darba li jħallas lill-azzjonisti tiegħu fil-forma ta' żborsi tad-dividendi tal-profitt distribwibbli kollu inkluż iżda mhux limitat għall-profitt miżmum għas-snin fiskali preċedenti), soġġett għal-limitazzjonijiet tar-regolamenti applikabbli Ewropej u Sloveni u sakemm ir-rekwiżit kapitali minimi applikabbli fuq il-livell konsolidat (aktar minn kwalunkwe rekwiżit applikabbli tal-bafer kombinat u gwida kapitali) jibqa' jinqabeż b'bafer kapitali ta' mill-inqas 100 punti bażi,

(14.2.6)

l-impenn ta' [Fiduċjarju ta' Monitoraġġ] mill-paragrafu 18 tal-impenji tal-2013,

(14.2.7)

l-impenn ta' [Fiduċjarju ta' Żvestiment] mill-paragrafu 19 tal-impenji tal-2013,

(14.3)

is-Slovenja timpenja ruħha wkoll bil-miżuri kompensatorji addizzjonali segwenti bl-għan li tipprovdi miżuri ta' kumpens ekwivalenti għall-impenn tal-bejgħ oriġinali:

(14.3.1)

NLB d.d. se jkompli jsaħħaħ l-istruttura tal-obbligazzjonijiet tiegħu billi joħroġ strument ta' Grad 2 sa […], ħlief fil-każ ta' distorsjoni qawwija tas-suq, lil investituri li huma totalment indipendenti mis-Slovenja.

Eżenzjoni li teħtieġ l-approvazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni Minkejja dan l-impenn, NLB mhuwiex obbligat li, jekk jikseb l-approvazzjoni tal-Kummissjoni, joħroġ strument ta' Grad 2 fil-każ ta' tfixkil serju tas-suq.

(14.3.2)

NLB d.d. se jagħlaq [10–20] fergħa fis-Slovenja sa […].

Minkejja d-dispożizzjonijiet dwar il-validità ta' ċerti impenji kif definiti hawnhekk, l-impenji taħt 14.3 se japplikaw u jiġu rrispettati kif stipulat f'14.3.1 u 14.3.2 kif applikabbli, kemm f'każ ta' xenarju 14(a) kif ukoll f'każ ta' xenarju 14(b).

(14.4)

L-impenji kollha definiti fi:

 

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni SA.33229 (2012/C) tat-18 ta' Diċembru 2013, ħlief l-impenn mill-paragrafu 18 u l-paragrafu 19, u

 

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni SA.33229 (2017/N-2) tal-11 ta' Mejju 2017 — Emenda tad-deċiżjoni tar-ristrutturar ta' NLB,

 

ma baqgħetx tapplika fil-31 ta' Diċembru 2017.